Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Report Date
PR
Info
Category
28 February 2011
98
Illum għal ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar (13:00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Stabbart, Marsa kienet seħħet kolluzzjoni li bdiet minn Triq l-Inġieret, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li vettura tat-tip Peugeot 106 misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena minn Ħal Balzan għal xi raġuni dan tilef il-kontrol tal-vettura u baqa’ dieħel fi Trailer misjuq minn raġel ta’ 62 minn Raħal Ġdid. Fil-vettura kien hemm erba’ persuni oħra, kollha ġuvintur, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u d-19-il sena.
Erba’ mill-ġuvintur sofrew ġrieħi ta’ natura ħafifa, waqt li ieħor weġġa’ gravi (ksur fl-iskutella ta’ moħħu). Is-sewwieq tat-Trailer ma sofra ebda ġrieħi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
28 February 2011
97
Qed issir referenza għall-Istqarrija Stampa numru 96-11 rigward l-inċident stradali li seħħ fl-Imdina Bypass, B’Kara.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija fuq il-post jidher li waqt li raġel ta’ 46 sena mill-Imtarfa kien qed ġej mid-direzzjoni tar-Rabat, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li ħabat ma’ żewġ arkati u spiċċa n-naħa l-oħra tat-triq. Kien hawnhekk li spiċċa jaħbat ma siġra.
Fuq il-post isejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll l-ambulanza fejn din tal-aħħar ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel sofra ġrieħi ta’ natura gravi u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Silvio Meli LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar tard inharget stqarrija fejn intqal li ir-ragel ta' 46 sena mill-Imtarfa ma ghadux izjed fil-periklu tal-mewt, ghalkemm qed isofri minn griehi ta' natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
28 February 2011
96
Il-Pulizija tixtieq tavza l-pubbliku ingenerali li Mdina Road, Mriehel direzzjoni lejn il-Belt tinsab maghluqa ghat-traffiku peress li ghadu kemm sehh incident stradali.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex juza toroq alternattivi.
Iktar informazzjoni rigward l-incident tinghata aktar tard.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
24 February 2011
95
Illum ghall-habta tat-tmienja nieqes hamsa (19.55hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq Gerry Zammit, Gzira.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li mara ta’ 44 sena residenti l-Gzira kienet gewwa hanut li jinsab fl-imsemmija triq, dahlet persuna mghammda u armata b’armali li taqta u bil-ponta. Il-halliel talab il-flus lill-mara u harab minn fuq il-post.
Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.
Bil-kaz giet infurmatha l-Magistrat tal-Ghassa Dr D. Clarke LLD, li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
`
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
23 February 2011
94
Fil-hdax u nofs u hamsa (11.35hrs) il-Pulizija kienet infurmata li ftit tal-ħin qabel kienet għadha kemm seħħet serqa fi Triq San Guzepp Santa Venera.
Mill-istħarriġ li seħħ fuq il-post deher li zewg persuni mgħammda u armati b’arma tan-nar daħlu f’banka tal-lottu fl-imsemmija triq u talbu l-flus lill-persuna li dak il-ħin kienet preżenti. Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
L-irgiel ħarbu minn fuq il-post. L-ammont misruq huwa wieħed konsiderevoli.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar stħarriġ mill-Pulizija għadhom għaddejin.
`
Hold-Up
#
Report Date
PR
Info
Category
23 February 2011
93
Il-Pulizija tixtieq tavza l-publiku ingenerali illi, fit-triq minn taht it-Torri l-Ahmar direzzjoni lejn il-Marfa hemm ammont ta likwidu jizloq ma l-art, ghalhekk il-publiku huwa mheggeg li jsuq bil-mod biex ma jinholqux incidenti minghajr bzonn.
`
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
21 February 2011
92
Malta’s integration to the Schengen Area required the implementation of a number of operational, technical and infrastructural changes necessary to facilitate and safeguard the flow of information amongst EU member states. One such project, MT0008 – ‘Procurement and Installation of Security/Safety Equipment for Building Sites housing SIS equipment’, as the project title suggests, has provided for the security of key sites responsible for the storage and processing of Schengen-related data.
This project was co-funded by 85% by the Norwegian Financial Mechanism 2004-2009, covering a total budget of €290,184.00, excluding VAT.
The scope of the project was to introduce sufficient security and safety measures to allow Malta to integrate within the Schengen Information System. The security measures introduced have been reviewed by Schengen peers and certified to be implemented according to Schengen standards. The project has been successfully completed.
Despite being considered as a small project, MT0008 was in fact instrumental in facilitating Malta’s entry into the Schengen group. This project has furthermore laid the foundations for Malta’s eventual integration into the new Schengen Information System II by providing a secure platform facilitating further development.
`
Police Notice: Acquisition of Equipment
#
Report Date
PR
Info
Category
21 February 2011
91
Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta u nofs (03.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li f’hanut li jinsab f’Wied iz-Zurrieq kienet ghada kemm sehhet serqa.
Ghaldaqstant il-Pulizija marret immedjatmanet fuq il-post indikat fejn minn stharrig preliminari rrizulta li xi persuna/i mhux maghrufa kienu dahlu go stabiliment u serqu ammont ta’ gojjellerija li l-valur tieghu ma jeccediex € 5,000. Ftit tal-hin wara l-Pulizija innutat persuna suspettuza li kienet tinsab fi Vjal il-Blue Grotto, Zurrieq u ghaldaqstant din il-persuna giet mizmuma ghal aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija.
Bil-kaz gie infurmat l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. J. Vella LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija qed iżomm taħt arrest tlett persuni wara sejbiet ta’ droga matul il-jum tas-Sibt. ġewwa il-Fgura u l-Floriana.
L-ewwel sejba ta’ droga saret ġewwa l-Fgura fejn il-Pulizija għamlet rejd ġewwa stabbiliment fejn żewġ persuni nstabu fil-pussess ta’ droga kannabis. Il-persuni arrestati huma raġel ta’ 29 sena mill-Fgura stess u żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Ħal Tarxien.
It-tieni sejba saret tard is-Sibt fil-għaxija ġewwa stabbiliment fil-Floriana. Fil-fatt instab ammont ta’ kokajina, li kienu f’żewġ boroż li kien fihom madwar 11-il gramma u ammont ieħor ta’ kokajina mqassma f’pakketti lesta sabiex tinbiegħ. Instabu wkoll numru ta’ pillolli tal-ecstasy.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Marse-Anne Farrugia LL.D. kienet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Inkonessjoni ma’ din is-sejba il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Floriana stess.
L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej u l-persuni misennija li jitressqu l-Qorti fil-ġranet li ġejjien.
`
Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
20February 2011
89
Tard il-bieraħ filgħaxija għal ħabta tad-disgħa (21:00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Pjazza Vittorja, fin-Naxxar kien hemm argument u li x’aktarx kienet seħħet sparatura.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li raġel ta’ 48 sena li huwa ta’ nazzjonalita’ Russa imma joqgħod Tas Sliema, kien spara tir waqt li kien fi stabbiliment fl-imsemmija triq.
Fil-ħin tal-inċident kien hemm numru ta’ persuni li iżda ħadd minnhom ma’ weġġa’. Kien intervent f’waqtu tal-Pulizija li ġiet meħuda l-arma minn id ir-raġel, fejn ġie meħud l-Għassa u qed jgħin lil Pulizija fl-investigazzjoni tagħha.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.
`
Firing of Arms in Public
#
Report Date
PR
Info
Category
19 February 2011
88
L-assistenza tal-Pulizija kienet mitluba fi Triq San Valentinu Ħal Balzan fejn kien jidher li kien hemm xi persuni li dehru suspettużi fl-inħawi.
Il-Pulizija marret immedjatament fil-lok indikat lilha fejn mill-ewwel stħarriġ li għamlet deher li żewġ persuni kienu daħlu f’residenza privata, li f’dan il-ħin ma kien hemm ħadd ġewwa, u jidher li kienu diġa ħadu xi affarijiet minnha meta dawn daħlu f’residenza oħra.
Kien hawnhekk li fit-tieni residenza kien hemm xi persuni fiha, fejn minn hawn ma nsteraq xejn u l-ħallelin ħarbu minn fuq il-bejt. Kien f’dan il-waqt li l-ħallelin inqabdu mill-Pulizija, wara li dawn tal-aħħar iċċirkondaw il-post.
L-irġiel fl-ebda ħin ma kienu armati jew mgħammda u qed jgħinu lil Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.
`
Burglary/Hold-Up: Caught red-handed
#
Report Date
PR
Info
Category
19 February 2011
87
Dalghodu l-Pulizija ressaq lil Chad Jeffrey Grima ta’ 30 sena residenti l-Qala quddiem il-Magistrat Dr Paul Coppini LLD u akkużatu talli:
Fil-lejl ta’ bejn is-17 u t-18 ta’ Frar, 2011 fi Pjazza Savina, r-Rabat volontarjament għamel ħsara li jammonta aktar minn mitejn u tnejn u tletin ewro u disgħin ċenteżmu (€232.94) għad-danni ta’ diversi persuni.
L-akkużat wieġeb hati għal akkużi miġjuba kontrih fejn il-Qorti sabitu ħati u weħlitu tlett xhur ħabs sospiżi għal sitt xhur kif ukoll ordnat li jħallas għall-ispejjeż.
Fis-siegħa u nofs (13:30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Santa Marija, ġewwa x-Xewkija kien għadu kif seħħ inċident u kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ preliminari deher li fl-inċident kienu nvoluti vettura u rota. Il-vettura tat-tip Rover kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mix-Xewkija waqt li r-rota kienet misjuqa minn tifel ta’ 13-il sena mix-Xewkija.
Fuq il-post isejjħet ambulanza fejn ħadet lit-tifel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Huwa nġieb Malta għal aktar assistenza.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar stħarriġ mill-Pulizija għadhom għaddejin.
`
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
19 February 2011
85
Iktar kmieni, għal ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Kbira, Ħad Dingli kien seħħ inċident stradali.
Minn investigazzjonijiet preliminary li għamlet il-Pulizija fuq il-post deher li sewwieq ta’ karozza tal-linja għal xi raġuni tilef il-kontroll bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fi trukk ieħor li kien ipparkjat.
Is-sewwieq tal-karozza tal-linja, raġel ta’ 46 sena minn Ħad Dingli, ttieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza, fejn qabel kien assistit mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex inħareġ mill-vettura.
Ir-raġel, għalkemm qed isofri minn xi ġrieħi, mhux fil-periklu tal-mewt u qed jinżamm għal aktar testijiet mediċi.
Iktar stħarriġ għadu għaddej mill-Pulizija.
`
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
19 February 2011
84
Ghall-habta tad-diesgha u nofs (09.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi triq Liberat Grech, Xaghra, Ghawdex kien hemm persuna li kellha bzonn l-assistenza medika.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 71 sena kien qieghed jghin persuna ohra huwa ghal xi raguni waqa’ u habat rasu. Ghaldaqstant fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Generali t’Ghawdex sabiex jingata l-kura mehtiega.
Aktar tard ir-ragel gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt u ghaldaqstant huwa ser jigi trasferit l-Isptar Mater Dei ghal aktar assistenza.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr P.Coppini LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.
`
Health-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
18 February 2011
83
Malta at Berlin Congress on migration and integration
The 14th European Police Congress “Migration – Integration – European Security in Transition” was held in Berlin on 15th to 16th February 2011. Police Commissioner John Rizzo and Assistant Police Commissioner Andrew Seychell were the Maltese representatives at this congress and were accompanied by the Ambassador of Malta in Germany, Mr. Karl Xuereb. This year’s congress hosted lectures and panel discussions on various topical subjects such as ‘Global migration movements and the Challenges for the European Security Policy’, ‘International Police Missions’ and ‘Integrated Border Security’, among others. Prominent speakers included Cecilia Malmström, Commissioner for Home Affairs at the European Commission in Brussels and Dr. Ole Schröder, State Secretary at the Federal Ministry of the Interior in Berlin.
The European Police Congress is the leading European Congress for Homeland Security, which aims to create a platform for information and exchange for decision makers from international polices, governments, security services, embassies and the concerned authorities. Its objective is to strengthen the dialogue between the protagonists and to give information about the up-to-date developments in technology for police operations in its accompanying exhibition. Each year around 1.500 experts from more than 60 nations get together at this congress. The European Police Congress is organised by the German newspaper Behörden Spiegel, the major publication specialised on the public sector in Germany and is supported by national and international authorities.
`
Police Activity: Conference
#
Report Date
PR
Info
Category
18 February 2011
82
Ilbierah ghall-habta tad-disgha (2100hrs), il-Pulizija rciviet rapport formali fejn ragel irrapporta li ftit tal-hin qabel ghall-habta tas-sebgha u nofs (1930hrs) waqt li kien ser jirkeb il-mutur tieghu fi Triq Schembri, il-Hamrun allegatament gie avvicinat minn ragel li kien armat b’arma li taqta` u bil-ponta u talbu sabiex jidhol go vettura. Ir-ragel li ghandu 32 sena u residenti Pembroke, irrapporta li waqt il-kaz insteraqlu ammont ta’ flus kontanti li ma jeccediex € 300.
Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr C Scerri Herrera LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li giet appuntata.
Il-Pulizija ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
`
Hold-Up
#
Report Date
PR
Info
Category
17 February 2011
81
Il-Pulizija għadha kemm ġiet infurmata I fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard hemm ammont sostanzjali ta’ ħġieġ ta’ flixken li waqa’ minn fuq vettura li kienet għaddeja minn din it-triq.
Il-pubbliku in-ġenerali huwa ġentilment mitlub sabiex juża’ toroq alternattivi sakemm jitneħħa dan il-ħġieġ.
Aktar tard inharget stqarrija li infurmat li b'referenza ghall-Istqarrija Stampa numru PR81-11 rigward ammont ta' hgieg fi Triq l-Imdina, H'Attard, it-triq in-kwistjoni regghet infethet ghat-traffiku.
`
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
15 February 2011
80
Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 75-11, mahruga nhar it-12 ta’ Frar, 2011.
Il-Pulizija giet infurmata li r-ragel ta’ 75 sena sfortunatament tilef hajtu.
Illum f’nofsinhar mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest ragel, quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. S Meli LL.D.
Huwa ser ikun akkuzat b’akkuzi relatati ma hsarat.
`
Court Notice: Damages
#
Report Date
PR
Info
Category
13 February 2011
78
Illum ghall-habta tas-seba’ ta’ filghodu (07.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident fil-By-Pass tal-Marsa direzzjoni lejn il-mini ta’ Santa Venera.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari li sar irrizulta li waqt li vettura tat-tip Toyota Starlet, kienet qed tinstaq fl-imsemmija triq ghal xi raguni inqelbet. Il-vettura kienet qed tinstaq minn ragel ta’ 91 sena residenti Tas-Sliema.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-ragel ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard huwa gie ccertifikat li ghandu griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 76-11.
Il-Pulizija giet infurmata li t-tfajla ta’ 15 il-sena residenti St. Venera giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Filwaqt li t-tfajla li hi residenti l-Isla giet icertifikata li ghandha griehi ta’ natura gravi izda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Apap Bologna, fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Dalghodu ghall-habta tas-sitta u hamsa (06.05hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien ghadu kemm sehh incident stradali fi Triq Aldo Moro, Marsa.
Ghaldaqstant il-Pulizija marret immedjatmanet fuq il-post, fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li vettura ta’ tip Toyota Sera misjuqa minn tfajla ta’ 15 il-sena residenti l-Isla kienet sejra fid-direzzjoni lejn Rahal Gdid ghal xi raguni tilfet il-kontroll u baqat diehla go sigra li hemm fl-imsemmija triq.
Fil-hin ta’ l-incident fil-vettura kien hemm tfalja ohra ta’ 15 il-sena residenti Santa Venera.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu l-Pulizija f’dan l-inċident. Iz-zewg tfajliet ittiehdu l-Isptar Mater Dei sabiex jinghataw il-kura mehtiega.
Iktar informazzjoni rigward is-saħħa tal-persuni meħuda l-isptar jingħataw meta dawn jingħataw mit-tim mediku tal-isptar.
Tard il-bierah filghaxija ghall-habta ta’ nofs il-lejl nieqes kwart (23.45hrs), il-Pulizija kienet infurmata li hemm ragel ta’ 75 sena l-Isptar Mater Dei li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Minn stharrig preliminari li ghamelt il-Pulizija rrizulta li ghall-habta tat-tmienja u nofs (20.30hrs), waqt li r-ragel kien fir-residenza tieghu li tinsab fi Triq San Gwann, il-Belt Valletta, ghal xi raguni waqa’ it-tarag ta’ l-istess residenza.
Fuq il-post issejhet l-ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Apap Bologna LL.d. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Kmieni dalghodu ghall-habta tal-erbgha (0400hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Santu Wistin, San Giljan kien hemm persuna nvoluta f’incident.
Il-pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 42 sena minn San Gwann kien intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot sewda misjuqa minn ragel ta’ 29 sena residenti l-Imsida.
Fuq il-post issejhet l-ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghal kura. Huwa gie certifikat li sofra griehi gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ser tressaq zewg persuni l-Qorti ghall-habta tas-siegha (1300hrs) quddiem il-Magistrat Dr C Stafrace Zammit LLD. Iz-zewg persuni huma rgiel ta’ nazzjonalita` barranija u ghandhom 31 sena.
`
Court Notice
#
Report Date
PR
Info
Category
10 February 2011
72
Kmieni dalghodu ghall-habta ta’ l-erbgha (0400hrs), il-Pulizija giet infurmata li gewwa f’ghalqa li tinsab fi triq il-Belt Valletta, Zurrieq, kien hemm xi nirien.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn minn stharrig preliminari sabet hames vetturi li kienu qeghdin jaqbdu. Il-Pulizija talbet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jintefa n-nar. Ghalkhemm il-vetturi garrbu hsarat estensivi, hadd ma wegga f’dan l-incident.
Dwar il-kaz kienet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. Edwina Grima LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghaddejja bl-investigazzjonijiet.
`
Arson
#
Report Date
PR
Info
Category
07 February 2011
71
Ghall-habta tas-sitta nieqes kwart (1745hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm feriment f’residenza fi Triq Nerik Sacco, il-Marsa.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt argument mara ta’ 65 sena minn Rahal Gdid sfat feruta b’daqqiet ta’ strument li jaqta’ u bil-ponta, allegatament minn ragel ta’ 68 sena minn Marsa.
Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lill mara l-Isptar Mater Dei ghal kura. Hija mill-ewwel giet certifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr G Vella LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.
Ir-ragel qed jinzamm mill-Pulizija ghall-aktar stharrig.
L-investigazzjonjiet ghadhom ghaddejijn.
`
Attempted Homicide
#
Report Date
PR
Info
Category
07 February 2011
70
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg zghazagh wara sejba ta’ pilloli tal-ecstasy, tard is-sibt wara nofsinhar.
Is-sejba saret wara investigazzjonijiet li ghamlet il-Pulizija. Id-droga nstabet il-Hamrun fil-pussess ta’ zaghzugh ta’ 20 sena residenti Haz-Zabbar li dak il-hin kien fil-kumpanija ta’ zaghzugh iehor ta’ 27 sena mill-Marsa.
Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Anthony Vella kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Mill-istharrig li ghamlet il-Pulizija rrizulta li huma kienu ghal dawn l-ahhar xhur qed ibieghu d-droga ecstasy.
Filfatt huma ser jitressqu l-Qorti aktar tard illum b’akkuzi ta’ pussess u traffikar ta’ droga ecstasy u pussess ta’ kokajina.
F’kaz iehor separat il-Pulizija dalghodu ser tressaq ukoll il-Qorti lir-ragel ta’ 47 sena minn San Pawl il-Bahar li nhar is-Sibt filghodu nqabad gewwa Bugibba jittraffika d-droga. Huwa ser jitressaq b’akkuzi ta’ pussess u traffikar ta’ droga kokajina u raza tal-kannabis.
`
Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
07 February 2011
69
Kmieni dalghodu ghall-habta tas-saghtejn nieqes kwart (01.45hrs), il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Aldo Moro, Marsa kienet ghada kemm sehhet serqa.
Ghaldaqstant il-Pulizija marret immedjatmanet fuq il-post indikat fejn minn stharrig preliminari rrizulta li xi persuni mhux maghrufa kienu dahlu go stabiliment u serqu ammont sostanzjali ta’ oggetti teknologici
Ftit tal-hin wara waqt li l-Pulizija kienet qeghda taghmel xi rondi nnotat erba’ persuni suspettuzi li kienu qeghdin fi Triq Mater Boni Consigli, Paola. Meta dawn il-persuni nnutaw li kien hemm il-Pulizija huma ppruvaw jaharbu minn fuq il-post izda ma rnexxilhomx u gew arrestati minnufih.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Demicoli LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Dalghodu l-Pulizija prezentat taht arrest lil Adrian Zammit ta’ 31 sena, lil Dennis Cremona ta’ 35 sena u lil John Mamo ta’ 26 sena ilkoll residenti l-Marsa, quddiem il-Magistrat Dr A Demicoli LLD.
Huma gew akkuzati talli :
F’Tas-Sliema, nhar it-3 ta’ Frar 2011, ghal habta tan-nofs siegha (1230hrs), gewwa Triq Tigne, ikkommettew serqa minn fuq mara, liema delitt huwa ikkwalifikat bil valur li jaqbez €232.94 izda huwa inqas minn €2329.37, u bil-vjolenza fuq il-persuna tal-mara li ghalqet is-sittin sena;
Adrian Zammit wahdu gie akkuzat ukoll talli rrenda ruhu ricediv wara li kien instab hati b’diversi sentenzi tal-Qrati ta’ Malta, liema sentenzi saru definitivi u ma jistghux jinbidlu, kif ukoll talli wettaq reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiza u kif ukoll bil-ksur tal-probation
Adrian Zammit u John Mamo wiegbu hatja ghall-akkuzi migjuba kontra taghhom filwaqt li Denis Cremona wiegeb li mhux hati tal-akkuzi. Huma nghataw il-liberta` provizorja.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur D Zammit.
`
Court: Aggravated Theft
#
Report Date
PR
Info
Category
06 February 2011
67
Dalghodu l-Pulizija prezentat taht arrest lil Amadeo Grimata’ 30 sena u Helen Grima ta’ 23 sena, it-tnejn residenti Birzebbugia, quddiem il-Magistrat Dr A Demicoli LLD.
Huma gew akkuzati talli :
Fil-Fgura, nhar it-3 ta’ Frar 2011, ghal habta tad-disgha ta’ filghodu, ikkommettew serqa minn gewwa hanut sitwat fi Triq il-Koppla, liema delitt huwa ikkwalifikat bil valur li jaqbez €232.94 izda huwa inqas minn €2329.37, u bil-vjolenza;
Aktar talli fl-istess data, lok, hin u cirkostanzi, bla ordni skond il-ligi tal-awtorita` kompetenti u barra mill-kazijiet li fihom il-ligi taghti s-setgha lill-privat li jarresta lill-hati, arrestaw, zammew jew issekwestraw lil persuna femminili kontra` l-volonta` taghha;
Aktar talli fl-istess data, lok, hin u cirkostanzi, kellhom fuq il-persuna taghhom xi arma irregolari jew munizzjon jew xi imitazzjoni ta’ dawk l-oggetti filwaqt li kienu qed jaghmlu reat kontra is-sigurta` tal-Gvern jew kontra l-persuna (minbarra omicidju involontarju jew offiza involontarja fuq il-persuna), jew ta’ serq jew hsara fil-propjeta` (minbarra hsara involontarja fil-propjeta`)
Amadeo Grima wahdu gie akkuzat ukoll talli rrenda ruhu ricediv wara li kien instab hati b’diversi sentenzi tal-Qrati ta’ Malta, liema sentenzi saru definitivi u ma jistghux jinbidlu, kif ukoll talli wettaq reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiza.
L-akkuzati wiegbu li mhumiex hatja ghal akkuzi migjuba kontra taghhom. Huma ma nghatawx il-liberta` provizorja u gew eskortati fil-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur D Zammit.
`
Court: Hold-Up
Report Date
PR
Info
Category
06 February 2011
66
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel Malti wara sejba ta’ droga kokajina u kannabis tard ilbierah filghodu.
Is-sejba saret wara osservazzjoni li saret mill-Pulizija f’Bugibba fuq suspett li huwa kien qed jittraffika d-droga. Ir-ragel li ghandu 47 sena huwa residenti fl-istess lokalita.
Meta filfatt il-Pulizija waqfitu ilbierah filghodu, fil-vettura tieghu nstabu madwar 400 gramma tad-droga raza tal-kannabis u pakketti bid-droga kokajina lesti sabiex jinbieghu.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Anthony Vella kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej u r-ragel mistenni li jitressaq il-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga.
`
Drugs
Report Date
PR
Info
Category
06 February 2011
65
Fil-hdax ta’ dalghodu (1100hrs) il-Pulizija ser tressaq hames persuni il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr A Demicoli LLD in konnessjoni ma’ serqa aggravata li sehhet il-Fgrua u serqa ohra li sehhet Tas-Sliema.
`
Court Notice: Hold-Ups/Aggravated Theft
Report Date
PR
Info
Category
04 February 2011
64
Illum għall-ħabta tal-hamsa (05.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq Ball, San Giljan peress li x’aktarx kien hemm ragel ferut.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat, fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ghal xi raguni ragel ta’ 25 sena residenti San Giljan u ta’ nazzjonalita’ Bulgara ntlaqat minn strument iebes.
Fuq il-post issejjħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar fejn inghata l-kura mehtiega.
Il-Pulizija aktar tard giet infurmata li r-ragel ma kienx jinsab fil-periklu tal-mewt izda qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi.
Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra (1000hrs), Il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Koppla, il-Fgura kienet ghadha kemm sehhet serqa.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, fejn minn stharrig preliminari rrizulta li f’hanut fit-triq imsemmija kienu dahlu zewg persuni, mara u ragel. Il-persuni ma kienux maghmmda, izda r-ragel kien armat b’arma li taqta` u bil-ponta. Il-hallelien rabbtu lil sid il-hanut – mara ta’ 32 sena residenti Hal-Tarxien, u serqu apparat elettroniku (laptop) kif ukoll ammont minimu ta’ flus kontanti. Il-hallelin telqu minn fuq il-post bil-mixi. Hadd ma wegga` f’dan l-incident.
Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr. M Hayman LL.D li hatret l-esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.
Il-Pulizija tixtieq tavza lill pubbliku ingenerali sabiex kemm jista jkun jevitaw l-inhawi tal-Imsida minhabba l-ammont kbir ta ilma li hemm kawza tax-xita.
Il-pubbliku huwa mitlub sabiex jekk huwa possibli juza toroq ohra.
`
Traffic Notice
Report Date
PR
Info
Category
02 February 2011
61
B’referenza ghall-istqarrija stampa PR 60-11 li harget ftit tal-hin ilu, rigward ragel li kien jinsab mirdum taht saqaf li waqa’ f’Santa Venera, l-Pulizija giet infurmata li huwa jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr C Scerri Herrera LL.D fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Filwaqt li l-Pulizija ghadhom ghaddejijn bl-investigazzjoni fuq dan l-incident, it-triq regghet infethet ghat-traffiku.
`
Health-Related: Roof collapse: Ref - 60/2011
Report Date
PR
Info
Category
02 February 2011
60
Ghall-habta tat-tlieta (1500hrs) l-Pulizija giet infurmata li gewwa Misrah il-Barrieri, Santa Venera kien waqa’ saqaf u kien hemm persuna mirduma.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li gewwa residenza fil-post imsemmi kien ceda saqaf ta’ kamra li tinsab gol-bitha ta din ir-residenza. Dak il-hin gewwa l-kamra kien hemm ragel ta’ 58 sena.
Fuq il-post issejhu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fejn s’issa ghadhom ghaddejijn b’hidma kontinwa sabiex jinstab ir-ragel. Fuq il-post hemm ukoll tim mediku ghal assistenza.
Bhalissa t-triq tinsab maghluqa ghat-traffiku.
Aktar dettalji jinghataw aktar il-quddiem.
`
Health-Related: Roof collapse
Report Date
PR
Info
Category
02 February 2011
59
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni inkonessjoni ma’ sejba ta’ droga eroina gewwa il-Hamrun.
Is-sejba saret tard il-bierah filghodu wara osservazzjoni mill-Pulizija wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija illi kien qed isir traffikar ta’ droga minn gewwa residenza.
Filfatt ilbierah il-Pulizija waqfet guvni ta’ 25 sena illi malli il-Pulizija avvicinatu huwa pprova jahrab izda gie mizmum minnufih.
Fil-pussess tieghu il-Pulizija sabet droga eroina lesta sabiex tinbiegh, kif ukoll zewg imwiezen u oggetti ohra relatati mal-abbuz u traffikar ta’ droga.
Inkonessjoni ma’ din is-sejba l-Pulizija qed izzom ukoll taht arrest tfajla ta’ 17 il-sena minn San Gwamm.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
`
Drugs
Report Date
PR
Info
Category
01 February 2011
58
Il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Imdawra, Burmarrad, limiti tan-Naxxar kien għadu kif waqgħet persuna u li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. L-inċident seħħ ftit qabel is-sagħtejn u kwart (14:15).
Minn investigazzjoni preliminari li saru fuq il-post, jidher li raġel ta’ 30 sena minn Ħaż Żebbuġ kien waqa’ għoli ta’ sular u nofs meta kien qiegħed isir hatt ta’ scafolding.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn kien iċċertifikat li kellu ġrieħi ta’ natura gravi (ksur) li mhux jew kien fil-periklu li jitlef ħajtu.
Fuq il-post issejħu wkoll membri tas-saħħa u s-Sigurta’
`
Health-Related: Work
Report Date
PR
Info
Category
01 February 2011
57
Illum fit-tmienja (20:00hrs) quddiem il-Maġistrat Dr G Grixti LL.D. l-Pulizija ser tressaq mara in-konnesjoni mas-sejba ta’ katavru tat-tfajla ġewwa x-Xemxija.
`
Court Notice: Homicide - Ref - 52/2011
Report Date
PR
Info
Category
01 February 2011
56
Qed issir referenza għall-Istqarrija Stampa numru PR55-11 rigward persuna nieqsa.
David Farrugia ta’ 17-il sena ma ghadux meqjusa bħala persuna nieqsa, peress li l-bierah ghall-habta tal-ghaxra u ghoxrin (22.20hrs) huwa rritorna lura d-dar.