The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

30 December 2009

 

Ghal-loghbiet tal-futbol BOV Premier League

Hamrun Spartans Vs. B’Kara

Valletta vs Sliema Wanderers

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghbiet tal-futbol tal-BOV Premier League bejn Hamrun Spartans vs. Birkirkara u Valletta vs.  Sliema Wanderers li ser jintlghabu fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali nhar-il Hadd 3 ta’ Jannar 2010 ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters ta’ Valletta u B’Kara ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘enclosure’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters tal-Valletta ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand C.  Id-dhul u l-hrug ser isir mill-istess post.
  • Ser ikun hemm dhul iehor mill-Millenium Stand A (Valletta Side) ghall-dawk is-supporters li ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
  • Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ta’ Birkirkara u Sliema Wanderers ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand A.  Id-dhul se jsir minn North Stand u l-hrug ser isir mill-exit tal-West Stand A. 
  • Is-supporters ta’ Hamrun Spartans ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom wara l-Millenium Stand. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul ser jsir mill-naha tal-Millenium C.  Id-dhul u l-hrug tas-supporters ser isir mill-istess post.
  • Ser isiru tfittxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser ikun ikkontrollat mill-Pulizija.
  Police Notice: Sports

 

Report Date   Info   Category

30 December 2009

 

Please note that as from 20.00hrs onwards on the 31st December 2009 till 06.00hrs on the 1st January 2010 the minor road namely Triq it-Tigrija, Siggiewi, which leads towards the direction of Gianpula and Rabat will be temprary converted into one way direction. Therefore the traffic flow in the locality will pass from the direction of Rabat towards Siggiewi only.

   
  Traffic Notice

 

Report Date   Info   Category

30 December 2009

 

Nhar it-Tnejn 4 ta’ Jannar, 2010 ser tiġi organizzata ġurnata sportiva bejn il-Forzi tal-Ordni ta’ Malta – il-Pulizija, l-Armata u l-Protezzjoni Ċivili.

LAW ENFORCEMENT SERVICES SPORTS DAY 2009 / 2010

DAY PROGRAM 04.01.2010

 

      Time   Event


      08:30 hrs  Arrival of participants at Police GHQ.

        Please note that due to lack of parking space, participants are kindly requested to share spaces in cars where possible. Some parking spaces are going to be available in front of the Police GHQ main gate. Please note as well, that many streets in the area are time limited parking. 

        09:00 hrs Fall in and music by Police Band.

        Welcome speeches by Police Official and AFM Official.

        Maltese Anthem. 

        09:30 hrs Beginning of Sports Events;

          • Snooker
          • American Pool
          • Darts
          • Table Tennis
          • Table Soccer
          • Football (please vide fixtures)
 

        13:00 hrs Exhibition matches between the present Highest Rank Officers (Police & A.F.M) of the indoor sports events. 

        13:30 hrs Presentation of mementos,

        Closing speeches by Police and A.F.M. Highest Ranks Officers,

                  Refreshments. 
 
 
 
 
 

Football Fixtures 
 

Time   Match      Duration  
 

09:30hrs Police 35+  vs  AFM 35+    20 mins

                        (6-a-side)

09:55hrs Police 35+  vs  CPD 35+    20 mins

                        (6-a-side)

10:20hrs CPD 35+  vs  AFM 35+    20 mins

                        (6-a-side) 
 

10:45hrs Police Females vs AFM Females  15 + 15 mins

                        (7-a-side) 
 

11:20hrs Police Males vs  AFM Males   20 mins

                        (6-a-side)

11:40hrs Police Males vs  CPD Males   20 mins

                        (6-a-side)

12:00hrs CPD Males  vs  AFM Males   20 mins

                        (6-a-side) 
 

12:30 hrs Police Officials vs AFM Officials  15 + 15 mins

                        (7-a-side) 

 

  Police Activity Notice

Report Date   Info   Category

28 December 2009

 

Wara konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta’ San Ġiljan, Swieqi u Pembroke, flimkien mal-Paceville Business Community, il-Pulizija ser tagħmel dawn l-arranġamenti tat-traffiku b’effet mis-sebgħa (19:00hrs) ta’ filgħaxija f’Paceville u l-viċinanzi tiegħu matul iż-żmien ta’ lejliet l-Ewwel tas-Sena.  Ma’ dawn ser jiżdiedu wkoll ir-ronda f’Paceville biex tinżamm il-buon ordni.

   
  1. Dħul għal Paceville minn :-
 
  1. Triq Reġjonali għal Triq Sant’Andrija għal Triq San Ġorġ fid-direzzjoni għall-Għassa tal-Pulizija
  2. Triq Reġjonali għal Triq Sant’Andrija għal Triq Santu Wistin għal Bajja ta’ San Ġorġ għal Triq Dragunara għal Triq il-Knisja
  3. Pembroke għal Bajja ta’ San Ġorġ għal Triq id-Dragunara għal Triq il-Knisja
 
  1. Hruġ minn Paceville via:-
 
  1. Triq San Ġorġ direzzjoni lejn l-Għassa tal-Pulizija
  2. Triq il-Knisja lejn Triq Ross lejn Triq San Ġorġ fid-direzzjoni lejn l-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan
  3. Triq id-Dragunara lejn Triq il-Knisja
 
  1. Ebda pparkjar ma huwa ser ikun permess:-
 

    A.  Fuq iż-żewġ naħat ta’ Triq Dragunara

    B.  Triq Wilġa bejn Triq San Ġorġ u Triq Ball

    C.  Il-parti t’isfel ta’ Triq il-Knisja sa Triq Dragunara

    D.  Fuq iż-żewġ naħat ta’ Triq tal-Venda tal-karozzi tal-linja ta’ Paceville, (parti minn Triq Sant’ Andrija), ħlief għall-karozzi tal-linja

 

Minħabbi raġunijiet ta’ sigurta’ u kemm tista’ tkun titnaqqas l-inkonvenjenza għall-pubbliku, vetturi li jkunu pparkjati fit-toroq imsemmija hawn fuq ser jiġu mneħħija.

 

Il-Pulizija ser ikunu imqassmin f’postijiet differenti sabiex jgħinu lis-sewwieqa kif ukoll lill-pubbliku f’dak li jkollu bżonn.

 

4.  Faċilitajiet ta’ Parkeġġ:-

 

Is-sewwieqa huma avzati li minbarra l-parkeġġi privati li wieħed isib f’dawn il-lokalitajiet, wieħed jista’ wkoll juża’ l-faċilitajiet li hemm gewwa l-Luxol Grounds fejn ser ikun hemm shuttle service għaċ-ċentru ta’ Paceville il-lejl kollu (2300hrs - 0600hrs).

 
  1. Aċċess ristrett:-
 

Ta’ min wieħed jinnota li t-toroq indikati hawn taħt huma aċċessibli biss għar-residenti kif ukoll għal mistednin tagħhom, kemm il-darba jipprovdu dokument relevanti li dawn huma vera mistednin fit-triq indikata.

 

Swieqi - Triq Mrabat, Il-Mini tas-Swieqi fi Triq Santu Wistin, Triq is-Sirk, Sqaq Lordes,  Triq l-Għarbiel

Paceville -  Paceville Avenue kantuniera ma’ Triq Ross

 

6. Użu ta’ transport privat

 

Biex kemm jista’  jkun titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq waqt dawn il-ġranet ta’ festi, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jagħmel użu mit-Trasport Pubbliku, Coaches privati, Taxis, Minibuses u vetturi chauffeur-driven.  Is-sewwieqa huma wkoll imħeġġa biex kemm jista’ jkun tintuża’ karozza privata waħda bil-għan li jitnaqqsu l-vetturi fit-toroq.

 

7. Ronda mill-Pulizija fit-Toroq prinċipali ta’ Paceville

 

Minbarra l-preżenza tal-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku, ser ikun hemm ukoll numru ta’ Pulizija fit-toroq prinċipali ta’ Paceville biex iżommu l-ordni pubblika.  L-isforzi tal-Pulizija ser ikunu immirati lejn ir-residenti, il-postijiet ta’ divertiment kif ukoll lejn l-istess membri tal-pubbliku li jiffrekwentaw dawn il-postijiet.

 

8. Appell

 

Nappellaw lil pubbliku in-ġenerali biex jikkopera mal-Pulizija sabiex ikunu evitati inċidenti u jitnaqqsu kemm jista’ jkun xi inkonvenjenzi li jistgħu jinqalgħu.  Huwa mportanti li dawk kollha li f’dawn iż-żminijiet jixorbu, jaraw li ma’ jkunux ser isuqu lura lejn id-dar biex b’hekk ikunu evitati inċidenti kemm tat-traffiku jew inċidenti oħrajn, bil-konsegwenza li jintilef kull sens ta’ divertiment kemm għalih u għal dawk kollha nvoluti.

 

Jekk ser isuq tixrobx

Jekk ser tixrob issuqx

  Traffic Notice

Report Date   Info   Category

28 December 2009

 

Illum għal ħabta ta’ nofsinhar u ħamsa (12:05hrs) daħlet telefonata għall-assistenza tal-Pulizija ġewwa Qasam San Pawl, Kerċem

    

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 80 sena kien weġġa’ permezz tal-moħriet tiegħu.  L-inċident seħħ meta r-raġel prova jirriversja l-moħriet bil-konsegwenza li dan spiċċa taħtu.  Fil-ħin tal-inċident ir-raġel kien ħdejn l-għalqa tiegħu u huwa minn Kerċem stess.

 

Huwa ttieħed b’ambulanza l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn wara li ngħata l-medikazzjoni meħtieġa huwa ser jinġieb Malta għal aktar osservazzjonijiet.  Għalkemm ir-raġel sofra ġrieħi ta’ natura gravi, fl-ebda ħin ma kien jew qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu

 

Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq dan il-każ.

 

B’referenza għall-inċident fatali li seħħ f’Santa Venera nhar l-24 ta’  Diċembru (PR577/09), ir-riżultat tal-awtopsja huwa dak ta’  ischaemic heart disease.

  Health-Related: Agriculture/Work

 

Report Date   Info   Category

27 December 2009

 

Both autopsies that have been appointed re the two dead bodies discovered on Christmas Day in Sliema and Zejtun, please note that both have resulted in pulmonary oedema. Both are inconclusive pending toxicological results. Police investigations are still ongoing.

  
  Persons Found Dead: Autopsies

 

Report Date   Info   Category

27 December 2009

 

A traffic accident has occurred in Floriana. Details re accident are as follows :

Time - 1100hrs
Loc - St Anne Street, Floriana

At about 1100hrs, the Police was informed that a motor vehicle has just occurred in the mentioned location. Police from the Valletta Police District repaired immediately on site. From preliminary investigations it transpired that whilst a 19 year old guy from Lija was driving his vehicle, make Fiat Uno, in St Anne Street, towards Valletta, for some reason he lost control of his vehicle. The Fiat Uno collided into the central strip and overturned on the other side of the road (lanes leading from Valletta towards Sliema/Hamrun etc).

An ambulance was summoned on site to treat the victim. However, same refused the treatment from the Mater Dei Hospital team. The road was closed for the flow of traffic for some time, however, it was shortly re-opened.

Police investigations on the accident are ongoing.

  
  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

26 December 2009

 

Il-lejla, ghall-habta tas-seba (19.00hrs), persuni irrikorrew l-Ghassa tal-Pulizija tal-Hamrun sabiex jitolbu l-assistenza peress li kienet qed issehh serqa fi Triq Dun Neriku Cordina Perez, il-Hamrun stess. 

   

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li xi persuni kienu qeghdin f’hanut tal-hwejjeg fit-triq imsemmija, dahlet persuna mhux maghrufa, armata b’arma tan-nar u mghammda.  Il-persuna talbet xi flus lil haddiema u harbet minn fuq il-post.  Waqt il-kaz hadd ma sofra xi griehi u s-somma misruqa ma tecceddiex €2,000.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani LLD.

 

Il-Pulizija ghada ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

25 December 2009

 

A person was found dead in Sliema

Extract from the Times of Malta:

Two young men were found dead today, one beneath the Surfside in Sliema, the other at his residence in Zejtun.

The Sliema man, who has not yet been identified, was found dead in mysterious circumstances and although the police are not ruling out anything out at this point, they said that murder was unlikely.

The Zejtun man was found dead at his residence in Triq il-Giebja Rumana. He is in his 20s.

Autopsies on both men are being held tomorrow.

Inquiries are being held."

  Person Found Dead

 

Report Date   Info   Category

25 December 2009

 

A person was found dead in Zejtun

Extract from the Times of Malta:

Two young men were found dead today, one beneath the Surfside in Sliema, the other at his residence in Zejtun.

The Sliema man, who has not yet been identified, was found dead in mysterious circumstances and although the police are not ruling out anything out at this point, they said that murder was unlikely.

The Zejtun man was found dead at his residence in Triq il-Giebja Rumana. He is in his 20s.

Autopsies on both men are being held tomorrow.

Inquiries are being held."

  Person Found Dead

 

Report Date   Info   Category

25 December 2009

 

Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest erba’ persuni inkonnessjoni ma’ sejbiet ta’ droga matul il-lejl li għadda.

   

Is-sejbiet saru minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija waqt ħidma f’Paceville, fejn saru diversi spezzjonijiet l-aktar f’postijiet ta’ divertiment. Il-persuni arrestati għandhom bejn 16 u 25 sena, u huma tlett ġuvintur u tfajla li huma residenti l-Mosta, Ħaż Żabbar, Ħal Qormi u Ħ’Attard.

 

Huma nstabu fil-pussess tad-droga ecstasy u kokajina.

 

Aktar indaġini mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga għadhom għaddejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

25 December 2009

 

Kmieni dalgħodu għal ħabta tal-ħamsa neqsin kwart (4:45hrs) seħħ inċident stradali fi Triq il-Kosta (Baħar iċ-Ċagħaq), Naxxar bejn żewġ vetturi.

   

Minn investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija l-inċident seħħ meta ż-żewġ vetturi kienu ġejjin minn direzzjoni opposta u għal xi raġuni baqgħu deħlin f’xulxin.

 

Il-vetturi, Toyota Corsa misjuqa minn ġuvni ta’ 27 sena mill-Meliieha u Hyundai misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Marsa ġarbu ħsarat estensivi.  Flimkien mas-sewwieq tal-Hyundai kien hemm tlett persuni femminili.

 

Fuq il-post isejjħet ambulanza fejn ħadet lil ħames persuni l-isptar Mater Dei.  Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa sakemm membri mit-tim mediku infurmaw lil Pulizija li ħadt mill-persuni ma kien fil-periklu tal-mewt, għalkemm ix-xufier tat-Toyota sofra xi ksur.  Il-persuni l-oħra għadhom qed jiġu medikati.

 

Investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjien.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

24 December 2009

 

Ghal-loghbiet tal-futbol BOV Premier League

Qormi vs Sliema

Valletta vs Floriana

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghbiet tal-futbol tal-BOV Premier League bejn Qormi vs Sliema u Valletta vs Floriana li ser jintlghabu fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali nhar is-26 ta’ Dicembru, 2009 ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters ta’ Sliema u Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘enclosure’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand C.  Id-dhul u l-hrug ser isir mill-istess post.
  • Is-supporters ta’ Qormi u Floriana ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom wara l-Millenium Stand. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul ser jsir mill-naha tal-West Stand A u d-dhul tas-supporters ser isir minn North Stand (faccata tas-Centenary Stadium). Il-hrug ghal wara l-loghba ghall-imsemmija supporters ser ikun mill-Millenium Stand ‘C’.
  • Ser ikun hemm dhul iehor mill-Millenium Stand A (Valletta Side) ghall-dawk is-supporters li ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
  • Ser isiru tfittxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser ikun ikkontrollat mill-Pulizija.

 

  
  Police Notice: Sports

 

Report Date   Info   Category

23 December 2009

 

Wara konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta’ San Ġiljan, Swieqi u Pembroke, flimkien mal-Paceville Business Community, il-Pulizija ser tagħmel dawn l-arranġamenti tat-traffiku b’effet mis-sebgħa (19:00hrs) ta’ filgħaxija f’Paceville u l-viċinanzi tiegħu matul iż-żmien ta’ lejliet il-Milied kif ukoll lejliet l-Ewwel tas-Sena.  Ma’ dawn ser jiżdiedu wkoll ir-ronda f’Paceville biex tinżamm il-buon ordni.

   
  1. Dħul għal Paceville minn :-
 
  1. Triq Reġjonali għal Triq Sant’Andrija għal Triq San Gor[ fid-direzzjoni għal l-Għassa tal-Pulizija
  2. Triq Reġjonali għal Triq Sant’Andrija għal Triq Santu Wistin għal Bajja ta’ San Ġorġ għal Triq Dragunara għal Triq il-Knisja
  3. Pembroke għal Bajja ta’ San Ġorġ għal Triq id-Dragunara għal Triq il-Knisja
 
  1. Hruġ minn Paceville via:-
 
  1. Triq San Ġorġ direzzjoni lejn l-Għassa tal-Pulizija
  2. Triq il-Knisja lejn Triq Ross lejn Triq San Ġorġ fid-direzzjoni lejn l-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan
  3. Triq id-Dragunara lejn Triq il-Knisja
 
  1. Ebda pparkjar ma huwa ser ikun permess:-
 

    A. Fuq iż-żewġ naħat ta’ Triq Dragunara

    B. Triq Wilġa bejn Triq San Ġorġ u Triq Ball

    C. Il-parti t’isfel ta’ Triq il-Knisja sa Triq Dragunara

    D. Fuq iż-żewġ naħat ta’ Triq tal-Venda tal-karozzi tal-linja ta’ Paceville, (parti minn Triq Sant’ Andrija), ħlief għall-karozzi tal-linja

 

Minħabbi raġunijiet ta’ sigurta’ u kemm tista’ tkun titnaqqas l-inkonvenjenza għall-pubbliku, vetturi li jkunu pparkjati fit-toroq imsemmija hawn fuq ser jiġu mneħħija.

 

Il-Pulizija ser ikunu imqassmin f’postijiet differenti sabiex jgħinu lis-sewwieqa kif ukoll lill-pubbliku f’dak li jkollu bżonn.

 

4.  Faċilitajiet ta’ Parkeġġ:-

 

Is-sewwieqa huma avzati li minbarra l-parkeġġi privati li wieħed isib f’dawn il-lokalitajiet, wieħed jista’ wkoll juża’ l-faċilitajiet li hemm gewwa l-Luxol Grounds fejn ser ikun hemm shuttle service għaċ-ċentru ta’ Paceville il-lejl kollu (2300hrs - 0600hrs).

 
  1. Aċċess ristrett:-
 

Ta’ min wieħed jinnota li t-toroq indikati hawn taħt huma aċċessibli biss għar-residenti kif ukoll għal mistednin tagħhom, kemm il-darba jipprovdu dokument relevanti li dawn huma vera mistednin fit-triq indikata.

 

Swieqi - Triq Mrabat, Il-Mini tas-Swieqi fi Triq Santu Wistin, Triq is-Sirk, Sqaq Lordes,  Triq l-Għarbiel

Paceville -  Paceville Avenue kantuniera ma’ Triq Ross

 

6. Użu ta’ transport privat

 

Biex kemm jista’  jkun titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq waqt dawn il-ġranet ta’ festi, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jagħmel użu mit-Trasport Pubbliku, Coaches privati, Taxis, Minibuses u vetturi chauffeur-driven.  Is-sewwieqa huma wkoll imħeġġa biex kemm jista’ jkun tintuża’ karozza privata waħda bil-għan li jitnaqqsu l-vetturi fit-toroq.

 

7. Ronda mill-Pulizija fit-Toroq prinċipali ta’ Paceville

 

Minbarra l-preżenza tal-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku, ser ikun hemm ukoll numru ta’ Pulizija fit-toroq prinċipali ta’ Paceville biex iżommu l-ordni pubblika.  L-isforzi tal-Pulizija ser ikunu immirati lejn ir-residenti, il-postijiet ta’ divertiment kif ukoll lejn l-istess membri tal-pubbliku li jiffrekwentaw dawn il-postijiet.

 

8. Appell

 

Nappellaw lil pubbliku in-ġenerali biex jikkopera mal-Pulizija sabiex ikunu evitati inċidenti u jitnaqqsu kemm jista’ jkun xi inkonvenjenzi li jistgħu jinqalgħu.  Huwa mportanti li dawk kollha li f’dawn iż-żminijiet jixorbu, jaraw li ma’ jkunux ser isuqu lura lejn id-dar biex b’hekk ikunu evitati inċidenti kemm tat-traffiku jew inċidenti oħrajn, bil-konsegwenza li jintilef kull sens ta’ divertiment kemm għalih u għal dawk kollha nvoluti.

 

Jekk ser isuq tixrobx

Jekk ser tixrob issuqx

  Traffic Notice

 

Report Date   Info   Category

22 December 2009

 

Wara nofs in-nhar ghall-habta tas-siegha u ghoxrin (13.20hrs) il-Pulizija giet infurmata li sehhet spluzjoni fi Triq San Dwardu, f’Hal-Qormi.

    

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kienet sehhet spluzjoni f’residenza fl-imsemmija triq.  Waqt din l-ispluzjoni, ragel, li ghandu 60 sena u huwa residenti fid-dar, sofra xi griehi u gie mehud l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika.  Aktar tard ir-ragel gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Explosion: Bomb - Residential

 

Report Date   Info   Category

21 December 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest hames persuni inkonnessjoni ma’ sejbiet ta’ droga matul il-jum tal-Hadd.

       

L-ewwel hidma mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija saret il-bierah tard filghodu, wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija illi persuna kienet suspettata li qed titraffika d-droga. Filfatt minn osservazzjonijiet maghmula mill-Pulizija gew innutati movimenti min-naha ta’ din il-persuna li kkonfermaw din l-informazzjoni. Meta huwa gie imwaqqaf mill-Pulizija f’Haz Zabbar, fuq il-persuna tieghu nstabu madwar €800 fi flus kontanti. Minn tfittxija li saret gewwa ir-residenza tieghu gewwa Haz Zabbar stess, instabu diversi pakketti kontenenti d-droga eroina u kokajina. Il-guvni li ghandu 23 sena qed jinzamm taht arrest ghall-aktar stharrig.

 

Hidma ohra mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga saret il-bierah tard wara nofsinhar gewwa Kazin tal-Banda fiz-Zejtun, fejn kien qed jigi organizzat ‘rave-party’. B’kollox gew arrestati 4 zaghzagh, tlieta miz-Zejtun u iehor minn B’Bugia, u li l-eta taghhom tvarja bejn is-16 u 31 sena. Fil-pussess taghhom instabet d-droga kokajina, ecstasy u raza tal-kannabis. Filfatt fil-pussess taz-zaghzugh ta’ 16 il-sena residenti B’Bugia nstabu 31 pillola tal-ecstasy kif ukoll raza tal-kannabis. Huwa filfatt inzamm mill-Pulizija wara li pprova jidhol fil-kazin fejn kien qed jigi organizzat il-party b’ID card ta’ persuna ohra. Il-persuni kollha qed jinzammu taht arrest ghall-aktar stharrig.

 

Uhud mill-persuni mizmuma ser jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga kokajina, eroina u ecstasy.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

21 December 2009

 

Kmieni dalgħodu għal ħabta tas-sitta neqsin kwart il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan kien seħħ inċident stradali.

       

Mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija rriżulta li ġuvni ta’ 20 sena minn San Gwann għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’sigra.  B’konsegwenza ta’ hekk iż-żewġ naħat tat-triq kellhom jingħalqu temporanjament sakemm tneħħiet is-siġra.

 

Fuq il-post isejjħet ambulanza li ħadet lil guvni l-Isptar Mater Dei fejn għadu kif ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi imma jinsab stabbli.

 

Il-Pulizija għadha għaddej bl-investigazzjonijiet rigward il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

19 December 2009

 

The Police bikers and motorcycle enthusiasts (Blue Beacon Bikers) regret to inform its friends, supporters and the public that due to bad weather, the Charity Ride in aid of the Community Chest Fund and specifically on the occasion of L-Istrina, which was scheduled to be held today Sunday 20th December, 2009 had to be postponed.

 

Following consultations with the Commissioner of Police, it has been agreed that the same Charity Ride will now be held on Boxing Day, that is Saturday 26th December, 2009.

 

The ride gathering will take place from 0900 hours, the venue being in front of the Police Garage in Floriana, (the usual meeting place).

 

“Weather permitting” the route established for this Charity Ride will be as follows:  Police Garage area – Sa Maison – Blata l’Bajda – December 13th Road Marsa – Notabile Road, Attard – San Anton for a short congregation close to the President’s Palace.  It will continue through Mdina Road, Attard – Mdina Road, Zebbug – through Qormi – to Council of Europe Road – Sta Lucia Avenue – 13th December Road – VISET.

 

Since this is a Charity Fund Raising event, the Police Bikers are urging local bikers and motor cycle enthusiast to join them for this good cause and the organizers trust that all will enjoy this ride as had been the case in past similar events.

 

As a sign of gratitude non-Police participants attending this event will be given a Police memento for this special occasion.

 

      
  Police Force Activity Notice: Christmas Celebrations

 

Report Date   Info   Category

19 December 2009

 

Spettaklu tal-Milied mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija

Fi Pjazza San Ġorġ

 

Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija flimkien mal-Pipe and Drums u l-kantanti tal-istess Banda flimkien ma’ kantanti oħra mistiedna, sejrin jerġgħu jtellgħu s-soltu spettaklu tal-Milied fil-Belt Valletta għall-okkazzjoni tal-Festi tal-Milied.

 

Din id-darba dan sejjer isir f’Misraħ San Ġorġ (quddiem il-Palazz tal-President) nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru, 2009 fis-6.00pm u nhar il-Ħamis, lejliet il-Milied 24 ta’ Diċembru, 2009 fis-6.oopm.

 

Fiż-żewġ  okkazjonijiet, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija tibda billi tagħmel parata militari minn Bieb il-Belt sal-Palazz tal-President, fejn ser jittella’  dan il-program vokali u strumentali.

 

Il-Banda tal-Korp bħas-soltu se ddoqq bil-permess ġentili tal-Kummissarju tal-Pulizija, s-Sur John Rizzo fuq stedina tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura b’risq il-Malta Community Chest Fund.

 

Dan l-ispettaklu tal-Milied li issa ilu jsir b’suċċess għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena, dejjem ġibed lejh numru ta’ spettaturi u nistgħu ngħidu li llum sar tabilħaqq tradizzjoni.

 

Matul dawn is-snin kollha dejjem kien hemm bħala mistiedna speċjali diversi kantanti popolari Maltin.  Din is-sena mhix eċċezzjoni għaliex mal-Banda fost oħrajn, dawk preżenti ser jitpaxxew bl-ilħna versitili ta’ Lawrence Gary, Roger Triganza, Keith Zammit u Kylie Coleiro, li lkoll se jipparteċipaw mal-kantanti tal-Banda tal-Korp.

 

F’dan il-kunċert nisimgħu fost oħrajn We are the World, The Prayer, Last Christmas, Happy Christmas – War is over, Oh Holy Night, Wonderful Christmastime, Mistletoe and Wine, Lonely This Christmas, Highland Cathedral, Let Joybells Ring u t-tradizzjonali Auld Lang Syne ilkoll siltiet mill-isbaħ u popolari tal-Milied.

 

Il-Banda tal-Pulizija li llum tinkorpora fiha 63 membru li huma kollha Pulizija regolari tkun taħt id-direzzjoni tal-Ispettur Anzjan Mro. Anthony Cassar.

 

Dawn huma l-aħħar żewġ appuntamenti tal-Banda mal-pubbliku għal din is-sena, fejn matul dawn l-aħħar tnax-il xahar il-Banda ċċelebrat għeluq id-desgħin sena minn mindu ġiet imwaqqfa għall-ewwel darba fl-1919.

 

      
  Police Force Activity: Christmas Celebrations

 

Report Date   Info   Category

19 December 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tal-hamsa nieqsin kwart (0445hrs), il-Pulizija ta’ l-Ghassa San Giljan giet infurmata li persuna kien safa’ misruq fi Triq id-Dragunara, San Giljan.

    

Minn stharrig preliminari li ghamlet il-Pulizija rrizulta li waqt li ragel ta’ nazzjonalita Taljana kien miexi fl-imsemmija triq , zewg persuni maskili avvicinawh u filwaqt li ppuntaw arma li taqta u bil-ponta fid-direzzjoni tieghu, dawn hadu l-kartiera tar-ragel.

 

Apparti minn ammont ta’ mhux aktar minn 200 Euro, il-hallelin serqu wkoll dokumenti personali tar-ragel.

 

It-Taljan li ghandu 35 sena u qed jirrisjedi San Giljan ma sofra l-ebda griehi.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L Quintano LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta Magisterjali.

 
 

Il-Pulizija ghadha ghaddejha bl-investigazzjonijiet taghha.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

19 December 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tal-hamsa u nofs (0530hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kif sehh incident stradali fi Triq is-Sejba, Mqabba.

       

Il- Pulizija marru mmedjatament fuq il- post fejn irrizulta li guvni ta’ 21 sena mill-Qrendi kien qed issuq vettura tat-tip Seat Ibiza u ghal xi raguni dan tilef il-kontroll u baqa’ diehel go garaxx fl-imsemmija triq.

 

Fuq il-post issejhet l-ambulanza li hadet lil guvni l-isptar Mater Dei fejn ghadu qed jinghata l-kura. Il-Pulizija giet infurmatha li l-guvni ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

 

Il-bieb kif ukoll il-faccata tal-garaxx garbu  hsarat estensivi kawza ta’ l-impatt

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejha bl-investigazzjonijiet taghha.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

19 December 2009

 

Ilbierah ghall-habta tas-sitta u hamsa (1805hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet qed issehh serqa gewwa hanut fi Triq San Lwigi, Msida.

       

Il- Pulizija tad- Distrett akkumpanjata mill- pulizija tal- Iskawdra tal- Mobile marru mmedjatament fuq il- post fejn irrizulta li persuna maskili kien dahal go hanut fl-imsemmija triq armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, u nofs wiccu mghammad b’maktur u hedded lis- salesgirl, tfajla ta’ 18-il sena minn Naxxar li kienet xoghol gewwa l- hanut.

 

L- ammont misruq ma’ jaccedix l-400 Euro.

 

Hadd ma wegga’ waqt dan l-incident.

 

Il- Magistrat ta’ l- Ghassa Dr. L Quintano LL.D gie nfurmat fejn hatar diversi esperti sabiex jasisstu fl- inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejha bl-investigazzjonijiet taghha.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

17 December 2009

 

Il-bieraħ  filgħaxija għal ħabta tat-tmienja u nofs il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Imdina kien seħħ inċident stradali.

    

L-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżultaw li vettura, li kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena minn Ħal Qormi, għal xi raġuni laqtet raġel ta’ 63 sena minn Ħal Qormi ukoll meta dan ta’ l-aħħar kien qiegħed jaqsam it-triq.

 

Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn kien iċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda qatt ma kien fil-periklu li jitlef ħajtu.  Il-kundizzjoni tar-raġel dalgħodu hija stabbli

 

Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa sakemm kien ikkonfermat li r-raġel ma kienx fil-periklu tal-mewt.  Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

15 December 2009

 

Illum fit-tmienja ta filghaxija (2000hrs), tressqet quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera, Chantelle Camilleri ta’ 21 sena mil-Hamrun fejn kienet akkuzata bi ksur ta’ kundizzjonijiet tal-Qorti.

       

L-imputata wehlet sentejn probation.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Mercieca u l-Ispettur Keith Arnaud mis-sezzjoni tal-Kriminalita.

  Court: Court Conditions

 

Report Date   Info   Category

15 December 2009

 

Illejla fit-tmienja (2000hrs), il-Pulizija se tressaq tfajla l-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera.

       

It-tfajla ser tkun akkuzata fuq ksur ta’ kundizzjonijiet tal-Qorti.

  Court Notice: Court Conditions

 

Report Date   Info   Category

14 December 2009

 

Ghal habta tas-sebgha (1900hrs), il-Pulizija giet infurmata li kienet ghadha kemm sehhet serqa fi Triq San Gorg , San Giljan.

      

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li zewg persuni kienu waqfu quddiem hanut fl-imsemmija triq u wiehed minn dawn il-persuni dahal gol-hanut mghammad bi crash helmet u armat b’arma tan-nar.

 

Il-hallelin harbu minn fuq il-post permezz ta’ mutur. L-ammont ta’ flus misruqa ma jaccedix 400 Euro, kif ukoll gew misruqa ammont ta’ gojellerija.

 

It-tfajla li kienet xoghol dak il-hin u li ghandha 23 sena minn San Giljan ma sofriet l-ebda griehi.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Grixti LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Giljan kif ukoll dawk mid-Dipartiment tal-Kriminalita ghadhom ghaddejijn bl-investigazzjoni taghhom.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

14 December 2009

 

Qed issir referenza għall-Istqarrija Stampa li ħarġet il-bieraħ rigward inċident stradali li seħħ fi Triq il-Kostituzzjoni, l-Mosta.     

Il-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li wara eżami mediku li sar fuq it-t-tfajla rriżulta li ma kienetx fil-periklu tal-mewt iżda ser tinżamm l-Isptar għal aktar osservazzjonijiet.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

13 December 2009

 

Għal ħabta tas-sebgħa u għaxra l-Pulizija kienu nfurmati li fi Triq il-Kostituzzjoni, l-Mosta kien hemm persuna mal-art.

    

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminary rriżultaw li tfajla ta’ 25 sena minn Ħaż Żebbuġ għal xi raġuni sfat imtajra meta din kienet qed taqsam it-triq minn xarabank li kienet misjuqa minn raġel ta’ 48 sena mill-Imqabba.

 

Fuq il-post isejjħet ambulanza fejn ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei fejn sa issa għadha qed tingħata l-kura meħtieġa u l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.  Għaldaqstant it-triq preżentament hija magħluqa għat-traffiku.

 

Sakemm tkun magħrufa l-kundizzjoni tat-tfajla nitolbu lil pubbliku in-ġenerali sabiex jagħmel użu minn toroq ulterjuri sakemm it-triq terġa’ tinfetaħ għan-normal.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

13 December 2009

 

Dalghodu ghal habta ta’ l-ghaxra u nofs (1030hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Hal Far, limiti ta’ B’Bugia kien ghadu kif sehh incident stradali bejn vettura u mutur.

    

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll membri tal-Protezzjoni Civili. Minn investigazzjonijiet preliminari li ghamlu l-Pulizija rrizulta li waqt li guvni ta 19-il sena kien qed issuq mutur ghal xi raguni dan kellu mpatt ma’ vettura tat-tip Ford Escort li kienet gejja mid-direzzjoni opposta. Kawza ta’ l-impatt il-guvni ttiehed l-isptar Mater Dei fejn ghadu qed jigi mmedikat minhabba l-griehi gravi li sofra.

 

Is-sewwieq tal-vettura, ragel ta’ 45 sena miz-Zurrieq sofra griehi ta’ natura hafifa u qed jinghata kura l-isptar Mater Dei ukoll.

F'stqarrija mahruga aktar tard il-Pulizijagiet infurmata li s-sewwieq tal-mutur, guvni ta’ 19-il sena mill-Gzira jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-Kaz giet infurmatha l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr D Clarke LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejijn.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

12 December 2009

 

Ghall-habta tad-9.15 pm il-Pulizija giet nfurmata li kien ghadu kif sehh incident tat-traffiku fejn ir-Roundabout tal- Erba Imwiezeb.

    

Il-Pulizija accedew fuq il-post fejn gie stabbilit li kien hemm habta bejn zewg vetturi.  Go vettura kien hemm zewg persuni ta’ eta’ avvanzata filwaqt li got-tieni vettura kien hemm persuna ta’18-il sena.

 

Il-mara giet iccerifikata mejta fuq il-post, filwaqt li ragel li kien fl-istess vettura jinsab f’ kundizzjoni kritika u giet mehuda l-Isptar Mater Dei.  Is-sewwieq ta’ 18- il sena ghandu biss griehi hfief.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dottoressa J. Padovani giet infurmata u qed issir inkjesta.

F'stqarrija mahruga aktar tard il-Pulizija ghada kif giet infurmata li l-persuna mazkili li kien fil-periklu tal-mewt miet fl-Isptar Meter Dei..


Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu sejjer.

  Traffic-Related: Fatal

 

Report Date   Info   Category

12 December 2009

 

Ghall-habta tas-6.30 pm il-Pulizija tad-distrett ta’ Ghawdex gie nfurmata li kienet ghada kif giet milquta mara fi triq ewlenija f’ Ghajnsielem.

    

Il-Pulizija accedew fuq il-post fejn gie stabbilit li mara ta’ nazzjonalita’ Germaniza ta’ madwar 54 sena kienet giet imtajjra minn karrozza.  Il-vettura kienet qed tigi misjuqa minn persuna ta’ nazzjonalita’ Maltija.

 

Il-mara giet iccerifikata li qieghda f’ kundizzjoni li titlef hajjitha.

 

Il-Magistrat Coppini gie infurmat u qed issir inkjesta.

F'stqarrija mahruga aktar tard il-Pulizija ghada kif giet infurmata li l-persuna ta’ nazzjonalita’ Germaniza mietet fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex.


Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu sejjer.

  Traffic-Related: Fatal

 

Report Date   Info   Category

10 December 2009

 

Reference is being made to the Press Release issued by the Europol Press Office - Successful operation against child sex offenders on the Internet.

   

Kindly note that investigations by the Malta Police Force were initiated following information received through the Europol Liasison Bureau in connection with an investigation conducted by the Austrian Police regarding the dissemination of child abuse images on the internet.

 

A Maltese suspect was arrested and arraigned before the Court of Magistrates (Malta).  He was found guilty of possession of indecent material involving children.  Subject, a 21-year old male, Maltese national, was sentenced to one (1) year imprisonment suspended for three (3) years and was placed under a supervision order for the same period of time.

 

Subject was found to be in possession of indecent material involving minors, including under the age of 9 years.  No Maltese children were identified during the course of this investigation.

 

Investigations were carried out by the local Police Cyber Crime Unit co-jointly with the Vice Squad.

  EUROPOL: Child Pornography

 

Report Date   Info   Category

08 December 2009

 

Il-lejla ghall-habta tas-seba u ghaxra (19.10hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna li sofriet xi griehi fi Vjal it-Trasfigurazzjoni, f’Hal-Lija.

  

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn hemmhekk instab ragel ta’ 59 sena minn-Nadur, Ghawdex li kien qieghed jinghata kura minn team mediku mill-Isptar Mater Dei habba xi griehi li kien qed isofri.  Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li waqt li r-ragel kien qieghed go vettura tat-tip Opel Astra, ghal xi raguni persuna/i mhux maghrufa kienu tefaw xi likwidu fid-drezzjoni ta’ fejn kien jinsab ir-ragel.  Ir-ragel gie mehud l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika, fejn bhalissa ghadu qed jigi invistat.

F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li l-persuna soffriet griehi gravi, pero mhux fil-periklu tal-mewt.


Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr J Apap Bologna LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Grevious Bodily Harm: Liquid Throwing - Acid

 

Report Date   Info   Category

08 December 2009

 

F’hidma li saret mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul il-lejl li ghadda waqt party li kien qed jigi organnizzat f’Ta’ Qali wasslet sabiex jinzammu 6 zghazagh inkonessjoni mal-abbuz ta’ droga.

  

Il-persuni mizmuma nstabu fil-pussess ta’ droga kokajina u ecstasy. Il-persuni arrestati ghandhom bejn sbatax u erba u ghoxrin sena u huma residenti l-Belt Valletta, Floriana, Dingli, Attard u Sliema.

 

Huma mistennija li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

06 December 2009

 

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija li harget minn dan l-ufficcju nhar l-24 ta’ Ottubru 2009 (PR 491-09) dwar spluzzjoni li sehhet f’kamra tan-nar fil-limiti tal-Mosta.

 

Il-guvni ta’ 26 sena mill-Mosta li kien sofra griehi gravi u li kien jinsab fil-periklu tal-mewt, sfortunatament tilef hajtu il-lejl li ghadda.

  Health-Related: Leisure - Fireworks: Fatal

 

Report Date   Info   Category

05 December 2009

 

Ghall-habta ta’ nofs in-nhar (12.00hrs) il-Pulizija ressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr A Vella LLD lil Redeemer Bellizzi ta’ 18-il sena u residenti l-Gzira.  Huwa gie akkuzat fost akkuzi ohra talli :

 
  • Fil-lejl ta’ bejn it-30 u l-31 ta’ Lulju 2009 minn fond fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema kkommetta serqa ta’ laptop, liema serqa hija aggravata bil-mezz, bil-valur u bil-hin;
 
  • Fix-xhur ta’ bejn Mejju 2009 u Awwissu 2009 xjentement laqgha ghandu, jew xtara hwejjeg misruqa, mehuda b’qerq jew akkwistati b’reat jew xjentement b’kull mod li jkun, indahal biex ibiegh jew imexxi dawn l-oggetti.
 

L-imputat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih.  Huwa ma nghatax il-liberta` provizorja u gie eskortat fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Keith Arnaud mis-CID.

  Court: Theft

 

Report Date   Info   Category

05 December 2009

 

Il-Pulizija ser tressaq guvni ta’ 18-il sena mill-Gzira l-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Vella LLD.   Huwa ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati ma’ serq.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

03 December 2009

 

Il-Pulizija f’dawn l-ahhar jumejn zammet diversi persuni wara investigazzjonijiet li ghamlet in konnessjoni mat-traffikar ta` droga .

 

Nhar it-Tlieta, wara nofsinhar il-Pulizija mill-Iskwadra ta` Kontra d-Droga arrestat ragel mil-Gzira ta` 37 sena  wara tfittxija li saret gewwa r-residenza tieghu. F`din it-tfittxija, il-Pulizija elevat ammont ta` sustanza kokajina, haxixa u raza tal-cannabis, flimkien ma’ ogetti ohra relatati mat-traffikar ta` droga.  Din il-persuna mistennija titressaq il Qorti fil-jiem li gejjin.

 

Kmieni l-Erbgha filghodu, il-Pulizija mill-Iskwadra ta` Kontra id-Droga  arrestat mara Maltija ta` 41 sena, mill-Hamrun, hekk kif kienet diehla fil-Facilita` Korretiva` ta` Kordin.  Minn tfittxija li ghamlet il-Pulizija fuq il-persuna ta`din il-mara, il-Pulizija sabet ammont ta` droga eroina, haxixa u raza tal-cannabis kif ukoll pilloli psikotropici, intenzjonati sabiex jiddahlu gewwa il-Facilita` Korretiva` ta` Kordin.   

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr C Scerri Herrera LLD, kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Illum tard wara nofsinhar il-mara tressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr M Hayman LLD b’akkuzi ta’ traffikar u pussess ta` droga eroina, u raza tal-cannabis kif ukoll talli dahlet ogetti projbiti gewwa l-Facilita` Korretiva` ta` Kordin.  L-imputata wiegbet mhux hatja ghal-akkuzi migjuba kontra taghha.  Hija inghatat il-liberta` provizorja fuq depositu ta` € 2,000 u garanzija personali ta` € 10,000.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadhom ghaddejjien, tant li wasslu lill-Pulizija sabiex jigu arrestati erbgha persuni ohra; mara ta` 39 sena mil-Hamrun, ragel ta` 37 sena minn tal-Pieta`, ragel ta` 34 sena u iehor ta` 41 sena, it-tnejn jinstabu  mizmuma fil-Facilita` Korretiva` ta` Kordin.

 

Intant, ilbierah il-Pulizija mill-Iskwadra ta` Kontra d-Droga flimkien mal-International Relations Unit tal-Pulizija fuq talba tal-awtoritajiet Inglizi esegwew mandat ta` Arrest Ewropew (EAW), fil-konfront ta` ragel ta` nazzjonalita` Brittanika.  Ir-ragel kien imfittex gewwa r-Renju Unit sabiex iwiegeb ghal akkuzi ta` traffikar ta` droga u offizi ohra.

 

Din il-persuna mistennija tigi prezentata l-Qorti sabiex jinbdew il-proceduri biex tigi estradita lejn ir-Renju Unit.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

01 December 2009

 

Illum fis-sebgħa (1900hrs) il-Pulizija ser tressaq 3 nisa l-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. C Scerri Herrera LL. D u ser jiġu akkużati b’estorsjoni ta’ ammont konsiderevoli ta’ flus, fastidju u theddid.

  Court Notice
 
     

 



 

 

 

 

 

COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US