Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Report Date
Info
Category
31 October 2009
Ghal habta tat-tmienja u kwart (2015hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet ghada kemm sehhet serqa fuq zewg persuni fi Triq San Gwann kantuniera ma’ Triq il-Merkanti, il-Belt.
Il-Pulizija marru mmedjtament fuq il-post u minn stharrig preliminari li ghamlu rrizulta li waqt li zewg persuni kienu sejrin jiddepozitaw xi flus il-Bank, dawn sfaw misruqa minn zewg persuni mhux maghrufa li kienu mghammda b’helmets u armati b’arma tan-nar.
Waqt dan l-incident gie sparat xi tir u l-ammont misruq ma jeccediex €4400. Il-hallelin harbu minn fuq il-post permezz ta’ scooter. Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr E Grima LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.
Hold-Up
Report Date
Info
Category
30 October 2009
Inċident li seħħ fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi ħalla persuna feruta gravi minħabba l-ġrieħi li soffriet.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħal Qormi fis-siegħa u nofs (1330 hrs) kienu nfurmati li fl-imsemmija triq kien hemm raġel imweġġa’. Minn investigazzjonijiet preliminary rriżulta li r-raġel, li għandu 62 sena u li huwa mill-Għargħur, intlaqat minn bricks li waqgħu għoli ta’ żewġ sulari konsegwenza meta ntlaqtu minn wire ta’ crane li kien qed jiġi operat fil-viċin.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn għadu kif ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi (minħabba li sofra ksur) pero’ mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Health-Related: Work
Report Date
Info
Category
29 October 2009
Kmieni dalghodu ghall-habta tas-sitta (06.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kif sehh incident stradali fi Triq il-Kbira San Guzepp, Hamrun.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel ta’ 59 sena residenti Bormla kien qed issuq vettura Ford Fiesta, dan ghal xi raguni tilef il-kontroll u baqa’ diehel fil-vettura li kienet gejja mid-direzzjoni opposta. Il-vettura l-ohra nvoluta huwa van Toyota Hilux li kien qed jigi misjuq minn ragel ta’ 50 sena mis-Siggiewi.
Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei. Is-sewwieq tal-Ford Fiesta ittiehed l-Isptar sabiex jinghata l-kura medika, fejn sfortunatament dan tilef hajtu ftit tal-hin ilu.
Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr C Scerri Herrera LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Il-Pulizija mid-Distrett tal-Hamrun ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Minhabba dan l-incident Triq il-Kbira San Guzepp, Hamrun tinsab maghluqa ghat-traffik.
Traffic-Related: Fatal
Report Date
Info
Category
28 October 2009
Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tmienja (08.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta fi Triq Sant’ Anglu f’Birzebugia.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel ta’ 67 sena mill-Hamrun kien qed jaghmel xoghol permezz ta’ truck tat-tip Seddon Atkinson 245, ghal xi raguni r-ragel inqabad bejn it-truck u hajt ta’ residenza privata. Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei. Ir-ragel ittiehed l-Isptar sabiex jinghata l-kura medika. Aktar tard hu gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Miriam Hayman LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
F'stqarrija mahruga fit-30 t'Ottubru intqal li l-Pulizija għadha kif ġiet infurmata li dan sfortunatament tilef ħajtu.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Health-Related: Work
Report Date
Info
Category
26 October 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni wara sejba ta’ droga eroina, kokajina u raza tal-kannabis nhar is-Sibt wara nofsinhar.
Id-droga nstabet f’hidma minn membri tal-Iskwadra ta’ kontra d-droga tal-Pulizija wara nformazzjoni li waslet ghand il-Pulizija li kienet inutata attivita suspettuza fl-inhawi ta’ San Gwann T’Ghuxa, Bormla.
Filfatt il-Pulizija osservat l-inhawi u kienet innotata attivita suspettuza partikolarment f’kamra fis-sur fl-inhawi msemmija. Kien ghall-habta tat-tlieta ta’ wara nofinhar (1500hrs) tas-Sibt li ghadda li twaqqfu zewg persuni li huma diga maghrufa mal-Pulizija u li ghandhom kazijiet pendenti fuq traffikar ta’ droga.
Hekk kif il-Pulizija waqfithom, wiehed minnhom rema’ ma’ l-art borza li rrizulta li kien fiha d-droga kokajina.
Aktar tard saret tfittxija fil-kamra fis-sur fejn instabet id-droga eroina mohbija fil-hajt, kif ukoll mizien, u raza tal-kannabis. Id-droga kienet lesta sabiex tigi traffikata.
Il-persuni mizmuma huma irgiel ta’ 22 u 26 sena, u t-tnejn residenti Hal Tarxien.
Il-bieraħ filgħaxija għal ħabta tad-disgħa (21:00hrs) l-Pulizija kienet infurmata li fi TriqHal Luqa, Raħal Ġdid kienet għadha kif seħħet serqa.
Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett li minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li persuna kienet fil-proċess li jgħalaq il-ħanut daħal raġel, li kien armat b’arma tan-nar u b’wiċċu mgħammad permezz ta’ hood u xalla, talbu l-flus u telaq jiġri minn fuq il-post. L-ammont misruq ma jeċċediex it-tmien mitt ewro. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar stġħarriġ mill-Pulizija għadu għaddej.
Hold Up
Report Date
Info
Category
24 October 2009
Ghall-habta tan-nofs siegha (12.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm ragel f’diffikulta’ fir-Ramla Bay, ix-Xghara, Ghawdex.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel mix-Xaghra stess kien qieghed jghum fl-imsemmija bajja ghal xi raguni sab diffikulta waqt li kien qed jghum. Persuna li kienet vicin sejjhet ghall-assistenza u fuq il-post waslet ambulanza biex taghti l-assistenza medika lir-ragel. Sfortunatament, ir-ragel tilef hajtu. Huwa gie ccertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Ellul LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-vittma huwa Malti ta' 58 sena u kien fuq btala.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig fuq il-kaz.
Health-Related: Recreation - Fatal
Report Date
Info
Category
24 October 2009
Ghall-habta tas-saghtejn u nofs (14.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li sehhet spluzzjoni f’kamra tan-nar li tinsab fil-limiti ta’ bejn il-Mosta u l-Bidnija.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li xi persuni kienu jinsabu fil-kamra tan-nar tal-Mosta, (li tinsab fil-limiti tal-Bidnija) ghal xi raguni sehhet spluzjoni u indarbu xi persuni. Fuq il-post intalbet ukoll l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei. Minn aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija gie stabbilit li zewg persuni li kienu qeghdin fuq il-post gew midruba. Il-persuni, it-tnejn irgiel mill-Mosta, wiehed ta’ 80 sena u l-iehor ta’ 26 sena gew mehuda l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Ir-ragel ta’ 81 sena gie ccertifikat li ghandu griehi ta’ natura hafifa filwaqt li l-guvni ghandu griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.
F'sqarrija aktar tard intqal li persuna ohra kienet wegghet fl-ispluzzjoni. Huwa ghandu 39 sena u joqghod il-Mosta. Huwa gie ccertifikat li qed isofrio minn griehi ta natura hafifa.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Grixti LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig fuq il-kaz.
Fireworks Explosion: Factory
Report Date
Info
Category
24 October 2009
Dean Vella ta’ 14-il sena gie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Dean hu rqiq u twil madwar 5 piedi u 10 pulzieri. Xaghru huwa kannella, lixx u qasir. Dean ghandu piercing fuq l-eyebrow tal-lemin u piercing ohra f’widintu (tragus). L-ahhar li deher Dean kien liebes flokk iswed bil-hood u jeans blu.
Kull min ghandu xi informazzjoni dwar Dean huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri 119 jew 21221111.
Illum wara nofsinhar ghal habta tal-hamsa (1700hrs), il-Pulizija ser tressaq zewg persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. G. Grixti LL. D.
Iz-zewg persuni, mara Germaniza u ragel Nigerjan, ser jigu akkuzati b’konnessjoni mas-sejba ta’ kokajina jumejn ilu (PR 488-09).
Il-prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispettur Johann Fenech.
Court Notice
Report Date
Info
Category
23 October 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni wara sejba ta’ droga kokajina il-bierah wara nofsinhar.
Id-droga nstabet minn membri tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija mohbija f’kamra ta’ lukanda f’San Pawl il-Bahar li kienet okkupata minn mara ta’ nazzjonalita` Germaniza izda residenti fi Spanja, u li ghanda 41 sena. Jirrizulta li hija kienet waslet Malta il-bierah stess filghodu fuq titjira diretta minn Girona fi Spanja. Hi kienet telqet minn Spanja u dahlet Malta b’dokument li kien ta’ persuna ohra. Fil-kamra tal-lukanda nstabu madwar 420 gramma ta’ droga kokajina, li kienu go 12-il kapsola ta’ daqs zghir, filwaqt li kien hemm ukoll kapsola ohra kbira li wahida kellha kontenenti madwar 300 gramma.
Irrizulta li fil-hin li kienet arrestata mill-kamra taghha, hija kienet ghadha qed iggorr fl-istonku taghha mat-18-il kapsola ohra. B’hekk jidher li b’kollox hi kienet dahlet f’Malta madwar 600 gramma ta’ droga kokajina.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Silvio Meli LL. D kien infurmat b’din is-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-istharrig tal-Pulizija kompla u filfatt kmieni illum wara nofsinhar gie arrestat minn San Pawl il-Bahar ragel ta’ nazzjonalita` Nigerjana ta’ 22 sena, detentur ta’ karta tal-identita` Maltija b’indirizz San Gwann, izda residenti San Pawl il-Bahar. Jidher li d-droga misjuba kienet destinata lil dan r-ragel.
L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej u dawn l-persuni mistennija li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjin.
B’hekk f’dawn l-ahhar jumejn f’hidmiet ukoll mat-taqsima tal-Infurzar tal-Dwana gew maqbuda madwar kilo u 700 gramma ta’ droga kokajina.
Drugs
Report Date
Info
Category
23 October 2009
Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest raġel barrani wara sejba ta’ droga kokajina ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Is-sejba saret nhar l-Erbgħa wara nofsinhar f’ħidma oħra konġunta bejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana. Ir-raġel, li huma ta’ nazzjonalita’ Rumena iżda residenti Spanja u għandu 56 sena, twaqqqaf mill-uffiċjali preżenti ġewwa l-ajruport wara li huwa deher jaġixxi b’mod suspettuż Huwa kien għadu kif jasal Malta fuq titjira diretta minn Dusseldorf, ġewwa l-Ġermanja.
Meta saret tfittxija fuqu nstab li fiż-żarbun li kien liebes kien qed iġorr kważi kilo u 100 gramma ta’ droga kokajina. Dawn kienu moħbija f’qiegħ falz ta’ dan il-par żarbun.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Audrey Demicoli LL. D. kienet infurmata b’din is-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Jidher li din ma’ kienitx l-ewwel darba f’dawn l-aħħar ġimgħat li dan ir-raġel kien ġie Malta.
L-istħarriġ tal-Pulizija f’dan il-każ għadu għaddej u l-persuna mistennija li titressaq il-Qorti aktar tard illum b’akkużi ta’ assoċjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga kokajina.
Drugs
Report Date
Info
Category
21 October 2009
Ghal-loghba tal-futbol li ser jintlghab nhar il-Gimgha 23 ta’ Ottubru bejn Valletta u Hibernians.
Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghba tal-futbol bejn Valletta u Hibernians li ser tintlghab fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali nhar il-Gimgha 23 ta’ Ottubru 2009, ser isiru dawn l-arrangamenti:
Is-supporters tal-Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office tal-West ‘C’ Stand u dhul mis-South Stand (Taht l-iscoreboard) . Ser jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millennium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters kollha li jkunu ser jaraw il-loghba mill-Millennium Stand. Il-hrug ghas-supporters ta’ Valletta anki dawk li ser ikunu isegwu il-loghob mill-Millennium side, ser ikun mill-exit tal-West Stand Side C u cioe mill-exit il-kbir.
Is-supporters ta’ Hibernians ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Millennium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office tal-West ‘A’ stand u dhul min-North Stand (taht il-bnadar). Il-hrug kollu ghas-supporters ta’ Hibernians ser jkun mill-Millenium Stand Side C.
Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu fog horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
Waqt it-tfittxijjiet maghmula mill-Pulizija kull supporter ghandu juri il-biljett tad-dhul ghal-loghob rispettiv jew is-‘Season ticket’. Dawk il-persuni li mhux ser jkollhom fil-pussess taghhom il-biljetti ghal-loghob, mhux ser jithallew jidhlu mill-Pulizija
Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadjum u fil-vicinanzi.
Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkohol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
Police Notice: Recreation
Report Date
Info
Category
20 October 2009
Dalghodu ghal habta tat-tmienja u nofs (0830hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Sant’Anna, l-Furjana kien sehh incident stradali u kien hemm persuna feruta.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet irrizulta li waqt li ragel Ingliz ta’ 65 sena, residenti Malta gewwa Gharghur kien qed jaqsam it-triq ghal xi raguni dan intlaqat minn vettura tat-tip Citroen li kienet qeghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 45 sena mill-Belt Valletta.
L-Ingliz gie mehud l-isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li qieghed fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-vettura ukoll kellu jinghata kura minhabba li kien qieghed isofri minn xokk.
Bl-incident giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. J Padovani Grima LL.D fejn hatret diversi esperti sabix jassistuha fl-inkjesta.
F'stqarrija mahruga aktar tard, intqal li l-persuna kienet stabbli.
Aktar stharrig qed jitmexxa mill-Pulizija tad-Distrett.
Traffic-Related
Report Date
Info
Category
18 October 2009
The Police refers to a report in today’s edition of Malta Today regarding the case of Claudio Overend that is currently before the Magistrates Court.
The Police Corps is circulating the full statement originally sent to Malta Today yesterday, parts of which were omitted in the above mentioned report.
“Dear Mr Raphael Vassallo,
With reference to your queries addressed to the Ministry regarding the case of Claudio Overend, the Police Corps would like to clarify the following facts which run contrary to the information on which your questions are based:
Both Claudio Overend and his girlfriend, Serena Smith, were interviewed by Sliema police district Superintendent Nicholas Ciappara and district Inspector Anne Marie Micallef on 31 July 2009. Ms. Smith released her statement at 10.00 hrs while Mr. Overend released his statement at 13.15 hrs. In their statements, amongst other things, both Mr. Overend and Ms. Smith recounted their version of events and put forward their allegations against the two police officers in detail.
On the basis of the allegations in these two statements, Police Inspector Pierre Grech and PC John Farrugia were interviewed later on the same day, under caution, by the same Superintendent Nicholas Ciappara and district Inspector Anne Marie Micallef. The version of events given by Inspector Grech and PC Farrugia was different from that given by Claudio Grech and Serena Smith.
On the basis of these interviews, Claudio Overend released another statement on 1 August 2009 at 09.45 hrs. Both of Mr. Overend’s statements were exhibited in the court proceedings against him.
On seeing the relevant documents - from which it was evident that the Sliema District Police had exhaustively investigated the matter - and in view of the fact that Mr Overend had already been arraigned, charged in court of slightly injuring the two police officers and since no new evidence had been forthcoming, the Internal Affairs Unit deemed it inappropriate to investigate afresh what had already been established.
Mr Tolga Temuge appeared in court and gave evidence without signalling prior to the case that he was present at the time and place of the incident. This is part of usual procedure – normal day to day business in court.
Criminal investigations, concerning both the general public and police officers are carried out using the swiftest available channel since experience shows that prompt investigations are more effective in establishing the facts of the case. Thus, more often than not, Superintendents and Inspectors from the District Police carry out such investigations as they are required by the Criminal Code. The conclusion of such investigations by District Police can lead to arraignments in court or to the taking of disciplinary action, against police officer/s. In this case, the matter is before our Magistrates Courts which have the powers and duty at law to establish, in the case of the accused, if he is guilty or not – and, in the case of the witnesses, if further action should be taken against any which the Court finds are responsible for any infringement of the Criminal Code. There is no higher authority in such matters than our Courts of Law. Thus, we are confident that the truth will be established.
For the record, so that your readers are not led to believe that matters are not dealt with seriously by the Police Corps, kindly note that 21 police officers were charged in Court during the present year over offences or varying nature.”
Police Reaction - MediaToday
Report Date
Info
Category
18 October 2009
Kmieni dalghodu sehh incident tat-traffiku fi Triq Wied il-Ghajn, Zabbar.
Mill-ewwel indikazzjoniiet jihder li l-incident sehh hekk kif karozza tat-tip Fiat Uno habtet f’arblu u wara tkaxkret ghal diversi metri. Fil-karozza kien hemm is-sewwieq biss, guvni ta’ 20 sena minn Marsaskala. Huwa gie mahrug mill-karozza permezz ta’ hidma mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Wara ttiehed l-Isptar Mater Dei peress li sofra xi griehi izda fl-ebda hin ma kien fil-periklu tal-mewt.
Aktar stharrig qed jitmexxa mill-Pulizija tad-Distrett.
Traffic-Related
Report Date
Info
Category
17 October 2009
Ghal-loghba tal-futbol li ser jintlghab nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru bejn Valletta u Hal-Qormi.
Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghba tal-futbol bejn Valletta u Hal-Qormi li ser tintlghab fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru 2009, ser isiru dawn l-arrangamenti:
Is-supporters tal-Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office tal West ‘C’ Stand u dhul mis-South Stand (Taht l-iscoreboard) . Ser jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millennium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters kollha li jkunu ser jaraw il-loghba mill-Millennium Stand. Il-hrug ghas-supporters ta’ Valletta anki dawk li ser ikunu isegwu il-loghob mill-Millennium side, ser ikun mill-exit tal-West Stand Side C u cioe mill exit il-kbir.
Is-supporters ta’ Hal-Qormi ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Millennium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office tal West ‘A’ stand u dhul min-North Stand (taht il-bnadar). Il-hrug kollu ghas-supporters ta’ Hal-Qormi ser jkun mill-Millenium Stand Side C.
Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu for horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
Waqt it-tfittxijjiet maghmula mill-Pulizija kull supporter ghandu juri il-biljett tad-dhul ghal-loghob rispettiv jew is-‘Season ticket’. Dawk il-persuni li mhux ser jkollhom fil-pussess taghhom il-biljetti ghal-loghob, mhux ser jithallew jidhlu mill-Pulizija
Kulhad huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadjum u fil-vicinanzi.
Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkohol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
Police Notice: Recreation
Report Date
Info
Category
16 October 2009
Dalghodu ghal habta tas-sebgha (0700hrs), il-Pulizija ta’ l-Ghassa ta’ Birzebbuga giet infurmata li kien ghadu kif sehh incident stradali Hal Far.
Il-Pulizija marret fuq il-post indikat, Hal Far, limiti ta’ Birzebbuga (vicinanzi tal-kwart ta’ mil), fejn minn stharrig preliminari rrizulta li Nigerjan ta’ 23 sena kien ntlaqat minn Xarabank li kienet ghaddeja fuq ir-rotta taghha. Ix-xarabank kienet qed tigi misjuqa minn ragel 63 sena.
In-Nigerjan ittiehed l-isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Miriam Hayman LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel barrani wara sejba ta’ droga kokajina gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Is-sejba saret fil-lejl ta’ bejn l-Erbgha u l-Hamis li ghadda f’hidma ohra kongunta bejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana. Ragel ta’ nazzjonalita` Slovakka u li ghandu 26 sena deher jagixxi b’mod suspettuz hafna mill-ufficjali prezenti gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif kien ghadu kif wasal f’Malta fuq titjira diretta minn Brussel. Minn ezami mediku gewwa l-Isptar Mater Dei, huwa nstab li kien qed igorr mal-100 kapsola li kien fihom madwar kilo droga kokajina. Qed jirrizulta li din ma kienitx l-ewwel darba li huwa kien gie Malta.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Audrey Demicoli LLD giet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej u l-persuna mistennija li titressaq il-Qorti aktar tard illum b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga kokajina.
Drugs
Report Date
Info
Category
14 October 2009
Illum wara nofsinhar ghal habta tas-saghtejn neqsin ghoxrin (1340 hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien waqa’ ragel minn gholi fi Triq il-Karmnu, San Giljan.
Il-Pulizija tad-Distrett waslu fuq il-post ta’ l-incident ftit minuti wara fejn mill-ewwel stharrig gie stabbilit li ragel ta’ 58 sena waqa’ minn gholi waqt li kien qed jahdem f’sit li qed jinbena. Irrizuta ukoll li x’hin waqa’ r-ragel, fuqu waqghu ukoll xi gebel. Sfortunatament ir-ragel tilef hajtu fuq il-post ftit mumenti wara li waqa’. Huwa kien jghix is-Siggiewi.
Dwar dan l-incident infethet inkjesta magisterjali mill-Magistrat Dr. Audrey Demicoli LL. D. Fuq il-post issejhu ukoll il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex inehhu kull periklu kif ukoll membri mid-Dipartiment tas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xoghol.
Aktar investigazzjonijiet fuq il-post bhalissa ghadhom ghaddejjin.
Health-Related: Work - Fatal
Report Date
Info
Category
14 October 2009
Kmieni dalghodu ghall-habta tal-hamsa u nofs (0530hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien ghadu kif sehh incident stradali fi Triq St’ Andrews , Swieqi.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li Rumen ta’ 26 sena kien qed issuq vettura minn naha ta’ Bahar ic-Caghaq direzzjoni ta’ San Giljan ghal xi raguni dan spicca fuq in-naha l-ohra tat-triq fejn mid-direzzjoni opposta kienet gejja vettura misjuqa minn ragel iehor.
Ir-Rumen sfortunatament tilef hajtu fuq il-post, filwaqt li x-xufier tal-vettura l-ohra gie mehud l-isptar Mater Dei fejn ghadu qed jigi mmedikat.
Bhalissa it-triq tinsab maghluqa ghat-traffiku. Dawk il-vetturi li minn naha tas-Salina direzzjoni ghall St’ Andrews huma mitluba jghaddu mill-Maghtab filwaqt li dawk il-vetturi li mid-direzzjoni ta’ San Giljan sejrin lejn Bahar ic-Caghaq huma mitluba jghaddu mill-Ibragg.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L. Quintano LL.D fejn hatar l-esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-vetturi nvoluti fl-incident kienu Audi li kienet qeghda tigi misjuqa mir-Rumen, u Peugeot (taxi) li kienet misjuqa mir-Ragel ta’ 65 sena minn tas- Sliema.
Il-Pulizija ghadha kif giet infurmata li s-sewwieq tal-Peugeot jinsab fil-periklu tal-mewt.
It triq infethet aktar tard.
Aktar tard filghodu, i-Pulizija ghadha kif giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li x-xufier ta’ 65 sena li kien qed isuq il-vettura Peugeot sfortunatament tilef hajtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjijn. Aktar dettalji jinghataw iktar ‘il quddiem.
Traffic-Related: Fatal
Report Date
Info
Category
13 October 2009
Illum wara nofsinhar ghall-habta tas-saghtejn (1400hrs), il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kienet ghadha kemm iddahlet persuna sabiex tigi mmedikata wara li sabet ruha f’diffikulta waqt li kienet qed tghum.
Ragel ta’ 53 sena, ta’ nazzjonalita Bulgara, residenti Malta gewwa Ta’ Xbiex, kien qed jghum fil-Bajja ta’ Ghajn Tuffieha, meta sab ruhu f’diffikulta. Huwa gie mehud l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza, fejn wara li gie mmedikat instab li sofra griehi ta’ natura gravi.
Ir-ragel fl-ebda hin ma’ kien fil-periklu tal-mewt.
Dalghodu ghall-habta tat-tmienja u nofs (08.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li ddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’Haywharf.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li l-Forzi Armati ta’ Malta assistew grupp ta’ immigranti illegali li kienu jammontaw ghall-78; li minnhom 48 huma rgiel, 25 nisa u 5 huma tfal.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Matul il-lejl li ghadda ghall-habta tas-siegha u nofs (01.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta fi Triq il-Kbira, Sliema.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn hemmhekk sabet persuna mixhuta fl-art b’xi dmijja. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li waqt li ragel ta’ 29 sena minn Birkirkara kien jinsab f’bar fit-triq imsemmija gie aggrediet minn persuna. Ftit mumenti wara, ir-ragel hareg mill-bar u gie misjub aktar tard mal-art b’xi griehi mill-Pulizija. Ir-ragel gie mehud l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika, fejn gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Aktar tard hu qeleb ghal qaghda stabbli.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Grixti LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li l-Pulizija qieghda zzomm persuna ghall-aktar investigazzjonijiet.
Il-vittma, li ghadu qed jinzamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva gewwa l-isptar Mater Dei jinsab f’qaghda stabbli, ghalkemm xorta wahda ghadu fil-periklu tal-mewt.
Aktar dettalji dwar il-kaz jinghataw aktar ‘il quddiem.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Grevious Bodily Harm
Report Date
Info
Category
12 October 2009
Ghall-habta tat-tmienja ta’ filghaxija (20.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li sehh incident stradali f’Dawret Hal-Ghaxaq, Hal-Ghaxaq.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li waqt li sewwieq kien bil-vettura tieghu tat-tip Hyundai Accent ghaddej direzzjoni mill-Hal-Ghaxaq ghal Bir id-Deheb, ghal xi ragu I tilef il-kontroll tal-vettura tieghu u kellu impatt ma’ sigra.
Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei li ha lir-ragel l-Isptar ghall-kura. Ir-ragel, li ghandu 57 sena u huwa minn Hal-Luqa, gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. It-triq imsemmija hija maghluqa ghat-traffiku.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Grixti LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Stqarrija mahruga fit-13 t'Ottubru intqal li r-ragel qeleb ghall-ahjar u m’ghadux fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Traffic-Related
Report Date
Info
Category
11 October 2009
Kmieni filghodu ghal habta tat-tlieta neqsin ghoxrin, mara ta’ 44 sena, ta’ nazzjonalita Serba, rrapurtat l-Ghassa tal-Pulizija ta’ San Giljan li waqt li kienet mixja f’Telghet San Giljan, San Giljan, persuna mhux maghrufa marret minn warajha b’arma tan-nar u haditlha l-basket li go fih kellha xi flus kif ukoll xi dokumenti personali.
Il-halliel harab minn fuq il-post b’karozza li go fiha kien hemm xi persuni ohra.
Intant, ftit hin wara ghal habta tat-tlieta l-Pulizija giet infurmatha li fi Triq is-Swieqi, Swieqi, waqt li zewg tfajliet, ta’ 20 sena u 19- il sena, it-tnejn residenti r-Rabat kienu ghaddejin mill-imsemmija triq, dawn gew avvicinati minn persuna mhux maghrufa, fejn waqt li dan ipponta arma tan-nar fid-direzzjoni taghhom talabhom sabiex jaghtuh il-baskett. Il-halliel rnexxilhu jisraq basket wiehed u telaq minn fuq il-post b’vettura, li kien fiha persuna/i ohra.
Fiz-zewg kazijiet, il-vittmi ma garrbu ebda griehi.
Mhuwiex jigi eskluzz li dawn iz-zewg kazijiet jistghu jkunu relatati. Il-Pulizija minn l-Ghassa ta’ San Giljan ghadhom ghaddejijn bl-investigazzjonijiet.
Hold-Up
Report Date
Info
Category
10 October 2009
IIlum tressaq b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. S. Meli LL. D
George Falzon ta’ 24 sena u residenti Hal Qormi
Huwa gie akkuzat li nhar l-10 t’Ottubru 2009, bejn is-01.30am u l-03.55am gewwa residenza f’Hal Qormi :
minghajr hsieb li joqtol jew li jqieghed il-hajja ta’ persuna, kkaguna sfregu gravi u permanenti fil-wicc
ikkometta hsara volontarja fuq apparat telefoniku
qabad sikkina kontra persuna
ikkaguna ferita ta’ natura hafifa fuq tifel ta’ sentejn
bl-imgieba tieghu kkaguna biza’ fuq persuni li ser tintuza vjolenza kontrihom u kontra l-propjeta’ taghhom
hebb sabiex jingurja, idejjaq jew jaghmel hsara
theddid
ksur tal-bon ordni jew kwiet pubbliku b’ghajjat u glied
ksur ta’ provvediment tal-Probation
sar recidiv b’sentenza moghtija lilu mill-Qorti tal-Magistrati
Il-Qorti ma taghtx il-liberta` provizorja lil George Falzon u ghalhekk l-imputat gie mehud il-Facilita’ Korretiva ta’ Kordin.
Ilbierah tressqu dawn il-persuni fil-Qorti t’Ghawdex quddiem il-Magistrat Dr. E. Grima LL. D
Patrick Mangion ta’ 36 sena u Carmela Cini ta’ 38 sena, t-tnejn residenti f’Malta
Huma gew akkuzati li nhar is-7 t’Ottubru 2009 gewwa green grocer fix-Xaghra Ghawdex ikkomettew:
Serq aggravat ta’ cash register;
Serq aggravat ta’ €300.
Fl-istess gurnata fi Triq Salvu Attard, Qala, Ghawdex ikkomettew:
Serq ta’ zewg qsari;
Serq aggravat ta’ diversi oggetti minn go vettura.
Fl-istess gurnata fi Triq Ta’ Kassja, qala, Ghawdex ikkommettew:
Attentat ta’ serq;
Hsara volontarja ta’ bejn €150.00 u €1164.69;
Hsara volontarja ta’ bejn €116.47 u €1164.69.
Patrick Mangion wahdu gie akkuzat li gewwa l-Ghassa tal-Pulizija tar-Rabat Ghawdex:
Ingurja, hedded jew ghamel offiza fuq il-persuna ta’ Surgent tal-Pulizija;
Attakka jew ghamel ghamel rezistenza bi vjolenza fuq l-istess Surgent;
Ikkaguna griehi hfief fuq l-istess Surgent;
Volontarjament kiser il-bon ordni b’ghajjat u glied;
Irrenda ruhu recediv.
Iz-zewg imputati ma ammettewx l-akkuzi migjuba kontra taghhom. Il-Qorti ma taghtx il-liberta` provizorja lil Patrick Mangion u ghalhekk inzamm taht arrest preventiv. Carmela Cini giet mehlusa mill-arrest taht diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €5,000 u li tiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija.
Jaroslav Cepousek ta’ 41 sena u Jana Cepousek ta’ 38 sena, it-tnejn mir-Repubblika Ceka.
Huma gew akkuzati li nhar is-7 ta’ Ottubru 2009 u l-granet ta’ qabel fix-Xwejni, Marsalforn, Ghawdex ikkommettew offiza kontra l-morali f’post pubbliku jew espost ghal pubbliku.
Iz-zewg imputati wiegbu li huma hatja. Il-Qorti tat is-sentenza – Sezzjoni 22 ghal sena, €50 multa u hlas ta’ l-ispejjez tal-Qorti.
Illum wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq Ninu Cremona, Paola.
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li ragel ta’ 69 sena waqt li kien fl-imsemmija triq gie avvicinat minn ragel mghammad u armat b’arma li taqa’ u bil-ponta u gie mistoqsi ghall-flus. Il-halliel ha ammont zghir hafna ta’ flus kontanti minnghand il-vittma u wara harab minn fuq il-post. Il-vittma ma sofriex griehi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett bdew mill-ewwel u fil-fatt ragel qed jghin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet taghhom.
Aktar stharrig ikompli.
Hold-Up
Report Date
Info
Category
08 October 2009
Il-Pulizija ser tressaq quddiem il-Qorti fil-granet li gejjin zewg persuni inkonessjoni ma’ zewg hidmiet separati.
Fl-ewwel hidma mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija, li bdiet minn kmieni il-bierah filghodu, il-Pulizija sabet madwar 100 gramma ta’ droga eroina, mizien elettroniku, kif ukoll oggetti ohra relalati mat-traffikar ta’ droga eroina. Dawn l-oggetti kollha nstabu go appartament fil-Marsa fl-inhawi tal-korsa taz-zwiemel. Fl-istess hidma il-Pulizija sabet 3,000 Euro li jirrizulta li kienu flus foloz. Il-flus kienu maqsuma f’karti ta’ 200 Euro, 100, Euro u 50 Euro.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Inkonessjoni ma’ din is-sejba il-Pulizija arrestat diversi membri ta’ l-istess familja li huma residenti f’dan l-appartament, ragel ta’ 66 sena u martu ta’ 57 sena, kif ukoll uliedhom, it-tnejn nisa ta’ 24 u 32 sena kif ukoll ir-ragel ta’ mara minnhom li ghandu 30 sena. Saru aktar tfittxijiet f’diversi garaxxijiet fl-inhawi fejn nstabu xi oggetti relatati mat-traffikar tad-droga.
It-tieni kaz li qed jigi nvestigat mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija jaf il-bidu tieghu xahar ilu, nhar it-8 ta’ Settembru, meta dakinhar il-Pulizija kienet qabdet ammont rekord ta’ droga kannabis, aktar minn 450 kilogramma. Inkonessjoni ma’ din is-sejba il-Pulizija kienet diga ressqet diversi persuni Maltin u barranin. Pero l-istharrig tal-Pulizija kompla u filfatt madwar gimghatejn ilu, il-Pulizija Maltija permess tal-Ufficju tal-Avukat Generali, bl-assistenza tat-Taqsima tar-Relazzjoniet Internazzjonali tal-Pulizija talbet ghall-estradizzjoni lejn Malta ta’ cittadin Skocciz li sa ftit gimghat ilu kien ghadu residenti Malta, sabiex ikun jista’ jitressaq il-Qorti f’Malta inkonessjon ma’ din is-sejba tad-droga kannabis.
Filfatt matul il-lejl li ghadda huwa gie eskortat lejn Malta minn Londra minn zewg ufficjali tal-Pulizija tal-Special Assignments Group.
Illum għal ħabta tas-sitta (1800hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’Telghet Gwardamanga, Pieta’.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat u mill-ewwel stħarriġ tagħha rriżulta li persuna mghammda u armata b’arma tan-nar dahlet f’banka tal-lottu li tinsab fit-triq imsemmija. Il-persuna li dak il-hin kien xoghol gewwa, li huwa ragel ta’ 50 sena minn Hal Ghaxaq sofra xi griehi u gie mehud l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ghadu qed jigi mmedikat.
Il-halliel li harab minn fuq il-post permezz ta’ karozza ma seraq xejn.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Hamrun flimkien mad-Dipartiment tal-Kriminalita’ ghadhom ghaddejijn bl-investigazzjonijet.
Hold-Up
Report Date
Info
Category
06 October 2009
An Armed Forces of Malta offshore patrol vessel (OPV) has rescued 106 illegal immigrants off the high seas of the Mediterranean earlier this afternoon, after their large rubber dinghy's 115Hp engine trouble during their journey northwards.
The Maritime Squadron's Diciotti-class P-61 OPV was conducting a routine FRONTEX patrol as part of joint-operation Nautlius 2009, when it was diverted to a position circa 42 nautical miles south-west of Malta. An AFM Air Wing Islander aircraft, also en route to a FRONTEX patrol, overflew the area to see what assistance would be required.
Once the rubber-dinghy was located by P-61, it was established that the illegal migrants were taking in water whilst adrift at 15.26hrs. Their group was made up of 87 men and 19 women, who are claiming to be from Eritrea.
The illegal migrants, who were all in good health, were transferred onboard P-61, and the OPV berthed back at circa 18.15hrs at the Maritime Squadron's Haywharf Base.
Ilbierah filghaxija ghal habta tad-disgha u kwart (2115hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha gewwa tent centre fejn jirrisjedu l-immigranti gewwa Hal Far.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kien inqala argument bejn l-istess immigranti. Waqt dan l-argument diversi persuni ta’ nazzjonalita Somala ttiehdu l-isptar Mater Dei ghal kura minhabba xi griehi li sofrew. Wiehed minn dawn il-persuni qieghed jinzamm gewwa t-Taqsima tal-kura Intensiva minhabba griehi gravi li sofra u gie ccertifikat li qieghed fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L. Quintano LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-kaz ghadhom ghaddejijn.
Grevious Bodily Harm
Report Date
Info
Category
04 October 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest seba’ persuni wara diversi tfittxijiet, fejn giet maqbuda droga eroina, pjanti tal-kannabis, raza tal-kannabis, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
L-ewwel hidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga bdiet nhar il-Hamis bil-lejl, fejn go appartament fi G’Mangia nstabu aktar minn 700 gramma ta’ droga kannabis. Waqt it-tfittxija gie arrestat zaghzugh ta’ 22 sena li joqghod fl-istess residenza u li huwa diga maghruf mal-Pulizija, kif ukoll zaghzugh iehor ta’ 20 sena minn B’Kara.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-kaz komplew u wasslu sabiex jigi arrestat zaghzugh iehor ta’ 20 sena residenti n-Naxxar wara li fl-appartament tieghu nstabu pjanti u zerriegha tal-pjanta kannabis kif ukoll bicciet ta’ droga raza tal-kannabis lesti sabiex jinbieghu. Waqt din it-tfittxija gew mizmuma wkoll guvni ta’ 21 sena minn H’Attard u tfajla ta’ 19-il sena mill-Madliena wara li fil-pussess taghhom nstabet d-droga raza tal-kannabis.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Consuelo Scerri Herrera LLD kienet infurmatha b’dawn is-sejbiet u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
It-tieni hidma bdiet nhar il-Gimgha wara nofsinhar wara li t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana bl-assistenza tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni zammew mara ta’ nazzjonalita` Nigerjana, ta’ 42 sena residenti l-Italja izda detentrici ta’ passaport Nigerjan, wara li fil-pussess taghha nstabet kwantita kbira ta’ flus kontanti. Hi kienet ser thalli Malta fuq titjira diretta lejn Brussel.
Ghall-bidu meta twaqqfet, hi indikat lill-ufficjali tad-Dwana li kienet qed iggor biss €9,815 fi flus kontanti, izda minhabba suspett li hija setghat kienet qed iggorr aktar flus, saret tfittxija fuq il-persuna taghha, u filfatt mgezwra ma’ zaqqa nstabu zewg mazzi ohra ta’ flus ta’ €10,000 il-wiehed. B’kollox ghalhekk instabu €29,815. Hija giet mizmuma ghall-aktar stharrig u giet moghddija f’idejn t-Taqsima tal-Pulizija ta’ Kontra r-Reati Ekonomici li flimkien mal-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga bdiet tinvestiga l-kaz.
Aktar stharrig wassal sabiex issir tfittxija go appartment fin-Naxxar fejn nstabu mal-240 gramma ta’ droga eroina, kif ukoll hwejjeg u oggetti ta’ valur.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Miriam Hayman LLD kienet infurmatha b’dawn s-sejbiet u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta
Fil-kazijiet kollha l-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Drugs
Report Date
Info
Category
04 October 2009
Dalghodu ghall-habta tal-hdax (11.00hrs) il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Magistrat Dr L Quintano LLD rigward kazijiet differenti.
Court Notice
Report Date
Info
Category
03 October 2009
Illum wara nofsinhar ghal habta ta’ l-erbgha (1600hrs) il-Pulizija ser tressaq numru ta’ persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. M. Hayman LL. D rigward kazijiet differenti.
Court Notice
Report Date
Info
Category
02 October 2009
Referenza qed issir ghalghall-istqarrija tas-27 ta' Settembru 2009, fejn Ingliz ta’ 47 sena safa midrub waqt incident stradali, l-Pulizija ghadha kif giet infurmata li dan sfortunatament tilef hajtu.
Update
Report Date
Info
Category
02 October 2009
B’referenza ghall-istqarrijatal-11 ta Settembru 2009, il-vittma, ragel ta’ 48 sena li kien involut f’argument u safa’ milqut minn vettura qaleb ghall-ahjar u m’ghadux iktar fil-periklu tal-mewt.
Intant, b’referenza ghall-istqarrija tal-25 ta' Settembru 2009 , rigward ragel ta’ 65 sena minn Hal Safi li kien fil-periklu tal-mewt wara li ceda saqaf fuqu waqt li kien qieghed go kamra ta’ razett, tilef hajtu l-bierah.
Referenza qed issir ukoll ghall-istqarrija tas-27 ta' Settembru 2009, fejn Ingliz ta’ 47 sena safa midrub waqt incident stradali, l-kundizzjon tieghu qalbet ghal hazin hafna u jinsab fi stat imminenti li jitlef hajtu.
L-incident li sehh Kercem, Ghawdex ilbierah (1 t'Ottubru 2009), fejn guvni li kien qed issuq mutur u ghal xi raguni waqa’ minn fuqu, ghadu jinsab fil-periklu tal-mewt.
Updates
Report Date
Info
Category
01 October 2009
Illum għal ħabta tas-sebgha u nofs (1930hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq iz-Zebbiegh, Mgarr.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat u mill-ewwel stħarriġ tagħha rriżulta li zewg persuni mghammda kienu dahlu gewwa mahzen fl-imsemmija triq fejn dak il-hin kien hemm raġel. L-ammont tal-flus misruqa ma kienx wiehed kbir. Il-ħallelin ħarbu minn fuq il-post permezz ta’ karozza li kienet qeghda tigi misjuqa minn persuna ohra li baqghet tistenna gol-vettura.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera LL.D fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Pulizija tad-Dipartiment tal-Kriminalita ghadhom ghaddejjijn bl-investigazzjonijiet rigward dan il-kaz.
Hold-Up
Report Date
Info
Category
01 October 2009
Illum ghall-habta tal-erbgha u nofs (1630hrs) il-Pulizija giet infurmata li gewwa triq mwarrba fl-ghelieqi f’Kercem Ghawdex, kien ghadu kif wegga’ guvni.
Il-Pulizija kif ukoll l-ambulanza marru mmedjatament fuq il-post maghruf bhala “L-Ghadira ta’ San Raflu” gewwa Kercem, Ghawdex, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li guvni ta’ 22 sena minn Ghajnsielem, Ghawdex kien wegga’ wara li ghal xi raguni waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq. Huwa gie mehud l-isptar Generali t’Ghawdex fejn wara li gie ezaminat, gie ccertifikat li sofra griehi ta’ natura gravi. Iktar tard il-Pulizjija gew infurmati li l-guvni kien qaleb ghall hazin u jinsab fil-periklu tal-mewt. Filfatt huwa gie trasferit l-isptar Mater Dei ghall aktar kura.
Illum ghall-habta ta nofsinhar (12.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li go ghalqa fi Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa, Hal-Luqa kien hemm persuna feruta.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 84 sena minn Hal Luqa kien qed jahdem l-ghalqa bil-mohriet tal-idejn, ghal xi raguni dan spicca nqabad tahtu bil-konsegwenza li tilef hajtu.
Ir-ragel gie ccertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta l-l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.