The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

28 November 2009

 

Kmieni dalghodu, ghall-habta tal-hamsa (05.15hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fil-Coast Road, limiti tan-Naxxar.

                  

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li tfajla kienet qed issuq il-vettura taghha tat-tip Mazda 121 tul Triq il-Kosta direzzjoni lejn Bugibba ghal xi raguni tilfet il-kontroll taghha.  Kawza tal-incident, il-vettura safat meqluba fuq il-blat li hemm fit-triq imsemmija.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei ghal kura medika.  Hija giet iccertifikata li ma tinsabx fil-periklu tal-mewt u ghadha qed tinghata l-kura medika.  It-tfajla ghandha 21 sena u hija residenti s-Swieqi.  Fil-vettura ma kienx hemm passigieri.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

28 November 2009

 

Kmieni dalghodu, ghall-habta tal-hamsa (05.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Mikelang Borg, f’San Giljan.

                  

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li guvni kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha 400 fl-imsemmija triq ghal xi raguni huwa tilef il-kontroll tal-mutur tieghu u kellu impatt ma’ hajt u cint.  Kawza tal-kollizzjoni il-guvni sofra xi griehi ghalhekk giet imsejjha l-assistenza ta’ team mediku mill-Isptar Mater Dei.  Il-guvni gie mehud l-Isptar fejn aktar tard gie ccertifikat li sofra griehi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.  Il-guvni ghandu 27 sena u huwa residenti Bormla.  It-triq bhalissa tinsab maghluqa ghat-traffiku.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Micallef Trigona LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

27 November 2009

 

Dalghodu ghall-habta tal-hdax neqsin ghaxra (10.50hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali f’Valletta Road, Attard.

                  

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel ta’ 73 sena mill-Hamrun kien ghaddej fl-imsemmija triq ghal xi raguni safa’ milqut minn vettura tat-tip Fiat Punto misjuqa minn guvni mir-Rabat.  Il-vettura kienet qed tigi misjuqa direzzjoni lejn H’Attard.  Team mediku mill-Isptar Mater Dei gie imsejjah fuq il-post peress li r-ragel sofra xi griehi.  Aktar tard, il-Pulizija giet infurmata li r-ragel sfortunatament tilef hajtu.  Parti minn Valletta Road tinsab maghluqa ghat-traffiku.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Micallef Trigona LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghadejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related: Fatal

 

Report Date   Info   Category

26 November 2009

 

Dalgħodu l-Pulizija ta’ Għawdex resqet taħt arrest quddiem il-Maġistrat Dr Edwina Grima LL.D lil Joseph Bajada ta’ 55 sena mix-Xagħra u akkużatu talli fil-gżira ta’ Għawdex fl-24 ta’ Novembru, 2009 u fl-aħħar għaxar snin ġewwa x’Xagħra,  Marsalforn u bnadijiet u f’ħinijiet oħra:

                  
  1. forna jew ipprokura jew offra li jforni jew li jipprokura d-droga eroina;
  2. kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina, liema droga ma kienetx għal użu esklussiv tiegħu;
  3. kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina.
 

L-imputat ma nagħtax l-liberta` proviżorja u ġie ordnat mill-Qorti sabiex jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin.  Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Josric Mifsud u Frank Tabone mid-Distrett tar-Rabat (Ghawdex).

 

Court

 

Report Date   Info   Category

26 November 2009

 

Il-Pulizija f’dawn l-ahhar jumejn zammet taht arrest ragel ta’ nazzjonalita` barranija wara sejba ta’ droga kokajina li kellu fil-pussess tieghu.

                  

Is-sejba saret nhar it-Tlieta li ghadda, kmieni wara nofsinhar gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara hidma kongunta bejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana. Ir-ragel kien ghadu kif wasal Malta fuq titjira diretta minn Madrid fi Spanja meta twaqqaf mill-ufficjali prezenti. Fuq il-persuna u fil-bagalja tieghu ma nstab xejn illegali, izda minn ezami mediku li sarlu gewwa l-Isptar Mater Dei, irrizulta li fl-istonku tieghu kien qed iggor ammont kbir ta’ kapsoli.

 

Ir-ragel li ghandu 27 sena, huwa imwieled Santo Domingo, izda residenti fi Spanja. Minn investigazzjonijiet jidher li din mhijiex l-ewwel mawra tieghu f’Malta. Irrizulta ukoll li huwa kien ser jipprova jdahhal f’Malta tal-lanqas 100 kapsola kontenenti b’kollox aktar minn kilo ta’ droga kokajina.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. T. Micallef Trigona LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadhom ghaddejjien, u r-ragel tressaq il-Qorti tard dalghodu quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni, traffikar u pussess ta’ droga kokajina.  Huwa wiegeb li kien hati tal-akkuzi, izda ma’ nghatax il-liberta` provizorja u gie eskortat lejn il-Facilita` Korettiva` ta’ Kordin.

 
 

Drugs

 

Report Date   Info   Category

25 November 2009

 

Ghall-habta tas-sitta ta’ filghaxija (1800hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kif sehh incident bejn Triq Mons. Mikiel Azzopardi u Triq Santa Margerita, Siggiewi.

                  

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li guvni ta’ sittax –il sena kien ghaddej bir-rota tieghu, ghal xi raguni dan intlaqat minn vettura tat-tip Fiat Brava misjuqa minn guvni ta’ 24 sena mil-Hamrun.

 

Il-guvni ttiehed l-isptar Mater Dei permez ta l-ambulanza, fejn gie ccertifikat li sofra griehi gravi.

 

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Hal Qormi ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

 

Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

23 November 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm ragel ta’ 49 sena mix-Xaghra, Ghawdex sabiex jghina fl-investigazzjonijiet taghha wara li dalghodu ghall-habta tal-hdax u nofs (11.30hrs) waqt li l-Pulizija mill-Mobile Squad ta’ Ghawdex kienu ghaddejin b’ronda fil-pjazza tax-Xaghra innuttaw vettura suspettuza. 

                 

Wara stharrig mill-Pulizija, saret tfittxija fuq sid il-vettura li rrizultat fin-negattiv.  Aktar tard saret tftitxija fuq il-vettura fejn instabu xi weraq li huma suspettati li huma tal-pjanta tal-kannabis.  Tfittxija ohra fir-residenza tal-persuna gewwa ix-Xaghra stess wasslet ghas-sejba ta’ bosta oggetti relatati mal-uzu tad-droga.   Minn tfittxija ohra li saret f’ghalqa li tinsab mal-istess residenza irrizulta li nstabu hames pjanti suspettati li huma cannabis.

 

Bis-sejbiet gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Ellul LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ghawdex ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

 

Drugs

 

Report Date   Info   Category

22 November 2009

 

Ghall-habta tas-sebgha nieqsin ghaxra (0650hrs) il-Pulizija ta’ l-Ghassa Haz-Zabbar giet infurmata li kienet sehhet serqa mis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Haz-Zabbar.

                

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li persuna/i mhux maghrufa kienu dahlu fil-knisja li tinsab fi Triq is-Santwarju, Haz-Zabbar u minn hemm serqu d-deheb li kellha fuqha l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja, kif ukoll xi flus li kienu f’kaxxi ta’ l-offerti taht l-istatwi l-ohra. Insteraq ukoll laptop li kien jintuza waqt il-quddies ghall-qari u l-kant.

 

Il-Kappillan tal-lokal intebah li kienu dahlu xi persuni meta nnota sgass fit-tabernaklu u minnufih cempel lill-Pulizija. Mhux maghruf l-ammont ezatt ta’ flus li nsterqu, kif ukoll l-ammont ta’ kemm jiswa d-deheb. Il-Pulizija kienet infurmata li d-deheb kien antik hafna u ta’ valur kbir.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Miriam Hayman fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

Theft: From Church

 

Report Date   Info   Category

21 November 2009

 

Ghall-habta tas-saghtejn u ghoxrin (02.20hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Valletta, l-Imqabba.

                

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li guvni kien qed isuq il-vettura tieghu tat-tip Volkswagen Polo fl-imsemmija triq, direzzjoni mill-Imqabba lejn Hal-Kirkop ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura tieghu u kellu impatt ma’ sigra.  Kawza tad-daqqa, is-sewwieq, guvni ta’ 18-il sena minn Santa Lucija sofra xi griehi.  Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei.  Il-guvni ttiehed l-Isptar permezz ta’ ambulanza fejn gie moghti l-kura medika.  Aktar tard hu gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

21 November 2009

 

Illum, fis-siegha (13.00hrs), il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 36 sena mir-Republika Domenicana, il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr M Hayman LLD.  Hu ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati ma’ drogi.

               
 

Court Notice

 

Report Date   Info   Category

21 November 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tal-hamsa nieqsin ghoxrin (04.40hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq l-Ibragg, fl-Ibragg.

                

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-investigazzjonijiet preliminari irrizulta li waqt li guvni kien qed isuq il-vettura tieghu tat-tip Maruti Gypsy fl-imsemmija triq, ghal xi raguni huwa tilef il-kontroll tal-vettura tieghu u kellu impatt ma’ hajt.  Kawza tal-impatt, il-guvni sofra griehi, b’hekk giet mitluba l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei.  Il-guvni ttiehed l-Isptar ghal kura medika fejn  aktar tard hu gie ccertifikat li sofra griehi serji u li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.  Il-guvni ghandu 29 sena u huwa residenti s-Siggiewi.  Kawza tal-kollizzjoni, il-hajt, li huwa ta’ residenza privata, garrab xi hsarat, filwaqt li l-vettura garrbet hsarat estensivi.  Triq l-Imbragg kellha tinghalaq ghat-traffiku ghal xi hin.

 

Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Demicoli LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

20 November 2009

 

Illum gewwa l-Officers Mess tal-Kwartieri Generali tal-Pulizija, saret cerimonja qasira ta’ hatra ta’ Assistant Kummissarju u Supretendent.

                

F’kelmtejn tasl-okkazzjoni, il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur John Rizzo ferah lil dawn l-ufficcjali f’dan il-mument importanti fil-karriera taghhom.  Is-Sur Rizzo ferah liz-zewg ufficcjali kif ukoll lil familjari taghhom ghas-success li kisbu.  Il-Kummissarju qal ukoll li z-zewg promozzjonijiet jgorru responsabilitajiet godda izda hemm fiducja kbira fihom.  Is-Sur Rizzo tkellem ukoll dwar l-importanza tad-dixxiplina u kif l-ufficcjali ghandhom ikunu ta’ ezempju ghas-subalterni taghhom.

 

Prezenti ghac-cerimonja kien hemm il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern Dr Carmelo Mifsud Bonnici.  Il- Ministru qal li jinsab kuntent kif naqset ir-rata tal-kriminalita`.  Huwa ferah lill-ufficcjali ghall-hidma tajba li jaghmlu kif ukoll ta l-awgurju tieghu lill-familjari taghhom li jikkontribwixxu bill jaghtu s-support taghhom li huwa ferm imporanti.

 

L-ufficjali tal-Korp li nghataw ic-certifikat tal-hatra huma :

 

Assistant Kummissarju Raymond Zammit

Supretendent Carmelo Magri

 

 

 

Police Force Activity: Promotions

 

Report Date   Info   Category

20 November 2009

 

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest zewg persuni ta’ nazzjonalita` barranija wara sejba ta’ droga kokajina fil-pussess taghhom.

                

L-arrest taz-zewg persuni sar kmieni il-bierah wara nofsinhar f’Tas-Sliema, wara li l-Pulizija waslitilha informazzjoni illi zewg persuni li kienu waslu Malta matul il-lejl x’aktarx kellhom fil-pussess taghhom id-droga. Wara li saret tfittxija u ma’ nstab xejn illegali, huma ittiehdu l-isptar Mater Dei ghall-ezamijiet medici. Wiehed mill-persuni li huwa ragel ta’ 36 sena imwieled fir-Republika Domenicana, izda residenti fi Spanja, instab li fl-istonku tieghu kien qed igorr ammont ta’ kapsoli.

 

Filfatt irrizulta li huwa kien belgha madwar 80 kapsola kontenti id-droga kokajina, u b’kollox jidher li huwa kien qed igorr mat-800 gramma ta’ din d-droga.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr C Scerri Herrera LLD kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-persuna li kienet fil-kumpanija tar-ragel hija imwielda ukoll fir-Republika Domenicana u residenti Spanja.  Il-persuna ghandha 35 sena u qed tinzamm taht arrest ghall-aktar stharrig. Iz-zewg persuni kienu waslu Malta matul il-lejl ta’ qabel fuq titjira diretta minn Brussel.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadhom ghaddejjien.

 

Drugs

 

Report Date   Info   Category

18 November 2009

 

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Haz-Zabbar qeghda tmexxi investigazzjoni wara sejba ta’ numru ta’ cilindri tal-gas li kienu qeghdin jigu mizmuma fi tlett garaxxjijiet f’zona residenzjali, fi Triq il-Wilga u Triq il-Gudja, Hal Luqa.

               

L-operazzjoni bdiet dalghodu ghal-habta tad-disgha u nofs (0930hrs), fejn taht it-tmexxija tas-Supretendent Carmel Bartolo u l-Ispettur Fabian Fleri, il-Pulizija procedew sabiex jesegwixxu tfittxija fil-post msemmi wara li kien sarilhom rapport.

 

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru, rrizulta li numru sostanzjali ta’ cilindri tal-gas kienu qeghdin jigu mizmuma f’garaxxijiet f’zona residenzjali. In-numra ta’ cilindri tal-gas jammonta ghal 124 cilindru ta’ piz differenti.

 

Tlett rgiel qeghdin jghinu lilll-Pulizija fl-investigazzjonijiet, li bhalissa ghadhom ghaddejijn.

 

Illegal Storage: Gas

 

Report Date   Info   Category

18 November 2009

 

Il-Pulizija tixtieq tavvza lill-pubbliku in generali li minhabba l-qtugh fil-provvista tal-elettriku, it-traffic lights ta’ bosta inhawi mhumiex jahdmu.  Is-sewwieqa huma mhegga juzaw il-prudenza kollha f’tali sitwazzjoni u jobdu l-ordnijiet u struzzjonijiet li jinghataw lilhom mill-Pulizija.

              
 

Traffic Notice

 

Report Date   Info   Category

17 November 2009

 

Dalghodu il-Pulizija ressqet taht arrest quddiem il Magistrat Dr Edwina Grima LLD lil Marvic Mercieca ta’ 25 sena, imwield ir-Rabat (Ghawdex), u residenti ix-Xaghra.  Hu gie akkuzat talli nhar il-11 ta’ Novembru 2009 talli b’diversi atti maghmulin fi zminijiet differenti li jiksru l-istess dispozizzjonijiet tal-ligi, u li kienu maghmulin b’rizoluzzjoni wahda, f’hinijiet differenti:

               
  • Forna jew ipprokura jew offra li jipprokura d-droga eroina specifikata fl-ewwel skeda tal-ordinanza dwar il-medicini perikoluzi;
 

L-imputat ma naghtax l-liberta` provizorja u gie ordnat mill-Qorti sabiex jinzamm taht arrest preventiv fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.  Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank mid-Distrett tar-Rabat (Ghawdex).

 

Court: Drugs

 

Report Date   Info   Category

16 November 2009

 

Kmieni wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li raġel kien weġġa’ meta kien abseiling ma persuni oħra.  L-inċident ġara bejn l-irdum ta’ Haġar Qim u l-Imnajdra

              

Ir-raġel, li huwa ta’ nazzjonalita’ Ingliża, weġġa’ meta ntlaqat minn ġebla meta din inqalgħet hekk kif wieħed mill-persuni li kien qiegħed jagħmel abseiling żamm magħha biex jitla’ fil-quċċatta.  Konsegwenza ta’ hekk ir-raġel baqa’ nieżel fuq il-blat

 

Ir-raġel ġie meħud l-isptar permezz ta’ helicopter fejn kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi f’rasu pero’ ma kienx iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

 

Health-Related: Sports

 

Report Date   Info   Category

16 November 2009

 

Dalghodu ghall-habta tas-seba u hamsa (07.05hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq Burmarrad, f’San Pawl il-Bahar.

             

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li salesman, guvni ta’ 27 sena minn Rahal il-Gdid, kien qieghed f’agricultural outlet fl-imsemmija triq, dahlet persuna mhux maghrufa, mghammda u armata b’arma tan-nar u haditlu xi flus li kienu jinsabu fl-istess hanut.  Wara, il-halliel telaq minn fuq il-post u r-ragel informa l-Pulizija bis-serqa.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet fuq il-kaz ghadhom ghaddejjien u qed jigu immexxija mill-Pulizija mid-Distrett tal-Mosta, kif ukoll dawk mis-CID.

 

Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

15 November 2009

 

Illum ghall-habta tas-sebgha u kwart (1915hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq in-Nazzarenu, Sliema kien hemm persuna li kienet waqghet minn gholi ghal go shaft.

            

Minnufih fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza u membri tal-Pulizija. Minn stharrig preliminari li sar mill-Pulizija rrizulta li guvni ta’ 16-il sena residenti z-Zurrieq kien waqa’ gholi ta’ madwar 7 sulari ghal go shaft bil-konsegwenza li tilef hajtu.

 

Bil-kaz giet infurmatha l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. J Padovani Grima LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejijn.

 

Health-related: Fatal

 

Report Date   Info   Category

15 November 2009

 

Stephen Agius, gie rrapurtat nieqes lill-Pulizija llum il-Hadd 15 ta’ Novembru 2009.

        

Huwa ghandu 33 sena, xaghru kannella qasir hafna ma’ rasu (mqaxxra), ghajnejh ta’ kulur kannella u ta’ statura medja.  L-ahhar li deher huwa kien liebes poloneck griz u jeans blu

 

Kull min ghandu informazzjoni dwar Stephen Agius huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.

F'stqarrija mahruga aktar tard fl-istess gurnata intqal li r-ragel irritorna lura.

 

Click to go to Missing Persons' Page

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

15 November 2009

 

Dalghodu il-Pulizija ressqet taht arrest quddiem il Magistrat tal Ghassa Dr P Coppini LLD lil Pawlina Portelli ta’ 53 sena, imwielda Xewkija, u residenti il-Fontana.  Hi giet akkuzata talli nhar l-14 ta’ Novembru 2009, gewwa il-Fontana:

            
  • Bil hsieb li toqtol lil ragel jew li tqieghdlu l-hajja tieghu f'periklu car ikkagunatlu hsara fil-gisem jew fis-sahha tieghu jew li ggibblu dizordni f'mohhu, uriet dan l-hsieb b'atti esterni u tat bidu ghall-ezekuzzjoni tad-delitt billi xejjret diversi daqqiet b'sikkina, liema delitt ma giex ezegwit minhabba xi haga accidentali u indipendenti mill-volonta` taghha;
 
  • Ikkommettiet offizi ta’ natura hafifa fuq il-persuna tal-imsemmija vittma;
 
  • Zammet u garret fuqha strument li jaqta` u bil-ponta minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija;
 
  • Fil-hin li kienet qed taghmel delitt kontra l-vittma, kellha fuq il-persuna taghha xi arma tan-nar, arma regolari, imitazzjoni ta’ arma tan-nar jew imitazzjoni ta’ arma regolari;
 
  • Heddet serjament lill-vittma b'arma regolari.
 
 

L-imputata ma naghtatx l-liberta` provizorja u gie ordnat mill-Qorti sabiex tinzamm taht arrest preventiv fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.  Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud mid-Distrett tar-Rabat (Ghawdex).

 
 

Court

 

Report Date   Info   Category

15 November 2009

 

Tard wara nofsinhar gew ukoll mizmuma zewg zghazagh ohra wiehed ta’ 26 sena mill-Mosta u l-iehor ta’ 33 sena min-Naxxar fuq suspett illi huma kienu serqu vettura ftit tal-mumenti qabel, minn Birzebugia.

            

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej.

  Theft

 

Report Date   Info   Category

15 November 2009

 

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest, 13-il persuna wara hidmiet separati matul il-jum tas-Sibt u matul il-lejl li ghadda.

            

L-ewwel hidma saret filghodu gewwa Birzebbugia, wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija illi xi persuni kienu qed jittrafikaw id-droga. Stharrig u sorveljanzja min-naha tal-Pulizija waslu sabiex jigi identifikat appartament fl-istess lokalita` li kien suspettat li kien qed jintuza sabiex tigi traffikata u abbuzata d-droga. Filfatt wara osservazzjonijiet, gew mwaqqfa hames persuni, tlett irgiel li l-eta` taghhom tvarja bejn il-35 u 38 sena, fosthom il-persuna residenti f’dan l-istess appartament u zewg tfajliet ta’ 27 sena u 28 sena li huma residenti ir-Rahal il-Gdid u Birzebbugia. Fil-pussess taghhom nstabu oggetti relatati mal-abbuz ta’ droga eroina.

 

Hidma ohra mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga saret gewwa Paceville matul il-lejl fejn gew mizmuma 6 persuni ohra, li l-eta` taghhom tvarja bejn l-20 u 26 sena u huma residenti il-Mosta u H’Attard. Huma gew arrestati minhabba li nstabet id-droga kokajina u raza tal-kannabis fil-pussess taghhom.

 

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej.

 

Drugs

 

Report Date   Info   Category

15 November 2009

 

Dalghodu ghall-habta tal-hdax u kwart (11.15hrs) il-Pulizija ser tressaq zewg guvintur ta’ 22 sena minn Tas-Sliema il-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani LLD. 

            

Huma ser jigu akkuzati b’akkuzi relatati ma’ traffikar ta’ droga.

 

Court Notice

 

Report Date   Info   Category

14 November 2009

 

Dalgħodu l-Pulizija ressqet il-Qorti żewġ persuni taħt arrest quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D Clarke LL. D..

            

L-ewwel persuna mressqa huwa ġuvni ta’ 17-il sena mill-Birgu, fejn ismu ma jistax jiġi mxandar fuq ordni tal-Qorti, u kien akkuzat talli:

 

1) Biex jissodisfa ż-żina ta’ ħaddiehor ħajjar għall-prostituzzjoni persuni taħt l-eta’ jew eċċita l-korruzzjoni tagħhom, jew għen jew iffaċilita’ din il-prostituzzjoni jew korruzjoni u dan sar b’qerq, bħala drawwa jew bi ħsieb ta’ qliegħ;

 

2) Fl-istess żminijiet u ċirkustanzi xjentement għex għal kollox jew in parti mill-qliegħ tal-prostituzzjoni ta’ persuni ta’ taħt l-eta’ u pparteċipa f’attivatijiet sesswali ma’ persuna taħt l-eta’ ;

 

3) Fl-istess żminijiet u ċirkustanzi hedded jew insulenta bi kliem lill-vittmi;

 

4) Fl-istess żminijiet u ċirkostanzi saq vettura mingħajr ma kien kopert b’liċenzja tas-sewqan mill-Awtorita’ kompetenti ta’ Malta u mingħajr ma kien kopert b’polza tal-assikurazzjoni għal terzi persuni;

 

5) Fl-istess żminijiet u ċirkustanzi offenda il-pudur jew il-morali, b’egħmil li jsir f’lok pubbliku, jew f’lok espost għall-pubbliku;

 

Aktar talli rrenda ruħu reċidiv ai termini ta’ l-Artikoli 49, 50 u 289 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta wara li ġie misjub ħati ta’ diversi sentenzi mogħtija mill-Qrati ta’ Malta, liema sentenzi saru definittivi u ma jistgħux jiġu mibdula.

 

Il-ġuvni ma ngħatax il-liberta’ proviżorja u ntbgħat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Graziella Muscat.

It tieni persuna mressqa l-Qorti huwa Abdussalam Essalhi Eliftouri, Libjan li joqgħod ir-Rabat Għawdex, fejn kien akkużat li wettaq serq minn fuq persuna fis-Swieqi u li kellu fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u li uza’ l-istess arma fil-konfront tal-vittma.

 

Abdussalam Essalhi Eliftouri wieġeb li mhux ħati u l-Qorti ordnat li jintbagħat fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.

 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Cilia.

 

Court

 

Report Date   Info   Category

14 November 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest tlett zaghzagh wara sejba ta’ droga li tikkonsisti f’ raza tal-kannabis, kokajina u ecstasy, f’hidma tard il-bierah filghaxija.

            

Is-sejba saret go appartament li jinsab fl-inhawi ta’ bejn il-Gzira u tas-Sliema, fejn jirrizulta li kienu residenti tnejn mill-persuni arrestati. Fl-appartment instabu aktar minn kilo ta’ raza tal-kannabis, 21 bicca ohra ta’ raza tal-kannabis li kienu lesti sabiex jinbieghu, madwar 100 pillola ta’ droga ecstasy u 12 il-pakkett kontenenti d-droga kokajina li kienu ukoll lesti sabiex jinbieghu.

 

Saru aktar tfittxijiet f’postjiet ohra, fosthom f’garaxx fil-Gzira stess fejn nstabu xi oggetti li huwa mahsub li huma misruqa. Fost l-oggetti li gew elevati hemm ghodda u apparat tal-muzika.

 

Il-zaghzagh mizmuma ghandhom 22 sena u t-tielet wiehed huwa residenti gewwa l-Msida.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Edwina Grima kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 
 

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej.

 

Drugs

 

Report Date   Info   Category

14 November 2009

 

B’referenza ghall istqarrija stampa PR510-09 rigward l-incident li sehh gejja MIA, Gudja fejn ragel safa’ ferut wara li kien qed jahdem fuq ‘cherry picker’, il-Pulizija ghadha kif giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li r-ragel sfortunatament miet.

           
 

Health-Related: Work

 

Report Date   Info   Category

14 November 2009

 

Dalghodu ghall-habta tal-hdax u nofs (1130hrs), il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. D. Clarke LL.D.

           
 

Court Notice

 

Report Date   Info   Category

13 November 2009

 

Il-lejla ghall-habta tat-tmienja u nofs (2030hrs), il-Pulizija kien infurmata li kien ghadu kif sehh accident tat-Traffiku fit-Triq Luqa, Qormi bejn vettura u mutur u li zewg persuni riekba fuq il-mutur kienu feruti;

            

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn sehh l-accident. u rrizulta li z-zewg persuni feruti huma koppja mizzewga.  Fuq il-post issejjah team mediku fejn aktar tard l-feruti ttiehdu bl-ambulanza l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura medika.

 

S’issa l-qaghda medika tal-koppja hija wahda stabbli u mhux fil-periklu tal-mewt, u s’issa l-griehi huma ta’ natura hafifa.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

13 November 2009

 

 Cerimonja Annwali Ghad Unur il-Pulizija Mejtin

                                                           

Il-membri ta’ l-Istampa huma mistiedna jattendu ghac-cerimonja annwali ghad unur tal-Pulizija mejtin li ser issir f’Ghawdex, nhar il-Hadd 15 ta’ Novembru, 2009, fic-Cimiterju ta’ Santa Marija, Xewkija.

 

F’din ic-celebrazzjoni l-quddiesa tibda fl-ghaxra ta’ fil-ghodu (10.00hrs) u wara issir cerimonja ta’ tqeghid ta’ kuruni fuq il-qabar tal-Pulizija.

 

Il-Pulizija Pensjonanti, ex-membri tal-Korp, kif ukoll il-pubbliku ingenerali huma mistiedna jattendu.

 

Police Force Activity: Remembrance

 

Report Date   Info   Category

12 November 2009

 

B’referenza ghall incident li sehh ilbierah f’Hal-Safi (PR 512-09), illejla fit-tmienja u nofs (20.30hrs) ser jitressaq persuna l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A. Mizzi LL.D.

           
 

Court Notice

 

Report Date   Info   Category

11 November 2009

 

Ghall-habta tas-sitta u nofs (18.30hrs) il-Pulizija giet infurmata permezz ta’ informazzjoni anonima li go Triq iz-Zurrieq, Hal-Safi kienet sehhet sparatura.

            

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kienet sehhet sparatura fuq residenza privata fl-imsemmija triq.  Ghalkhemm fir-residenza kien hemm xi persuni, hadd minnhom ma sofra xi griehi.  Kawza tal-istess sparatura, ir-residenza garrbet xi hsarat fil-gallarija, il-bieb u twieqi u t-triq tinsab maghluqa ghat-traffiku.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Anthony Vella LLD.

 

Il-Pulizija, kemm dawk tad-Distrett, kif ukoll mis-CID ghadhom ghaddejjien bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

Firearm: Shot at Residence

 

Report Date   Info   Category

11 November 2009

 

Dalghodu l-Pulizija ser tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat A Vella LL.D. ragel ta’ 37 mwieled l-Ukrajina u residenti San Pawl il-Bahar in-konnessjoni mal-kaz li gara nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru fi Triq Tamon Perellos.

           
 

Court Notice

 

Report Date   Info   Category

09 November 2009

 

Ghall-habta tal-hdax u kwart (11.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm ragel li waqa xi gholi u sofra griehi fl-MIA, fil-Gudja.

           

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel kien qed jaghmel xi xoghol minn fuq cherry picker ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ madwar zewg sulari u sofra xi griehi.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghall kura medika.  Il-vittma li ghandu 36 sena miz-Zurrieq gie ccertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr M Hayman LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

 

Health-Related: Work

 

Report Date   Info   Category

09 November 2009

 

Il-Pulizija dalghodu, ghall-habta tat-tmienja (08.00hrs) giet infurmata li kien hemm persuna aktarx mejta fi Triq Ramon Perellos, f’San Pawl il-Bahar.

           

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li gewwa shaft f’residenza privata kien hemm persuna femminili.  Il-mara li ghandha 35 sena u hi ta’ nazzjonalita’ Ukrajina hija residenti San Pawl il-Bahar stess.  Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex il-vittma setghat tinhareg mix-shaft.  Il-mara giet iccertifikata mejta fuq il-post.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Audrey Demicoli LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija mid-Divizjon tal-Qawra u mis-CID ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 
 

Health-Related: Home: Fatal

 

Report Date   Info   Category

05 November 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel Ghawdxi wara sejba ta’ droga fic-Cirkewwa il-bierah wara nofsinhar.

          

Is-sejba saret minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga li dak il-hin nzertaw fuq ronda fl-inhawi u kienu qed jiccekjaw xi vetturi li kienu telghien lejn Ghawdex. F’hin minnhom waslet vettura ohra misjuqa minn ragel ta’ 33 sena residenti Ghawdex, illi kif dana induna bil-presenza tal-Pulizija, ghamel manuvri suspettuzi, izda kien imwaqqf fil-hin mill-Pulizija prezenti.

 

Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabet d-droga eroina, fl-ammont ta’ madwar 80 gramma. 

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Silvio Meli LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistugh fl-inkjesta.

 

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej.

 

Drugs

 

Report Date   Info   Category

05 November 2009

 

Sena ilu, fis-6 ta’ Novembru 2008, giet irrappurtata nieqsa Charlene Farrugia ta’ 25 sena.  Il-Pulizija kienet talbet ghall-ghajnuna tal-pubbliku diversi ta’ drabi permezz ta’ stqarrijiet ghall-istampa. 

         

Sfortunatament Charlene baqghet ma nstabitx minkejja l-investigazzjonijiet estensivi u tfittxijiet f’diversi lokalitajiet f’Malta kemm minn fuq l-art, fil-bahar u mill-ajru b’kordinazzjoni bejn il-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.  L-investigazzjonijiet dwar Charlene Farrugia baqghu ghaddejjin tul din is-sena kollha.

 

Dak iz-zmien Charlene kellha 25 sena u kienet tirrisjedi l-Qawra.  Hija twila madwar 5 piedi u 3 pulzieri u ghandha ghajnejha kannella.  Ghandha xagharha kannella u twil sa spallejha.  L-ahhar li dehret sena ilu fil-Belt, Valletta u kienet qeda ssuq karozza ta’ l-ghamla Toyota Platz ta’ kulur griz bin-numru tar-registrazzjoni CBQ 803.  Charlene kienet liebsa flokk iswed bil-kmiem qosra, jeans blu u jogging shoes abjad.  Kienet liebsa ukoll salib kbir tal-fidda.

 

Il-Pulizija qed terga’ titlob l-ghajnuna gentili tal-pubbliku rigward din it-tfajla.  Ghalhekk kull min ghandu xi nformazzjoni dwar Charlene Farrugia huwa mitlub jghaddiha lil Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119, 21221111 jew fl-eqreb Ghassa tal-Pulizija.  Kull tip ta’ informazzjoni hija apprezzata.

 

Go to the original Report of 2 November 2008

Click to go to Missing Persons' Page

 

 

 

Missing Person

 

Report Date   Info   Category

04 November 2009

 

Ghal habta taI-hdax u nofs (1130hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna li kellha bzonn l-assistenza gewwa Mgarr ix-Xini, limiti tax-Xewkija, Ghawdex.

     

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari li ghamlet irrizulta li waqt li mara Germaniza ta’ 50 sena kienet qeghda tghodos fl-imsemmi post, sabet ruhha f’diffikulta. Fuq il-post issejjah tim mediku kif ukoll ambulanza mill-Isptar Generali t’Ghawdex fejn taw l-assistenza medika. Sfortunatament il-mara tilfet hajjitha u giet iccertifikata mejta fuq il-post.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. P Coppini LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Health-Related: Recreation - Fatal

 

Report Date   Info   Category

04 November 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ nazzjonalita barranija wara qabda ta’ droga gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

    

Id-droga nstabet f’hidma tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana flimkien mal-Iskwadra ta’ kontra d-droga tal-Pulizija fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta li ghadda.

 

Ir-ragel li ghandu 35 sena huwa imwieled Angola izda detentur ta’ karta tal-Identita Portugiza. Huwa kien mizmum hekk kif wasal Malta fuq titjira diretta minn Brussel. Id-droga kokajina fl-ammont ta’ kwazi 350 gramma nstabet mohbija f’par zarbun li l-passigier kellu fil-bagajla tieghu.

 

Il-Magistrat tal-ghassa Dr. L. Quintano kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej u ragel ser jitressaq il-Qorti aktar tard illum b’akkuzi ta’ importazzjoni u traffikar ta’ droga kokajina.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

03 November 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest guvni ta’ 25 sena wara sejba ta’ droga kannabis gewwa l-Isla, il-bierah wara nofsinhar.

   

Id-droga nstabet f’hidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara informazzjoni li waslet ghand l-istess Pulizija illi dan il-guivni kien qed jittraffika u jahbi d-droga gewwa ir-residenza ta’ ommu.

 

Hekk kif il-Pulizija ippruvat twaqqfu huwa harab u mar fir-residenza ta’ ommu fejn rema kaxxa li kien fiha d-droga. Madankollu din instabet aktar tard mill-Pulizija. Id-droga, li kienet 18-il bicca ta’ raza tal-kannabis u 12-il pakkett bil-weraq tal-kannabis, kienu lesti sabiex jinbieghu.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. L. Quintano LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

02 November 2009

 

Il-Pulizija tixtieq tavza li persuna maghrufa bhala Leandro Ambrogio, li r-ritratti tieghu qieghed hawn jigi riprodott, huwa mfittex mill-Pulizija in segwitu ta’ digriet tal-Qorti Kriminali.

  

Kull min ghandu xi informazzjoni dwar din il-persuna huwa mitlub li jikkuntattja lill-Pulizija fuq il-linja 21 221 111, 119 jew l-eqreb Ghassa tal-Pulizija.


Click to go to Fugitives' Page

 

  Fugitive from Justice

 

Report Date   Info   Category

02 November 2009

 

Dalghodu wara d-disgha l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna ma’ l-art fi Triq il-Grazzji, Haz-Zabbar.

 

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li fl-imsemmi post kien hemm guvni mejjet ma’ l-art.  Huwa nstab fil-post minn qraba tieghu.  Il-guvni ghandu 25 sena u huwa minn Marsaskala.  Fuq il-post instabu affarijiet relatati mat-tehid tad-droga.

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L. Quintano LL. D gie nfurmat bil-kaz u dan hatar numru ta’ esperti sabiex jaghinu fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett u ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

  Health-Related: Drugs

 

Report Date   Info   Category

01 November 2009

 

Illum il-Korp tal-Pulizija fakkar il-membri mejtin tieghu permezz ta’ quddiesa li kienet iccelebrata fil-kappella tac-Cimiterju ta’ l-Addolorata.

 

Il-funzjoni kienet iccelebrata mill-Kappillan tal-Korp, Fr Ray Bonnici OFM fejn attendew ghaliha l-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, il-Ministru tal-Gustizza u l-Intern Dr Carmelo Mifsud Bonnici, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern Mario Debattista, membri mill-Assocjazzjoni tal-Pulizija u l-Ghaqda Pensjonanti, l-International Police Association u membri ohra mill-Korp tal-Pulizija.  Prezenti kien hemm ukoll qraba u diversi nies ohra li attendew ghal din il-funzjoni.

 

Wara l-quddies ic-celebrazzjoni kompliet fuq il-qabar tal-Korp permezz ta’ parata li kienet immexxija mill-Ispettur Stephen Mallia fejn wara tqeghdu bukketti ta’ fjuri mill-Kummissarju tal-Pulizija, l-Ministru u membri mill-Ghaqdiet imsemmija hawn fuq.  Inqraw ukoll xi hsibijiet minn familjari li ghadhom kif tilfu lil qraba taghhom.

 

Ic-celebrazzjoni giet fi tmiemha wara li ndaqet il-last post u saret minuta silenzju fejn wiehed seta’ jirrifletti ftit u jitlob ghal qraba tieghu f’jum dedikat ghal hutna mejtin.

 

 

  Police Force Activity: Remembrance
 
     

 

 

 

 

COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US