The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date
PR
Info   Category

30 June 2010

254

Illum ghall habta tat-tmienja nieqsin kwart (1945hrs), il-Pulizija rceviet informazzjoni li kien hemm persuni suspettuza quddiem ic-Centru Ruzar Briffa tal-Bank HSBC, fi Triq il-Mithna, f’Hal-Qormi. 

Karozza tal-Pulizija mill-Mobile Squad li kienet qed taghmel ronda fl-inhawi ta’ Hal-Qormi, intbaghtet ticcekkja dan ic-centru.  Meta waqfet sabiex taghmel spezzjoni, vettura li kienet ipparkjata quddiem il-bank, man-naha l-ohra tat-triq, inqalet min fejn kienet b’mod li hasbet hazin lill-Pulizija.  Dawn saqu ghal warajha, pero’ din il-vettura irnexxiela tisgicca.  Il-Pulizija rritornaw fuq il-post, pero’ kif waslu, osservaw tliet minn nies suspettuzi hergin minn fuq il-parapett tac-centru, li hekk kif raw lill-Pulizija fethu n-nar fuq il-Pulizija.  Il-Pulizija iddefendew ruhhom billi stkennew wara il-vettura taghhom u rrejagixxew billi sparaw lura fuq dawn il-persuni.

Waqt li kien qed jigri dan, waslet vettura ohra fuq il-post b’sewqan eccessiv li waqfet quddiem ic-centru u dawk it-tlieta minn nies rikbu fiha u harbu minn fuq il-post fid-direzzjoni ta’ Santa Venera.  Immedjament intbaghtu aktar units tal-Pulizija ifittxu fl-inhawi ta’ dan il-post.

Ftit tal-hin wara, il-Pulizija sabet wahda mill-karozzi uzata f’dan il-kaz tinharaq fl-inhawi tal-Mosta.

Il-Magistrat tal-Ghassa – Dr C. Stafrace Zammit LLD giet infurmata bil-kaz u qed izzhom inkjesta assistita minn diversi esperti.

F’dan l-attentat ma wegga’ hadd u ma nsteraq xejn, pero’ il-vettura tal-Pulizija intlaqtet b’diversi tiri ta’ arma tan-nar sparati fid-direzzjoni tal-Pulizija.

L-investigazzjoni tal-Pulizija ghadha ghaddejja.

 

  Hold-Up - Police Shootout

 

Report Date
PR
Info   Category

30June 2010

253

Tard wara nofs in-nhar, ghal habta tal-hamsa u ghaxra (17.10hrs), gie irrappurtat lill-Pulizija li kienet sehhet serqa fi Triq San Gorg, San Giljan.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat u mill-ewwel stharrig taghha rrizulta li persuna mghammda u armata b’arma tan-nar dahlet f’hanut tal-gojjelerija li jinsab fit-triq imsemmija u seraq ammont ta’ flus kontanti kif ukoll xi gojjelli u harab minn fuq il-post.  Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-halliel  harab bil-mixi.  Il-persuna li dak il-hin kien xoghol gewwa, li huwa guvni ta’ 29 sena, ma sofra ebda griehi.  Waqt is-serqa, fil-hanut ma kienx hemm persuni ohra.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr C Stafrace Zammit LLD.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

  Hold-Up

 

Report Date
PR
Info   Category

30 June 2010

252

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest tlett persuni wara sejba ta’ droga raza tal-kannabis kmieni matul il-jum.

Is-sejba ta’ kwazi 20 kilogramma ta’ raza tal-kannabis saret fl-inhawi tax-Xemxija, limiti ta’ San Pawl il-Bahar, wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija li f’dawk l-inhawi x’aktarx kienet ser tiddahhal id-droga.

Il-Pulizija investigat din l-informazzjoni bl-assistenza tal-Iskwadra Marittima mill-Forzi Armati ta’ Malta.  Dalghodu l-Pulizija rnexxilha tarresta tlett persuni, ragel Malti ta’ 34 sena residenti l-Iklin, Libjan ta’ 39 sena u Libjan iehor ta’ 46 sena izda residenti il-Mosta.  Fil-pussess taghhom nstabet id-droga in kwistjoni.

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr C Stafrace Zammit LLD kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej. 

 

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

30 June 2010

251

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrijiet PR 207-10 u PR 224-10, dwar zewg incidenti tat-traffiku li sehhew Triq l-Imdina, Haz-Zebbug u Triq is-Salini, in-Naxxar. 

Iz-zewg persuni li kienu feruti waqt il-kollizjonijiet u kienu jinsabu fil-periklu tal-mewt, dal-ahhar jiem qelbu ghall-ahjar.

 

  Traffic-Related: Ref" 207/2010 and 224/2010

 

Report Date
PR
Info   Category
30 June 2010
250

Attivitajiet fl-okkazjoni tal-196 sena mit-twaqqif tal-Korp       tal-Pulizija ta’ Malta

Minn għada l-Ħamis 1 ta’ Lulju, 2010 ser jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet sabiex jitfakkar l-196 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, fejn jibqaw sejrin sa nhar it-13 ta’ Lulju 2010.

Għada fl-għaxra ta’ filgħodu (10:00hrs) ġewwa r-residenza ta’ San Vincenz De Paule il-Banda tal-Pulizija ser iddoqq numru ta’ kunċerti mir-repertorju tagħha,  wirja mill-Precision Drill Team kif ukoll mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  Police Force Activity

 

Report Date
PR
Info   Category

29 June 2010

249

B’referenza ghal-istqarrija stampa PR247-10, rigward incident stradali fi triq l-Ghadira, Mellieha fejn zewg vittmi, mara ta’ 62 sena u tifla ta’ 9 snin, it-tnejn residenti l-Hamrun sfaw milquta minn vettura, il-Pulizija ghadha kif giet infurmata li t-tifla tinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-mara ghadha qeghda tigi medikata.
 
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. Gabriella Vella LL.D fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq dan l-incident.

B'Referenza ghall-istqarriji stampa PR 247-10 u PR 249-10 rigward l-incident stradali li sehh gewwa l-Ghadira, l-Pulizija ghadha kif giet infurmata li l-mara ta' 62 sena tinsab ukoll fil-periklu tal-mewt.

  Traffic-Related - Ref: 247/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

29 June 2010

248

B’referenza ghal-istqarrija stampa PR246-10, rigward incident stradali f’Santa Lucija Avenue, Rahal Gdid. Il-Pulizija ghadha kif giet infurmata li l-guvni, sewwieq tal-mutur jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. Gabriella Vella LL.D fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq dan l-incident.

 

  Traffic-Related - Ref" 246/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

29 June 2010

247

Ghal habta tal-hamsa u kwart (1715hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq l-Ghadira, Mellieha.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li mara u tifla ghal xi raguni ntlaqtu minn vettura tat-tip Audi ta’ kulur iswed, misjuqa minn guvni ta’ 27 sena residenti Rabat, Ghawdex.

Iz-zewg vittmi ttiehdu l-Isptar Mater Dei b’zewg ambulanzi, fejn sa dan il-hin ghadhom qed jinghataw il-kura medika.
 
Bhalissa t-triq, direzzjoni minn l-Ghadira lejn ic-Cirkewwa tinsab maghluqa ghat-traffiku.

Aktar dettalji rigward dan l-incident jigu rraportati aktar il-quddiem.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha.

 

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

29 June 2010

246

Ghal habta tal-hamsa neqsin kwart (1645hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kif sehh incident stradali f’ Santa Lucija Avenue, Rahal Gdid. (Triq tac-Cimiterju ta’ l-Addolorata)

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kien sehh impatt bejn karozza tal-linja u mutur. Is-sewwieq tal-mutur Honda, guvni ta’ 23 sena minn B’Bugia ttiehed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn sa dan il-hin ghadu qed jinghata l-kura medika.

Bhalissa t-triq, kemm minn naha tal-Barrani direzzjoni lejn il-Marsa, kif ukoll bil-kontra tinsab maghluqa ghat-traffiku.

Aktar dettalji rigward dan l-incident jigu rraportati aktar il-quddiem.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha.

 

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

29 June 2010

245

Illum għal ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart il-Pulizija kienet infurmata li f’Marsaxlokk kien hemm persuna fil-baħar li kellha bżonn l-assistenza.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-lok indikat lilha magħruf bħala l-Kalanka, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li ġuvni ta’ 20 sena minn Ħal Tarxien għal xi raġuni sab ruħu f’diffikulta waqt li kien għadu kif qabeż fil-baħar.

Fuq il-post isejjħet ambulanza kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ittellgħu ‘l ġuvni fuq l-art.  Huwa ttieħed l-Isptar fejn kien iċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi ta’ natura gravi (fis-sinsla ta’ dahru) u sa dan il-ħin għadu qiegħed jiġi mmedikat.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr G Vella LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjoni min-naħa tal-Puliizja għadha għaddeja.

 

  Health-Related: Leisure

 

Report Date
PR
Info   Category

28 June 2010

244

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 243-10, triq il-Missjunarji Maltin, Mosta giet lura ghan-normal.

Dan l-ufficju ghadu kemm gie infurmat li s-sewwieq tal-van Maruti Omni m’ghadux fil-periklu tal-mewt izda ghandu griehi ta’ natura gravi.

 

  Traffic-Related - Ref: 243/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

28 June 2010

243

Illum ghall-habta tal-hamsa nieqes ghoxrin (16.40hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li sehh imaptt bejn van ta’ tip Maruti Omni misjuq minn ragel ta’ 43 sena residenti l-Mellieha li kien sejjer direzzjoni mir-Rabat lejn il-Mosta u vettura ta’ tip Lada Samara misjuqa minn ragel ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Bahar li kien sejjer id-direzzjoni opposta.

Fuq il-post issejjhet ambulanza li hadet lis-sewwieq tal-van Maruti Omni l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Is-sewwieq tal-vettura Lada Samara ma sofra l-ebda griehi.

Bil-kaz kienet infurmata il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D. Clarke LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

 

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

28 June 2010

241

Il-Pulizija tixtieq tavvza li Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta tinsab maghluqa ghat-traffiku peress li sehh incident stradali.

Il-pubbliku huwa mheggeg juza toroq alternattivi.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

27 June 2010

241

Illum il-Pulizija ser tressaq guvni ta’ 16-il sena l-Qorti fis-siegha ta’ wara nofsinhar (13.00hrs) quddiem il-Magistrat Edwina Grima LL.D.

  Court Notice

 

Report Date
PR
Info   Category

26 June 2010

240

Illum il-Pulizija ser tressaq 4 persuni ohra fuq kazijiet differenti l-Qorti fil-hamsa (17.00hrs) quddiem il-Magistrat Dr. A. Demicoli LL.D.

  Court Notice: Diverse cases

 

Report Date
PR
Info   Category

26 June 2010

239

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija li harget minn dan l-ufficcju ftit tal-hin ilu (PR 238-10). 

Il-Pulizija ser tressaq il-persuna l-Qorti fil-hamsa u nofs (1730hrs) quddiem il-Magistrat Dr A Demicoli LLD.

 

  Court Notice: Homicide - Ref - 210/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

26 June 2010

238

Il-Pulizija kompliet ghaddeja b’mod kontinwu bl-investigazzjoni dwar l-omicidju volontarju li sehh nhar is-6 ta’ Gunju 2010 f’Hal Far, fejn il-vittma kien sahansitra gie mitfun taht sigra wara li kien maqtul.

Dawn l-investigazzjonijiet taw rizultati pozittivi u fil-fatt huwa mistenni li aktar tard illum titressaq persuna l-Qorti u tigi akkuzata b’dan l-omicidju volontarju.

 

  Court Notice: Homicide - Ref - 210/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

25 June 2010

237

B’referenza għal dak li nkiteb fil-ġurnal The Times tal-lum 25 ta’ Ġunju, 2010
f’paġna 3, taħt it-titlu Police in a quandary over sea clashes probe, il-Pulizija tiċħad kategorikament li dak li nkiteb mill-artikolista u li huwa għal kollox skorett.

Il-liġi, partikolarment il-Kodiċi Kriminali, jagħti setgħat extra-territorjali lill-awtoritajiet Maltin sabiex jinvestigaw reati li jsiru fuq persuni ta’ nazzjonalita’
Maltija, isiru fejn isiru.

Il-Pulizija Maltija qed tara wkoll fl-investigazzjoni tagħha l-mezzi kollha
possibbli taħt il-liġi internazzjonali.

  Police Meida Reaction - Sea Incidents

 

Report Date
PR
Info   Category

25 June 2010

236

Illum fid-disgħa ta’ fil-għodu ġewwa s-Sala Vilhena fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulzija saret ċerimonja ta’ ħatra, fejn 22 Kuntistabbli, fosthom 6 nisa u 16-il raġel, ħadu l-ġurament għall-grad ta’ Surġent.

Dawn il-membri temmew b’suċċess kors ta’ taħriġ wara diversi xhur fl- Akkademja tal-Pulizija fejn tħarġu fuq aspetti varji, fosthom dawk legali, leadership skills, Immigrazzjoni, Forensika u materji oħra mportanti li wieħed juża’ waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

F’din l-okkazzjoni saru kelmtejn tal-okkazzjoni mill-Kummissarju tal-Pulizija, s-Sur John Rizzo u l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern l-Hon. C Mifsud Bonnici LL.D..

Surġenti ġodda

  Police Force Activity: Passing-Out

 

Report Date
PR
Info   Category

24 June 2010

235

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 235-10 nixtiequ navzaw il-pubbliku in-generali li Triq Ta’ Pennellu, Mellieha, giet lura ghan-normal.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

24 June 2010

234

Il-Pulizija tixtieq tavza li Triq Ta’ Pennellu, Mellieha, tinsab maghluqa temporanjament ghat-traffiku minhabba xi zejt li hemm fit-triq. 

 

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

23 June 2010

233

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel Malti wara sejba ta’ droga il-bierah kmieni wara nofsinhar.

Is-sejba ta’ kwazi kilo tad-droga eroina saret wara hidma ohra bejn il-Pulizijia u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana. Id-droga nstabet mohbija f’container li kien ghadu kif wasal Malta abbord vapur il-bierah fil-ghodu stess  u li kien telaq xi granet qabel mill-port ta’ Genova, l-Italja.

Inkonnessjoni ma’ din is-sejba l-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ 27 sena minn Hal Luqa.

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr.Giovanni Grixti  kien infurmat b’din is-sejba u hatar diversi esperti  sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

L-Istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.  

 

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

22 June 2010

232

Dalghodu ghall-habta tas-siegha u nofs (01.30hrs) waqt li l-Pulizija kienet qeghda taghmel ronda fl-inhawi ta’ Triq il-Power Station, Marsaxlokk inutat zewg irgiel hergin minn go residenza privata li tinsab gewwa Sqaq St. Peter’s Pool.

Ragel ta’ 57 sena residenti Hal-Balzan u ragel ta’ 50 sena residenti Marsaxlokk kienu hergin minn go l-imsemmija residenza b’ammont ta’affarijiet. Ghaldaqstant huma gew imwaqqfa u mizmumin mill-Pulizija. Wiehed mill-irgiel kien mghammad.

Iktar stħarriġ mill-Pulizija għadu għaddej.

  Burglary: Caught red-handed

 

Report Date
PR
Info   Category

21 June 2010

231

Ghada, it-Tlieta 22 ta’ Gunju, 2010, fl-Akkademja tal-Pulizija, grupp ta’ 130 rekluta godda, fosthom 19-il mara, se jiehdu l-gurament taghhom bhala Probationary Police Constables.

Dan kien it-30 kors ta’ reklutagg li sar fl-Akkademja tal-Pulizija f’Sant Iermu. Ir-rekluti bdew it-tahrig taghhom nhar is-7 t’Ottubru, 2009 u ghal dawn l-ahhar xhur kienu mharrga f’diversi suggetti relatati max-xoghol ta’ Pulizija.

Ser jinghata wkoll rikonoxximent ghal dawk ir-rekluti li gew fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet post, kif ukoll il-‘Mark Farrugia Award’ bhala l-iktar rekluta li ddistingwa ruhu/ruhha matul il-kors.

Ic-cerimonja ser tkun preseduta mill-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern Dr C. Mifsud Bonnici u l-Kummissarju tal-Pulizja s-Sur John Rizzo.

Ic-cerimonja tibda fl-ghaxra (1000hrs).

Il-membri ta’ l-istampa huma mistiedna jattendu ghal din ic-cerimonja.

  Police Force Activity: Passing-Out Parade

 

Report Date
PR
Info   Category

21 June 2010

230

Dalghodu ghall-habta tas-siegha u nofs (01.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq Franza, Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn kien hemm tlett vetturi li kienu qed jaqbdu. Fuq il-post kien hemm l-membri tal-protezzjoni Civili fejn flimkien mas-sidien tal-vetturi u l-girien taghhom n-nar gie kkontrolat.

Il-vetturi huma ta’ tip, Toyota Rav 4 li garbet hsarat estensivi, Volkswagen Passat li garbet hsarat estensivi ukoll, filwaqt li l-vettura l-ohra kienet ta’ tip Toyota Vitz li garbet hsatar minimi.

Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Fire: Vehicles

 

Report Date
PR
Info   Category

20 June 2010

229

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel Malti wara sejba ta’ droga tard il-bierah filghaxija.

Is-sejba ta’ madwar 100 gramma ta’ droga kokajina saret wara li l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija rceviet informazzjoni li r-ragel kien qieghed jittraffika d-droga. Ir-ragel li ghandu 30 sena u huwa residenti il-Belt Valetta. Id-droga nstabet aktar tard mohbija go garaxx li jinsab f’Marsaskala. Fl-istess garaxx waqt din it-tfittxija nstabu wkoll oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga.

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Jacqueline Padovani LL.D. kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

20 June 2010

228

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta (0300hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kbira San Guzepp, Hamrun.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li vettura tat-tip Fiat Punto kienet qeghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 37 sena minn Haz-Zebbug, ghal xi raguni dan baqa’ diehel go faccata ta’ hanut fl-imsemmija triq. Mieghu gol-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 37 sena residenti Haz-Zabbar.

Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lill-mara l-Isptar Mater Dei ghal kura. Is-sewwieq ukoll kellu jinghata l-kura medika minhabba qtuh f’wiccu u gie ccertifikat li sofra griehi gravi pero’ ntbghat lura d-dar. Il-mara izda kellha tigi operata minhabba li sofriet griehi serji u sa dan il-hin tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. J Padovani LL.D, fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

19 June 2010

227

Ghall-habta tat-tlieta nieqes kwart (1445hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta kien sehh incident stradali u kien hemm nies feruti.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kienet sehhet habta ‘head-on’ bejn zewg vetturi fl-imsemmija triq. Il-vetturi koncernati huma van tat-tip Kia Ceres abjad li kien qed jinstaq minn ragel ta’ 44 sena residenti Pembroke u mieghu kellu passigier maskili. Filwaqt li l-vettura l-ohra hija Peugeot 405 ta’ kulur beige misjuqa minn ragel ta’ 49 sena u mieghu kien hemm tfajla ta’ 18-il sena, t-tnejn residenti Attard.

L-impatt kien wiehed qawwi fejn kellhom jissejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll l-ambulanzi sabiex jiehdu lill-vittmi l-isptar Mater Dei. Bhalissa huma ghadhom qed jinghataw il-kura. Mill-ewwel rapporti medici, hadd minnhom ma jinsab fil-periklu tal-mewt.

Triq il-Missjonari Maltin, direzzjoni mir-Rabat ghal Mosta tinsab maghluqa ghat-traffiku.

F'stqarrija mahruga aktar tard, intqal li l-Pulizija ghadha kif giet infurmata li l-vittmi fortunatament, kollha gew iccertifikati li sofrew griehi hfief.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

19 June 2010

226

Illum, ghal habta tal-kwarta (1215hrs) il-Pulizija ser tressaq tlett zghazagh il-Qorti, quddiem il-Magt Dr J Padovani LLD, in konnessjoni ma’ zewg kazijiet differenti.

Fl-ewwel kaz, zaghzugh ta’ 19-il sena ta’ nazzjonalita` Spanjola ser jitressaq fuq akkuzi relatati ma’ drogi, filwaqt li zewg zghazagh Maltin ser jigu akkuzati b’akkuzi relatati ma’ serq.

  Court Notice: Drugs & Theft

 

Report Date
PR
Info   Category

18 June 2010

225

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest tlett persuni ta’ nazzjonalita` barranija wara sejba ta’ droga eroina.

Is-sejba ta’ aktar minn kilo u 120 gramma droga eroina saret il-bierah wara nofsinhar waqt hidma bejn it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana u l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Passiggier li kien ghadu kif wasal Malta fuq titjira diretta minn Amsterdam nstab li kellu mohbija fiz-zarbun  id-droga. Il-persuna mizuma hija guvni ta’ 19-il sena ta’ nazzjonalita` Spanjola.

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. J Apap Bologna LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija kompliet bl-istharrig li wassal sabiex jigu identifikati u arrestati zewg persuni ohra ta’ nazzjonalita` Nigerjana. L-ewwel persuna li giet mizmuma ghanda 32 sena u hija residenti gewwa l-Open-centre ta’ Hal-Far, filwaqt li ir-ragel l-iehor ghandu 34 sena u huwa residenti il-Floriana. Fuqu nstabu mohbija €2,000 fi flus kontanti.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej u l-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

18 June 2010

224

Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra u nofs (10.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq is-Salini, Naxxar kien seħħ inċident stradali.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post tal-inċident fejn mill-ewwel investigazzjonijiet deher li ghal xi raguni kien hemm impat bejn zewg vetturi. Vettura minnhom hi ta’ tip Ford Transit misjuqha minn ragel ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Bahar li kien sejjer fid-direzzjoni lejn Bugibba. Filwaqt li l-vettura l-ohra kienet misjuqha minn ragel ta’ nazzjonalita’ barranija u hi ta’ tip Daewoo Cielo, li kien sejjer fid-direzzjoni opposta.  

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-vettur Daewoo l-isptar Mater Dei. Fejn aktar tard gie iccertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Bil-każ  kien infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr S. Meli LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.  

L-istħarriġ  tal-Pulizija għadu għaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

18 June 2010

223

Nixtiequ navzaw lill-pubbliku ingenerali li Triq is-Salini, Naxxar tinsab maghluqa ghat-traffiku in konnessjoni ma’ incident li sehh illum ghall-habta tal-ghaxra u nofs.

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

17 June 2010

222

Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra (1000hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq San Filippu, Isla, kien hemm bzonn l-assistenza taghha.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 35 sena mill-Hamrun kien qed jaghmel xi xoghol fuq saqaf ta’ post flimkiem ma’ zewg haddiema ohra, ghal xi raguni s-saqaf ceda’ bil-konsegwenza li waqa’ waqt li l-haddiem kien fuqu.

Fuq il-post issejhu membri tal-Protezzjoni Civili, kif ukoll ambulanza b’tim mediku fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghal-kura. Mill-ewwel rapporti medici r-ragel ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

F'stqarrija mahruga aktar tard, intqal li il-Pulizija ghadha kif giet infurmata li l-griehi li sofra l-haddiem huma ta' natura gravi u ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Health-Related: Work

 

Report Date
PR
Info   Category

14 June 2010

221

Il-bierah filghaxija ghall-habta tal-ghaxra u nofs (22.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq id-Dukkar, Zabbar, kien hemm bzonn l-assistenza taghha.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn vettura ta’ tip Opel Corsa instabet qeghda taqbad. Kien hawn hekk li ssejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili biex jikontrollaw in-nirien. Il-vettura garbet hsarat estensivi. Hadd ma wegggha f’dan l-accident.

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A. J. Vella LL.D.  li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Fire: Vehicle

 

Report Date
PR
Info   Category

14 June 2010

220

Illum ghall-habta tat-tlieta u kwart (15.15hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Sant’Andrija (Coast road), San Giljan.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li sewwieq kien qed isuq il-vettura tieghu ta’ tip Mitsubishi Lancer direzzjoni lejn San Pawl il-Bahar ghal xi raguni tilef il-kontroll, u accidentalment baqa’ diehel go arblu tad-dawl.

Is-sewwieq huwa ragel ta’ 24 sena ta’ nazzjonalita’ Etiopjana u residenti San Pawl il-Bahar. Huwa gie mehud l-Isptar Mater Dei peremezz ta’ ambulanza li ssejhet fuq il-post. Fejn gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura hafifa save complications.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

13 June 2010

219

Ghall-habta tas-saghtejn u kwart (1415hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha gewwa lukanda li tinsab fi Triq il-Merluzz, Qawra.

Minnufih il-Pulizija marru fil-post imsemmi, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li waqt li mara ta’ 68 sena ta’ nazzjonalita Ingliza kienet qeghda tghum fil-pool, ghal xi raguni din sabet ruha’ f’diffikulta.

Il-mara nghatat l-ewwel ghajnuna minn persuni li kienu fuq il-post, izda dan kollu ghalxejn ghax hija mietet fuq il-post.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D. Clarke LL.D fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejijn.

  Health-Related: Leisure - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

12 June 2010

218

Illum ghall-habta tal-hdax (11.00hrs) quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Giovanni Grixti LL.D. ser jitressaq persuna akkuzat bi traffikar u pusses ta’ droga.

  Court Notice: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

12 June 2010

217

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 216-10.

Il-persuna li sfat imtajra huwa ragel ta’ nazzjonalita’ Spanjola u ghadu 26 sena.

Huwa garrab griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.

  Traffic-Related: 216/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

11 June 2010

216

Ghall-habta tas-sitta nieqes hamsa (17.55hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq it-Torri, Sliema u li kien hemm persuna midruba.  

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi, fejn minn investigazzjonijiet preliminari jidher li ragel ta’ nazzjonalita’ barranija, safa milqut minn karrozza tal-linja misjuqha minn ragel ta’ 25 sena residenti l-Kalkara.

Fuq il-post issejjhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei, fejn bhalissa qieghed jinghata l-kura mehtiega.

It-triq imsemmija hawn fuq bhalissa tinsab malghuqa ghat-traffiku. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

10 June 2010

215

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest tlett barranin wara sejba ta’ droga l-bierah kmieni wara nofsinhar.

Is-sejba ta’ aktar minn 220 gramma ta’ droga kokajina saret f’kamra ta’ lukanda li tinsab gewwa  Bugibba. Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Anthony Vella LL.D  kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Inkonessjoni ma’ din is-sejba l-pulizija qed izzomm taht arrest tlett cittadini Inglizi, li kienu allogjati fl-istess lukanda u li l-eta taghhom hi ta’ 24, 25 u 30 sena. Wiehed mill-persuni arrestati gie arrestat dalghodu hekk kif huwa kien ser jahrab minn Malta bil-bahar lejn Sqallija wara li nduna li l-Pulizija kienet sabet d-droga. Hu mahsub li d-droga ddahlet Malta nhar il-Hadd li ghadda fuq titjira diretta mill-Ingilterra.

Dawn il-persuni huma mistennija li jitressqu l-Qorti ghada filghodu b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni, traffikar u pussess aggravat tad-droga kokajina.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej. 

 

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

08 June 2010

214

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija stampa PR 210-10 sa PR 212-10 dwar il-kaz li sehh fi Triq tal-Gebel, Birzebbugia, limiti ta’ Hal Far.

Illum saret awtopsja fuq il-kadavru tal-vittma fejn irrizulta li l-vittma sofra skull fractures u cerebral laceration.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Homicide: Ref - 210/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

07 June 2010

213

Kmieni dalghodu ghall-habta tal-erbgha (0400hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm xi nirien fic-Centru Miftuh tal-Marsa, f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li f’kamra li kienet abitata minn xi Somali kien hemm xi nirien.  Malli indunaw bin-nirien, tlet Somali qabbzu minn tieqa, gholi ta’ madwar zewg sulari u sofrew xi griehi.

It-tlett irgiel, gew mehuda l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika, fejn aktar tard, tnejn minnhom gew iccertifikati li sofrew griehi ta’ natura gravi filwaqt li iehor gie ccertifikat li ghandu griehi ta’ natura hafifa.

Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li kkontrollaw in-nirien.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Fire & Health-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

07 June 2010

212

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrijiet (PR 210-10 u PR 211-10) li hargu l-bierah minn dan l-ufficcju in konnessjoni ma’ kadavru li nstab fi Triq tal-Gebel, Birzebbugia limiti ta’ Hal-Far.

Investigazzjonijiet fuq il-kaz baqghu ghaddejjin tul il-lejl, fejn il-kadavru gie identifikat bhala ta’ guvni ta’ 30 sena, mill-Kosta tal-Ivorja u residenti Hal-Far stess.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Homicide: Ref - 210/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

06 June 2010

211

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija (PR 210-10) li harget minn dan l-ufficcju aktar kmieni.

Mill-investigazzjonijiet li qed isiru fuq il-kaz irrizulta li l-kadavru huwa ta’ persuna ta’ sess maskili, filwaqt li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li huwa ta’ persuna aktarx ta’ nazzjonalita` barranija.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Homicide: Ref - 210/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

06 June 2010

210

Tard wara nofs in-nhar, ghall-habta tal-hamsa u nofs (17.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq tal-Gebel, Birzebbugia, limiti ta’ Hal-Far.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post indikat lilha fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li f’ghalqa fl-imsemmija lokazzjoni kien hemm persuna bla hajja.  Bhalissa qed isiru investigazzjonijiet minn diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija sabiex isiru maghrufa aktar dettalji in konnessjoni ma’ dan il-kaz.

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Grixti LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghadejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Homicide

 

Report Date
PR
Info   Category

06 June 2010

209

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR206-10, il-Pulizija l-bierah kmieni wara nofsinhar resqet quddiem il-Qorti zewg persuni b’akkuzi relatati mat-traffikar ta’ droga.

L-ewwel persuna li tressqet kienet Joseph Cordina ta’ 50 sena residenti Santa Venera, illi nhar il-Gimgha filghodu nqabad mill-Pulizija fl-inhawi tal-korsa taz-zwiemel gewwa il-Marsa jittraffika d-droga.

Huwa tressaq b’akkuzi ta’ pussess u traffikar ta’ droga eroina  u pussess ta’ aggravat ta’ droga kokajina f’dawn l-ahhar tlett xhur. Huwa wiegeb li kien hati tal-akkuzi kollha migjuba kontra tieghu, u kien ikkundanat sentejn u nofs habs, multa ta’ €4,000, kif ukoll il-konfiska tal-flus kollha li nstabu fil-pussess tieghu. Huwa kien eskortat lejn il-Facilita Korettiva ta’ Kordin fejn beda jiskonta is-sentenza ta’ prigunerija.

It-tieni persuna li tressqet kien Libjan ta’ 37 sena, Abdurahman Mohamed Abushiba. Huwa kien akkuzat  b’assocjazzjoni, importazzjoni w pussess aggravat tad-droga eroina kif ukoll pussess tad-droga raza tal-kannabis. Huwa wiegeb li ma’ kienx hati ta’ dawn l-akkuzi, ma’ nghatax il-liberta provisorja u kien eskortat ukoll lejn il-Facilita Korettiva ta’ Kordin.

Din il-persuna filfatt kienet arrestata nhar il-gimgha li ghadda ghall-habta tal-hamsa ta’ wara nofsinhar hekk kif huwa kien ghadu kif wasal Malta fuq titjira diretta minn Tripli. Din is-sejba kienet success iehor ghall-hidma kongunta bejn it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana u l-Pulizija. Ir-ragel instab li f’qiegh falz tal-bagalja kellu mohbija kwazi kilo u nofs tad-droga eroina. 

Iz-zewg persun tressqu quddiem il-Magistrat tal-ghassa Dr. Tonio Micallef Trigona.

  Court: Drugs - Ref: 206/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

06 June 2010

208

Il-bierah filghaxija ghall-habta tad-disa’ u kwart (21.15hrs) kien hemm bzonn l-assistenza tal-Pulizija fi Triq id-Dliela, Haz-Zabbar peress li kien hemm mara li sfat feruta.  

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li mara ta’ 49 sena residenti Haz-Zabbar sfat midrub waqt li kienet qed taghmel xi xoghol fir-residenza taghha.  

Waqt li l-mara flimkien mat-tifel taghha u persuna ohra kienu qed itellaw cupboard minn gol-parapett ghal gol-gallarija permezz ta' habel, hekk kif il-cupboard wasal ezatt mac-cinta tal-gallarija, l-imsemmi cint ceda u l-mara waqat ghal-isfel.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ team mediku mill-isptar Mater Dei. Sfortunatament il-mara giet ccertifikata mejta fuq il-post.

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Micallef Trigona LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha.

  Health-Related: Residential - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category

05 June 2010

207

Kmieni dalgħodu, ghal-habta tan-00:30 il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Imdina, Ħaż Żebbuġ kien seħħ inċident stradali.

Il-Pulizija rrikoriet mill-ewwel fuq il-post tal-inċident fejn mill-ewwel investigazzjonijiet deher li żewġ vetturi għal xi raġuni kienu ħabtu, fejn bl-istess impatt dawn ġarbu ħsarat konsiderevoli.  Iż-żewġ vetturi huma tat-tip Peugot.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żewgt irġiel l-isptar Mater Dei.  Raġel ta’ 48 sena minn Ħad Dingli jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu, waqt li x-xufier l-ieħor, raġel ta’ 58 sena minn Ħal Qormi, sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Bil-każ  kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Padovani Grima LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category

04 June 2010

206

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest 8 persuni wara sejba ta’ droga eroina u kokajina fil-Marsa f’hidma kontra t-traffikar ta’ droga dalghodu.

Is-sejba saret wara li l-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-droga bdiet tinvestiga informazzjoni illi dan ir-ragel kien qed ibiegh id-droga minn garaxx u residenza fl-inhawi tal-korsa taz-zwiemel gewwa l-Marsa. Filfatt il-Pulizija bdiet tosserva il-post indikat lilha u kkonfermat l-informazzjoni li kienet waslitilha u r-ragel kien innutat li beda jahbi d-droga fuq barra tar-residenza tieghu, kif ukoll kien qed izzomm kwantita ohra ta’ droga mohbija gewwa il-garaxx tieghu.

Matul il-hidma tal-Pulizija gew mizmuma diversi persuni li kienu qed imorru jixtru d-droga minghand din Il-persuna. Dawn il-persuni li l-eta’ taghhom tvarja bejn it-22 u 47 sena, huma residenti Fgura, Hamrun, San Giljan, B’Kara u Hal Qormi.

Matul it-tfittxija intensiva li ghamlet il-Pulizija filfatt instabu diversi pakketti bil-kokajina u l-eroina mohbija kemm gewwa ir-residenza kif ukoll f’dawk il-postijiet illi huwa kien osservat jahbi.

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Jacqueline Padovani kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistugha fl-inkjesta.

Ir-ragel li kien qed jittraffika d-droga u li ghandu 50 sena u residenti Santa Venera ghadu qed jinzamm taht arrest, u  mistenni li jitressaq il-Qorti bi traffikar ta’ droga eroina u kokajina.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category

03 June 2010

205

Dalghodu, il-Pulizija ressqet b’urgenza quddiem il-Magistrat Dr E. Grima LLD lil Rayn Grech ta’ 22 sena residenti Rabat, Ghawdex.  Il-guvni gie akkuzat talli f' diversi bnadi gewwa Ghawdex nhar il-25 ta' Mejju 2010 u fix-xhur ta' qabel b' diversi atti maghmulim ukoll jekk fi zminijiet differenti, li jiksru l-istess disposizzjoni tal-ligi u li gew maghmulin b' rizoluzzjoni wahda u cioe;

1. Talli ddenunzja lill-pulizija Esekuttiva reat li jaf li ma sarx u cioe ddenunzja theddid ta' bomba gewwa fabbrika fix- Xewkija Ghawdex, inkella b' qerq holoq tracci ta' reat b' mod li setghu inbnew proceduri kriminali sabiex jizguraw li dak ir-reat kien sar.

2. U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi xerred ahbarijiet foloz illi x' aktarx allarmaw lill-pubbliku jew kisru l-bon ordni pubbliku jew il-paci pubblika inkella gabu agitazzjoni fost il-pubbliku.

3. U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkirkostanzi ghamel uzu minn apparat tat-telekommunikazzjoni b' mod mhux xieraq.

L-Imputat wiegeb hati tal-akkuzi migjuba fil-konfront tieghu u wehel 6 xhur prigunerjia sospizi ghal sentejn.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur F Tabone.

  Court: False Report & Scaremongering

 

Report Date
PR
Info   Category

01 June 2010

204

Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija (PR 203-10) li harget dalghodu minn dan l-ufficcju.  Il-Pulizija giet infurmata li iz-zaghzugh involut fl-incident u li kien fil-periklu li jitlef hajjtu sfortunatament miet.

  Traffic-Related: Ref - 203/2010

 

Report Date
PR
Info   Category

01 June 2010

203

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta u nofs (03.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Dicembru Tlettax, il-Marsa.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li vettura tat-tip Hyundai Accent kienet qed tigi misjuqa fi Triq Nazzjonali direzzjoni lejn Triq Dicembru Tlettax (direzzjoni Valletta lejn Marsa) ghal xi raguni kellha impatt ma’ hajt, kif ukoll ma’ sigra u sfat fuq genb.

Fuq il-post issejhet l-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei.  Aktar tard, ix-xufier tal-vettura gie ccertifikat li qed isofri minn griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li uhud mill-passiggiera ghadhom qed jinghataw il-kura medika.

Il-vettura kienet qed tigi misjuqa minn guvni ta’ 22 sena residenti Hal-Far.  Flimkien mieghu fil-vettura kien hemm guvni ta’ 18-il sena residenti l-Fgura u zewg guvintur ohra, wiehed ta’ 21 sena u iehor ta’ 23 sena li huma t-tnejn residenti Hal-Far.  Iz-zghazagh huma kollha ta’ nazzjonalita` Somala.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr C Stafrace Zammit LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Traffic-Related
 
     

 



 

 

 

 

 

COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US