Il-bierah filghodu l-Ufficju ta’ l-Interpol fi hdan il-Korp tal-Pulizija gie nfurmat mill-awtoritajiet Rumeni li individwu li huwa mfittex minnhom kien jinsab Malta u li aktar tard kien ser jaqbad titjira lejn l-Irlanda.
L-individwu, ta’ 31 sena ta’ nazzjonalita’ Rumena huwa mfittex rigward traffikar ta’ persuni u rejati relatati. Filfatt kien hemm European Arrest Warrant mahrug kontra dan l-individwu.
Mill-ewwel stharrig li sar mill-Pulizija Maltija, irrizulta li l-individwu kien jinsab l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jistenna biex jaqbad it-titjira tieghu. Ghalhekk Pulizija mill-Interpol Malta marru fl-Ajruport sabiex ifittxu lill-individwu. Sadanittant gie infurmat il-Magitsrat ta’ l-Ghassa Dr. Apap Bologna LL. D. fejn dan hareg mandat ta’ arrest kontra l-individwu. Sussegwentament ir-Rumen gie arrestat mill-Pulizija fl-Ajruport stess. Bagalja li kienet immarkata f’isem l-individwu giet mizmuma mill-Pulizija.
L-awtoritajiet Rumeni gew infurmati bl-izviluppi li sehhew. L-istharrig dwar dan il-kaz sar mill-Interpol Malta b’kollaborazzjoni mal-Eurojust.
Intant dalghodu r-Rumen bl-isem ta’ Marius Vamanu tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Apap Bologna LL. D. Huwa ta l-kunsens tieghu biex jigi estradit. Bhalissa qieghed jinzamm fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Dr. Mario Cuschieri LL. D., l-Ispettur Chris Galea Scannura u Dr. Donatella Frendo Dimech LL. D. ghall-Avukat Generali.
|