The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date
PR
Info   Category

31 March 2010

116

Illum il-Pulizija resqet taħt arrest tliet persuni, raġel il-Qorti ta’ Malta quddiem il-Maġistrat Dr A J Vella LL.D. u tnejn fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Dr A Ellul LL.D.

Raġel ta’  39 sena residenti l-Iklin, li ismu ma jistax jixxandar, kien akkużat talli f’dawn il-gżejjer, f’Marzu tal-2010 u fix-xhur u snin ta’ qabel, b’diversi atti magħmulin minnu, ukoll jekk fi żminijiet differenti, u li jiksru l-istess dispożizzjoni tal-liġi u li ġew magħmulin b’riżoluzzjoni waħda talli:

1. B'egħmil żieni, ikkorrompa lil persuni taħt l-eta’;

2. Għall-qligħ, jew għat-tqassim, jew għall-wiri f’post pubbliku jew f’post aċċessibbli għall-pubbliku mmanifattura, stampa jew xort’oħra għamel, jew daħħal f’Malta jew akkwista, żamm, iċċirkola jew esporta xi stampar, tpinġija, ritratt, film, ktieb, kartolina jew kitba pornografika jew oxxena jew xi oġġett ieħor, ikun li jkun, pornografiku jew oxxen, kemm jekk kien jixbah lil dawn t’hawn fuq kemm jekk le;

3. Offenda l-pudur jew il-morali b’egħmil li sar f’post pubbliku jew f’post espost għall-pubbliku;

4. Volontarjament ħassar, għamel ħsara jew għarraq ħwejjeġ ħaddiehor, mobbli jew immobbli fil-faccata ta’ residenza fl-Iklin meta l-ammont tal-ħsara ma jkunx jiskorri elf mija u erbgha u sittin euro u disgħa u sittin ċenteżmu (1,164.69), imma jkun iżjed minn mija u sittax–il euro u sebgħa u erbgħin ċenteżmu (116.47);

5. Ġab ruħu b’mod li ta’ fastidju jew li kkaġuna biża’ li ser tintuża’ l-vjolenza kontra dawn il-persuni b’mod li kien jaf jew kien imissu jaf li dan huwa ta’ fastidju jew kaġun ta’ biża’ lil dawn il-persuni;

6. Uża xi network jew apparat ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fornut minn impriża għal għan li ma jkunx dak li jkun ġie fornut għalih, jew ittraskura milli josserva l-istruzzjonijiet li jkunu maħruġa minn impriża għall-użu kif imiss tan-network jew apparat ta’ komunikazzjonijiet eletettroniċi jew inkella użah b’mod mhux kif imiss; u

7. Aktar talli renda ruħu reċidiv wara li ġie misjub ħati ta’ sentenza mogħtija mill-Qrati ta’ Malta, liema sentenza saret definittiva u ma tistax tiġi mibdula.

 

Ir-raġel ma’  ngħatax il-liberta’ proviżorja u nbagħat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin bħala arrest preventiv.

 
 

Tfajla ta’  20 sena residenti ġewwa l-Għarb u ġuvni ta’ 17-il sena residenti l-Fontana, u li isimihom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, kienu akkużati talli f'dawn l-aħħar xhur:

 

1. Serqu diversi oġġetti minn numru differenti ta’ stabbilimenti ġewwa r-Rabat, Għawdex, fejn il-valur totali hu ta’ aktar minn mitejn u tnejn u tletin euro u erbgħa u disgħin ċenteżmu (€232.94), liema serq huwa aggravat bil-valur tal-ħaġa misruqa, u bil-ħin; u

2. Serqu diversi oġġetti minn numru differenti ta’ stabbilimenti ġewwa Tas Sliema fejn il-valur totali hu aktar minn mitejn u tnejn u tletin euro u erbgħa u disgħin ċenteżmu (€232.94) liema serq huwa aggravat bil-valur tal-ħaġa misruqa, u bil-ħin.

 

Iż-żewġ  persuni ingħataw il-liberta’ proviżorja b’diversi kundizzjonijiet u garanzija personali ta’ €6,000.

  Court: Theft

 

Report Date
PR
Info   Category

31 March 2010

115

Kmieni wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Reġjonali, il-Gżira kien seħħ inċident stradali.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn kien innutat li vettura kienet daħlet f’ħajt.  Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li l-vettura, misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Santa Venera, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li qabżet is-central strip u spiċċat daħlet fil-ħajt.  Il-vettura kienet qed tiġi misjuqa fid-direzzjoni lejn San Ġiljan.

Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet lil mara l-isptar Mater Dei fejn kienet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura.

Il-kundizzjoni tal-mara li nhar it-Tnejn instabet f’vettura ġewwa Triq Belliċ, Ħal Qormi hija waħda stabbli u li ma ghadiex fil-periklu tal-mewt.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

31 March 2010

114

Illum ghall-habta ta’ nofsinhar (12.00) quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A.J. Vella LL.d. il-Pulizija ser tressaq persuna il-Qorti b’arrest.

Ragel ta’ 39 sena residenti l-Iklin ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati ma’ manifattura, zamma u cirkulazzjoni ta’ pornografija jew material oxxen, korruzjoni ta’ minorenni u akkuzi ohra relatati.

  Court Notice: Pornography

 

Report Date
PR
Info   Category

31 March 2010

113

Ghall-habta tas-sitta u nofs ta’ filghodu (06.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Belvedere, Gzira kien sehh incident fejn kienet involuta mara ta’ 28 sena residenti Rabat, Malta.

Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li l-imsemmija mara waqt li kienet mixja fl-imsemmija triq giet imwaqqfa minn ragel li kien armat b’arma li taqta u bil-ponta.

Il-mara ttiehdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn giet iccertifikata li kienet qeghda ssofri minn griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-perilklu tal-mewt. 

Bil-kaz kienet infurmata il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D. Clarke LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjien.

  Hold-Up

 

Report Date
PR
Info   Category

31 March 2010

112

Ghall-habta l-ghaxra ta’ dalghodu (10.00), quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr E. Ellul LL.D. Ghawdex, il-Pulizija ha tressaq zewg persuni l-Qorti b’arrest. 

Mara ta’ 20 sena residenti Ghawdex flimkien ma’ guvni ta’ 17-il sena residenti Ghawdex ukoll ser jigu akkuzati b’diversi serqiet.

  Court Notice: Theft

 

Report Date
PR
Info   Category

30 March 2010

111

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 110-10. Triq Dicembru 13 direzzjoni l-Belt giet lura ghan-normal.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

30 March 2010

110

Nixtiequ navzaw il-pubbliku in-generali li minhabba xi hsarat fis-sistema ta’ l-ilma fi Triq Dicembru 13, direzzjoni lejn il-Belt Valletta kkaguna li t-triq tkun wahda perikoluza. Ghaldaqstant l-imsemmija triq temporanjament ser tigi b’karregiata wahda.

Ikun ghaqli jekk is-sewwieqa juzaw toroq alternattivi.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

29 March 2010

109

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija mahruga minn dan l-ufficcju PR 107-10 dwar kaz li sehh fi Triq iz-Znuber, Santa Lucija.

Dalghodu saret awtopsja fuq il-kadavru tal-vittma fejn irrizulta li dan huwa wiehed provizorju; pulmonary oedema.  Huwa mistenni li jsiru aktar testijiet.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Health-Related: Autopsy

 

Report Date
PR
Info   Category

28 March 2010

108

Dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa (07.00hrs) l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna mitluqa f’karozza fi Triq Belliċ, f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ deher li l-mara kienet fi bżonn ta’ assistenza medika, fejn intalbet mill-ewwel l-ambulanza li ħadet il-mara l-isptar Mater Dei.

Aktar tard il-Pulizija kienu nfurmati li l-mara kienet fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Demicoli LLD kienet infurmata bil-każ fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

F'stqarrija mahruga aktar tard inqal li l-mara ghandha 30 sena u toqghod in-Naxxar. Hija ghada fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.

  Health-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

28 March 2010

107

Dalghodu ghall-habta tad-disgha (09.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq iz-Znuber, Santa Lucija.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li f’residenza privata fit-triq imsemmija kien hemm guvni li mill-ewwel sinjali kien jidher li kien bla hajja.  Fuq il-post issejah team mediku mill-Isptar Mater Dei.  Aktar tard, il-guvni gie ccertifikat mejjet fuq il-post.  Il-guvni ghandu 28 sena u huwa residenti Santa Lucija stess.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr A Demicoli LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Health-Related: Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

27 March 2010

106

Illum il-Pulizija resqet tlett persuni l-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Anthony Vella LL.D..  Il-persuni huma Adel Dawah ta’ 40 sena li huwa mwieled is-Sirja u joqgħod il-Mosta, John Agius ta’ 22 sena li joqgħod il-Furjana u Keith Camilleri ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi.

Adel Dawah kien akkuzat talli fis-26 ta’ Marzu, 2010, ġewwa l-Furjana:

  1. mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu ċar, permezz ta’ xi arma, ikkaġuna ħsara ta’ natura gravi fil-ġisem ta’ persuna oħra;
  2. ġarr strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr ma kellu liċenzja jew permess mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija; u
  3. kiser il-mistrieħ tan-nies bi ħsejjes, għajjat u ġlied bil-lejl.

L-imputat m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih u ġie miċħud mill-liberta’ proviżorja u mibgħut il-Ħabs ta’ Kordin

John Agius kien akkużat talli kmieni fis-27 ta’ Marzu, 2010, ġewwa l-Waterfront:

  1. mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu ċar, permezz ta’ xi arma, ikkaġuna ħsara ta’ natura gravi fil-ġisem ta’ persuna oħra; u
  2. kiser il-mistrieħ tan-nies bi ħsejjes, għajjat u ġlied bil-lejl.

L-imputat m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih u ġie miċħud mill-liberta’ proviżorja u mibgħut il-Ħabs ta’ Kordin

Keith Camilleri kien akkużat talli fis-26 ta’ Marzu, 2010:

    1. ikkommetta serq ta’  vettura;
    2. fl-istess data hedded persuna b’arma li taqta’ u bil-ponta f’Santa Venera;
    3. ikkommetta serq kwalifikat bil-vjolenza;
    4. fl-istess ħin, lok, u ċirkostanzi żamm/ġarr jew kellu fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija;
    5. naqas milli jħares diversi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta); u
    6. sar reċidiv b’diversi sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta).

L-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ingħata sentenza ta’ tliet snin ħabs.

  Court: Various

 

Report Date
PR
Info   Category

27 March 2010

105

Referenza qieghda ssir ghall-istqarrija (PR 105-10) li harget minn dan l-ufficju l-bierah rigward incident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Haz-Zebbug.

Iz-zewg persuni li ttiehdu l-Isptar Mater Dei sabiex jigu ikkurati, aktar tard gew certifikati li qed isofru minn griehi ta’ natura hafifa.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

26 March 2010

104

Ghal habta tat-tmienja u ghaxra (20.10hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident stradali fi triq l-Imdina, Haz-Zebbug.

Minn investigazzjonijiet preliminari li ghamlet il-Pulizija jidher li vettura tat-tip BMW ghal xi raguni ntlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Fun Cargo li kienet qed tinstaq fl-istess direzzjoni bil-konsegwenza li bl-impatt l-BMW laqtet ragel li kien qed jaqsam it-triq minn fuq traffic lights.

Fuq il-post issejhet l-ambulanza b’tim mediku kif ukoll membri tal-Protezzjoni Civili, fejn hadu lir-ragel l-isptar Mater Dei. Il-persuna li ntlaqtet waqt li kienet qed taqsam huwa ragel ta' 57 sena minn Haz-Zebbug.

Fl-istess hin is-sewwieq tat-Toyota li huwa guvni ta’ 27 sena mis-Siggiewi ttiehed l-isptar ukoll b’ambulanza  wara li ntilef min sensih fuq il-post.

Il-BMW kienet misjuqa minn ragel ta’ 38 sena minn San  Pawl il-Bahar u ma’ sofra l-ebda griehi.

Iz-zewg persuni ghadhom qed jinghataw il-kura medika u aktar informazzjoni rigward il-kundizzjoni taghhom tinghata aktar tard.

Bhalissa fi Triq l-Imdina direzzjoni lejn ir-Rabat hemm karregjata wahda li tinsab maghluqa.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

24 March 2010

103

Ghal darb’ohra membri tal-Korp tal-Pulizija hejjew Wirja tal-Ġimgha l-Kbira ġewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana.

Il-ftuh uffiċjali ser issir mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Dr. Carmelo Mifsud Bonnici LL. D, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, nhar l-Ġimgha 26 ta’ Marzu, 2010, fis-siegha neqsin kwart ta’ wara nofsinhar (1245hrs).

Il-membri ta’  l-istampa huma mistiedna sabiex jattendu.

Il-Wirja tkun miftuha ghal pubbliku bejn is-Sibt 27 ta’ Marzu u l-Hadd 4 ta’ April 2010.

  Police Notice: Good Friday Activities

 

Report Date
PR
Info   Category

24 March 2010

102

Dalghodu ghall-habta tal-9.45hrs kien hemm bzonn l-assistenza tal-Pulizija fi Triq is-Sriedaq, Mosta peress li kien hemm ragel li safa’ ferut.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li guvni ta’ 21 sena residenti s-Siggiewi safa’ midrub waqt li kien qed issir xi xoghol li fih kien hemm involvut xi irham.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Issejhet ukoll l-assistenza ta’ team mediku mill-isptar Mater Dei. Ghalkhemm il-guvni nghata kura medika, sfortunatamnet huwa tilef hajjtu u gie ccertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-kaz kienet infurmata il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C. Scerri Herrera LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

  Health-Related: Work - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

22 March 2010

101

Dalghodu ghall-habta tas-seba u nofs (07.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq il-Kbira, San Giljan.

Il-vittma, ragel ta’ 63 sena residenti San Giljan irrapporta lill-Pulizija fl-Ghassa ta’ San Giljan li waqt li kien qieghed fl-imsemmija triq allegatament gie mwaqqaf minn persuna/i mhux maghrufa u allegatament ippuntawlu oggett u talbuh basket li kellu mieghu.  Fis-serqa insteraq apparat telefoniku.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Hold-Up

 

Report Date
PR
Info   Category

22 March 2010

100

B’referenza għall-Istqarrijiet li ħarġu aktar kmieni rigward l-inċident stradali li seħħ ħdejn il-mina ta’ Ħal Kirkop, raġel ta’ 30 sena residenti B’Buġia u li kien qiegħed isuq il-van miet l-Isptar Mater Dei, waqt li l-passiġġier li huwa ġuvni ta’ 23 sena residenti B’Buġia ma jinsabx fil-periklu tal-mewt għalkemm qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.  Huwa għadu qed jingħata l-kura meħtieġa.

Bl-inċident ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Micallef Trigona LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija għada għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha.

  Traffic-Related: Ref - 98 - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

22 March 2010

99

Qed issir referenza għall-Istqarrija Stampa numru PR98-10.

Minn informazzjoni miġbura mill-Pulizija minn fuq il-post u stħarriġ preliminari jidher li vettura tat-tip Ford Escort van, misjuqa minn raġel, għal xi raġuni ħabat mad-daħla tal-mina li tagħti għal Ħal Kirkop.

Fuq il-post issejħu ambulanza u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn dawn tal-aħħar ħarġu lis-sewwieq mill-vettura.  Passiġġier li kien fil-vettura instab barra l-vettura mal-wasla tal-Pulizija.

Iż-żewġ  persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei fejn sa issa għadna qed nistennew informazzjoni fuq il-kundizzjoni tagħhom.

It-triq li tagħti lejn iż-Zurrieq, Ħal Kirkop u l-inħawi għadha magħluqa.

Il-Pulizija għada għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha.

  Traffic-Related: Ref - 98

 

Report Date
PR
Info   Category

22 March 2010

98

Nixtiequ navżaw lill-pubbliku in-ġenerali li minħabba inċident stradali li seħħ fil-mina ta’ Ħal Kikorp, direzzjoni lejn Ħal Kirkop, hija temporanjament magħluqa.

Għaldaqstant ikun għaqli jekk is-sewwieqa jużaw toroq alternattivi sakemm terġa’ tinfetaħ it-triq.

Iktar dettalji dwar l-inċident jingħataw iktar il-quddiem.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

21 March 2010

97

Illum fin-nofsiegħa l-Pulizija ser tressaq il-Qorti żewġ persuni, fuq akkużi separati, fejn:

    1. raġel ta’ 37 sena minn Bormla ser ikun akkużat b’feriment gravi fuq persuna oħra; u
     
    1. raġel ta’ 27 sena ta’ nazzjonalita’ Eritreana ser ikun akkużat b’feriment fuq Uffiċjali tal-Pulizija.
  Iż-żewġ  akkużati ser jidhru quddiem il-Maġistrat Dr J Padovani Grima LL.D.
  Court Notice: GBH and Harm against Public officer

 

Report Date
PR
Info   Category

20 March 2010

96

Ghall-habta tas-siegha ta’ wara nofsinhar (13.00), quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr P.Coppini LL.D. Ghawdex, il-Pulizija ha tressaq ragel il-Qorti b’arrest. 

 

Ragel ta’ nazzjonalita’ taljana ser jigi akkuazat talli ezercita attivita kummercjali minghajr licenzji hekk kif mehtiega minn awtorita’ kompetenti.

  Court Notice: Ecocomic Activity

 

Report Date
PR
Info   Category

20 March 2010

95

Ghall-habta tal-hdax (11.00), quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr S. Meli LL.D. , il-Pulizija ha tressaq ragel il-Qorti b’arrest. 

  Court Notice

 

Report Date
PR
Info   Category

19 March 2010

94

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 93-10 is-sewwieq tal-mutur mhux fil-periklu tal-mewt izda ghandu griehi ta’ natura gravi.

 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Apap Bologna LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

  Traffic-Related: Ref - 93

 

Report Date
PR
Info   Category

19 March 2010

93

Ghall-habta tal-hamsa ta’ wara nofs in-nhar, il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Sir Temmi Zammit, Mgarr.

 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li sewwieq ta’ mutur ta’ tip Honda CBR misjuq minn ragel ta’ 30 sena mill-Mosta li kien sejjer direzzjoni Mosta, ghal xi raguni kien hemm impatt bejn il-mutur u vettura ta’ tip Toyota Hilux misjuqa minn mara ta’ 53 sena minn Ghawdex li kienet gejja mid-direzzjoni opposta.

 

B’konsegwenza ta’ hekk is-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll u baqa diehel go karozza ta’ tip Toyota Prius misjuqa minn ragel ta’ 47 sena mill-Mtarfa li dak il-hin kien qieghed jipparkja fl-imsemmija triq.

 

Kawza ta’ dan l-incident is-sewwieq tal-mutur sofra xi griehi, b’hekk fuq il-post issejhet l-assistenza ta’ team mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jiehdu lir-ragel l-isptar ghal aktar kura.

 

Sa issa r-ragel qieghed jinghata l-kura mehtiega l-Isptar Mater Dei, izda il-kundizzjoni tieghu ghandha mhux maghrufa.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

19 March 2010

92

Il-bieraħ, il-Ħamis 18 ta’ Marzu, 2010, ġiet fi tmiemha l-Konferenza ta’ ħamest ijiem li l-Korp tal-Pulizija organizza għal ewwel darba f’Malta tal-IPES (International Police Executive Symposium) bit-tema Tourism, Strategic Locations & Major Events: Policing in an Age of Mobility, Mass Movement and Migration.  Il-Konferenza bdiet nhar it-Tnejn 15 ta’ Marzu, 2010.

 

F’din il-laqgħa, li kienet is-17-il waħda, ipparteċipaw għaliha delegati minn kull parti tad-dinja, fosthom mill-Kongo, ċ-Ċina, il-Vjetnam, il-Ġappun, il-Kamerun, il-Bożnija Herzegovina, il-Kosovo, il-Maċedonja, l-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Afrika t’Isfel, l-Olanda, il-Messiku, il-Polonja, is-Serbja, l-Ingilterra, is-Slovakja, l-Uganda u lis-Skozja.  Fost it-temiet diskussi kien hemm l-immigrazzjoni irregolari, it-turiżmu, is-sigurta’ ta’ u waqt avvenimenti kbar (bħat-Tazza tad-Dinja), terroriżmu, reati magħmula bl-użu tal-internet, u traffikar ta’ persuni.

 

Fl-aħħar ta’  din il-Konferenza saru d-diskorsi tal-għeluq mill-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo, mill-President fundatur tal-IPES l-Professur Dr Philip Das Ph.D. u l-Professur Dr Cornelis Roelofse Ph.D. li kien ic-Chair ta’ din il-konferenza.

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo, waqt li rringrazzja lid-delegati tal-parteċipazzjoni tagħhom f’din il-konferenza, ippreżenta ndividwalment lid-delegati b’memento u b’ċertifikat ta’ parteċipazzjoni kif ukoll ritratt kommemorattiv tal-okkażjoni.

 
 

Id-delegati tal-IPES urew ukoll il-gratitudni tagħhom mal-membri tal-Korp li ħadmu u raw li kollox jimxi sew matul il-Konferenza billi ppreżentawlhom ċertifikat ta’ apprezament.

  Police Activity: IPES Conference

 

Report Date
PR
Info   Category

19 March 2010

91

Ghall-habta tas-siegha ta’ wara nofsinhar (1300hrs), quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr J Apap Bologna, il-Pulizija ha tressaq tlett irgiel il-Qorti b’arrest.

Wiehed minn dawn l-irgiel ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati ma’ serq, filwaqt li t-tnejn l-ohra ser jigu akkuzati b’akkuzi relatati ma’ glieda fejn persuna/i sofrew griehi hfief.

  Court Notice: Theft and SBH (Slight Bodily Harm)

 

Report Date
PR
Info   Category

17 March 2010

90

Loghob tal-futbol BOV Premier League

Hibs vs Sliema

Valletta vs Qormi

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghbiet tal-futbol tal-BOV Premier League bejn Hibs vs Sliema u Valletta vs Qormi li ser jintlaghbu fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar id-19 ta’ Marzu, 2010 ser issiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘Millenium Stand’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser issir mit-ticketing office ta’ l-enclosure side Stand West C u d-dhul ser issir mill-istess post. Ser ikun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters tal-Valletta li jkunu ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand. Il-hrug ghal wara l-loghba ghall-imsemmija supporters ser ikun mill-West Stand Side ‘C’.
  • Is-supporters ta’ Qormi u Hibs ghandhom jidhlu f’Ta` Qali minn naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-main parking area ta’ wara l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul u d-dhul tas-supporters ser issir mit-ticketing office ta’ l-enclosure Side Stand West A. Il-hrug ghal wara l-loghba ghas-supporters imsemmija ser ikun mill-istess naha u cioe West Stand side ‘A’.
  • Is-supporters ta’ Sliema ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘Millenium Stand’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul u d-dhul tas-supporters ser issir mit-ticketing office tal-Millenium Stand Entrance Side ‘C’.  Il-hrug ghal wara l-loghba ghas-supporters imsemmija ser ikun mill-istess naha tad-dhul u cioe Millenium Stand Entrance Side ‘C’.
  • Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u it-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser ikun ikkontrollat mill-Pulizija.
  Police Notice: Sports

 

Report Date
PR
Info   Category

14 March 2010

89

Ghall-habta tal-erba ta’ wara nofs in-nhar il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Wied il-Ghajn, Wied il-Ghajn/Zabbar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li zewg vetturi kienu ghaddejjin f’direzzjonijiet opposti ghal xi raguni kellhom impatt.  Il-vetturi involuti f’dan l-incident huma Toyota Carina misjuqa minn ragel ta’ 46 sena u residenti l-Mosta u Citroen ZX li kienet qed tigi misjuqa minn ragel ta’ 28 sena ta’ nazzjonalita` barranija u residenti Hal-Far.

Kawza ta’ dan l-incident zewg persuni sofrew griehi b’hekk fuq il-post issejhet l-assistenza ta’ team mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jiehdu l-persuni l-Isptar.  Guvni ta’ 15 il-sena mill-Mosta, li kien passiggier fit-Toyota u ragel ta’ 28 sena minn Hal-Far bhalissa qed jinghataw l-kura.  Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li hadd minnhom ma jinsab fil-periklu tal-mewt.

It-triq fejn sehh l-incident kienet maghluqa ghat-traffiku ghal certu hin izda bhalissa tinsab miftuha.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related: Ref - 88

 

Report Date
PR
Info   Category

14 March 2010

88

Il-Pulizija tixtieq tavvza li Triq Wied il-Ghajn, Wied il-Ghajn/Zabbar tinsab maghluqa ghat-traffiku peress li sehh incident stradali.

Il-pubbliku huwa mheggeg juza toroq alternattivi.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

14 March 2010

87

Ghall-habta tas-saghtejn ta’ filghodu (0200hrs), il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq tal-Barrani, Tarxien kien hemm inċident stradali u li kien hemm bżonn l-assistenza tal-Pulizija.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irriżulta li mara ta’ 50 sena minn Bormla ghal xi raguni ntlaqtet minn vettura tat-tip Skoda Favorit misjuqa minn ragel ta’ 47 sena minn Haz Zabbar.

Fuq il-post isejjħet ambulanza li hadet lill mara l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-vettura ma sofra l-ebda griehi.

Bil-kaz giet infurmatha l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Demicoli LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

13 March 2010

86

Ftit tal-ħin ilu l-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Irqajja, Ħal Safi kien hemm inċident stradali u li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li żewġ vetturi, waħda tat-tip KIA u l-oħra tat-tip Ford Fiesta għal xi raġuni kienu daħlu f’xulxin.  B’konsegwenza ta’ hekk, is-sewwieq tal-KIA u tifel li kien fil-vettura sofrew xi ġrieħi.

Fuq il-post isejjħet ambulanza kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili, fejn dawn ta’ l-aħħar assistew sabiex jinħareġ ix-xufier tal-KIA, li huwa raġel ta’ 30 sena ta’ nazzjonalita’ Sirjana imma joqgħod Hal Safi.  Huwa kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi (minħabba ksur f’saqajh) pero’ mhux u qatt ma kien fil-periklu li jitlef ħajtu.  It-tifel, li g]andu 10 snin, sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.  Ix-xufier tal-vettura l-oħra, li għandu 55 sena u huwa minn Ħal Kirkop, ma sofra l-ebda ġrieħi.

It-triq, li hija waħda sekondarja, bħalissa hija magħluqa fejn iż-żewġ vetturi ġarbu ħsarat konsiderevoli.

Il-Pulizija għadda għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

13 March 2010

85

Dalghodu ghall-habta tal-hdax (1100hrs), mistennija jitressqu l-Qorti xi persuni quddiem il-Magistrat Dr. Audrey Demicoli LL.D.

  Court Notice

 

Report Date
PR
Info   Category

12 March 2010

84

Kmieni dalghodu ghall-habta tal-4.45hrs, il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, kien hemm nirien f’residenza privata.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li mara ta’ 56 sena u ragel ta’ 85 sena sofrew xi griehi.

Fuq il-post issejhet ambulanza sabiex tiehu lir-ragel u lill-mara gewwa l-isptar Mater Dei ghal aktar kura. Aktar tard il-mara giet iccertifikata li qed issofri minn griehi ta’ natura hafifa u r-ragel sofra griehi ta’ natura gravi u qieghed fil-periklu tal-mewt.

Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili biex jikontrollaw in-nirien u membri mill-korporazzjoni Enemalta sabiex jitnehha kull periklu. Ir-residenza fejn gara l-kaz garbet hsarat estensivi. 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A.J. Vella LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

  Fire: Residential

 

Report Date
PR
Info   Category

10 March 2010

83

The 17th Annual International Police Executive Symposium (IPES) this year will be convened for the first time in Malta and will be hosted by the Commissioner of Police, Mr John Rizzo. 

This year’s conference’s represents 30 countries including Malta and has as its objective the collaboration, cooperation and coordination between different Police Forces around the world.  The Malta symposium which will take place between 14th to 19th March 2010 will discuss the theme : Tourism, Strategic locations and Major Events : Policing in an Age of Mobility, Mass Movement and Migration.

The IPES will be taking place at the Dolmen Hotel, Qawra and the official opening is scheduled for Monday,15th March 2010 at 0900 hrs.  A welcoming address by the Commissioner of Police, Mr John Rizzo will open the meeting.  This will be followed by introductory speeches from Dr Philip Das, Founding President of the IPES and the Honourable Dr Carmelo Mifsud Bonnici, LL.D., M.P., Minister of Justice and Home Affairs.  At 1005hrs, a media conference will be held where the press will be addressed by the Minister of Justice and Home Affairs, the Commissioner of Police and Dr P Das, Ph.D.

Members of the media are cordially invited to attend the official opening of the symposium as well as the Media Conference.

  Police Force Activity - Conference

 

Report Date
PR
Info   Category

10 March 2010

82

Qed issir referenza ghall-istqarrija stampa PR 81-10 rigward l-incident stradali li sehh il-bierah gewwa Triq il-Mosta, Lija.

Is-sewwieq ta’ 39 sena min Naxxar inzamm l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura minhabba l-griehi li sofra, pero ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

  Traffic-Related: Ref - 81

Report Date
PR
Info   Category

09 March 2010

81

Ghall-habta tat-tmienja u nofs (2030hrs), il-Pulizija giet infurmata li gewwa Triq il-Mosta, Lija sehh incident stradali u hemm persuna feruta.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kien sehh impatt bejn zewg vetturi, vann tal-ghamla HICOM 160 misjuq minn guvni ta’ 20 sena minn Hal- Luqa u li kie Daihatsu Charmant misjuqa minn ragel ta’ 39 sena minn Naxxar. Il-vetturi kienu qed jinstaqu f’direzzjoni opposta.

Immedjatament ambulanza mill-Isptar Mater Dei b’tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ssejhu fuq il-post ghall-assistenza. Is-sewwieq tal-vettura Daihatsu ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn ghadu qed jinghata l-kura medika, filwaqt li s-sewwieq tal-vann ma sofra l-ebda griehi.

Bhalissa karreggjata wahda fi Triq il-Mosta tinsab maghluqa ghat-traffiku.

l-Investigazzjonijiet ghadhom ghaddejijn.

  Traffic-Related

Report Date
PR
Info   Category

09 March 2010

80

Dalghodu l-Pulizija ressqet lill John Zammit ta’ 61 sena residenti Ghajnsielem, quddiem il-Magistrat Dr E Grima LL.D gewwa l-Qorti tal-Magistrati t’Ghawdex. 

Huwa gie akkuzat, fost akkuzi ohra, li bil-hsieb li joqtol jew iqieghed il-hajja ta’ ragel iehor fil-periklu, ikkagunalu hsara fuq is-sahha jew il-gisem tieghu.

Zammit ma nghatax il-liberta’ provizorja u qed jinzamm fil-Facilta Korrettiva ta’ Kordin.  

  Court: Attempted Homicide

Report Date
PR
Info   Category

09 March 2010

79

Dalghodu l-Pulizija ser tipprezenta taht arrest ragel ta’ 61 sena residenti Ghajnsielem, quddiem il-Qorti tal-Magistrati t’Ghawdex.  Huwa ser jigi akkuzat, fost akkuzi ohra, li bil-hsieb li joqtol jew iqieghed il-hajja ta’ ragel iehor fil-periklu, ikkagunalu hsara fuq is-sahha jew il-gisem tieghu.

  Court Notice: Attempted Homicide

 

Report Date
PR
Info   Category

08 March 2010

78

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 76-10, rigward mara li sofriet griehi fi Triq It-Torri, Sliema.

Il-vittma hija ta’ nazzjonalita’ Taljana u ghandha 71 sena.

Filwaqt li l-persuna li kienet qieghda ssuq il-vettura ta’ tip Maruti hija mara residenti l-Kalkara ta’ 43 sena.

  Traffic-Related: Ref - 76

 

Report Date
PR
Info   Category

08 March 2010

77

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 76-10, rigward mara li sofriet griehi fi Triq It-Torri, Sliema.  

Il-vittma hija ta’ nazzjonalita’ Taljana u ghandha 71 sena.  

Filwaqt li l-persuna li kienet qieghda ssuq il-vettura ta’ tip Maruti hija mara residenti l-Kalkara ta’ 43 sena.

  Traffic-Related: Ref - 76

 

Report Date
PR
Info   Category

08 March 2010

76a

Kmieni wara nofs in-nhar ghall-habta ta’ 12.10hrs il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq It-Torri, Sliema kien hemm mara aktarx feruta.
 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li mara barranija, kienet intlaqtet minn vettura ta’ tip Maruti.
 

Fuq il-post issejjhet ambulanza fejn hadet lil-mara l-isptar Mater Dei fejn aktar tard giet iccertifikata li qed issorfi minn griehi ta’ natura gravi.
 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. G. Grixti LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
 

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

  Traffic-Related: Ref - 76

 

Report Date
PR
Info   Category

08 March 2010

76

Il-Pulizija tixtieq tavza li minhabba incident stradali li ghadu kif isehh fi Triq it-Torri, Tas Sliema, il-parti tat-triq bejn il-Fortizza u Fond Ghadir (hdejn il-gelaterija Lungo Mare) ser tkun maghluqa ghat-traffiku. 

Il-pubbliku in-generali huwa mitlub li sakemm tinfetah it-triq juza’ toroq alternattivi sabiex jigi mnaqqas kull inkonvenjent. 

Informazzjoni fuq l-incident tinghata iktar il-quddiem.

  Traffic-Related: Police Notice

 

Report Date
PR
Info   Category

07 March 2010

75

Il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard kien hemm bżonn l-assistenza tagħha peress li kien seħħ aċċident stradali. 

Mill-istħarriġ preliminary tal-Pulizija fuq il-post jidher li vettura tat-tip Maruti kienet milquta minn wara minn Pajero, meta l-ewwel vettura kien jidher li kienet ser iddur għal Triq Tumas Chetcut. 

Il-vettura Maruti kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena, waqt li l-Pajero kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 sena minn Ħ’Attard.  Fil-Maruti kien hemm żewġ nisa, it-tnejn mir-Rabat li l-eta’ tagħhom hija ta’ 21 u 22 sena. 

Fuq il-post isejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu ż-żewġ  nisa mill-vettura.  Għalkemm il-vetturi ġarbu ħsarat konsiderevoli, iż-żewġ xufiera ma ġarbu l-ebda ġrieħi. 

Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet liż-żewġ nisa l-isptar fejn għalkemm kienu ċċertifikati li ma humiex fil-periklu li jitilfu ħajjithom, għadhom qed jiġu medikati. 

L-inċident seħħ għal ħabta tat-tlieta neqsin għaxra.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

07 March 2010

74

Ghall- habta tal-erbgha neqsien kwart (1545hrs), il-Pulizja giet infurmata li fi Triq it-Torri, Swatar, Msida kienet sehhet kolluzjoni bejn zewg vetturi u hemm xi persuni feruti. 

Il-Pulizija marru mmedjataqment fuq il-post fejn issejhu ukoll zewg ambulanzi sabiex jassistu l-persuni feruti. Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li zewg vetturi, Mercedes misjuqa minn ragel ta’ 48 sena minn San Giljan u Toyota Corolla misjuqa minn mara ta’ 41 sena minn Pembroke u li kienu sejrin f’direzzjoni opposta, ghal xi raguni dawn kellhom impatt.  

Minnufih iz-zewg sewwieqa ttiehdu l-isptar Mater Dei fejn il-mara nstabet li sofriet griehi gravi u tinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li s-sewwieq l-iehor ghadu qed jinghata l-kura medika. Dettalji dwar il-kundizzjoni tieghu tinghata aktar il-quddiem. 

It-triq bhalissa tinsab maghluqa ghat-traffiku. 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. J. Padovani LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

 

F'stqarrija mahruga aktar tard, intqal li l-Pulizija ghadha kemm giet infurmata li s-sewwieq l-iehor, ir-ragel ta' 48 sena minn San Giljan sofra griehi hfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejijn.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

04 March 2010

73

We refer to the statement issued by Fr Mark Montebello on 3 March 2010 regarding the case of Nigerian national Monday Iseki, in which writer flung a tirade of serious allegations against members of the Police Force who effected the arrest of Mr Iseki.

We appreciate the fact that Fr Montebello has, in a democratic country, the right to air his views, however, Fr Montebello should be aware that his right of expression is not total or absolute as it comes also with its limitations.  With all due respect to the case in question, which is still sub judice before the Magistrates’ Courts, the allegations made by Fr Montebello as to what happened in the court room on Tuesday 2 March 2010 are completely unfounded.  If one resorts to and compares the transcripts of evidence tendered by the two police officers referred to in Fr Montebello’s statement, it becomes clear that at no stage were there any contradictions in their testimony.  This is a far cry from what was stated by Fr Mark that “in general the witnesses were in agreement but cancelled out each other in the details”.

Moreover, Fr Mark Montebello is also incorrect as regards the days Mr Iseki has been in detention.  By the next sitting, which is on 5 March 2010, the Nigerian national would have been detained for 23 days and not 32 as erroneously stated in Fr Montebello’s statement.  In fact, Mr Iseki was arraigned in court on 12 February 2010 and denied bail.  During the second sitting of 23 February 2010 he did not ask for bail and case was put off for 2 March 2010.  It was during this last sitting that he asked again for bail and a decision to this effect will be delivered by the presiding Magistrate on 5 March 2010.

Finally, Fr Montebello should be prudent enough to let the rule of law prevails in this case and let Mr Iseki’s proceedings be argued in their proper forum, i.e. in the law courts, rather than writing unfounded statements in the media.

  Police Reaction to Statement

 

Report Date
PR
Info   Category

04 March 2010

72

Ghal-loghbiet tal-futbol BOV Premier League

B’Kara vs Qormi

Valletta vs Hibs

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghbiet tal-futbol tal-BOV Premier League bejn B’Kara vs Qormi u Valletta vs Hibs li ser jintlghabu fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar is-6 ta’ Marzu, 2010 ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
 
  • Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘Millenium Stand’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office ta’ l-enclosure Side Stand West C u d-dhul ser isir mill-istess post. Ser jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters tal-Valletta li jkunu ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand. Il-hrug ghal wara l-loghba ghall-imsemmija supporters  ser jkun mill West Stand Side ‘C’.
  • Is-supporters ta’ B’Kara u Hibs ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-main parking area ta wara l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul u d-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office ta’ l-enclosure Side Stand West A. Il-hrug ghal wara l-loghba ghas-supporters imsemmija ser ikun mill-istess naha u cioe West Stand side  ‘A’.
  • Is-supporters ta’ Qormi ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘Millenium Stand’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul u d-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office tal-Millenium Stand Entrance Side ‘C’.  Il-hrug ghal wara l-loghba ghas-supporters imsemmija ser ikun mill-istess naha tad-dhul u cioe Millenium Stand Entrance Side ‘C’.
  • Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u it-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser ikun ikkontrollat mill-Pulizija.
  Police Notice: Sports
 
     

 



 

 

 

 

 

COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US