The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date
PR
Info   Category

29 April 2010

148

Ghal-loghob tal-futbol BOV Premier League: Sliema Wanderers vs. Hibernians

Birkirkara vs.  Tarxien Rainbows

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal loghbiet tal-futbol tal-BOV Premier League bejn Sliema Wanderers u Hibernians kif ukoll bejn Birkirkara u Tarxien Rainbows li ser jintlghabu fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali nhar il-Gimgha 30 ta’ April 2010 ser isiru dawn l-arrangamenti:  
  • Is-supporters ta’ Sliema Wanderers u Tarxien Rainbows ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘enclosure’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ta’ Sliema Wanderers u Tarxien Rainbows ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand C.  Id-dhul ser isir mill-istess post.
  • Is-supporters ta’ Hibernians u B’Kara ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area provdut wara l-MFCC.  Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ta’ Hibernians u Birkirkara ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand A.  Id-dhul se jsir mill-istess post.
  • Ser ikun hemm dhul iehor mill-Millenium Stand C ghall-dawk is-supporters li ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
  • Ser isiru tfittxijiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser tkun ikkontrollata mill-Pulizija.
  Police Notice: Sports

 

Report Date
PR
Info   Category

29 April 2010

147

Il-bierah ghall-habta ta’ nofs il-lejl nieqes ghoxrin (23.40hrs) il-Pulizja kienet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Dawret San Pawl, San Pawl il-Bahar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari li sar irrizulta li kien sehh incident bejn zewg muturi. Mutur minnhom kien misjuq minn ragel ta’ 35 sena residenti San Pawl il-Bahar filwaqt li l-mutur l-iehor kien misjuq minn guvni ta’ 21 sena residenti San Pawl il-Bahar ukoll. Iz-zewg muturi huma ta’ tip Suzuki.

Fuq il-post issejhu zewg ambulanzi b’team mediku mill-Isptar Mater Dei fejn taw l-assistenza taghhom mehtiega fuq il-post. Il-guvni ta’ 21 sena gie mehud l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura mehiega fejn aktar tard gie ccertifikat li kien qed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt. Filwaqt li r-ragel ta’ 35 sena gie ccertifikat mejjet fuq il-post. 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C. Zammit Stafrace LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.  

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq dan l-incident.

  Traffic-Related: Motorbike - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

28 April 2010

146

Ghal-habta tat-19.45 tewmin li kienu ghadhom kif hargu mill-Musew fi Triq Hal-Warda, Ha’ Attard ittajru minn van tal-ghamla Ford Transit. Huwa mifhum li x-xufier tal-van baqa sejjer.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post tal-incident.  Iz-zewg t’ibniet ta’ hdax –il sena ittiehdu b’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei. Huwa mifhum li qed isiru aktar ezamijiet medici fuq wahda miz-zewgt ibniet li tinsab fil-periklu li titlef hajjitha kif ukoll fuq ohtha li ser tinzamm l-isptar ghal aktar osservazzjoni.

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Claire Stafrace Zammit qed tmexxi inkjesta u hatret diversi esperti biex jassituha. Aktar stharrig dwar dan l-incident qed jitkompla mill-Pulizija tad-distrett ta’ Birkirkara.

  Hit & Run

 

Report Date
PR
Info   Category

28 April 2010

145

Il-Pulizija f’dawn l-aħħar jiem għamlet żewġ sejbiet ta’ droga kannabis, eroina, kokajina u ecstasy.

L-ewwel sejba ta’ droga eroina, kokajina u raża tal-kannabis saret ġewwa residenza f’Ħal Tarxien fejn fil-pussess ta’ ġuvni ta’ 22 sena nstabu madwar 12-il gramma ta’ droga kokajina u eroina, kif ukoll ammont żgħir u għal użu personali ta’ droga raża tal-kannabis. Ir-residenza fejn instabet id-droga hija fil-fatt ir-residenza tal-ġenituri tiegħu. Il-ġuvni huwa diġa’ magħruf mal-Pulizija u għandu każijiet oħra pendenti fuq traffikar ta’ droga. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. L. Quintano LL D kien infurmat b’din is-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Huwa tressaq il-bieraħ b’arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, wieġeb li ma’ kienx ħati tal-akkużi u ngħata l-liberta’ proviżorja.

It-tieni sejba saret ukoll nhar il-Ħadd li għadda pero’ tard filgħaxija ġewwa l-Marsa. Minn tfittxija li saret mill-Pulizija f’appartament, wara rapport li kien wasal għandha li kien hemm argument familjari, meta l-Pulizija kienet fuq il-post issuspettat li setgħa kien hemm xi droga ġewwa l-appartment saret tfittxija u nstabu mal-100 pillolla ta’ droga suspettata ecstasy.

Il-Pulizija kompliet tinvestiga l-każ peress li l-persuna kienet diġa suġġett għall-investigazzjoni dwar traffikar ta’ droga, u fil-fatt kien qed jirrizulta li dan l-aħħar ir-raġel kien qed ibiegħ d-droga ecstasy f’ammonti kbar.

Il-Pulizija waslet sabiex l-għada kmieni wara nofsinhar issib safe moħbi fl-istess appartament u meta nfetaħ mill-Pulizija nstab li kien hemm aktar mill-istess pillolli. Fil-fatt f’dan is-safe kien hemm aktar minn 16,300 pillola oħra.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. L. Quintano LL D kien ukoll infurmat b’din is-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-istħarriġ tal-Pulizija f’dan il-każ għadu għaddej, u r-raġel li għandu 36 sena tressaq il-Qorti bi traffikar ta’ droga dalgħodu.

Mill-bidu ta’  din is-sena il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 44 persuna b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga. 

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

28 April 2010

144

Il-bierah ghall-habta tal-hdax ta’ filghaxija (23.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq is-Sejjieh, Naxxar kien hemm bzonn l-assistenza taghhom.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig prelimnari rrizulta li vettura ta’ tip Mitsubihi Pajero Junior kienet qeghda taqbad. Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili lit few in-nirien. Hadd ma’ wegga f’dan l-incident.

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Demicoli LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

  Fire: Arson

 

Report Date
PR
Info   Category

25 April 2010

143

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR–140-10. Il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li l-guvni ta’ 28 sena minn San Gwann jinsab f’kundizzjoni stabbli.

  Grevious Bodily Harm - Ref: 140/10

 

Report Date
PR
Info   Category

24 April 2010

142

Kmieni dalgħodu għal ħabta tas-sagħtejn u kwart (2:15hrs) waqt li l-Pulizija kienet qed tagħmel ronda fl-inħawi ta’ Triq l-Imdina f’Ħal Qormi kienet innutata vettura b’xi persuna ħdejha.

Il-Pulizija waqfet sabiex tagħti l-assistenza tagħha minħabba li l-vettura kienet tidher li qed titlef xi zejt minnha.  Kien wara li l-Pulizija tkelmet maż-żewġ persuni li l-Pulizija tqajmilha suspett fihom minħabba l-atteġjament tagħhom.  Kien hawnhekk li saret tfittxija kemm fil-vettura kif ukoll fuq il-persuni fejn instabu 15-il pakkett suspettuż.

Minn investigazzjonijiet ulterjuri li għamlet il-Pulizija rriżulta li l-kontenut tal-pakketti kienet droga kokaina.  Ġuvni ta’ 22 sena mis-Siggiewi qed jgħin lil Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha fejn mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Aktar stħarriġ  għadu għaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

24 April 2010

141

Ghall-habta tal-hdax (1100hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident fi Triq Dun Marcell Mallia, Hal Ghaxaq u li persuna kellha bzonn assistenza medika.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post u minn stharrig preliminari li sar irrizulta li waqt li ragel ta’ 72 sena minn Hal Ghaxaq kien qed jaghmel xi xoghol ta’ kisi fir-residenza tieghu, dan ghal xi raguni waqa’ bil-konsegwenza li garrab xi griehi serji f’wiccu.

Fuq il-post issejhet l-ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei, fejn gie ccertifikat li qieghed fil-periklu tal-mewt.  

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq dan l-incident.

  Health-Related: Residential

 

Report Date
PR
Info   Category

24 April 2010

140

Dal ghodu ghall-habta tas-sitta (0600hrs), fi Triq San Gorg, San Giljan, il-Pulizja kienet infurmata li kien hemm persuna ma l-art u li kellha bzonn assistenza.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post indikat, fejn minn stharrig preliminari li sar irrizulta li kien inqala xi argument zghir bejn zewg persuni. Wiehed minn dawn il-persuni, guvni ta’ 28 sena minn San Gwann ghal xi raguni waqa’ ma l-art b’konsegwenza li garrab xi griehi f’rasu.

Fuq il-post issejhet l-ambulanza b’tim mediku fejn hadet il-guvni l-Isptar Mater Dei. L-ewwel rapporti medici kienu juru li l-guvni sofra griehi hfief. Kien ghall-habta ta’ l-ghaxra (1000hrs) ta’ dalghodu fejn il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li l-guvni kien jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Miriam Hayman LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq dan l-incident.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date
PR
Info   Category

23 April 2010

139

BirdLife blames government for ill-equipped police unable to control illegalities 

Reference is being made to comments posted on the BirdLife Malta web page, on the 12th April, 2010, under the heading “BirdLife blames government for ill-equipped police unable to control illegalities”.

Contrary to the allegations made by BirdLife Malta, all police officers are committed to enforce and uphold the law. Such a commitment is not only focused on illegal hunting or illegal trapping but is also addressed to all kind of criminality.

It is erroneous to conclude that only officers from the Administrative Law Enforcement Section are responsible for enforcing Hunting/Trapping Regulations. It is a known fact that district officers are regulary scouring the countryside in conjuction with officers from the Administrative Law Enforcement Section with a view to curbing possible abuses.

BirdLife Malta would surely appreciate that they are not the sole source of information to the police. The general public also contributes. Irrespective who the sources are, police officers have to assess and evaluate all the information received and act upon it. It would be presumptuous to expect police resources to be everywhere at the same time.

It is also thanks to the co-operation of the general public that during the months of March and April, eleven individuals were apprehended breaching hunting regulations. Fifty-seven others were brought to book for breaching trapping regulations. Seven other persons are being charged in Court for breaching the Arms Ordinance. Moreover, fifteen firearms were seized four of which were unregistered.

In addition to the above, it might be of interest for BirdLife Malta to note that since the beginning of this year eighty-one persons were detected breaching Hunting/Trapping Regulations while nine others will likewise be brought before the Court for breaching the Arms Ordinance. Furthermore, the police also seized 33 protected species and 295 rounds of ammunition, several bird callers and nets. 

  Police Press Release - Reaction to Birdlife Webpage

 

Report Date
PR
Info   Category

23 April 2010

138

Referenza qieghda ssir ghall-istqarrija u l-email mahrugin minn dan l-ufficcju in konnessjoni mal-gheluq ta’ Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Il-Pulizija tixtieq tinforma lill-pubbliku in generali li Triq Aldo Moro, Marsa fejn it-traffiku jkun ghaddej mill-Belt direzzjoni lejn il-Kottonera huwa miftuh.

Filwaqt li traffiku ghaddej mill-Kottonera direzzjoni lejn il-Belt huwa miftuh fuq zewg karregjati.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

23 April 2010

137

Referenza qieghda ssir istqarrija u l-email mahrugin minn dan l-ufficcju in konnessjoni mal-gheluq ta’ Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Il-pubbliku in generali huwa mheggeg juza’ id-devjazzjonijiet imsemmijien hawn taht :

Traffiku ghaddej mill-Belt Valletta direzzjoni lejn il-Kottonera – Vetturi ghandhom jaghddu minn Albert Town u johorgu minn hdejn is-shipbuilding

Traffiku ghaddej mill-Belt Valletta direzzjoni lejn iz-Zurrieq, Zejtun, B’Bugia etc – Vetturi ghandhom jaghddu mill-inhawi tar-roundabout maghrufa bhala tal-imghalaq, Hal-Qormi.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

23 April 2010

136

Il-Pulizija tixtieq tavvza lill-pubbliku in generali li minhabba incident tat-traffiku Triq Aldo Moro, il-Marsa tinsab maghluqa ghat-traffiku.  Il-karregjati fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta u dawk lejn Hal-Luqa jinsabu maghluqin.

Il-pubbliku huwa mheggeg jaghddi minn toroq alternattivi.

Please note that Aldo Moro Street from Paola direction towards Valletta is totally closed for the flow of traffic, whilst there are some deviations in the same street direction from Marsa to Paola. The general public is directed to follow instructions given to them by the Police and follow signs that will be set up.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

19 April 2010

135

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 134-10. Il-vittma gie ccertifikata li sofriet minn slight injuries save complications.

  Traffic-Related: Ref - 135

 

Report Date
PR
Info   Category

19 April 2010

134

Ghall-habta tat-tmienja u hamsa ta’ dalghodu (08.05hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident fi Triq Tarxien, Hal-Tarxien.  

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi, fejn minn investigazzjonijiet preliminari jidher li mara ta’ 78 sena residenti Hal-Tarxien sfat milquta minn vettura ta’ tip Peugeot 205 misjuqha minn ragel ta’ 30 sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejjhet ambulanza li hadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, fejn bhalissa ghadha qeghda tinghata l-kura mehtiega.

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

Aktar dettalji jinghataw aktar il-quddiem.

 

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

18 April 2010

133

Ghal habta ta’ l-ghaxra ta’ dalghodu (10.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li persuna kienet sfat feruta waqt argument gewwa Triq il-Gifen, San Pawl il-Bahar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kien sehh argument bejn zewgt irgiel residenti fit-triq imsemmija. Waqt dan l-argument guvni ta’ 27 sena minn San Pawl il-Bahar garrab griehi gravi f’wiccu, fejn ittiehed l-Isptar Mater Dei permez ta’ l-ambulanza li ssejhet fuq il-post. S’issa l-guvni ghadu qed jinghata l-kura medika.

Il-Pulizija qeghda zzomm ragel sabiex jghina fl-investigazzjonijiet taghha li ghadhom ghaddejjijn.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date
PR
Info   Category

18 April 2010

132

Ghal habta l-erbgha ta’ filghodu (04.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali bejn zewg vetturi fi Triq il-Marfa, Marfa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li guvni  ta’ 20 sena minn Zebbug, Ghawdex kien qed issuq vettura tat-tip Seat Ibiza fid-direzzjoni tac-Cirkewwa ghal xi raguni kellu impatt ma’ vann pick up misjuq minn ragel ta’ 46 sena minn San Pawl il-Bahar u li kien sejjer fl-istess direzzjoni.

Kawza ta’ l-impatt il- pick up habat mal-bankina u nqaleb, bil-konsegwenza li x-xufier sofra xi griehi u ttieheb l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Ix-xufier tal-vettura Ibiza ma sofra l-ebda griehi.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.

B'referenza ghall-istqarrija stampa PR 132-10 rigward l-incident li sehh fi Triq il-Marfa, Marfa, il-Pulizija ghadha kif giet infurmata li r-ragel ta' 46 sena li ttiehed l-isptar ghall kura sofra griehi hfief u mhux kif indikat fl-istqarrija wara l-ewwel rapporti medici li hargu mill-Isptar.

  Police Notice

 

Report Date
PR
Info   Category

17 April 2010

131

Ghal habta tas-sitta (18.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet sparatura fuq xi vettura f’Misrah il-Parocca, Manikata. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li persuna/i mhux maghrufa kienu sparaw xi tir/i lejn vettura li kienet ipparkjata fit-triq imsemmija.

Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Shooting Incident

 

Report Date
PR
Info   Category

17 April 2010

130

Kmieni dalghodu ghal habta tal-hamsa (05.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kif sehh incident stradali fit-Telgha t’Alla u Ommu, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li sewwieq ta’ mutur tat-tip Kawasaki kien qed isuq direzzjoni mis-Salini lejn in-Naxxar ghal xi raguni kellu impatt ma’ roundabout li tinstab fil-lok imsemmi.  Fuq il-post issejhet l-assistenza ta’ team mediku mill-Isptar Mater Dei.  Ambulanza hadet is-sewwieq tal-mutur, l-Isptar fejn aktar tard gie iccertifikat li sofra xi griehi u jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.  Is-sewwieq huwa ragel ta’ 39 sena residenti il-Gzira.

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Apap Bologna LLD.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

15 April 2010

129

Illum ghall-habta tat-tlieta u kwart ta’ wara nofsinhar (15.15hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet ghada kemm sehhet spluzzjoni fil-limiti tax-Xwieki, Hal-Gharghur.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet rrizulta li kienet sehhet spluzjoni f’kamra tan-nar. Fl-inhawi kien hemm zewg persuni, ragel ta’ 47 sena u iehor ta’ 44 sena it-tnejn residenti Hal-Gharghur , izda hadd minnhom ma weggha f’dan l-accident.

Fuq il-post issejhu ukoll il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, il-Bomb Disposal Unit, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Bil-kaz kienet infurmatha il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Hayman LL.d. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

  Explosion: Fireworks Factory

 

Report Date
PR
Info   Category

14 April 2010

128

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 123/10, rigward l-incident tat-traffiku li sehh fi Triq is-Siggiewi, Siggiewi nhar il-Hadd 11 ta’ April bejn mutur u truck, il-Pulizija giet infurmata li s-sewwieq tal-mutur sfortunatament miet dalghodu gewwa l-Isptar Mater Dei.

  Traffic-Related: Ref - 123 - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

13 April 2010

127

Illum, fil-Qorti ta’ Ghawdex, quddiem il-Magistrat E Grima LLD, il-Pulizija pprezentat taht arrest lil-Fortun Farrugia, ta’ 56 sena residenti ix-Xaghra.  

Huwa gie akkuzat talli nhar il-11 ta’ April 2010 u fix-xhur ta’ qabel fix-Xaghra u/jew f’lokalitajiet ohra f’dawn il-gzejjer :

  • Bil-vjolenza ikkommetta stupru vjolenti fuq persuna taht l-eta’ ta’ tnax-il sena;
  • B’ghemil zieni ikkorrompa lill-istess minuri;
  • Bla ordni skond il-ligi ta’ l-awtorita` kompetenti u barra mill-kazijiet li fihom il-ligi taghti s-setgha lill-privat li jarresta lill-hati, arresta, zamm jew issekwestra lill-istess minuri kontra l-volonta` tieghu u dan bhala mezz biex l-imsemmi minuri jigi mgieghel jaghmel xi haga jew joqghod ghal xi haga li toffendi l-misthijja tas-sess tieghu;
  • Ippartecipa f’attivitajiet sesswali ma’ persuna taht l-eta`;
  • Bil-hsieb li jgieghel persuna ohra taghmel jew tonqos milli taghmel xi haga, hedded lil minuri;
  • Offenda l-pudur jew il-morali b’ghemil li sar f’post pubbliku jew f’post espost ghall-pubbliku.
L-imputat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu.  Hu gie skortat lejn il-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.  Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur J Mifsud.
  Court: Sex Offence

 

Report Date
PR
Info   Category

13 April 2010

126

Illum ghall-habta tal-ghaxra nieqes ghaxra (09.50hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Telghet Gwardamangia, Pieta’ kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li waqt li ragel ta’ 25 sena residenti Haz-Zabbar kien qieghed fil-vettura tieghu ta’ tip Daihatsu Charade huwa gie imwaqqaf minn zewg persuni li kienu fuq mutur. Persuna minnhom li kienet mghammda nizlet minn fuq il-mutur u avvicina lill-vittma b’arma li taqta’ u bil-ponta. Il-halliel ha ammont ta’ flus kontanti li kien hemm fuq wara tal-vettura.  

Bil-kaz kienet infurmatha il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Demicoli LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

  Hold-Up

 

Report Date
PR
Info   Category

11 April 2010

125

Ghal loghba finali tan-‘National League 100 Anniversary Cup’

Valletta vs Floriana

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal loghoba tal-finali tan-National League 100 Anniversary Cup bejn Valletta u Floriana li se tintlaghab fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali nhar it-Tlieta 13 ta’ April 2010 fis-19.30hrs.  ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-triq tar-Rabat direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘enclosure’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters tal-Valletta ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand C.  Id-dhul ghal u l-hrug mill-istadjum ser isir mill-istess post.
  • Ser ikun hemm dhul iehor mill-Millenium Stand A (Valletta Side) ghall-dawk is-supporters li ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
  • Wara l-loghoba s-supporters ta’ Valletta ghandhom johorgu minn Ta` Qali mit-Triq ta’ hdejn il-Muzew ta’ l-Avjazzjoni fid-direzzjoni tac-cimiterju militari ta’ taht l-Mtarfa.
  • Is-supporters ta’ Floriana ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area provdut wara l-MFCC.  Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ta’ Floriana ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand side A.  Id-dhul u l-hrug se jsir mill-istess post. 
  • Ghal dawk il-persuni newtrali li jixtiequ jaraw din il-loghoba ser ikun hemm dhul iehor mill-Millenium Stand C. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul, id-dhul u l-hrug mill-istadjum ser isir mill-istess post.
  • Ser isiru tfittxijiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser tkun ikkontrollata mill-Pulizija.
  Police Notice: Sports

 

Report Date
PR
Info   Category

11 April 2010

124

Ghall-habta tas-saghtejn u kwart (1415hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident fi Triq it-Trunciera, San Pawl il-Bahar.  

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi, fejn minn investigazzjonijiet preliminari jidher li tfajla ta’ 19-il sena residenti l-Fgura, sfat milquta minn vettura ta’ tip Mini Cooper misjuqha minn guvni ta’ 22 sena residenti Santa Venera.

Fuq il-post issejjhet ambulanza li hadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei, fejn bhalissa ghadha qeghda tinghata l-kura.

Triq it-Trunciera, San Pawl il-Bahar tinsab maghluqha ghat-traffiku.

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

Aktar dettalji jinghataw aktar il-quddiem.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

11 April 2010

123

Kmieni wara nofsinhar ghall-habta ta’ 12.35hrs il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq is-Siggiewi, Siggiewi kien sehh incident stradali.  

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li sehh impatt bejn mutur ta’ tip Honda CB900 misjuq minn ragel ta’ 34 sena residenti x-Xghajra li kien sejjer direzzjoni lejn is-Siggiewi u vettura ta’ tip Dodge misjuqa minn ragel ta’ 28 sena residenti Hal-Qormi li kien sejjer id-direzzjoni opposta.  

Fuq il-post issejjhet ambulanza li hadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.  

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A.J. Vella LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.  

F'stqarrija aktar tard intqal li b'referenza ghall-istqarrija stampa nr 124-10, rigward l-incident li sehh fi triq it-Trunciera San Pawl il-Bahar, il-Pulizija ghadha kif giet infurmata li t-triq regghet infethet ghat-traffiku.

Il-vittma li ghadha qed tigi ezaminata gewwa l-Isptar Mater Dei ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

10 April 2010

122

Il-Pulizija llum ressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr A Mizzi LLD tlett persuni in konnessjoni ma tlett kazijiet differenti.

  • Paul Camilleri ta’ 42 sena imwieled H’Attard gie akkuzat talli nhar l-10 ta’April 2010 ghal habta ta’ 05.45hrs gewwa dawn il-gzejjer ikkometta attentat vjolenti ghal pudur fuq il-persuna u offenda l-pudur jew il-morali b’ghemil li sar f’lok pubbliku jew f’lok espost ghal pubbliku.  L-akkuzat ammetta l-akkuzi migjuba kontra tieghu u gie moghti s-sentenza ta’ sena conditional discharge u gie mmultat € 100.
  • Guillaume Cuche ta’ 19-il sena imwieled il-Belqium gie akkuzat, fost akkuzi ohra, talli f’dawn il-gzejjer nhar l-10 ta’April 2010 ghal habta ta’ 01.10hrs gewwa San Giljan ikkommetta serqa ta’ diversi oggetti, fosthom camera, credit cards u mobile kif ukoll ammont ta’ flus kontanti, liema serqa kienet aggravata bil-hin, bil-lok u bil-valur. L-akkuzat wiegeb hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu u gie moghti sentenza ta’ sena prigunerija sospizi ghal sentejn.  
  • Giuseppe Puglisi ta’ 46 sena imwieled l-Italja u residenti Malta gie akkuzat b’komplicita` f’serqa nhar it-2 ta’ April 2010 u talli rrenda ruhu recidiv minn sentenza ohra mghotija lilu mill-Qorti.  Huwa wiegeb mhux hati ta’ l-akkuzi migjuba kontra tieghu u gie eskortat fil-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.   

Il-prosekuzzjoni fl-ewwel zewg kazijiet tmexxiet mill-Ispettur T Micallef, filwaqt li l-kaz l-iehor kien immexxi mill-Ispettur M Bondin.

  Court: Sexual Offences, Theft, Recidivism

 

Report Date
PR
Info   Category

08 April 2010

121

Illum għal ħabta tas-siegħa u nofs (13:30) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Burmarrad, Burmarrad kien għadu kif weġġa’ raġel.

Il-Pulizija marru immedjatament fil-lok indikat fejn minn stħarriġ preliminari jidher li waqt li raġel ta’ 33 sena li huwa ta’ nazzjonalita’ barranija kien tiegħla ma sellum ta’ crane għal xi raġuni dan waqa’ u ġie f’nofs sieq il-crane.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lir-raġel sabiex dan ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.  Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tas-Saħħa u Sigurta’

Għalkemm għadu qed jingħata l-kura meħtieġa, ir-raġel kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.  Informazzjoni rigward il-kundizzjoni tar-raġel tingħata iktar il-quddiem.

Bil-każ  kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Aktar stħarriġ  mill-Pulizija għadu għaddej.

  Health-Related: Work

 

Report Date
PR
Info   Category

07 April 2010

120

Illum għal ħabta tal-għaxra u għoxrin il-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li aktar kmieni kienet weġġgħet persuna fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann.

Il-Pulizija marru immedjatament fil-lok indikat fejn minn stħarriġ preliminari jidher li waqt li raġel ta’ 54 sena minn B’Kara kien qiegħed jaħdem fuq sellum għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ seba’ skaluni.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi u li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Aktar stħarriġ  mill-Pulizija għadu għaddej.

  Health-Related: Work

 

Report Date
PR
Info   Category

07 April 2010

119

Tard il-bieraħ  fil-għaxija waqt ronda li kienet qed tagħmel il-Pulizija fi Triq l-Iljun, Ħal Qormi twaqqfet vettura b’żewġ persuni fiha wara li tqajjem suspett lil Pulizija.

Mill-ewwel saru tfittxijiet kemm fuq iż-żewġ persuni kif ukoll fil-vettura fejn instab dak li deher li kienet droga kif ukoll materjal relatat mal-istess droga.

Iż-żewġ  persuni, ġuvni ta’ 18-il sena mill-Ħamrun, u raġel ta’  26 sena minn Ħal Qormi, qed jgħinu l-Pulizija fl-istħarriġ  tagħha.

Aktar stħarriġ  mill-Pulizija għadu għaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

03 April 2010

118

Illum wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Imhazen, Mdina aktarx kienet qed issir serqa.  

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat lilha u wara li għamlet tfittxija fil-lok indikat, li hija residenza privata, kif ukoll fl-inħawi tal-madwar, inqabadu zewgt irgiel li kienu gewwa l-imsemmija residenza.  

Ragel ta’  40 sena minn Haz-Zebbug u ragel ta’ 35 sena minn Hal Qormi gew imwaqqfa u mizmuma mill-Pulizija ghal aktar stharrig.  

Bil-każ  kien infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr. L. Quintano LL.d.  

Iktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjien.

  Theft: Residential - Caught red-handed

 

Report Date
PR
Info   Category

01 April 2010

117

Ghal-loghob tal-futbol ‘U*Bet FA Trophy’

Hamrun Spartans vs. Sliema Wanderers

Valletta vs Birkirkara

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija jixtieq javvza li ghal loghbiet tal-futbol tal-‘U*Bet FA Trophy’ bejn Hamrun Spartans u Sliema Wanderers kif ukoll bejn Valletta u Birkirkara li ser jintlghabu fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali nhar is -Sibt 3 ta’ April 2010 ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters ta’ Hamrun Spartans ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom wara l-Millenium Stand.  Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul ser jsir mill-naha tal-Millenium Stand C.  Id-dhul u l-hrug ta’ dawn is-supporters ser isir mill-istess post.
 
  • Is-supporters ta’ Sliema Wanderers u dawk ta’ B’Kara ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area provdut wara l-MFCC.  Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ta’ Sliema u Birkirkara ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand Side A.  Id-dhul se jsir mill-istess post filwaqt li l-hrug ser isir mill-exit tal-Millenium Side C. 
 
  • Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘enclosure’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters tal-Valletta ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand C.  Id-dhul u l-hrug ser isir mill-istess post.
 
  • Ser ikun hemm dhul iehor mill-Millenium Stand A (Valletta Side) ghall-dawk is-supporters li ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
 
 
 
 
  • Ser isiru tfittxijiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
 
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
 
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
 
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
 
 
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser tkun ikkontrollata mill-Pulizija.

 

  Police Notice: Sports
 
     

 



 

 

 

 

 

COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US