The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date
PR
Info   Category

30 January 2010

34

Qed issir referenza għall-Istqarrija Stampa numru PR33-10 rigward l-inċident stradali li seħħ fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi.

 

Ir-raġel, li huwa ta’ nazzjonalita’ barranija iżda jgħix Raħal Ġdid għandu 43 sena.  Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn, għalkemm ġarrab ġrieħi ta’ natura gravi, ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.

 

Iż-żewġt itfal li kienu fil-vettura huma wieħed ta’ 9 snin minn Raħal Ġdid u l-ieħor ta’ 12-il minn Ħaż Żabbar, li dan tal-aħħar sofra ġrieħi u flimkien mar-raġel ser jinżammu l-Isptar għal aktar osservazzjonijiet.

 

Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

  Traffic-Related: - refer to PR 26

 

Report Date
PR
Info   Category

30 January 2010

33

Għall-ħabta tal-erbgħa neqsin ħamsa (15:55hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident stradali fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi.

 

Sa issa l-informazzjoni miġbura minn fuq il-post hija li van li kien misjuq minn raġel għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, telgħa l-bankina bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’arblu.  Miegħu kien hemm żewġt itfal.

 

Fuq il-post kienu msejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u membri tal-Enemalta.  Wieħed mit-tfal ittieħed l-Isptar Mater Dei waqt li t-tifel l-ieħor ma ġarrabx ġrieħi.  Is-sewwieq għadu qed jiġi assistit mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jinħareġ mill-vettura.

 

Iktar informazzjoni dwar il-każ tingħata aktar il-quddiem.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

30 January 2010

32

Illum fil-ħamsa l-Pulizija ser tressaq il-Qorti żewġ Libjani quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr M Hayman LL.D. u ser jiġu akkużati b’reati dwar ir-regolamenti dwar il-kontroll ta’ flus

  Court Notice: Economic Crimes

 

Report Date
PR
Info   Category

30 January 2010

31

Ghal-loghba tal-futbol li ser tintlghab nhar it-Tnejn

l-1 ta’ Frar 2010 bejn Hamrun Spartans u Qormi.

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghba tal-futbol bejn Hamrun Spartans u Qormi li se tintlghab fl-Istadjum Victor Tedesco tal-Hamrun nhar it-Tnejn l-1 ta’ Frar 2010, fis-7.30 ta’ filghaxija  ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters tal-Hamrun Spartans ghandhom jidhlu fil-Victor Tedesco Stadium mill-gate li hemm fuq in-naha ta’ Triq Schembri sabiex jidhlu fl-iStand A.
  • Mill-banda l-ohra s-supporters ta’ Qormi ghandhom jidhlu fil-Victor Tedesco Stadium mill-gate li hemm fuq in-naha ta’ Triq Mile End sabiex jidhlu fl-iStand B.
  • Mhux se jkun permess ipparkeggjar ta’ vetturi fit-toroq ta’ madwar l-istadjum wara t-3.00 ta’ wara nofsinhar ta’ l-istess gurnata sakemm tispicca l-imsemmja loghoba.
  • Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu fog horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
  • Waqt it-tfittxijjiet maghmula mill-Pulizija kull supporter ghandu juri l-biljett tad-dhul ghal-loghob rispettiv jew is-‘Season ticket’. Dawk il-persuni li mhux ser jkollhom fil-pussess taghhom il-biljetti ghal-loghoba, mhux ser jithallew jidhlu mill-Pulizija.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadjum u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkohol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  Police Notice: Sports

 

Report Date
PR
Info   Category

28 January 2010

30

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel Malti wara sejba ta’ droga eroina kmieni il-bierah wara nofsinhar gewwa l-Hamrun.

 

L-arrest sar wara li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga innutat movimenti suspettuzi go bar li jinsab fi Triq Hal Qormi, il-Hamrun. Hekk kif il-Pulizija dahlet f’dan il-bar sabiex taghmel tfittxija, mill-ewwel gie osservat ragel jarmi mal-art borza li wara irrizulta li kien fiha 16-il pakkett kontenenti d-droga eroina.  Sussegwentament saret ukoll tfittxija gewwa r-residenza tieghu fejn nstabu aktar oggetti relatati mat-traffikar ta’ droga.  Ir-ragel ghandu 44 sena huwa residenti l-Hamrun stess.  L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz ghadu ghaddej u r-ragel mistenni li jitressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ traffikar tad-droga eroina.

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul l-ahhar jiem kompliet ukoll bl-istharrig dwar mewt b’overdose ta’ droga li sehhet nhar l-20 ta’ Jannar 2010. Filfatt, Kevin Borg, ta’ 30 sena mill-Msida tressaq quddiem il-Qorti kmieni illum wara nofsinhar quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Gabriella Vella LLD, b’akkuzi ta’ traffikar u pussess aggravat ta’ droga eroina u kokajina, b’pussess aggravat ta’ droga ecstasy kif ukoll bil-pussess tad-droga kannabis.

 

Kien akkuzat ukoll talli fil-lejl ta’ bejn id-19 u l-20 ta’ Jannar 2010, b’nuqqas ta’ hsieb, bi traskuragni, jew b’nuqqas ta’ tharis ta’ regolamenti kkaguna l-mewt ta’ Fabio Maugeri, ta’ 21 sena.

 

L-akkuzat wiegeb li ma kienx hati tal-akkuzi izda ma’ nghatax il-liberta` provizorja u kien eskortat lejn il-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

28 January 2010

29

Illum fit-tlieta ta’ wara nofsinhar (15:00) il-Pulizija ser tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat G Vella LL.D. ragel ta’ 30 sena minn Hal Ghaxaq u ser ikun akkuzat b’konnessjoni ma droga u bi qtil involontarju.

  Court Notice: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

28 January 2010

28

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni inkonessjoni ma’ traffikar u abbuz ta’ droga eroina.

 

Il-persuni gew arrestati tard il-bierah wara nofsinhar minn membri tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga wara tfittxija li saret f’appartament gewwa G’Mangia u dan wara li l-Pulizija irceviet informazzjoni li kien qed isir traffikar ta’ droga minn dan l-appartament.

 

Il-persuni arrestati huma guvni ta’ 21 sena residenti fl-istess appartament u tfajla ta’ 19-il sena mill-Gharghur. Fl-appartament instab ammont ta’ droga eroina, li jindika li kienu ghall-skop ta’ traffikar, raza tal-kannabis, mizien, u oggetti ohra relatati mal-abbuz u traffikar ta’ droga

 

Aktar stharrig ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

27 January 2010

27

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija li ghada kif harget minn dan l-ufficcju dwar incident stradali f’Ghawdex.

 

Il-Pulizija giet infurmata li r-ragel sfortunatament tilef hajtu.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejijn fuq il-kaz.

  Traffic-Related: Fatal - refer to PR 26

 

Report Date
PR
Info   Category

27 January 2010

26

Dalghodu ghal habta tas-sebgha nieqsin ghoxrin (0640hrs), il-Pulizija kienet infurmatha li sehh incident stradali fi triq Gwanni Pawlu II, Rabat, Ghawdex.

 

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 79 sena mir-Rabat, Ghawdex ghal xi raguni ntlaqat minn vettura tat-tip Toyota misjuqa minn ragel ta’ 50 sena mir-Rabat, Ghawdex ukoll.

 

Il-vittma gie mehud l-Isptar Generali t’Ghawdex permezz t’ambulanza, fejn aktar tard gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. P Coppini LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadhom ghaddejijn bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Traffic-Related: Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

22 January 2010

25


Ghal-loghbiet tal-futbol BOV Premier League

Hiberians Vs.  Valletta

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija jixtieq javza li ghal-loghbiet tal-futbol tal-BOV Premier League li se jintlghabu fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali bejn Hiberians vs. Valletta li se tintlghab nhar is-Sibt 23 ta’ Jannar 2010 fit-15.00hrs.  u dik bejn Floriana Vs.  B’Kara li se tintlghab nhar-it Tnejn 25 ta’ Jannar 2010 fis-19.30hrs. se jsiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Ghal loghba tas-Sibt 23 ta’ Jannar 2010 is-supporters ta’ Hibernians ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom wara l-West Stand Parking.  Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul se jsir mit-ticketing office booths tal-West Stand A u d-dhul tas-supporters ser isir minn North Stand;
 
  • Filwaqt is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘Millenium’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul se jsir mit-ticketing office booths tal- West Stand C u d-dhul u ser isir mill-istess post.
 

Floriana Vs.  B’Kara

 
  • Fir-rigward il-loghba tat-Tnejn 25 ta’ Jannar 2010 is-supporters ta’ Floriana ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard.  Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul ser isir mit-ticketing office booths West Stand C u dhul se jsir mill-istess post.
 
  • Filwaqt is-supporters ta’ B’Kara ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni.  Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul se jsir mit-ticketing office booths tal- West Stand A u d-dhul u se jsir mill-entratura tan-North Stand.
 
  • Ser isiru tfittxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
 
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
 
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
 
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser ikun ikkontrollat mill-Pulizija.
  Police Notice: Sports

 

Report Date
PR
Info   Category

21 January 2010

24

Referenza qieghda ssir ghall-istqarrija (PR 20-10) li harget minn dan l-ufficcju dwar persuna misjuba mejjta f’residenza f’San Pawl il-Bahar.

 

Wara awtopsja li saret dalghodu, irrizulta li l-persuna sofriet pulmonary oedema, liema rizultat huwa wiehed provizorju.

  Person Found Dead: Residential - Autopsy

 

Report Date
PR
Info   Category

21 January 2010

23

Dalghodu l-Pulizija mid-Distrett t’Ghawdex ressqet lil Oman Galea ta’ 18-il sena, residenti l-Fontana il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr E Grima LLD.  Huwa gie akkuzat talli ikkommetta zewg serqiet aggravati, nhar it-30 ta’ Dicembru 2009 u ohra bejn it-18 u d-19 ta’ Jannar 2010, minn zewg residenzi privati fl-Ghasri, u aktar talli rrenda ruhu recidiv b’sentenza tal-Qorti tal-Magistrati ta’ Ghawdex.

 

L-akkuzat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih.  Hu ma nghatax il-liberta’ provizorja u gie mehud il-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud.

  Court: Aggravated Theft

 

Report Date
PR
Info   Category

21 January 2010

22

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest 6 persuni in konessjoni ma’ traffikar u abbuz ta’ droga eroina.

 

L-investigazzjonijiet bdew il-bierah filghodu wara li l-Pulizija kienet infurmata li kien nstab zaghzugh ta’ 22 sena mejjet go appartament f’San Pawl il-Bahar, li mill-ewwel investigazzjoni, x’aktarx tilef hajtu b’overdose ta’ droga.

 

L-istharrig tal-Pulizija wassal sabiex tigi identifikata persuna illi hija suspetata li setghet forniet id-droga lil din il-persuna misjuba mejta. Filfatt tard wara nofsinhar il-Pulizija arrestat lil din il-persuna li hija ragel ta’ 30 sena u residenti l-Imsida. Fl-appartament tieghu il-Pulizija sabet madwar 7 grammi ta’ droga eroina, ammont zghir ta’ droga kannabis, ammont ta’ pillolli suspettati ecstasy, zewg imwiezen, u oggetti ohra relatati mal-abbuz u traffikar ta’ droga.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Doreen Clarke LLD kienet infurmatha b’din is-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuga fl-inkjesta.

 

In konessjoni ukoll ma’ din l-investigazzjoni dwar traffikar ta’ droga, il-Pulizija qed izzom ukoll taht arrest 5 persuni ohra, 4 irgiel u tfajla li l-eta’ taghhom tvarja bejn is-17 u 28 sena u huma residenti San Pawl il-Bahar, l-Msida, Marsaxlokk u Hal Luqa.

 

Aktar stharrig, mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

20 January 2010

21

Dalghodu ghall-habta tal-hdax (11.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet sparatura fil-foss ta’ Haz-Zabbar.

 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt Ii zewg guvintur kienu jinsabu fil-lok imsemmi ghal xi raguni wiehed minnhom intlaqat minn arma tan-nar u sofra griehi.  Il-guvni, li ghandu 20 sena u huwa residenti Haz-Zabbar, gie mehud l-Isptar Mater Dei ghal kura medika.  Aktar tard huwa gie iccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Grevious Bodily Harm: by Shot

 

Report Date
PR
Info   Category

20 January 2010

20

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-sitta u nofs (06.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq Toni Bajada f’San Pawl il-Bahar.

 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li gewwa residenza fl-imsemmija triq kien instab guvni bla hajja.  Il-guvni, li ghandu 22 sena gie ccertifikat mejjet fuq il-post.  Minn investigazzjonijiet preliminari jirrizulta li ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza fuq il-persuna.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr S Meli LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.  Awtopsja mistennija li ssir ghada.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Person Found Dead: Residential

 

Report Date
PR
Info   Category

20 January 2010

19

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-sitta (06.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fil-Pjazza ta’ Rahal il-Gdid.

 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel kien qed jaqsam it-triq fil-pjazza msemmija ghal xi raguni kellu impatt ma’ vettura tat-tip Renault Megane.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura medika.  Aktar tard hu gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.  Ir-ragel, ghandu 80 sena u huwa residenti Rahal il-Gdid, filwaqt li s-sewwieq tar-Renault huwa ragel ta’ 39 sena u residenti Birzebbugia.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr S Meli LLD.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

18 January 2010

18

European Union funding for a Project on the implementation of the Second Generation of the Schengen Information System (SIS II)

 
 

The Ministry for Justice and Home Affairs is currently preparing itself for the entry in force of the second generation of the Schengen Information System. The second generation of the Schengen Information System provides for new categories of alerts including alerts on boats, aircraft and containers which are reported lost, stolen or misappropriated. The new system provides also new functionalities which will enhance significantly the abilities of law enforcement agencies in the schengen area to fight trans-border serious crime. Contemporaneously, the legal instruments regulating this second generation of SIS entail extra obligations on Member States as regards statistics, reporting and data protection.

 

In 2008, the European Commission approved funding under the Transition Facility Programme amounting to circa 101600 euro for a project aiming to prepare the Malta Police Force for the correct implementation of the relevant EU instruments. This Project has been implemented by the Malta Police Force with the assistance of experts from the SIReNE Bureau within the Italian Ministry of Interior.  Its implementation started in June 2009 and has been finalized during November 2009. As part of the project, workshops and seminars have been held in Malta for which Maltese and Italian experts participated. Moreover, officers from the Malta Police Force have participated in various study visits in Italy.

 

The second generation of the Schengen Information System constitutes an important aspect of the continued development in EU enhanced police cooperation, which is expected to be further enhanced considering the new possibilities that will be available after the entry in force of the Lisbon Treaty.

 

  Police Notice: Schengen

 

Report Date
PR
Info   Category

17 January 2010

17

Jinġabru tmien kontejners t’ għajnuna umanitarja għall-popolazzjonijiet ta’ Ħaiti u l-Albanija.
Il-poplu Malti matul l-aħħar jumejn għal darb’oħra reġa wera l-qalb kbira li għandu ma popli barranin li bħal issa għaddejjin minn żminijiet diffiċli ħafna wara li ntlaqtu minn diżastri naturali.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar jumejn ġabar b’kemm jesgħu 8 containers ta’ gvieret, ikel fil-bottijiet u ilma għall-popolazzjonijiet ta’ Ħaiti u l-Albanija. Il-ġbir mingħand il-pubbliku laħaq il-qofol tiegħu illum wara nofsinhar fil-bini tat-Taqsima tal-Għajnuna Umanitarja f’Xatt ix-Xiprajts fil-Marsa li f’ħinijiet minnhom ra serbut twil ta’ karozzi fit-toroq tal-madwar fil-kju biex iħottu l-għotjiet tagħhom.
Waqt żjara li għamel fis-sezzjoni tal-Għajnuna Umanitarja tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-Marsa, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici stqarr li kien impressjonat bir-rispons tal-poplu għas-sejħa tal-lum. Hu rringrazzja kemm lill-pubbliku preżenti għall-ġenerożità tiegħu, iżda anke lill-ħaddiema tad-Dipartiment, lill-voluntiera tas-St. John Ambulance u lill-għexieren ta’ voluntiera mit-team S.P.I.D.E.R. tad-Dipartiment stess. Hu fakkar li l-ħidma ta’ dawn in-nies ma tieqafx illum, iżda mistennija tibqa sejra tul din il-ġimgħa kollha sabiex id-donazzjonijiet kollha jiġu ippakkjati fi tmien kontejners.
Id-donazzjonijiet kienu qed jintlaqgħu ukoll fil-Fire Station fil-Heliport t’ Għawdex
Intant, donazzjonijiet ta’ flus ser jibqgħu jintlaqgħu għand il-Bank of Valletta fil-kont 40018758443 u l-HSBC fil-kont 078-002391-050 sal-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2010.

  MJHA Humanitarian Notice

 

Report Date
PR
Info   Category

16 January 2010

16

Illum Il- Pulizija giet infurmata li gewwa triq il-Kunsill ta' l-ewropa Hal-Luqa sehh incident tat- Traffiku fejn vettura tal-ghamla Citroen li kienet misjuqa min sewwieq mhux mgharuf tilfet il- kontrol fejn habtet ma centre strip qabzet lejn in- naha l- ohra tat-triq u habtet gewwa sigra. Fil- Vettura kien hemm erba passiggieri tas-sess maskili li kollha huma ta Nazzjonalita barranija fejn jghixu gewwa il- kamp tat- tined miftuh gewwa Hal-Safi. Dawn l-erba persuni gew mittiehda kollha gewwa l-isptar Mater dei fejn wiehed minnhom gie iccertifikat li qied fil- periklu tal-Mewt minhabba griehi li garrab. Investigazzjonijiet sabiex jinstab is-sewwieq li skond informazzjoni telaq min fuq il-post, huma ghaddejjin.

L- Investigazzjonijiet qed jitmexxew Mill- Ispettur Zammit tad-distrett fejn qeghda issir inkjesta Magisterjali mill Magistrat Tal-ghassa Dr. J. Padovani grima LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jghinuha fl-inkarigu moghti lilhom.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

15 January 2010

15

Illum, il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ghawdex ressqet lil Grazio Spiteri, ta’ 58 sena, residenti Ghawdex stess il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr P Coppini LLD.  Hu gie akkuzat fost akkuzi ohra talli :

 

Nhar it-8 ta’ Jannar 2010 u sentejn qabel, gewwa r-Rabat (Ghawdex),

 
  • Forna jew ipprokura jew offra li jforni jew li jipprokura id-droga eroina;
  • Kellu fil-pussess tieghu d-droga eroina, liema droga kienet fil-pussess tieghu meta din id-droga ma kienitx ghal uzu esklussiv tieghu;
 

Nhar it-13 ta’ Jannar 2010, gewwa r-Rabat (Ghawdex),

 
  • Ingurja, hedded jew ghamel offiza fuq il-persuni ta’ Surgent u zewg Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • Fl-Ghassa tal-Pulizija, ingurja, hedded jew ghamel offiza fuq il-persuni ta’ Spettur, Surgent u tlett Kuntistabbli tal-Pulizija
  • Kiser il-bon ordni u paci pubblika b’ghajjat u glied
 

L-imputat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih.  Huwa ma nghatax il-liberta` provizorja.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud.

  Court: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

12 January 2010

14

Il-bieraħ ġewwa l-Luxol Grounds, il-Pulizija tat-Taqsima ta’ Kontra d-Droga wettqet operazzjoni fl-inħawi tal-Luxol Grounds.

   

L-operazzjoni bdiet billi membri minn din it-Taqsima bdew josservaw il-movimenti suspettużi li kienu qegħdin iseħħu f’St Andrews.  F’ħin minnhom ġew osservati deħlin żewġ vetturi misjuqin b’veloċita’ qawwija.  Il-Pulizija interveniet mill-ewwel u filwaqt li rnexxilha żżomm vettura minnhom flimkien mas-sewwieq tagħha, kienet kostretta li tispara xi tiri lejn it-tyres tal-vettura l-oħra li baqgħet tinsaq fid-direzzjoni tal-Pulizija u dan sabiex twaqqafha.  Minkejja dan, din il-vettura irnexxilha taħrab ir-roadblocks tal-Pulizija. Ta' min wiehed jinnota li f'din l-operazzjoni hadd ma' wegga'.

 

Din l-operazzjoni tkompliet illum meta l-membri ta’ din it-Taqsima irnexxilhom isibu kemm il-vettura u s-sewwieq tagħha li kienu ħarbu il-ġurnata ta’ qabel mil-Luxol Grounds.

 

Bħala riżultat ta’ din l-operazzjoni it-Taqsima ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija irnexxilha taqbad madwar 18,000 pillola ecstacy.

 

Il-Maġistrat tal-Għassa ġie nfurmat u hu mistenni li xi persuni jitressqu l-Qorti in konnessjoni ma’ dan il-każ.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

07 January 2010

13

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga qed izzomm taht arrest ragel ta’ 39 sena, wara sejba ta’ droga tard ilbierah filghodu.

  

Is-sejba saret fir-residenza tar-ragel gewwa l-Birgu wara nformazzjoni li waslet ghand il-Pulizija li r-ragel x’aktarx kien qed ibiegh d-droga.

 

Filfatt fl-appartament tieghu instab ammont ta’ droga kokajina, li jindika li kienet fil-pussess tieghu ghall-skop ta’ traffikar, kif ukoll instabu pillolli tad-droga ecstasy. Gew misjuba wkoll ammont ta’ flus kontanti.

 

Ir-ragel ghadu qed jinzamm taht arrest u aktar stharrig ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

06 January 2010

12

Dalghodu għal ħabta tal-hdax nieqas ghaxra il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq is-Sejba l-Mqabba kien seħħ inċident stradali.

 

Minn investigazzjoni preliminari li għamlet il-Pulizija rriżulta li għal xi raġuni kienet sehhet kolluzjoni bejn zewg trakkijiet li kienu gejjin minn direzzjoni opposta.

 

Fuq il-post isejjħet ambulanza kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li hargu lil wiehed mis-sewwieqa li nqabad fit-trakk tieghu.

 

Iz-zewg xufiera, wiehed ta’ 34 sena minn Birzebbugia u l-iehor ta’ 27 sena mill-Floriana, ittiehdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ abulanza fejn l-ahhar wiehed instab li kien fil-periklu li jitlef hajtu.

 

It-triq inghalqet ghat-traffiku.

 

Bil-każ  kienet infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr G. Vella LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet rigward il-każ.

  Traffic-Related

Report Date
PR
Info   Category

04 January 2010

11

B’referenza għall-Istqarrija Stampa numru PR10/10 Triq is-Sebħ, Mrieħel reġgħet infetħet għat-traffiku.

 

Korrezzjoni żgħira li trid issir hija li waqt li fil-PR10/10 intqal li l-ħallelin ħarbu permezz ta’ mutur, fil-fatt dan tħalla fuq il-post.  Niskuża ruħi għal kull inkonvenjent maħluq.

  Hold-Up

Report Date
PR
Info   Category

04 January 2010

10

Il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Ħal Qormi f’Santa Venera kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.

 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija rriżultaw li vann li jġorr il-flus kien imwaqqaf minn van waqt li kien fl-imsemmija triq, fejn minn wara kienet ukoll ostakolatu gaffa.

 

Kien hawnhekk li ġew sparati tiri ta’ arma tan-nar lejn id-direzzjoni tat-tieqa tax-xellug kif ukoll minn quddiem.

 

Kif il-ħallelin raw li ma setgħux jippenetraw il-van ħarbu minn fuq il-post fejn ppruvaw ukoll jagħtu n-nar lil van, iżda dan ma rnexxilhomx.  Huma ħarbu minn fuq il-post permezz ta’ vann ieħor u mutur.

 

Fl-istess ħin fi Triq is-Sebħ, Mrieħel, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm ammont kbir ta’ likwidu mal-art li kien ta’ periklu ghall-vetturi.  Kien għalhekk li ssejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ineħħu kull periklu.  Fil-fatt it-triq għadha magħluqa għat-traffiku.  Ikun opportun jekk il-pubbliku juża’ toroq alternattivi sakemm terġa’ tinfetaħ it-triq.

 

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident

 

Il-Pulizija għadh qed tinvestiga dan il-każ.

  Hold-Up: Cash Van

Report Date
PR
Info   Category

04 January 2010

9

Għal ħabta tal-għaxra u kwart il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq it-Tempesta, l-Qrendi kien seħħ inċident stradali.

 

Minn investigazzjoni preliminari li għamlet il-Pulizija rriżulta li għal xi raġuni vettura tat-tip Peugeot 306 misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn Ħaż Żabbar u trakk tal-linja misjuq minn raġel ta’ 42 sena miż-Żejtun ħabtu.

 

Fuq il-post isejjħet ambulanza kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, fejn ir-raġel ta’  30 sena kien ddikjarat mejjet fuq il-post.

 

Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa.

 

Bil-każ  kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Micallef Trigona LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet rigward il-każ.

 

B’referenza għall-kundizzjonijiet tal-mara li kienet involuta fl-inċident ta’ Marsaxlokk tas-Sibt 2 ta’ Jannar, 2010, kif ukoll tar-raġel minn Ħal Qormi, dawn għadhom fil-periklu tal-mewt pero’ f’kundizzjoni stabbli.

  Traffic-Related: Fatal

Report Date
PR
Info   Category

04 January 2010

8

Il-bieraħ  il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Nazzjonali, il-Furjana kien seħħ inċidenti stradali.

 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura li kellha sitt persuni fiha għal xi raġuni baqgħet dieħla f’siġra meta kienet dieħla fid-direzzjoni tal-Belt Valletta.

 

Fuq il-post isejjħu diversi ambulanzi kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.

 

Il-guvintur ingħataw mill-ewwel assistenza medika fejn ġuvni ta’ 19-il sena mill-Mosta, li kien passiġġier, kien iddikjarat mejjet fuq il-post.  Ix-xufier u passiġġier ieħor, ġuvni ta’ 19-il sena minn Ħal Għaxaq u ieħor ta’ 21 mill-Fgura rispettivament, ġarbu ġrieħi ta’ natura ħafifa.  Ġuvni ieħor mill-Gżira jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu, waqt li żewġ ġuvintur, wieħed ta’ 21 sena minn B’Kara u ieħor ta’ 19-il sena minn Santa Luċija ġarbu ġrieħi ta’ natura gravi (ksur) pero’ ma jinsabux fil-periklu li jitilfu ħajjithom.

 

Bil-każ kien infurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr A Micallef Trigona li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija għadda għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha.

  Traffic-Related: Fatal

Report Date
PR
Info   Category

04 January 2010

7

Il-bieraħ filgħodu saret ċerimonja fis-Sala Vilhena fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn żewġ Kuntistabblijiet ingħataw ċertifikat ta’ mertu, waqt li d-Distrett tal-Belt rebaħ it-trofew għad-Distrett li naqqas ir-reat tal-kriminalita’, kif ukoll trofew lil Uffiċjal tas-Sena.

 

Pc986 Paul Spiteri, stazzjonat l-Għassa Rabat (Malta) ingħata Ċertifikat ta’ Mertu talli fis-17 ta’ Awwssu, 2008 waqt li kien off duty irnexxilu jitfi vettura li kienet ħadet in-nar u li fiha kien hemm xi persuni.

 

Pc525 Charlton Falzon Cascun, li huwa stazzjonat it-Taqsima Mobbli, ingħata Ċertifikat ta’ Mertu talli fit-2 ta’ Frar, 2009 waqt li kien off duty irnexxilu jaqbad suspettat li kien riċerkat mid-Dipartiment ta’ l-Investigazzjoni Kriminali, u li dan kien qed jagħmel użu minn vettura misruqa.

 

Minn erba’  snin ilu beda jingħata trofew għal dak id-Distrett li jirnexxilu jnaqqas l-akbar persentaġġ tar-rat ta’ kriminalita’  meta kkumperata mas-sena ta’ qabel.  Din is-sena ntrebħet mid-Distrett tal-Belt fejn irnexxielu jnaqqas ir-rata ta’ kriminalita’ b’wieħed u tletin punt tlieta u disgħin fil-mija.

 

Inovazzjoni oħra li daħlet sentejn ilu hija l-għoti ta’ trofew għal dawk l-uffiċjal li ddistingwa ruħu tul is-sena, minn Bord apposta li jgħarbel il-lista ta’ dawk kollha nnominati, fosthom dawk li jkunu rċevew ċertifikat ta’ mertu jew ta’ kommendazzjoni.  Din is-sena dan it-trofew intrebaħ minn PC986 Paul Spiteri.

 

  Police Force Activity: Certificates of Merit

Report Date
PR
Info   Category

02 January 2010

6

Għal ħabta tas-sagħtejn u nofs (14:30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li seħħ inċident stradali fi Triq il-Marina, il-Kalkara.

  

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn mill-investigazzjoni preliminary rrizulta li vettura tat-tip VW Passat misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Kalkara u vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 36 sena minn Ħal Tarxien li kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta għal xi raġuni ħabtu.  B’konsegwenza ta’ hekk il-vettura Toyota baqgħet dieħla f’siġra.

 

Fuq il-post isejjħet ambulanza fejn ħadet lil mara u żewġt itfal li kienu magħha l-isptar Mater Dei fejn sa issa l-Pulizija għadha ma ngħatatx il-kundizzjoni tagħhoom.

 

Sakemm jingħataw il-ġrieħi tal-persuni t-triq hija magħluqa għat-traffiku u għaldaqstant il-pubbliku huwa mitlub sabiex juża’ toroq alternattivi sakemm  it-triq terġa’ tinfetah għan-normal.

 

Iktar dettalji jingħataw iżjed il-quddiem.

  Traffic-Related

Report Date
PR
Info   Category

02 January 2010

5

Qed issir riferenza għall-Istqarrija Stampa PR4/10.

 

It-toroq imsemmija għadhom kif infetħu lura għat-traffiku, waqt li l-kundizzjoni tal-mara li għandha 50 sena hija waħda kritika minħabba l-ġrieħi li sofriet, waqt li l-mara l-oħra sofriet ġrieħi ta’ natura ħafifa.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

02 January 2010

4

Għal ħabta tal-għaxra u nofs (10,30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Luzzu kien seħħ inċident stradali.

 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat fejn mill-istħarriġ li sar fuq il-post irriżulta li għal xi raġuni raġel ta’ 38 sena minn M’Xlokk tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ diehel f’van li kien għaddej dak il-ħin.  Konsegwenza ta’ hekk, il-vann daħal f’arblu u laqat żewġ nisa li dak il-ħin kienu fuq il-bankina.

 

Fuq il-post isejjħet ambulanza li ħadet liż-żewġ nisa, waħda ta’ 53 u l-oħra ta’ 50 sena u t-tnejn minn M’Xlokk, l-isptar Mater Dei fejn il-Pulizija għadha qed tistenna l-kundizzjoni tagħhom.  Iż-żewġ xufiera ma sofrew l-ebda ġrieħi.

 

Preżentament Triq il-Luzzu u Triq l-Arznell huma magħluqa sakemm tkun magħrufa l-kundizzjoni taż-żewġ nisa.

 

Ikun prudenti li sakemm terġa’ tinfetaħ it-triq il-pubbliku juża’ toroq alternattivi sabiex ma jkunx hemm kongestjoni ta’ traffiku.

 

Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

01 January 2010

3

Qed isir referenza għall-Istqarrija Stampa li ħarġet illum bin-numru PR 1-10 għar-rigward l-inċidenti stradali li seħħew il-Qala Għawdex u Ħaż Żabbar.

 

Fl-inċident tal-Qala kienu nvoluti żewġ vetturi, VW Bora misjuqa minn ġuvni ta’  20 sena min-Nadur u VW Golf misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mir-Rabat, Għawdex.

 

Il-vetturi kienu misjuqa fid-direzzjoni opposta ta’ xulxin meta għal xi raġuni dawn ħabtu.  Flimkien mar-raġel ta’ 28 sena kien hemm tfajla ta’ 25 sena mix-Xaghra.  Iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar fejn kienu ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.  Fil-fatt it-tnejn intbagħtu d-dar.  Il-ġuvni ma sofra l-ebda ġrieħi.

 

Tlett persuni kienu qed jinżammu għal osservazzjoni l-isptar rigward l-inċident stradali li seħħ fi Triq Wied il-Għajn, limiti ta’ Ħaż Żabbar.  Ix-xufier tal-vettura Opel, li huwa ġuvni ta’ 22 sena miż-Żejtun qed jinżamm l-isptar għall-osservazzjonijiet.  Fil-vettura miegħu kellu 2 passiġġiera oħra, li tfajla minnhom sofriet ġrieħi ħfief waqt li l-persuna l-oħra ma’ ġralha xejn.  Ix-xufier tal-vettura l-oħra, ġuvni ta’ 27 sena mix-Xgħajra intbagħat id-dar wara li nagħta l-kura meħtieġa.

 

Ir-raġel ta’  48 sena minn San Pawl il-Baħar li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar ma għadux iżjed fil-periklu tal-mewt għalkemm qed jinżamm l-isptar għal aktar osservazzjonijiet.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

01 January 2010

2

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed iżżomm taħt arrest 20 persuna inkonnessjoni ma’ diversi sejbiet ta’ droga matul il-lejl li għadda u matul il-jum tal-bieraħ.

 

Il-ħidma tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga bdiet il-bieraħ filgħodu, fejn saret tfittxija ġewwa appartament fin-Naxxar fuq suspett illi ġuvni ta’ 18-il sena kellu fil-pussess tiegħu ammont ta’ pillolli ecstasy li huwa maħsub li huwa kien ser ibiegħ aktar tard matul il-lejl waqt party. Filfatt, fil-kamra tas-sodda tiegħu ġewwa r-residenza tal-ġenituri tiegħu nstabu aktar minn 70 pillolla ecstasy.

 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Miriam Hayman LL.D. kienet infurmata bdin is-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Ħidma oħra saret mit-Taqsima tal-Iskwadra Mobbli tal-Pulizija fejn ġew arrestati żewġt irġiel ta’ 30 u 32 sena mill-Imġarr u l-Gżira fl-inħawi tal-Isptar Zammit Clapp, San Ġiljan. Fil-pussess tagħhom instabet id-droga eroina, methadone u munizzjon.

 

Matul il-lejl numru ta’ membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija kienu mpenjati f’ħidmiet f’diversi nħawi ta’ Malta, partikolarment f’postijiet ta’ divertiment, fejn instabet droga f’Ta’ Qali, Paceville u Ħal Farruġ limiti ta’ Ħal Luqa.

 

Waqt party li kien organizzat f’Ta’ Qali ġew miżmuma ħamest irġiel u tlett tfajliet li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u 30 sena, u li huma residenti ż-Żurrieq, Marsaskala, San Ġwann, Żabbar, Qrendi, Kirkop, Valletta u Qormi, wara li fil-pussess tagħhom instabet id-droga kokajina, ecstasy u raża tal-kannabis.

 

Minn Paceville ġew arrestati sebat irġiel oħra li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u l-61 sena, u li huma residenti il-Fgura, San Ġwann, Żabbar, Marsaskala, San Ġiljan, u B’kara wara li fil-pussess tagħhom instabet id-droga kokajina u raża tal-kannabis.

 

Minn party ieħor li kien organizzat fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ, il-Pulizija arrestat ġuvni ta’ 22 sena minn Ħ’Attard wara li fil-pussess tiegħu nstabet id-droga kokajina.

 

Ħidma oħra saret ġewwa il-Gżira fejn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-droga interċettaw vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena mill-Msida. Fil-pusssess tiegħu nstabet d-droga kokajina li kienet mqassma f’diversi pakketti lesta sabiex tinbiegħ.

 

Aktar indaġini mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għadhom għaddejjin u l-persuni mistennija jitressqu l-Qorti fil-ġranet li ġejjien b’akkużi ta’ pussess ta’ droga. Tlieta minn dawn il-persuni ser jitressqu wkoll b’akkużi ta’ traffikar ta’ droga ecstasy, kokajina u raża tal-kannabis.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

01 January 2010

1

Kmieni dalgħodu l-Pulizija kienet infurmata li seħħew numru ta’ inċidenti stradali madwar Malta u Għawdex.

 

Il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Imġarr, il-Qala Għawdex kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fejn raġel ta’ 28 sena mir-Rabat, Għawdex ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex isofri minn ġrieħi wara li l-vettura tiegħu kienet involuta f’inċident stradali.

 

Ir-raġel sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa għalkemm ser isiruli aktar testijiet.  Iktar informazzjoni rigward dan l-inċident tingħata iktar il-quddiem.

 

It-tieni inċident seħħ fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura tal-għamla Toyota, misjuqa minn raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip Land Rover, misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena, li kienu qed jinstaqu f’direzzjoni opposta għal xi raġuni ħabtu bil-konsegwenza li l-vetturi ġarbu ħsarat estensivi.

 

Fuq il-post isejjħu Ambulanza u membri tal-Protzzjoni Ċivili fejn ħarġu lir-ragel mill-vettura tiegħu.  Ir-raġel sofra ġrieħi ta’ natura gravi u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

 

Bil-każ  kienet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr. M Hayman LL.D. fejn ħatret diversi persuni sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Inċident ieħor seħħ fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid għal ħabta tas-sitta neqsin kwart.  Raġel ta’ 29 sena miż-Żejtun għal xi raġuni ħabat ma arblu tad-dawl bil-konsegwenza li nqaleb.  Ir-raġel ġarrab ġrieħi ta’ natura ħafifa.  Fuq il-post isejħu membri tal-Enemalta sabiex jitneħħa kull periklu.

 

Inċident simili seħħ fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, fejn raġel ta’ 40 sena min-Naxxar għal xi raġuni baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl meta tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu.  Għalkemm il-vettura ġarbet ħsarat estensivi, r-raġel ma weġġgħax.  Isejħu wkoll il-membri tal-Enemalta sabiex jitneħħa kull inkonvenjent.

 

Inċident ieħor seħħ fi Triq Wied il-Għajn, limiti ta’ Ħaż Żabbar għal ħabta tal-ħamsa u nofs fejn sidien ta’ vetturi Opel u Fiat Punto għal xi raġuni ħabtu bil-konsegwenza li numru ta’ persuni li kienu fiż-żewġ vetturi sfaw imweġġa’.  Erba’ persuni qed jinżammu l-isptar fejn sa issa l-Pulizija għadha ma ġietx innotifikata bil-ġrieħi tagħhom u għaldaqstant it-triq imsemmija għadha magħluqa għat-traffiku.  Iktar informazzjoni tingħata aktar il-quddiem.

 

F’dan il-każ  nitolbu l-assistenza tal-pubbliku in-ġenerali sabiex juża toroq ulterjuri sabiex jitnaqsu kull inkonvenjent.

  Traffic Related
 
     

 



 

 

 

 

 

COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US