Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Report Date
PR
Info
Category
31 May 2010
202
Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija (PR 201-10) mahruga aktar kmieni minn dan l-ufficcju rigward incident stradali li sehh dalghodu fir-Rabat, Ghawdex.
It-tfajla ta’ 20 sena u residenti z-Zebbug, Ghawdex qelbet ghal ahjar u m’ghadhiex fil-periklu tal-mewt.
Traffic-Related: Ref - 201
Report Date
PR
Info
Category
31 May 2010
201
Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra u ghoxrin (1020hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Qasam San Gorg, Rabat, Ghawdex kien ghadu kif sehh incident stradali u kien hemm xi persuni midruba.
Il-Pulizija marru mmedjatament fil-post msemmi, fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li trakk tal-ghamla ERF misjuq minn ragel ta’ 29 sena miz-Zebbug, Ghawdex kellu mpatt ma’ vann tal-hobz tal-ghamla Ford Transit misjuq minn tfajla ta’ 20 sena residenti Zebbug, Ghawdex ukoll.
Minnufih issejhet ambulanza b’tim mediku fejn hadet lit-tfajla residenti tac-Cawla, Victoria, l-Isptar Generali ta’ Ghawdex u minn hemm giet trasferita mill-'Air Wing' tal-AFM, permezz tal-helikopter Alouette, lejn l-Isptar Mater Dei minhabba li sofriet griehi gravi u tinsab fil-periklu tal-mewt.
Is-sewwieq tat-trakk ukoll kellu jittiehed l-Isptar Generali t’Ghawdex wara li sofra griehi gravi minhabba ksur f’idejh.
Bl-incident gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Coppini LL.d fejn hatar l-esperti sabiex jassituh fl-inkjesta.
Triq Qasam San Gorg, Rabat Ghawdex tinsab maghluqa ghat-traffiku.
Il-Pulizija ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq dan l-incident.
Traffic-Related
Report Date
PR
Info
Category
31 May 2010
200
Dal-lejl ghall-habta ta’ nofs il-lejl (00.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Isptar, Pieta’ kien hemm bzonn l-assistenza taghha.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn sabet vettura ta’ tip Peugeot 106 kienet qeghda tabqad. Ghaldaqstant issejhu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn tfew in-nirien.
Filwaqt li l-karozza garbet hsarat estensivi, gie inutat ukoll li bibien ta’ zewg residenzi fl-imesmmija triq garbu ukoll xi hsarat kollha.
Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr D. Clarke LL.D. li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Fire
Report Date
PR
Info
Category
30 May 2010
199
B’referenza ghall-istqarrija stampa PR198-10, fejn Charmaine Scicluna giet rrapurtata nieqsa mal-Pulizija, nixtiequ ninfurmawkhom li hija nstabet.
Missing person: Ref - 198/2010
Report Date
PR
Info
Category
30 May 2010
198
Charmaine Scicluna ta’ 30 sena residenti Hal-Tarxien kienet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija.
L-aħħar li dehret Charmaine kienet libsa flokk bi stripes ta’ kulur ahmar u kannella u qalziet iswed.
Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jikkuntatja lil Pulizija fuq in-numri 112 jew 21 224001.
Matul il-lejl li ghadda, ghal-habta tas-siegha u ghoxrin (0120hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq is-Salvja, M’Scala wara li kienet ghadha kemm sehhet serqa.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel ta’ 41 sena miz-Zurrieq kien hiereg minn gol-vettura tieghu ta’ l-ghamla Daewoo, persuna/i mhux maghrufa sprejawlu xi tip ta’ spray ghal-wiccu u hadulu borza tal-karti li fiha kien hemm ammont konsiderevoli ta’ flus.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr D Clarke LL.d fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-kaz ghadhom ghaddejijn.
Hold-Up
Report Date
PR
Info
Category
29 May 2010
196
Illum tressaq b’arrest Simon Camilleri, ta’ 26 sena u residenti Zejtun fejn quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D Clarke LL.D gie akkuzat kif gej:
matul it-23 ta’ Mejju 2010 u fix-xhur ta’qabel, b’diversi atti li gew maghmulha b’rizoluzzjoni wahda izda li jiksru l-istess dispozizzjoni tal- ligi naqas milli jhares wahda mid-dispozizzjonijiet tal-Kap409 jew xi kundizzjoni, restrizzjoni jew limitazzjoni ohra li ghaliha tkun suggetta l-licenza.(Kap 409 sec 43b)
u aktar talli bejn il- lejl tal- 28 u 29 ta’ Mejju 2010 gewwa z-Zejtun ksirt il- mistrieh publiku meta daqqejt muzika gholja (338m)
u aktar talli bejn il- lejl tat- 28 u 29 ta’ Mejju 2010 gewwa z-Zejtun inqast li tobdi l-ordnijiet legittimi ta’ l-awtorita’ jew ta wiehed li jkun inkarigat minn servizz pubbliku.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaz tmexxiet mill-Ispettur Arthur Mercieca.
Simon Camilleri wiegeb mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih. Huwa nghata l-liberta' provizorja fuq il-kundizzjonijiet imsemmija hawn taht:
- Depozitu ta' Euro 500 u garanzija personlai ta' Euro 3000
- Jiffirma l-Ghassa tal-Pulizija nhar ta' Tnejn u nhar ta' Hamis bejn 0700hrs u 1900hrs
- Ma jersaqx lejn Pjazza taz-Zejtun.
Court: Disturbing the Public Peace
Report Date
PR
Info
Category
29 May 2010
195
Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija li harget min dan l-ufficcju nhar is-26 ta’ Mejju 2010 rigward incident li sehh fi Triq ix-Xatt, Bormla (PR 193-10).
Ir-ragel ta’ 59 sena minn Bormla, qaleb ghal ahjar u ma ghadux jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.
Health-Related: Leisure: Ref - 193/2010
Report Date
PR
Info
Category
28 May 2010
194
Kmieni dalghodu ghall-habta tas-saghtejn nieqes kwart (0245hrs) il-Pulizija kienet imsejħa minħabba nirien li ħakem residenza privata fi Triq Vincenzo Adrario, Zebbug.
Il-Pulizija marret immedjatament fil-post indikat fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li persuna/i mhux magħrufa kienu tefgħu materjal jaqbad bejn iz-zewg bibien tad-dar. In-nirien ġew mitfija permezz ta’ fire extinguisher li ġabet magħha l-Pulizija flimkien ma’ xi girien li kien hemm fuq il-post.
Gew imsejha l-membri tal-Protezzjoni Civili fejn tnehha kull inkonvenjent li seta’ kien hemm kif ukoll giet imsejha ambulanza fejn hadet lir-ragel ta’ 68 sena u lill-mara ta’ 62 gewwa l-Isptar Mater Dei ghall-kura mehtiega fejn intbaghtu d-dar aktar tard.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. A. Demicoli LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jasistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Arson: Residential
Report Date
PR
Info
Category
26 May 2010
193
Illum ghall-habta tal-hamsa u nofs (1730hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq ix-Xatt, Bormla.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 59 sena minn Bormla kien qieghed bil-kelb tieghu fl-imsemmija triq biswit il-Klabb tar-Regatta u ghal xi raguni dan spicca l-bahar flimkien mal-kelb. Kien hawnhekk li r-ragel sab ruhu f’diffikulta fl-ilma u kellu jitella l-art minn xi nies.
Fuq il-post issejhet l-ambulanza b’tim mediku fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei. Il-Pulizija ghada kif giet infurmata li r-ragel gie certifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L. Quintano LL.D fejn hatar l-esperti sabiex jassituh fl-inkjesta.
Dalghodu, il-Pulizija ressqet b’urgenza quddiem il-Magistrat Dr E Grima LLD ragel ta’ 30 sena imwieled Malta izda residenti f’Ghawdex. Ir-ragel gie akkuzat talli nhar l-20 ta’ Mejju 2010 ghal habta ta’ 2300hrs gewwa Marsalfron, Ghawdex u f’postijiet ohra gewwa Ghawdex stess :
Ikkommetta attentat vjolenti ghal pudur li fih innifsu ma jikkostitwixxix wiehed mid-delitti ikkunsmati jew attentati imsemmijien f’artikoli 198 sa 206 fuq id-delitti kontra l-paci u l-unur tal-familja u kontra l-morali, tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta;
U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi, offenda l-pudur jew il-morali b’eghmil li sar f’lok pubbliku jew f’lok espost ghal pubbliku;
U aktar talli sar recidiv b’diversi sentenzi moghtija lilu mill-Qrati tal-Magistrati ta’ Malta u Ghawdex liema sentenzi saru definittivi u ma jistghux jigu mibdula jew imhassra.
L-imputat wiegeb li mhux hati ghal akkuzi migjuba fil-konfront tieghu. Il-kaz gie differit ghal 1 ta’ Gunju 2010. Il-qorti ordnat divjet fuq isem l-akkuzat u isem il-vittma (mara).
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur F. Tabone.
Court: Sexual Offence
Report Date
PR
Info
Category
25 May 2010
191
Ghall-habta ta’ nofs in-nhar nieqes ghoxrin (11.40hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kbira, Hal Balzan.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi, fejn minn investigazzjonijiet preliminari jidher li guvni ta’ 17-il sena residenti San Gwann, safa milqut minn vettura ta’ tip Toyota Yaris misjuqha minn mara ta’ 43 sena residenti Hal Balzan.
Fuq il-post issejjhet ambulanza fejn hadet lil-guvni l-Isptar Mater Dei, fejn bhalissa qieghed jinghata l-kura mehtiega.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Traffic-Related
Report Date
PR
Info
Category
23 May 2010
190
B’referenza ghall-istqarrija stampa PR189-10, fejn Kyle Farrugia gie rrapurtat nieqes mal-Pulizija, nixtiequ ninfurmawkhom li huwa nstab.
Missing person: Ref - 189/2010
Report Date
PR
Info
Category
23 May 2010
189
Kyle Farrugia ta’ 19-il sena gie rrapurtat nieqes lill-Pulizija.
Farrugia huwa twil 5 piedi u 4 pulzieri, ghandu xaghru iswed u qasir. Huwa ghandu ghajnejh kannella u huwa ta’ statura irqiqa. L-ahhar li deher kien il-bierah, kien liebes jeans blue u flok iswed, slipper abjad u gakketta bajda u berita griza.
Kull min ghandu informazzjoni dwar Klye Farrugia huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.
Illum ghall-habta tas-siegha (13.00) quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. E. Grima LL.D. il-Pulizija ser tressaq zewg persuni il-Qorti b’arrest.
Ragel ta’ 45 sena flimkien ma’ guvni ta’ 21 sena t-tnejn residenti s-Swieqi ser jitressqu l-Qorti inkennessjoni mal-kaz li gara l-bierah f’Hal Gharghur (PR 185-10).
Court Notice: Grevious Bodily Harm
Report Date
PR
Info
Category
22 May 2010
187
Ghal-loghba tal-futbol U*Bet FA Trophy
Valletta Vs. Qormi
Il-Kummissarju tal-Pulizija jixtieq javza li ghal-loghba tal-futbol tal-U*Bet FA Trophy li se tintlaghab nhar il-Hadd 23 ta’ Mejju 2010 fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali bejn Valletta u Qormi se jsiru dawn l-arrangamenti:
Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-enclosure. Id-dhul ghal dan il-parkegg ghandu jsir biss minn naha tal-gate ta’ hdejn il-pixxina. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul se jsir mit-ticketing office booths tal-West Stand C u d-dhul se jsir mill-istess post.
Se jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters tal-Valletta li jkunu se jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
Mill-banda l-ohra s-supporters ta’ Qormi ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parkegg li hemm wara l-MFCC. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul se jsir mit-ticketing office booths tal-West Stand A u d-dhul se jsir mill-istess post.
Se jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘C’ ghal dawk is-supporters ta’ Qormi li jkunu se jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
Se jsiru tfittxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux se jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu nkluz canisters tal-arja li jisparaw karti u/jew konfetti kkuluriti.
Kulhadd huwa mwissi li mhux se jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
Se jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux se jithallew jidhlu fl-Istadjum.
Mhux se jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi se tkun ikkontrollat mill-Pulizija.
Police Notice: Sports
Report Date
PR
Info
Category
22 May 2010
186
Ghall-habta tal-kwarta ta’ filghodu (00.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradli fi Triq Tul il-Kosta, Naxxar, Bahar ic-Caghaq.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kien sehh impatt bejn vettura ta’ tip Fiat Punto misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena residenti San Gwann li kienet sejra direzzjoni lejn Paceville u vettura ta’ tip Mitsubishi Pajero misjuqa minn ragel ta’ 37 sena residenti San Gwann ukoll, li kien sejjer fid-direzzjoni opposta.
Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghall-kura mehtiega fejn aktar tard gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi peress li sofra xi ksur, izda mhux fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieqa tal-Fiat Punto ma garbet l-ebda griehi.
Ghall-habta tas-siegha ta’ wara nofs in-nhar (13.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li persuna kienet sfat feruta waqt argument gewwa Triq Zaghruna, Gharghur.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kien sehh argument bejn tlett irgiel. Waqt dan l-argument ragel ta’ Nazzjonalita’ Taljana ta’ 53 sena residenti l-Gharghur stess garrab xi griehi. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ l-ambulanza li ssejhet fuq il-post.
Minn ezamijiet mediki li saru fuq ir-ragel huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi, izda mhux fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr. A. Micallef Trigono LL.D. li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta
Grevious Bodily Harm
Report Date
PR
Info
Category
20 May 2010
184
Illum il-Pulizija wettqet b’success diversi raids f’lokalitajiet differenti f’Malta u Ghawdex fejn gew elevati numru ta’ oggetti iffalsifikati.
Fost l-oggetti elevati gew misjuba madwar 950 DVDs li jikkonsistu f’films allegatament ikkupjati.
Il-Pulizija mistennija fil-jiem li gejjien tressaq il-Qorti persuna b’konnesjoni ma’ dan il-kaz.
Economic Crimes
Report Date
PR
Info
Category
19 May 2010
183
Applikazzjonijiet ghal dhul fil-kors ta’ tahrig ghal Kuntistabbli Rgiel u Nisa
Il-Pulizija tixtieq tavza li nfethu l-applikazzjonijiet ghal dhul fil-kors ta’ tahrig ghal Kuntistabbli rgiel u nisa.
Il-kandidati jridu jkunu:
a) ghalqu t-tmintax (18)-il sena izda mhux it-tletin (30) sena sal-11 ta’ Gunju 2010;
b) twal fil-kaz tal-irgiel, mhux anqas minn 1.70m u fil-kaz tan-nisa, mhux anqas minn 1.65m meta jitkejlu hafjin;
c) ikollhom ta’ l-anqas grad D jew 6, f’mhux inqas minn 3 suggetti f’livell Ordinarju; tnejn minnhom iridu jkunu fil-Malti u fl-Ingliz jew ikollhom BTEC/MCAST first diploma jew diploma minn universita` rikonoxxuta. Jigu kkunsidrati wkoll dawk l-applikanti li jkollhom pass fl-Livell 2 tas-City & Guilds fi kwalunkwe suggett.
d) medikament b’sahhithom f’kull rispett, fizikament u mentalment, skond l-istandard mediku ta’ sahha fil-Korp biex ikunu jistghu jaqdu d-doveri kollha ta’ Pulizija;
e) ikunu ta’ karattru morali tajjeb;
f) cittadini ta’ Malta;
L-applikazzjonijiet jinkisbu mit-Taqsima tar-Rizorsi Umani, fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana, u ghandhom jittiehdu hemmhekk personalment, mimlija kif suppost, mill-applikanti nfushom sa mhux aktar tard mill-Gimgha, 11 ta’ Gunju 2010.
Dawk il-persuni li japplikaw ghandhom jiehdu maghhom il-karta’ ta’ l-identita’ taghhom u kopja taghha, zewg ritratti ricenti daqs tal-passaport, u certifkati originali ta’ l-ezamijiet li jkunu ghaddew minnhom u li huma riferuti aktar ‘l fuq, flimkien ma’ certifikati ta’ kwalifiki ohra li jkollhom, flimkien ma’ veri kopji taghhom.
Aktar informazzjoni tinsab fuq il-Gazzetta tal-Gvern numru 18,594 tat-18 ta’ Mejju 2010 u fuq is-sit:
Dalghodu ghall-habta tad-disgha u nofs (0930hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq l-Ifran, Valletta.
Fuq il-post immedjatament marru l-Pulizija fejn mill-ewwel stharrig li sar irrizulta li vettura ta’ tip Hyundai Excel misjuqa minn ragel ta’ 49 sena residenti l-Belt Valletta ghal xi raguni tilfet il-kontroll u baqat diehel go vettura ta’ tip Fiat 500 li kienet ipparkjata fl-imsemmija triq.
Fuq il-post issejhet ambulanza mill-Isptar Mater Dei b’team mediku fejn sfortunatament iccertifikaw lis-sewwieq tal-Hyundai mejjet fuq il-post.
B’dan l-incident gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. S. Meli LL. D.
Traffic-Related: Fatal
Report Date
PR
Info
Category
18 May 2010
181
Illum fil-Qorti ta’ Ghawdex, quddiem il-Magistrat Dr Edwina Grima LL.D tressaq Joseph Mercieca ta’ 47 sena, residenti Rabat, Ghawdex u kien akkuzat li nhar is-17 ta’ Mejju 2010 kellu fil-pussess tieghu arma tan-nar minghajr il-licenzja tal-Kummissarju tal-Puliizja.
Mercieca wiegeb mhux hati, u l-kaz mistenni jkompli jinstema’ nhar l- 1 ta’ Gunju 2010.
B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 178-10 fejn Carmel Zerafa gie rrapurtat nieqes. Nixtiequ nifurmakhom li huwa instab.
Missing person: Ref - 178/2010
Report Date
PR
Info
Category
17 May 2010
179
Kmieni dalghodu, ghall-habta tas-siegha u kwart (01.15hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Hal-Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li sewwieq kien qed isuq il-mutur tieghu tat-tip Yamaha direzzjoni minn Triq Garibaldi, il-Marsa direzzjoni lejn Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Hal-Luqa ghal xi raguni kellu impatt mas-central strip u mar-roundabout.
Is-sewwieq, ragel ta’ 34 sena residenti Pembroke u passigiera, tfajla ta’ 20 sena residenti Swieqi sofrew xi griehi u gew mehuda l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika.
Aktar tard it-tfajla giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li s-sewwieq garrab griehi gravi.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr C Stafrace Zammit li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Traffic-Related
Report Date
PR
Info
Category
16 May 2010
178
Carmel Zerafa ta’ 54 sena mill-Imsida kien irrapurtat nieqes lil Pulizija.
L-aħħar li deher kien liebes flokk bi stripes ta’ kulur blu, abjad u oranġo, jeans blu u slipper abjad. Carmel Zerafa huwa twil 5” u 4’ u xagħar qasir mar-ras. Ta’ min jinnota li fuq idejh it-tnejn is-Sur Zerafa għandu t-tpinġija.
Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jikkuntatja lil Pulizija fuq in-numri 112 jew 21 224001.
Il-Kummissarju tal-Pulizija jixtieq javza li ghal-loghba tal-futbol tal-U*Bet FA Trophy li se tintlaghab nhar it-Tnejn 17 ta’ Mejju 2010 fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali bejn Valletta u Hamrun se jsiru dawn l-arrangamenti:
Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul se jsir mit-ticketing office booths tal-West Stand C u d-dhul se jsir mill-istess post.
Se jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters tal-Valletta li jkunu se jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
Filwaqt li s-supporters ta’ Hamrun ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parkegg li hemm wara l-MFCC. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul se jsir mit-ticketing office booths tal-West Stand A u d-dhul se jsir mill-istess post.
Se jsiru tfittxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux se jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
Kulhadd huwa mwissi li mhux se jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
Se jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux se jithallew jidhlu fl-Istadjum.
Mhux se jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi se tkun ikkontrollat mill-Pulizija.
Police Notice: Sports
Report Date
PR
Info
Category
13 May 2010
176
Il-bierah filghaxija ghall-habta tal-hdax u nofs (23.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Ibrag, Safi kien hemm bzonn l-assistenza taghha.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn vettura ta’ tip Toyota Corsa instabet qeghda taqbad. Kien hawn hekk li ssejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili biex jikontrollaw in-nirien. Il-vettura garbet hsarat estensivi, izda hadd ma wegggha f’dan l-accident.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr A. Demicoli LL.D. li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Fire: Car
Report Date
PR
Info
Category
13 May 2010
175
Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 174-10.
Ir-ragel ta’ 85 sena gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi peress li sofra xi ksur, izda mhux fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Traffic-Related: Ref - 174/2010
Report Date
PR
Info
Category
12 May 2010
174
Illum ghall-habta tal-hamsa u nofs (17.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li ragel ta’ 85 sena residenti Birkirkara kien intlaqat minn vettura ta’ tip Toyota Starlet misjuqa minn ragel ta’ 31 sena residenti San Giljan.
Fuq il-post issejjhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn qieghed jinghata l-kura mehtiega.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Traffic-Related
Report Date
PR
Info
Category
10 May 2010
173
Dalghodu ghall-habta tal-hdax u nofs (11.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa f’The Strand, il-Gzira.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kien sehh serq ta’ vettura. Minn aktar investigazzjonijiet preliminari gie maghruf li waqt li zewgt irgiel kienu qeghdin fil-vettura taghhom fl-imsemmija triq, zewg persuni maghmmdin u armati b’arma tan-nar marru fuqhom u talbuhom johorgu mill-vettura, Alfa Romeo, li kienu fiha. Il-hallelin harbu minn fuq il-post permezz tal-Alfa Romeo kif ukoll vettura ohra tat-tip Mitsubishi. Aktar tard, il-vetturi gew misjuba fi Triq il-Madonna tal-Gebla, il-Gzira. Mill-istharrig tal-Pulizija rrizulta li l-Mitsubishi kienet giet irrappurtata misruqa lill-Pulizija. Qed jigi allegat li mill-vettura tad-derubati insterqu ammont ta’ gojjelli li l-valur taghhom huwa wiehed konsiderevoli.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr J Apap Bologna li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Hold-Up
Report Date
PR
Info
Category
09 May 2010
172
Nixtiequ navzaw lill-pubbliku ingenerali li peress li l-access lejn il-Belt jinsab maghluq, l-unika access huwa minn hdejn il-Knisja ta’ Sarria direzzjoni lejn Kastilja u dan minhabba l-attivita tal- Grand Prix De Malte.
Din l-attivita mistennija tibqa ghaddeja sas-sitta (1800hrs) ta’ filghaxija.
Il-Pubbliku huwa mheggeg sabiex jikkopera mal-Pulizja.
Police Notice - Traffic-Related
Report Date
PR
Info
Category
08 May 2010
171
Illum ghal habta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq il-Kbira, Zebbug.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li ragel ta’ 83 sena minn Haz Zebbug ghal xi raguni ntlaqat minn vettura tat-tip Citroen misjuqa minn ragel ta’ 34 sena minn Haz Zebbug.
L-anzjan ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn wara li gie ezaminat gie ccertifikat li sofra griehi ta’ natura gravi u l-Pulizija ghadha kif giet infurmata li l-kundizzjoni tieghu qalbet ghall-hazin tant li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulziija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Traffic-Related - **
Report Date
PR
Info
Category
08 May 2010
170
Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrijiet in konnessjoni ma’ spluzzjoni li sehhet nhar l-4 ta’ Mejju 2010 f’Marsaxlokk.
Ir-ragel ta’ 62 sena residenti z-Zejtun li kien gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt, sfortunatament tilef hajtu llum.
Il-Pulziija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Explosion: Fireworks Factory: Ref - 162/2010
Report Date
PR
Info
Category
07 May 2010
169
Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest ragel Malti was sejba ta’ droga raza tal-kannabis tard il-bierah wara nofsinhar.
Is-sejba saret wara li l-Pulizija bdiet tinvestiga informazzjoni illi dan ir-ragel kien qed ibiegh u jahbi id-droga f’remissa gewwa l-Msida. F’hin minnhom il-Pulizija osservatu hiereg minn dan il-post bi xkora f’idu, u meta gie mwaqqaf mill-Pulizija nstab li fl-ixkora kellu 20 blokka ta’ raza tal-kannabis, u li b’kollox jiznu mal-5 kilogramma. Minn tfittxija fuq il-persuna tieghu nstabu ukoll bicciet ohra zghar tal-istess sustanza.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Micallef Trigona LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Ir-ragel li ghandu 63 sena u li huwa residenti l-Msida stess ghadu qed jinzamm taht arrest, u l-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Drugs
Report Date
PR
Info
Category
07 May 2010
168
Kmieni dalgħodu għal ħabta tat-tlieta u nofs (3:30hrs) il-Pulizija kienet imsejħa minħabba nirien li ħakem f’bitħa ta’ residenza privata fi Triq it-Taqtigħa, Ħaż Żebbuġ.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-lok indikat fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li persuna/i mhux magħrufa kienu tefgħu materjal jaqbad fi ġnien. In-nirien ġew mitfija permezz ta’ fire extinguisher li ġabet magħha l-Pulizija. Għalkemm ħadd ma weġġa’ saru xi ħsarat f’bieb, gate, parti minn ħajt tal-parapett u l-faċċata.
l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għddejin
Arson
Report Date
PR
Info
Category
04 May 2010
167
Ghall-habta tas-sitta (1800hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fl-inhawi ta’ Triq San Luwigi, l-Imsida.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kien sehh argument bejn zewg persuni. Waqt dan l-argument, ragel ta’ 28 sena mill-Gambia u residenti Hal-Far, u ragel ta’ 34 sena mill-Palestina, residenti l-Imsida stess sofrew xi griehi. Waqt il-kaz allegatament giet uzata arma li taqta` u bil-ponta. Ir-ragel mill-Gambia gie iccertifikat li sofra griehi ta’ natura hafifa, filwaqt li l-Palestinjan sofra griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu li jitlef hajtu.
Iz-zewg irgiel qed jinzammu mill-Pulizija sabiex jghinu fl-istharrig li ghadu ghaddej.
Grevious Bodily Harm with Arms Proper
Report Date
PR
Info
Category
04 May 2010
166
Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija PR 162-10 u PR 165-10.
It-tliet irgiel li kienu ghadhom ma gewx iccertifikati ghal griehi li garrbu issa gew iccertifikati li sofrew slight injuries save complications.
Il-Pulizija ghadhom ghaddejien bl-investigazzjoni fuq dan il-kaz.
Explosion: Fireworks Factory: Ref - 162/2010
Report Date
PR
Info
Category
04 May 2010
165
Qed issir referenza ghall-istqarrija stampa PR 162-10.
Il-Pulizija ghadha kemm giet infurmata fuq il-kundizzjoni tal-persuni li kienu involuti fl-ispluzzjoni li sehhet dalghodu.
Tliet irgiel li l-eta’ taghhom hija 29 sena, 39 sena u 42 sena u huma residenti z-Zejtun, in-Naxxar u l-Fgura rispettivament, ghadhom qed jinghataw il-kura ghall-griehi li garrbu fejn sa issa il-Pulizija giet Infurmata li ma jidhrux li huma fil-periklu tal-mewt.
Ragel ta’ 33 sena residenti z-Zejtun gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi (minhabba hruq) izda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.
Ragel ta’ 62 sena residenti z-Zejtun gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi u li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Kollha ghadhom qed jinghataw l-attenzjoni medika mehtiega.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Explosion: Fireworks Factory: Ref - 162/2010
Report Date
PR
Info
Category
04 May 2010
164
Qed issir referenza ghall-istqarrija stampa PR 162-10. Rigward l-ispluzzjoni li sehhet fil-kamra tan-nar taz-Zejtun limiti ta’ Delimara.
Wara li l-membri tal-Protezzjoni Civili fittxew u tnaddaf kemm seta’ l-post, instab ragel li mill-ewwel indikazzjonijiet tat-tobba li ssejhu fuq il-post kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi. Hames irgiel ohra kienu ccertifikati li qed isofru minn griehi ta’ natura hafifa.
Ir-ragel li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi ttiehed l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura filwaqt li l-hames irgiel l-ohra inghataw il-kura mehtiega fuq il-post.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Explosion: Fireworks Factory: Ref - 162/2010
Report Date
PR
Info
Category
04 May 2010
163
Dalghodu ghal habta tad-disgha (9:00) l-Pulizija irceviet telefonata li fi Triq il-Belt Valletta gewwa l-Marsa kienet sehhet serqa u ghaldaqstant hemm bzonn l-assistenza taghha.
Il-Pulizija marret immedjatamet fuq il-post fejn minn stharrig preliminari jidher li persuna li kienet mghammda u armata b’arma dahlet f’ufficju ta’ wahda mill-kumpaniji li tinsab fiz-Zona Industrijali u talbet il-flus lil persuna li dak il-hin kienet fl-Ufficju.
Il-halliel harab minn fuq il-post fejn l-ammont misruq huwa wiehed minimu. Hadd ma wegga f’dan l-incident.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa S Meli LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Hold-Up
Report Date
PR
Info
Category
04 May 2010
162
Ghall-habta ta’ l-ghaxra u kwart (10.15hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet spluzzjoni gewwa z-Zejtun limiti ta’ Delimiara.
Minn stharrig li sar mill-Pulizija rrizulta li l-ispluzzjoni sehhet fil-kamra tan-nar.
Il-pubbliku huwa gentilment mitlub sabiex ghalissa ma jersaqx lejn l-akkwati ta’ fejn sehhet l-ispluzzjoni, minhabba l-perikli li jista’ jkun ghad hemm.
Aktar informazzjoni tinghata aktar il-quddiem.
Explosion: Fireworks Factory
Report Date
PR
Info
Category
03 May 2010
161
Loghoba tal-futbol BOV Premier League
Valletta vs Birkirkara
Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghoba tal-futbol tal-BOV Premier League bejn Valletta u B’Kara li se tintlghab fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar il-5 ta’ Mejju, 2010 ser issiru dawn l-arrangamenti:
Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew ta’ l-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking areas ta’ wara l-‘Millenium Stand’. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ta’ Valletta se jssir mit-ticketing office ta’ l-enclosure Side Stand West C u d-dhul se jsir mill-istess post.
Se jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance A ghal dawk is-supporters tal-Valletta li se jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
Is-supporters ta’ B’Kara ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-main parking area ta’ wara l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul u d-dhul tas-supporters ta’ B’Kara se jsir mit-ticketing office ta’ l-enclosure Side Stand West A.
Se jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘C’ ghal dawk is-supporters tal-B’Kara li se jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu.
Kulhadd huwa mwissi li mhux se jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
Se jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
Mhux se jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi se tkun ikkontrollata mill-Pulizija.
Police Notice: Sports
Report Date
PR
Info
Category
03 May 2010
160
B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 158-10 fejn Abigail Kate Decelis giet irrapurtata nieqsa. Nixtiequ nifurmakhom li din irritornat lura ghand il-familja taghha.
Missing Person - Ref: 158: Found
Report Date
PR
Info
Category
03 May 2010
159
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest 3 persuni ta’ nazzjonalita’ barranija inkonessjoni ma’ sejba ta’ droga eroina matul il-lejl li ghadda, gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Is-sejba saret waqt hidma kongunta bejn il-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, fuq suspett illi kienet ser tiddahhal id-droga matul dak il-lejl.
Ragel ta’ nazzjonalita’ Ingliza li ghandu 22 sena gie mizmum mill-Pulizija wara li fil-pussess tieghu instabulu kwazi kilo ta’ droga eroina mohbija f’qiegh falz tal-bagajla. Huwa twaqqaf wara li kien ghadu kif wasal fuq titjira diretta minn Brussel.
Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Antonio Mizzi LL.D. kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-istharrig tal-Pulizija wassal biex illum kmieni wara nofsinhar jigu arrestati mill-inhawi ta’ Putirjal barra il-Belt Valletta zewg persuni ohra li huma suspettati li kienu l-persuni li ghalihom kienet destinata d-droga misjuba. Il-persuni huma ragel ta’ 35 sena mill-Liberia, izda residenti San Pawl il-Bahar u iehor ta’ 40 sena mill-Congo residenti Marsaskala.
Dawn il-persuni ghadhom ilkoll mizmuma taht arrest u hu mistenni li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Drugs
Report Date
PR
Info
Category
03 May 2010
158
Abigail Kate Decelis, giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija nhar il-Gimgha 30 ta’ April 2010.
Hija ghandha 17-il sena, xagharha twil, ghajnejha ta’ kulur kanella u ta’ statura medja. L-ahhar li dehret kien nhar id-29 ta’ April 2010 gewwa l-Mosta. Hija kienet liebsa flokk u qalziet suwed.
Kull min ghandu informazzjoni dwar Abigail Kate Decelis huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest hdax –il persuna, wara sejba ta’ droga waqt party li kien organizzat matul il-lejl li ghadda (bejn is-Sibt u l-Hadd) gewwa stabbiliment ta’ divertiment fl-inhawi ta’ Ta Qali.
Il-persuni mizmuma huma 7 irgiel u 4 tfajliet li l-eta’ taghhom tvarja bejn is-17 u l-45 sena u huma residenti Bormla, Ghaxaq, Paola, Zebbug, Qrendi, Gudja, San Pawl il-Bahar, Luqa u Floriana. Huma nstabu fil-pussess ta’ droga ecstasy, raza tal-kannabis, u kokajina.
Dawn il-persuni mistennija li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga. Ragel minnhom ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Bahar mistenni li jitressaq ukoll b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga ecstasy.
Waqt l-istess party Pulizija mara li kienet fuq xoghol, fil-hin li kienet ser taghmel tfittxija fuq tfajla, sfat aggredita b’mod vjolenti minn zewg irgiel ta’ 25 sena u 27 sena residenti Luqa u Floriana. Din kellha tittiehed l-Isptar Mater Dei ghall-kura, fejn sarulha xi punti f’wiccha.
Dawn il-persuni gew arrestati immedjetament fuq il-post.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Drugs & Assault on Public Officer
Report Date
PR
Info
Category
02 May 2010
156
Illum ghal-habta tan-nofsiegha (1230hrs), il-Pulizija ha tressaq il-Qorti b’arrest, quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Mizzi LL.D seba’ zaghzagh b’konessjoni ma’ reati li sehhew il-Gzira u Tas-Sliema.
Court Notice: Gang Violence
Report Date
PR
Info
Category
01 May 2010
155
Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti lill- Maximilian Ciantar, ta’ 20 sena u residenti l-Marsa fejn fost diversi akkuzi, huwa gie akkuzat li nhar it-28 t’April 2010 gewwa triq Hal-Warda, Attard:
Ikkaguna offiza gravissima fuq persuna
Ikkaguna offiza grazi fuq persuna ohra
Ikkaguna hsara, hassar jew gharraq vettura, ghad-dannu ta’ persuna ohra
Saq vettura minghajr licenzja tas-sewqan
Saq l-istess vettura minghajr ma kienet koperta b’polza tas-sigurta dwar riskji ghal-terzi persuni
Saq b’nuqqas ta’ kont, bi traskuragni jew b’mod perikoluz
Saq jew prova jsuq jew kellu kontroll tal-vettura meta ma kienx f’kundizzjoni li jsuq minhabba xorb jew drogi
Ecceda limitu ta’ velocita skond il-ligi
Bhala xufier naqas li jieqaf u jaghti l-isem u l-indirizz tieghu
Naqas li jieqaf fi triq li kienet immarkata biex ihalli lin-nies bil-pass jaqsmu
Ciantar li huwa recidiv, ma nghatax il-liberta u qed jinzamm fil-Facilita Korrettiva ta’ Kordin.
Court: Court Notice: Traffic-Related: Ref-146
Report Date
PR
Info
Category
01 May 2010
154
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest seba’ persuni, wara sejba ta’ droga waqt party li kien organizzat matul il-lejl li ghadda gewwa Ta’ Qali.
Il-persuni gew arrestati waqt hidma mill-Pulizija u il-persuni mizmuma huma erbgha rgiel u tliet nisa li l-eta’ taghhom tvarja bejn il-21 u 29 sena u huma residenti l-Pieta`, Mosta, Haz-Zabbar, Qormi, Xghajra u Marsaskala.
Fil-pussess taghhom instabet id-droga ecstasy, kokajina u amfetamina.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Drugs
Report Date
PR
Info
Category
01 May 2010
153
B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 146-10, guvni ta’ 20 sena ser jitressaq il-Qorti in konnessjoni mal-kaz li sehh H’Attard. Huwa ser jitressaq quddiem il-Magistrat M Hayman LLD illum fil-hamsa (17.00hrs).
Court Notice: Traffic-Related: Ref-146
Report Date
PR
Info
Category
01 May 2010
152
B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 149-10 ir-ragel ta’ 52 sena gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.
Traffic-Related: Ref-149
Report Date
PR
Info
Category
01 May 2010
151
Triq Gorg Borg Olivier, Mellieha tinsab maghluqa ghat-traffiku in konnessjoni mal-incident li sehh filghodu ghall-habta tat-tlieta (03.00hrs).
B’referenza ghall-Istqarrija stampa PR 149-10. Il-mara li kienet involtu fl-incident giet ccertifikata li tinstab fil-periklu tal-mewt.
Filwaqt li l-kundizzjoni tar-ragel ta’ 52 sena ghadha mhux maghrufa.
Traffic-Related: Ref - 149/2010
Report Date
PR
Info
Category
01 May 2010
149
Illum ghall-habta tat-tlieta ta’ filghodu (03.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Gorg Borg Olivier, Mellieha, sehh incident stradali.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn l-ewwel stharrig irrizulta li waqt li guvni ta’ 21 sena residenti l-Mellieha kien qed issuq vettura ta’ tip Hyundi Lantra ghal xi raguni kellu impatt ma’ vettura ta’ tip Kia Avella misjuqa minn ragel ta’ 52 sena residenti H’Attard flimkien ma’ mara ta’ 51 sena residenti H’Attard ukoll li kienet passigiera fl-imsemmija vettura u li kienu sejrin direzzjoni tax-Xemxija.
Fuq il-post issejhet ambulanza mill-Isptar Mater Dei fejn hadet lir-ragel ta’ 52 sena flimkien mal-mara ta’ 51 sena l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura.
Informazzjoni rigward il-kundizzjonijiet tal-persuni involuti f’dan l-incident tinghata aktar il-quddiem.
Il-Pulizija ghada ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.