The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date
PR
Info   Category

27 February 2010

71

Illum wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Ħarifa fil-Mosta aktarx kienet qed issir serqa.

 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat lilha u wara li għamlet tfittxija fil-lok indikat, li huwa post li għadu taħt kostruzzjoni, kif ukoll fl-inħawi tal-madwar, inqabad raġel li kien ħiereġ b’ammont ta’ affarijiet.  Huwa ġie mwaqqaf u miżmum mill-Pulizija.

 

Bil-każ  kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli LL.D.

 

Iktar stħarriġ  mill-Pulizija għadu għaddej fejn ir-raġel qiegħed jgħin lil Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.

  Theft: Caught Red-Handed

 

Report Date
PR
Info   Category

27 February 2010

70

Kmieni dalgħodu għal ħabta tas-sitta u nofs il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Kbira San Ġuzepp, il-Ħamrun kien hemm karozza maqluba.

 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjoni preliminari rriżulta li tfajla ta’ 23 sena minn Ħal Qormi għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura, tat-tip Kia Avella, bil-konsegwenza li nqalbet meta din qabdet il-bankina.

 

Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjonijiet fejn sa dan il-ħin hija għadha qed tiġi eżaminta mit-tobba u li sa issa ma hijiex fil-periklu li titlef ħajjitha.

 

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

27 February 2010

69

Kmieni dalgħodu ntalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq il-Grecja, n-Naxxar fejn kien irrapurtat li kien hemm nirien ma residenza privata.

 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn pruvaw jitfu n-nirien li kien ħakem il-ġnien u l-intrata tad-dar.  Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn tfew in-nirien.  Ħsarat kienu kien jidher li sar fil-bieb ta’ barra kif ukoll f’xi għamara fl-ewwel kamra tad-dar.

 

Membri tal-Protezzjoni Ċivili għenu lil membri tal-familja, li fil-ħin tal-inċident kienu telgħu fuq il-bejt, sabiex jiġu evakwati mill-post.  Għalkemm ħadd ma weġġa’, issejħet ambulanza fejn assistit lil persuni kollha minħabba xi duħħan li setgħu belgħu.  Hadd mill-erba’ persuni ma ttiehdu l-isptar Mater Dei.

  Fire: Residential

 

Report Date
PR
Info   Category

26 February 2010

68

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 67-10 rigward l-incident li sehh dalghodu gewwa Triq Valletta, l-Imqabba, il-Pulizija ghadha kemm giet infurmata li l-kundizzjoni tar-ragel hija wahda stabbli

  Health-Related: Work - Ref 68

 

Report Date
PR
Info   Category

26 February 2010

67

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tmienja (08.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Valleta, l-Imqabba, kien hemm bzonn l-assistenza peress li kien hemm persuna feruta. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel kien qed jaghmel xi xoghol f’garage, ghal xi raguni hu waqa`gholi ta’ madwar nofs sular u gie fuq xi hadid.  Ir-ragel, li ghandu 58 sena u huwa minn Hal-Luqa gie mehud l-Isptar Mater Dei ghal-kura medika.  Aktar tard huwa gie ccertikat li kien qed isofri minn griehi ta’ natura gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt. 

Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Health-Related: Work

 

Report Date
PR
Info   Category

25 February 2010

66

Illejla ghal habta tat-tmienja (20.00hrs), il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li ghal habta tal-hamsa (1700hrs), kien dahal persuna l-Isptar ibati minn griehi wara li kien intlaqat minn vettura.

 

Il-Pulizija marru mmedjatament l-Isptar Mater Dei fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru, irrizulta li waqt li guvni ta’ 27 sena mill-Iklin kien qed isuq van pick-up fi triq San Mikiel kantuniera ma’ triq Stefano Erardi gewwa l-Iklin dan ghal xi raguni laqat ragel ta’ 67 sena mill-Iklin.

 

Wara li saru testijiet medici fuq il-vittma dan gie ccertifikat li sofra griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa  Dr. Anthony Vella LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

25 February 2010

65

Reference is being made to the Press Release issued today by Father Mark Montebello regarding a Nigerian national allegedly being treated badly by the Police on 10th February, 2010.  The Police categorically deny all allegations raised in respect of the Police Force.

 

The Police involved in this case, were all in their uniform and clearly in a Police marked car.  The Police requested Mr Iseki to board the Police vehicle so that he may be escorted to Police Headquarters for questioning.  At this point subject resisted the Police arrest and fled away.  The Police gave chase and on being apprehended, he continued to resist arrest and as a consequence one of the Police Officers sustained slight injuries in his knee as certified by a doctor from the Mosta Health Clinic. Mr Iseki was later escorted to Qawra Police Station, where he was handed over to CID officers in plain clothes, who immediatley identified themselves as Police officers, for further investigations from their end.

 

Mr Iseki was kept in custody at the Police HQ lock up from 19:15hrs on          10th February, 2010 until 12:10hrs on 12th February, 2010 when he was arraigned in court, and not as incorrectly alleged by Fr Mark Montebello that Mr Iseki was kept in cutody for three consecutive days.

 

Fr Montebello was also not correct in saying that Mr Iseki had no face to face encounter with the investigating police officer. Mr Iseki was duly spoken to by the Investigating Officer immediatley after being arrested and brought into Police Custody

 

Contrary also to what is being reported by Fr Montebello, Mr Iseki refused to consult a lawyer prior police questioning. However, upon arraignment, Mr Iseki was assigned a legal aid lawyer by the Court. Mr Iseki requested bail which so far has been denied by the Court.

 

Furthermore, it is also important to say that Fr Mark Montebello was duly briefed of all details and procedures conserning this case by the investigating officer.

  Police Reaction to Press Release

 

Report Date
PR
Info   Category

25 February 2010

64

Kmieni dalghodu għal ħabta tas-saghtejn u nofs (02.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm nirien qawwija gewwa Triq il-Kappella ta’ Santa Marija, limiti tal-Matghab.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjoni preliminari gie nnotat li zewgt imhazen gew mahkuma minn nirien u garbu hsarat konsiderevoli, anke strutturalment.

Issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili li kkontrollaw in-nirien kif ukoll membri tal-Enemalta sabiex jitnehha kull periklu li seta’ kien hemm.  

Bil-każ  kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr L. Quintano LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

  Fire

 

Report Date
PR
Info   Category

23 February 2010

63

Illum għal ħabta tat-tmienja u kwart (20:15) il-Pulizija kienet infurmata li kienet seħħet serqa fi Trough Bridge, Albert Town. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet preliminari li għamlu l-Pulizija rriżultaw li żewġ persuni li kienu mgħammda, u li wieħed minnhom kien armat b’arma tan-nar, daħlu ġo ħanut fl-imsemmija triq u talbu l-flus lil sid il-hanut.  Fil-ħin tas-serqa kien hemm xi persuni oħrajn. 

Iż-żewġ  persuni ħarbu minn fuq il-post fejn kien hawnhekk li persuna li kienet fil-ħanut għal xi raġuni sofriet ġrieħi f’rasha.  Il-ħallelin ħarbu minn fuq il-post, fejn l-ammont misruq huwa wieħed konsiderevoli. 

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti l-persuna feruta fejn kienet iċċertifikata li l-ġrieħi kienu ta’ natura ħafifa. 

Bil-każ  kienet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr M Hayman LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

  Hold-Up

 

Report Date
PR
Info   Category

23 February 2010

62

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 55-10, rigward l-incident li gara nhar il-21 ta’ Frar, 2010 gewwa Marsaxlokk.

Ilum ghall-habta ta’ nofsinhar il-Pulizija ser tressaq persuna il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. M. Hayman LL.D.

  Court Notice: Homicide - Ref 55

 

Report Date
PR
Info   Category

22 February 2010

61

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 60-10, rigward l-ispluzjoni tal-kamra tan-nar li sehhet gewwa Hal Qormi fejn zewg persuni sfaw midruba serjament, il-Pulizija ghada kif giet infurmata li wara tfittxija ntensiva sfortunatament dawn instabu mejta.  

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Explosion: Fireworks Factory - Ref 59-60

 

Report Date
PR
Info   Category

22 February 2010

60

Illum ghal habta tas-sitta (1800hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet ghada kemm sehhet spluzzjoni fil-limiti tal-Handaq, Hal Qormi.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post assistita minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, tal-Forzi Armati u ta’ l-Isptar Mater Dei fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li kienet sehhet spluzjoni f’kamra tan-nar. B’kollox fl-inhawi kien hemm sebgha persuni. Wiehed minn dawn il-persuni, li ghandu 38 sena u residenti Hal Qormi ttiehed l-isptar Mater Dei fejn gie mmedikat u gie rilaxxat fis-sieghat ta’ wara. Persuna ohra ragel ta’ 57 sena minn Hal Qormi ttiehed il-Klinika tas-Sahha tal-Furjana fejn gie certifikat li sofra griehi ta’ natura hafifa u tlett rgiel ohra, kollha residenti Hal Qormi li ghandhom 53 sena,  36 sena u 29 sena ma sofrew l-ebda griehi. 

Immedjatament bdiet tfittxija ghal zewg rgiel ohra li jidher li kienu fil-kamra minn fejn sehhet l-ispluzjoni.

B’dan il-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Consuelo Scerri Herrera LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta. 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

Il-Pulizija tixtieq terga tavza lill-pubbliku ingenerali sabiex ma javvicinax lejn l-inhawi fejn sehh l-incident u l-limiti tal-madwar minhabba xi periklu li ghad jista’ jkun hemm fuq il-post.

  Explosion: Fireworks Factory - Ref 59

 

Report Date
PR
Info   Category

22 February 2010

59

Minhabba l-incident li ghadu kemm sehh f’Hal Qormi (limiti tal-Handaq) fejn splodiet kamra tan-nar, il-Pulizija tixtieq tavza lill-pubbliku ingenerali biex ma jersaqx lejn dawk il-vicinanzi minhabba xi periklu li jista’ jkun hemm fuq il-post.

  Explosion: Fireworks Factory


Report Date
PR
Info   Category

22 February 2010

58

B’referenza ghall-Istqarrija li harget minn dan l-ufficcju l-bierah (PR 56-10), is-sewwieqa tal-vettura sofriet griehi u tinstab stabbli imma fil-periklu tal-mewt.

  Traffic-Related - Ref: 56

 

Report Date
PR
Info   Category

21 February 2010

57

B’referenza ghall-Istqarrija li harget minn dan l-ufficcju (PR 55-10), il-vittma huwa ragel ta’ 39 sena u huwa residenti Hal-Luqa.

  Homicide - Ref: 55

 

Report Date
PR
Info   Category

21 February 2010

56

Ghall-habta tas-seba u kwart il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Sant’Anna, Floriana.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post indikat. Mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li vettura tat-tip Renault Clio, kienet qed tigi misjuqa, direzzjoni mill-Belt Valletta lejn Blata l-Bajda, ghal xi raguni kellha impatt ma’ sigra li tinstab fit-triq imsemmija. 

Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei.  Zewg tfajliet, is-sewwieqa, tfajla ta’ 20 sena, residenti Hal-Tarxien u passigiera, tfajla ta’ 20 sena residenti B’Kara, ittiehdu l-Isptar permezz ta’ ambulanza.

Il-passiggiera sfrotunatament tilfet hajjitha filwaqt li s-sewwieqa ghadha qeda tigi kkurata.

It-triq bhalissa tinsab maghluqa ghat-traffiku.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Traffic-Related: Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

21 February 2010

55

Ghall-habta tas-sitta u ghoxrin tal-lejla l-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta fi Triq iz-Zejtun kantuniera ma’ Triq San Guzepp, Marsaxlokk.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt argument ragel kien sofra xi griehi.  Fuq il-post issejjah team mediku sabiex ir-ragel jinghata l-kura, izda l-vittma tilef hajtu u gie ccertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD.

Membri minn diversi sezzjonijiet fi hdan il-Korp tal-Pulizija bhalissa qeghdin fuq il-post.

Investigazzjonijiet fuq il-kaz qed jissoktaw.

  Homicide

 

Report Date
PR
Info   Category

21 February 2010

54

Il-Pulizija, ghall-habta tat-tlieta u kwart (1515hrs) ser tressaq persuna l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr D Clarke LLD.  Ir-ragel ser jigi akkuzat b’attentat ta’ serqa.

  Court Notice: Theft

 

Report Date
PR
Info   Category

21 February 2010

53

Qed issir referenza għall-Istqarrija Stampa PR52-10 li ħarġet il-bieraħ rigward persuna li ddaħlet l-Isptar b’feriti ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija rriżulta li fi Triq it-Tjieba ż-Żurrieq kien hemm argument bejn mara ta’ 22 sena u raġel ta’ 26 sena, it-tnejn joqgħodu ż-Żurrieq, bil-konsegwenza li r-raġel sofra ġrieħi minn arma bil-ponta u li taqta’.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar fejn kien iċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.  Huwa nżamm għal aktar kura.

Bil-każ  kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Micallef Trigona LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin fejn persuna qed tgħin lil Pulizija fl-istħarriġ tagħha.

  Grevious Bodily Harm - Ref: 52

 

Report Date
PR
Info   Category

20 February 2010

52

Il-Pulizija kienet infurmata li ragel ta’ 26 sena li joqgħod iż-Zurrieq kien idaħħal l-isptar Mater Dei fejn kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi kkawżata minn daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Ir-raġel għadu qiegħed jingħata l-attenzjoni medika kollha meħtieġa u aktar informazzjoni dwar dan il-każ tingħata aktar il-quddiem.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date
PR
Info   Category

20 February 2010

51

Il-Pulizija ser tipprezenta xi persuni l-Qorti llum fis-saghtejn (1400hrs) quddiem il-Magistrat A Micallef Trigona LLD.  Il-persuni ser jigu akkuzati, b’akkuzi relatati ma’ hasil ta’ flus, droga u immigrazzjoni.

  Court-Notice: Economic Crimes, Drugs, Immigration

 

Report Date
PR
Info   Category

19 February 2010

50

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni miz-Zurrieq wara sejba ta’ kwazi nofs kilo ta’ droga kokajina, il-bierah wara nofsinhar.  Is-sejba saret wara gimghat ta’ osservazzjonijiet u stharrig mill-Pulizija li wasslu sabiex taghmel tfittxijiet fl-appartament ta’ koppja fiz-Zurrieq.  Filfatt, id-droga kienet mohbija go cupboard fil- kcina tal-appartament taghhom u kienet kontenenti go 48 kapsola.  Il-persuni arrestati huma  ragel ta’ 27 sena ta’ nazzjonalita` Nigerjana u l-mara tieghu Maltija ta’ 27 sena. 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Joseph Apap Bologna LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-istharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

18 February 2010

49

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ nazzjonalita’ barranija wara sejba ta’ droga kokajina.

Is-sejba saret wara hidma kongunta gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bejn il-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana tard nhar l-Erbgha filghaxija. 

Filfatt l-ufficjali kienu qed jiccekjaw passigieri li kienu ghadhom kif waslu Malta, wara nformazzjoni li kienet dahlet li passigier kien ser idahhal id-droga fuq f’Malta. Filfatt fost il-passigieri li gew iccekjati twaqfet persuna minn Costa Rica. Minn ezami mediku li sar gewwa l-Isptar Mater Dei irrizulta li huwa kien qed igorr ammont kbir ta’ kapsoli fl-istonku tieghu. Kull kapsola kien fiha madwar 10 grammi tad-droga kokajina.

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Joseph Apap Bologna LL.D. kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.  

Ir-ragel li ghandu 32 sena mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard dalghodu quddiem il-Magistrat Dr. Audrey Demicoli LL.D. b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni, traffikar u pussess aggravat tad-droga kokajina.

Aktar stharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.  

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

18 February 2010

48

Nixtiequ navzaw il-pubbliku li triq il-Kbira San Guzepp, Hamrun (minn hdejn radio city sa triq Annunzjata) tinsab temporanjament maghluqa ghat-traffiku minhabba li ghadu kif sehh incident stradali.  

Hadd ma’ wegga f’dan l-incident.

F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li B'referenza ghall-istqarrija stampa numru PR 48-10 li harget ftit ilu rigward l-incident stradali li kien hemm fi triq il-Kbira San Guzepp, Hamrun, nixtiequ navzaw lill-pubbliku li t-triq regghat nfethet normali ghat-traffiku.

  Traffic-Related: Notice

 

Report Date
PR
Info   Category

14 February 2010

47

Kmieni wara nofs in-nhar il-Pulizija ripprezentat b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr G Vella LLD lil :- 

  • Braden Grixti, ta’ 16-il sena, imwieled il-Pieta` u residenti l-Floriana;
  • Jason Dingli, ta’ 18-il sena, imwieled il-Pieta` u residenti Hal-Qormi; 

Huma gew akkuzati fost akkuzi ohra talli fit-12 ta’ Frar 2010 ghall-habta tal-ghaxra neqsin kwart (21.45hrs), gewwa City Gate il-Floriana ikkagunaw offiza ta’ natura gravi fuq guvni, ghamlu offiza ta’ natura hafifa fuq guvni iehor, hadu parti f’gemgha ta’ ghaxra min-nies jew aktar, migburin bil-hsieb li jaghmlu reat ghalkhemm dik il-gemgha ta’ nies tkun giet mxewxa minn hadd partikolari.  Braden Grixti wahdu gie akkuzat talli renda ruhu recidiv b’diversi sentenzi moghtija mill-Qorti tal-Magistrati ta’ Malta.  L-imputati wiegbu mhux hatja ghall-akkuzi migjuba kontra taghhom.  Huma ma nghatawx il-liberta` provizorja.  

Intant, waqt li l-Pulizija kienu qed jeskortaw liz-zghazagh wiehed mill-imputati hebb ghal zewg Pulizija.  Wiehed mill-Pulizija, bi grad ta’ Surgent, sofra xi griehi ghalhekk gie mehud l-Isptar Mater Dei ghal kura medika.  Aktar tard hu gie iccertifikat li kien qed isofri minn griehi ta’ natura hafifa salv kumplikazzjoni (slight save complications).

  Court: Bodily Harm

 

Report Date
PR
Info   Category

11 February 2010

46

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest 6 persuni wara sejba ta’ droga tard il-bierah filghaxija gewwa Birkirkara.

 

Is-sejba ta’ raza tal-kannabis fl-ammont ta’ kwazi hames kilogrammi saret wara hidma u sorveljanza ghal dawn l-ahhar granet mill-Iskawdra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija. Id-droga nstabet go garaxx f’Birkirkara.

 

Il-persuni arrestati huma hames irgiel u tfajla li l-eta taghhom tvarja bejn is-17 u l-25 sena, u huma residenti B’Kara, Hal Luqa u l-Mosta. Tlieta minn dawn    il-persuni huma filfatt ahwa.

 

Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Doreen Clarke LL.D kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.  

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

10 February 2010

45

Illum il-Pulizija, l-Ispettur Trevor Micallef ressaq b’arrest quddiem il-Magistrat Dr. D Clarke LL.D zewg guvintur, Matthew Zarb ta’ 22 sena u Gerald Anthony Magri ta’ 20 sena, it-tnejn residenti Birkirkara u dawn gew akkuzati talli fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Frar 2010 gewwa San Giljan:

 
  • Attakaw bi vjolenza zewg kuntistabbli tal-Pulizija
  • Ikkagunaw feriti ta’ natura hafifa fuq il-Pulizija kif ukoll fuq persuna ohra
  • Heddu jew ingurjaw lill Pulizija
  • Kisru bon ordni u l-paci pubblika
  • M’obdewx l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija
 

Huma nghataw helsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jirrinkazaw kuljum bejn 21.00hrs u 06.30hrs, jiffirmaw darbtejn fil-gimgha l-ghassa ta’ Birkirkara, ma jersqux lejn ix-xhieda tal-prosekuzzjoni, depositu ta’ €500 kif ukoll garanzija personali ta €2000.

  Court: Bodily Harm, etc

 

Report Date
PR
Info   Category

10 February 2010

45

Illum il-Pulizija, l-Ispettur Trevor Micallef ressaq b’arrest quddiem il-Magistrat Dr. D Clarke LL.D zewg guvintur, Matthew Zarb ta’ 22 sena u Gerald Anthony Magri ta’ 20 sena, it-tnejn residenti Birkirkara u dawn gew akkuzati talli fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Frar 2010 gewwa San Giljan:

 
  • Attakaw bi vjolenza zewg kuntistabbli tal-Pulizija
  • Ikkagunaw feriti ta’ natura hafifa fuq il-Pulizija kif ukoll fuq persuna ohra
  • Heddu jew ingurjaw lill Pulizija
  • Kisru bon ordni u l-paci pubblika
  • M’obdewx l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija
 

Huma nghataw helsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jirrinkazaw kuljum bejn 21.00hrs u 06.30hrs, jiffirmaw darbtejn fil-gimgha l-ghassa ta’ Birkirkara, ma jersqux lejn ix-xhieda tal-prosekuzzjoni, depositu ta’ €500 kif ukoll garanzija personali ta €2000.

  Court: Bodily Harm, etc

 

Report Date
PR
Info   Category

09 February 2010

44

Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar, 2010 fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu (10:30hrs) ser issir Konferenza Stampa mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Dr Carmelo Mifsud Bonnici  LL. D. flimkien mall-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo dwar is-servizz tal-Emerġenza 112 ġewwa l-Control Room fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana

  Police-Ministry Notice:

 

Report Date
PR
Info   Category

08 February 2010

42

43

Illum għal ħabta tal-ħamsa u kwart il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Ħaż  Żabbar, Raħal Ġdid kien seħħ inċident stradali. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija mal-wasla tagħha fuq il-post irriżulta li għal xi raġuni mara sfat imtajjra minn vettura li kienet misjuqa minn raġel 26 sena minn Raħal Ġdid.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn għadha qed tingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard inharget stqarrija fejn intqal li Il-Pulizija għadha kif ġiet infurmata li l-mara, li għandha 74 sena u li hija minn Ħal Tarxien, tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.  

Bil-każ  kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Hayman LL.D fejn ħatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta. 

Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha. 

Iktar informazzjoni dwar dan il-każ jingħataw iktar il-quddiem.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

08 February 2010

41

B’referenza għall-artiklu ta’ Christian Peregin li deher fil-ħarġa tat-Times of Malta ta’ nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar 2010, intitolat “Police to vet Nadur Carnival song lyrics”, irid jiġi ċċarat li l-Pulizija qatt u fl-ebda ħin ma talbet li tara l-lyrics tal-kanzunetti li huma maħsuba li jindaqqu matul l-attivita’ tal-Karnival.

 

Il-Pulizija talbet biss, bil-kooperazzjoni tas-Sindku tan-Nadur, li tkun taf l-isem tal-band u l-ismijiet tal-kanzunetti li kellhom jindaqqu matul l-attivita’, u qatt ma ġew mitluba l-lyrics kif ġie rappurtat fl-imsemmi artiklu.

 

Dan jista’  jiġi kkonfermat mill-istess Sinku tan-Nadur, Ms Miriam Portelli.

 

Ir-raġuni l-għala l-Pulizija talbet l-isem tal-grupp u tal-kanzunetti li ser jindaqqu, kienet waħda ġenwiena u dan sabiex tkun tista’ tasal għall-konkluzzjonijiet tagħha rigward il-massa li setgħet tattendi għal din l-attivita’ sabiex tkun tista’ tagħmel l-arrangamenti loġistiċi neċessarji, kif ukoll sabiex tkun konformi mar-Regolament 13 tal-Avviż Legali 124 tal-1995.

 

Wara li din id-deċizjoni ġiet rikonsidrata, il-Pulizija mhux ser tkompli tinsisti fuq it-talba tagħha li tkun taf l-ismijiet tal-kanzunetti.

  Police Reaction: Carnival Activity

 

Report Date
PR
Info   Category

07 February 2010

40

Ghall-habta tad-disgha nieqsin kwart 2045hrs, il- Pulizija giet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fit-telgha tas-Saqqaja limiti tar-Rabat.

 

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kienet sehhet kolluzjoni bejn tlett vetturi. Il-vetturi nvoluti huma Fiat Marea, Peugeot u Toyota Yaris.

 

Tlett rgiel, xufier tal-Peugeot u x-xufier u l-passigier ta’ Toyota ttiehdu l-isptar permezz t’ambulanza fejn ghadhom qeghdin jinghataw il-kura medika. Fuq il-post issejhu wkoll membri tal-Protezzjoni Civili sabiex jitnehha kull periklu mit-triq.

 

Mill-ewwel indikazzjonijiet li nghatat il-Pulizija, l-ebda persuna ma’ tinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bhalissa t-telgha tas-Saqqaja tinsab maghluqa ghat-traffiku.

 

Aktar dettalji jinghataw aktar il-quddiem. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejijn.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

06 February 2010

39

Ghall habta ta’ 17.30 hrs il- Pulizija giet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq Villabate, Zabbar.

 

Il-Pulizija accedew fuq il-post fejn gie stabbilit li kien hemm habta bejn zewg vetturi, wahda ta’ ghamla Toyota Belta u l-ohra ta ghamla Ford Transit.

 

Gewwa it-Toyota Belta kien hemm tlett persuni fosthom tifel ta sitt snien, li wegga u ittiehed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ghalkemm mhux fil-periklu tal-mewt, qed jinzamm l- I.T.U, ghall-osservazzjoni.

 

Hadt iehor ma wegga f’dan l-incident.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

05 February 2010

38

Qed issir referenza ghall-Istqarrija Stampa numru PR 36-10 rigward is-serqa li sehhet nhar it-3 ta’ Frar, 2010, minn fond sitwat il-Waterfront, il-Birgu. 

Il-Pulizija kelmet u arrestat xi persuni in konessjoni ma’ dan il-kaz.   

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Hold-Up update: Ref: PR 36

 

Report Date
PR
Info   Category

04 February 2010

37

Ghal-loghbiet tal-futbol BOV Premier League

Hiberians Vs.  Tarxien u Valletta Vs.  Hamrun Spartans

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija jixtieq javza li ghall-loghbiet tal-futbol tal-BOV Premier League li se jintlghabu nhar is-Sibt 6 ta’ Frar 2010 fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali fis-14.00hrs bejn Hiberians u Tarxien kif ukoll fl-16.00hrs.  bejn Valletta u Hamrun Spartans se jsiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters ta’ Valletta u Tarxien ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘enclosure’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand C.  Id-dhul ser isir mill-istess post.
  • Is-supporters ta’ Hiberians u Hamrun Spartans ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom wara l-Millenium Stand. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul ser jsir mill-naha tal-West Stand A u d-dhul tas-supporters ser isir mill-istess post.
  • Ser ikun hemm dhul iehor mill-Millenium Stand A (Valletta Side) ghall-dawk is-supporters li ser jaraw il-loghob mill-Millenium Stand.
  • Ser isiru tfittxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  Police Notice: Sports

 

Report Date
PR
Info   Category

03 February 2010

36

Ghall-habta tas-seba u kwart (19.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet ghada kemm sehhet serqa minn fond sitwat il-Waterfront, il-Birgu. 

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li xi persuni mhux maghrufa, mghammda u armati dahlu gewwa l-fond imsemmi u talbu xi flus lil haddiema li kienu jinsabu gewwa.  Il-hallelien hadu l-flus u harbu minn fuq il-post permezz ta’ vettura. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li aktar tard telqu l-vettura fil-bahar u harbu permezz ta’ opra tal-bahar.  Waqt is-serqa hadd ma sofra xi griehi.  Is-somma ta’ flus misruqa hija wahda konsiderevoli. 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa. 

Investigazzjonijiet fuq il-kaz ghadhom ghaddejjin.

  Hold-Up

 

Report Date
PR
Info   Category

03 February 2010

35

Il-Pulizija, ftit tal-hin ilu giet infurmata li sehhet serqa minn fond sitwat il-Waterfront, il-Birgu. 

Waqt din is-serqa ma wegga’ hadd.  Bosta Pulizija minn diversi sezzjonijiet fosthom ic-CID u l-Mobile Squad jinsabu fuq il-post bhalissa. 

Aktar dettalji jinghataw aktar tard.

  Hold-Up
 
     

 

 

 

 

COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US