Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Click of image above to translate to your desired language
Report Date
PR
Info
Category
31 December 2011
618
Illum il-Pulizija resqet b’arrest lil Franky Cini ta’ 31 sena residenti z-Zebbug, Ghawdex quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Josette Demicoli LL.D fil-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex)
Huwa gie akkuzat talli fil-lejl ta’ bejn id-29 u it-30 ta’ Dicembru 2011, u fix-xhur ta’ qabel gewwa Marsalforn limiti taz-Zebbug, Ghawdex u gewwa postijiet ohra f’Ghawdex, f’hinjiet differenti:
Forna jew ipprokura jew offra li jforni jew li jipprokura d-droga kokajina specifikata fl-ewwel skeda ta l-ordinanza dwar il-medicini perikoluzi, Kap 101 tal-Ligijiet ta’ Malta lill-persuna jew persuni jew ghall-uzu ta’ persuna/i minghajr ma kellu licenzja mill-President ta’ Malta minghajr ma kien awtorizzat bir-regoli tal-1939 ghall-kontroll intern tad-drogi perikoluzi (G.N.292/1939) jew minn xi awtorita’ moghotija milL-President ta’ Malta li jforni d-droga u minghajr ma kien fil-pussess ta’ awtorizzazjoni ghall-importazzjoni jew esportazzjoni mahrug mit-tabib principali tal-Gvern skond id-dispozizzjonijiet tas-sitt taqsima ta’ l-Ordinanza imsemmija u minghajr ma kellu licenzja jew xorta ohra awtorizzat li jimmanifattura jew iforni d-droga imsemmija u minghajr ma kellu licenzja li jipprokura l-istess drogau dan bi ksur tar-regolament 4 tar-regoli ta’ l-1939 ghall-kontroll intern tad-drogi perikoluzi (G.N.292/1939) kif sussegwentement emendati u bi ksur ta’ l-oridinanza dwar il-Medicini Perikoluzi Kap 101 tal-Ligijiet ta’ Malta.
U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkustanzi kellu fil-pussess tieghu d-droga kokajina, specifikata fl-ewwel skeda ta' l-Ordinanza dwar il-medicini perikoluzi Kap 101 tal-ligijiet ta' Malta meta ma kienx fil-pussess ta' awtorizzazjoni ghall-importazzjoni jew ghall-esportazzjoni mahrug mit-Tabib Principali tal-Gvern skond id-dispozizzjonijiet tar-4 u s-6 Taqsima tal-Ordinanza u meta ma kienx bil-licenzja jew xort' ohra awtorizzat li jimmanifattura, jew li jforni d-droga msemmija u meta ma kienx b'xi mod iehor bil-licenzja mill-President ta' Malta li jkollu d-droga msemmija fil-pussess tieghu u naqas li jipprova li d-droga msemmija giet fornuta lilu ghall-uzu tieghu skond ir-ricetta kif provdut fir-regolamenti msemmija u dan bi ksur tar-regolament 8 tar-regoli ta' l-1939 dwar il-kontroll intern tad-drogi perikoluzi (G.N. 292/1939) kif sussegwentament emmendati u bi ksur ta' l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi Kap 101 tal-Ligijiet ta' Malta liema droga ma kintix ghal uzu esklussiv tieghu.
U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkustanzi kellu fil-pussess tieghu id-droga kokajina, specifikata fl-ewwel skeda ta' l-Ordinanza dwar il-medicini perikoluzi Kap 101 tal-ligijiet ta' Malta meta ma kienx fil-pussess ta' awtorizzazjoni ghall-importazzjoni jew ghall-esportazzjoni mahrug mit-Tabib Principali tal-Gvern skond id-dispozizzjonijiet tar-4 u s-6 Taqsima ta l-Ordinanza u meta ma kienx bil-licenzja jew xort' ohra awtorizzat li jimmanifattura, jew li jforni d-droga msemmija u meta ma kienx b'xi mod iehor bil-licenzja mill-President ta' Malta li jkollu d-droga msemmija fil-pussess tieghu u naqas li jipprova li d-droga msemmija giet fornuta lilu ghall-uzu tieghu skond ir-ricetta kif provdut fir-regolamenti msemmija u dan bi ksur tar-regolament 8 tar-regoli ta' l-1939 dwar il-kontroll intern tad-drogi perikoluzi (G.N. 292/1939) kif sussegwentament emmendati u bi ksur ta' l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi Kap 101 tal-Ligijiet ta' Malta.
L-imputat wiegeb mhux hati tal-akkuzi hekk kif migjuba fil-konfront tieghu. L-imputat talab ukoll ghall-liberta provizorja, liema talba giet michuda u intbaghat gewwa l-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin taht arrest preventiv.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Frank Anthony Tabone.
Court: Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
30 December 2011
617
Ilbierah ghall-habta tal-ghaxra u nofs ta’ bil-lejl (2230hrs), il-Pulizija rceviet informazzjoni li gewwa Triq il-Kappillan F Debono, Marsalforn, Ghawdex kien hemm persuna li allegatament kellu fil-pusess tieghu droga.
Il-Pulizija rrikorrew minnufih fuq il-post indikat lilhom fejn waqqfu persuna suspettuza li hekk kif lemah il-Pulizija dan deher jarmi xi haga mal-art. Ragel ta’ 31 sena residenti iz-Zebbug, Ghawdex gie arrestat mill-Pulizija.
Tfittixija saret ukoll gewwa garage li jappartjeni lir-ragel gewwa z-Zebbug stess, fejn hemmhekk instabet sustanza suspettata droga kokajina f’zewg paketti kif ukoll ogetti relatati mad-droga.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr P Coppini LLD fejn hatar esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Drugs: Suspect Apprehended
#
Report Date
PR
Info
Category
29 December 2011
616
Reference is made to comments put forward by Professor Edwin Grech in an article which appeared today in the news portal of Maltatoday under the heading Edwin Grech – ‘I know who murdered my daughter’.
Kindly be informed that all information which came to the knowledge of the Police in this case, including the information referred to by Profs Grech himself, has been thoroughly investigated.
It is to be added that this case has been rigorously investigated along the years and it is still being intensively investigated up to this day.
However, as case is still subject to a pending Magisterial Inquiry, it is felt imprudent to give details of investigations made.
Police Note: Karen Grech's Case
#
Report Date
PR
Info
Category
27 December 2011
615
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest 3 persuni wara sejba ta’ droga eroina matul il-gurnata ta’ lbierah.
Is-sejba saret mill-Pulizija gewwa residenza f’Attard wara xi jiem ta’ osservazzjoni fuq suspett illi kien qed isir traffikar ta’ droga minn din l-istess lokalita. Filfatt minn tfittxija li saret fl-istess appartament instabu madwar 50 gramma ta’ droga eroina, kif ukoll boroz ohra zghar mimlija bid-droga eroina lesti sabiex jinbieghu. Instabu ukoll tlett imwiezen, u oggetti ohra relatati ma’ l-abbuz u traffikar ta’ droga.
Inkonessjoni ma’ din is-sejba qed jinzammu taht arrest koppja li jghixu fl-istess appartament, ragel ta’ 32 sena u tfajla ta’ 36 sena.
Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Gabriella Vella kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Fil-kors ta’ dan l-istharrig il-Pulizija arrestat ukoll ragel iehor ta’ 36 sena residenti n-Naxxar li ftit tal-hin qabel kien osservat mill-Pulizija jixtri d-droga eroina minghand dawn l-istess persuni. Filfatt fil-pussess tieghu l-Pulizija sabet pakkett iehor bid-droga eroina.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
25 December 2011
614
Illum ghall-habta tat-tlieta nieqes ghaxar (14.50hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq l-Imdina Birkirkara kien ghadu kemm sehh incident stradali.
Il-Pulizja marret immedjatament fuq il-post hawn fuq imsemmi fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 55 sena residenti Santa Venera ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura tieghu ta’ tip Kia Pride. Flimkien mieghu fil-vettura kien hemm mara ta’ 49 sena residenti Santa Venera ukoll.
Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet liz-zewg persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jinghataw il-kura mehtiega. Aktar tard ir-ragel ta’ 55 sena gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-mara giet iccertifikata li qieghda ssofri minn griehi ta’ natura hafifa.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
25 December 2011
613a
Today the Police presented under arrest: Jimale Hassan Abdullahi aged 23 years, residing at Marsa Open Centre
Jimale Hassan Abdullahi was charged with having:
On the 24th December 2011 at about 7 o’ clock in the morning (07:00am) at the Marsa Open centre situated in Xatt il-Mollijiet Marsa, assaulted or resisted by violence or active force not amounting to public violence, a police constable who is lawfully charged with a public duty when in the execution of the law or of a lawful order issued by a competent authority and having committed slight injuries by their nature on his person
Also charged that at the mentioned time place and in the same circumstances, of having reviled, or threatened, or cause a bodily harm to any person lawfully charged with a public duty, while in the act of discharging his duty or because of his having discharged such duty, or with intent to intimidate or unduly influence him in the discharge of such duty.
Disobeyed the lawful orders of any authority or of any person entrusted with a public service, or hinders or obstructed such person in the exercise of his duties, or otherwise unduly interfered with the exercise of such duties, either by preventing other persons from doing what they are lawfully enjoined or allowed to do, or frustrating or undoing what has been lawfully done by other persons, or in any other manner whatsoever;
Also that at the mentioned time place and in the same circumstances, his course of conduct caused another person who also resides in Marsa open centre to fear that violence will be used against him or his property.
Even though in a state of intoxication, publicly uttered any obscene or indecent words, or made obscene acts or gestures, or in any other offended against public morality, propriety or decency;
Without inflicting any wound or blow, threatened the same person with a knife;
Carried outside any premises or appurtenance thereof, a knife or cutting or pointed instrument of any description without a licence or permit from the Commissioner of Police.
Attempted to use force against a person with intent to insult, annoy or hurt such person or others.
Uttered insults or threats towards a person, or being provoked, carried his insult beyond the limit warranted by the provocation.
In any manner, wilfully disturbed the public good order or the public peace;
In any public place or place open to the public, was found drunk and incapable of taking care of himself.
Consequently of being a recidivist, after being sentenced for other offences by judgments which has became absolute.
The accused pleaded not guilty to the charges brought against him. Accused was denied bail and was escorted at the Corradino Correctional Facility
Court: Treathened Public Officer & Various
#
Report Date
PR
Info
Category
25 December 2011
613
Il-Pulizija ser tressaq persuna l-Qorti illum ghal habta tal-erba ta’ wara nofsinhar quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD.
Court Notice
#
Report Date
PR
Info
Category
25 December 2011
612
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest seba persuni wara sejbiet ta’ droga matul il-lejl li ghadda.
Is-sejbiet saru mill-Pulizija gewwa postijiet ta’ divertiment f’Paceville u fir-Rabat.
Id-droga misjuba hija kokajina, kannabis u mephedrone, u l-eta` tal-persuni mizmuma, hames irgiel u zewg nisa tvarja bejn is-sittax u t-tletin sena u huma residenti il-Belt Valletta, Hal Qormi, San Giljan, il-Hamrun u Hal Kirkop.
Fost l-arrestati hemm ragel ta’ nazzjonalita` Iraqina.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
25 December 2011
611
Il-bierah filghaxija ghall-habta tal-hdax neqsien kwart (2245 hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq fi Triq il-Gudja, Hal Kirkop.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn wara l-mina ta’ Hal Kirkop direzzjoni ghall-Gudja giet innutata vettura tat-tip Toyota Blizzard li kienet maqluba fuq in-naha tax-xellug u kellha xi hsarat estensivi vizibli. Zewg persuni li kienu qedin fil-vettura – is-sewwieq, ragel ta’ 40 sena residenti Hal Qormi u passiggiera, mara ta’ 40 sena residenti Marsaxlokk – sofrew xi griehi. Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku. Il-persuni ttiehdu l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard gew iccertifikati li qed isofru minn griehi ta’ natura gravi u griehi ta’ natura hafifa rispettivament.
Kmieni dalghodu ghall-habta tal-erba neqsien kwart (0345hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Giljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn hekk kif tohrog mill-mini direzzjoni mill-Kappara lejn Paceville, instabet vettura tat-tip Hyundai Accent li kienet qeda fuq il-genb. Mill-ewwel investigazzjonijiet fuq il-post irrizulta li aktarx il-vettura kellha impatt mas-central strip u sfat fuq il-genb. Kawza tal-incident, is-sewwieq tal-vettura – ragel ta’ 35 sena residenti l-Imsida – sofra xi griehi. Team mediku ha lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghal kura medika. Il-vittma gie ccertifikat li kawza tal-griehi li garrab kien jinsab fil-periklu tal-mewt. Ftit wara, il-Pulizija giet infurmata li r-ragel sfortunatament tilef hajtu.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Mizzi LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-lejla ghall-habta tas-sitta (1800hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Hamrun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li mara ta’ 84 sena residenti l-Hamrun kienet qieghda taqsam it-triq imsemmija, ghal xi raguni intlaqtet minn vettura tat-tip Kia Mentor li kienet qed tigi misjuqa minn ragel ta’ 64 sena residenti l-Hamrun stess. Il-mara giet mehuda l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex tinghata l-kura ghal xi griehi li sofriet. Bhalissa l-mara ghada qed tigi ezaminata.
Karreggjata wahda minn Triq il-Kappillan Mifsud tinsab maghluqa ghat-traffiku.
Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 606-11.
Il-vettura Honda Civic kienet qeghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 59 sena residenti l-Belt Valletta li mieghu bhala passigier kien hemm mara ta’ 54 sena residenti l-Belt Valletta ukoll. Ir-ragel ma sofra l-ebda griehi filwaqt li l-mara sofriet griehi ta’ natura gravi izda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-vettura Maruti 800 kienet qeghda tigi misjuqha minn ragel ta’ 33 sena residenti tal-Pieta’ li flimkien mieghu kien hemm zewg passigiera. Passigier minnhom huwa ragel ta’ 64 sena residenti l-Imsida u l-iehor huwa guvni ta’ 18-il sena residenti Birkirkara.
Il-guvni ta’ 18-il sena sofra griehi ta’ natura hafifa, filwaqt li r-ragel ta’ 64 sena ghamel xi hin fil-periklu tal-mewt izda issa huwa qaleb ghall-ahjar u gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.
Traffic-Related: Ref - 606/2011
#
Report Date
PR
Info
Category
23 December 2011
606
Ghall-habta tad-disgha (2100 hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq l-Assedju l-Kbir, Valletta.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li zewg vetturi kellhom impatt head-on fl-imsemmija triq. Vettura minnhom hija Honda Civic ta’ kulur griz u fiha kien hemm xufier kif ukoll zewg passigiera filwat li fil-vettura l-ohra, Maruti 800, silver kien hemm ix-xufier flimkien ma’ passigier.
Fuq il-post issejhu numru t’ambulanzi sabiex jiehdu l-persuni kollha l-isptar Mater Dei. Membri tal-Protezzjoni Civili ssejhu ukoll fuq il-post sabiex jaghtu l-assistenza. Waqt dan l-impatt vettura ohra li kienet ipparkjata fl-imsemmija triq garbet ukoll xi hsarat. Il-vettura hija Hyundai Accent ta’ kulur isfar.
Bhalissa t-triq tinsab maghluqa ghat-traffiku, filwaqt li l-feruti ghadhom qed jinghataw l-assistenza medika. Il-kundizzjoni taghhom ghadha mhux maghrufa.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident. Dettalji jinghataw aktar il-quddiem.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
23 December 2011
605
Ghall-habta tal-hdax u kwart (1115 hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta fi Triq Fra Diegu, il-Hamrun.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel ta’ 52 sena residenti il-Hamrun kien jinsab fuq bejt ta’ residenza fl-imsemmija triq ghal xi raguni waqa` saqaf u r-ragel waqa` gholi ta’ madwar zewg sulari.
Fuq il-post issejjhu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll team mediku mill-Isptar Mater Dei li hadu lil vittma l-Isptar ghall-kura medika.
Ir-ragel ma jinsabx fil-periklu tal-mewt izda gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni ta’ nazzjonalita barranija wara sejbiet ta’ droga f’zewg investigazzjonijiet separati.
L-ewwel sejba saret il-bierah filghodu mill-Pulizija gewwa appartament fl-Imsida wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija li ragel ta’ nazzjonalita Ingliza kien qed jittraffika d-droga. Filfatt fl-appartament ta’ dan ir-ragel li ghandu 39 sena, nstabu madwar 180 gramma ta’ droga mephedrone, droga ohra f’forma likwida, kif ukoll oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga. Il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Vella LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
It-tieni sejba saret aktar tard wara nofsinhar f’hidma ohra mill-Pulizija fis-Swieqi. Filfatt gie arrestat ragel ta’ 25 sena ta’ nazzjonalita` Ungeriza wara li gewwa r-residenza tieghu nstabet d-droga kannabis, mizien elettroniku, kif ukoll oggetti ohra relatati mat-traffikar tad-droga. Minn indagini tal-Pulizija jirrizulta li dan ir-ragel kien ukoll qed jittrafika d-droga.
Iz-zewg persuni mistennija li jitressqu l-Qorti aktar tard illum, b’akkuzi ta’ traffikar u pussess aggravat ta’ droga.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.
Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
23 December 2011
603
Matul il-lejl li ghadda ghall-habta tas-siegha u ghoxrin (0120hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fil-Gzira.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li filwaqt li vettura tat-tip Mercedes Benz 190D kienet qed tigi misjuqa fi Triq Sliema ghal Rue D’Argens u vettura ohra tat-tip Scania Irizar kienet qed tigi misjuqa f’Rue D’Argens ghal xi raguni kellhom impatt. Fuq il-post issejjah team mediku mill-Isptar Mater Dei li hadu lis-sewwieq u xi passiggiera tal-Mercedes l-Isptar ghal kura medika.
Is-sewwieq – guvni ta’ 26 sena residenti Tas-Sliema gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi, filwaqt li passiggiera li kienet tinsab fil-vettura – tfajla ta’ 25 sena residenti s-Swieqi sofriet griehi u tinsab fil-periklu tal-mewt. Passiggiera ohra – tfajla ta’ 24 sena u residenti Tas-Sliema ma sofrietx griehi ghajr ghal shock.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Vella LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ nazzjonalita’ Liberjana inkonessjoni ma’ sejba ta’ droga kokajina li kienet sehhet f’April 2009.
Ir-ragel gie eskortat lejn Malta minn Olso, Norvegja tard il-bierah filghaxija minn zewg ufficjali tal-Pulizija Maltija, sabiex aktar tard illum jitressaq il-Qorti b’akkuzi relatati ma’ assocjazzjoni, importazzjoni, traffikar u pussess aggravat ta’ droga kokajina.
Il-kaz immur lura ghal April 2009, meta l-Pulizija kienet ghamlet sejba ta’ madwar kilo ta’ droga kokajina f’zewg appartamenti gewwa il-Qawra. Inkonessjoni ma’ din is-sejba il-Pulizija kienet resqet quddiem il-Qorti zewg persuni ohra ta’ nazzjonalita’ Nigerajan, li l-kaz taghhom huwa illum deciz u qeghdin jiskontaw sentenzi ta’ habs.
Fil-kors tal-investigazzjonijiet li ghamlet il-Pulizija kien irrizulta l-involviment ta’ persuna ohra, illi pero f’dawk iz-zminijiet jidher li kienet telqet minn Malta.
Sussegwentament kien inhareg mandat internazzjonali ta’ arrest anke wara li huwa kien arrestat gewwa n-Norvegja bil-pussess ta’ droga kokajina. Wara li ntlaqet it-talba tal-awtoritajiet Maltin u skonta sentenza ta’ habs gewwa in-Norvegja, huwa gie estradit lejn Malta.
Il-Pulizija kienet assista mit-Taqsima tal-Koperazzjoni Internazzjonali tal-Ufficju tal-Avukat Generali, Eurojust, Europol kif ukoll mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonli tal-Pulizija.
Dan huwa s-6 persuna li f’dan l-ahhar snin kien estradit lejn Malta sabiex jitressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga.
Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
20 December 2011
601
Illum ghall-habta ta’ nofsinhar (1200hrs), fi Triq Sir William Reid, il-Gzira sehh incident fejn sfaw feruti xi persuni fosthom zewg membri tal-Korp tal- Pulizija.
Waqt ronda tal-Pulizija giet innotata vettura tat-tip BMW misjuqa minn guvni ta’ 19-il sena minn Birkirkara. Huwa gie mitlub mill-Pulizija sabiex iwaqqaf l-imsemmija vettura izda minflok dan baqa’ jsuq. Il-Pulizija saqu warajh sakemm sfaw gewwa t-triq imsemmija. Din it-triq dak il-hin kienet tinsab maghluqa permez ta’ trakk minhabba li kien qed isir xi xoghol.
Kif raw hekk il-Pulizija nizlu mill-vettura sabiex ikelmu lix-xufier, izda dan minflok saq b’lura, bil-konsegwenza li laqat mara li dak il-hin kienet tinsab mixja. Konsegwenza ta’ dan, zewg vetturi li kienu pparkjati, vettura tal-Pulizija kif ukoll faccata ta’ residenza garbu xi hsarat.
Il-Guvni qed jinzamm mill-Pulizija ghall aktar invetigazzjoni.
Il-mara li ntlaqtet, ittiehdet l-isptar Mater Dei, fejn giet certifikata li ma tinsabx fil-periklu tal-mewt izda sofriet griehi gravi. Hija ghandha 71 sena u residenti l-Gzira u tinsab stabbli. Iz-zewg membri tal-Pulizija garbu griehi hfief waqt li kienu qed jesegwixxu l-arrest.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
19 December 2011
600
Illum ghall-habta tad-disgha nieqes kwart (08.45hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha gewwa Triq Mile End, Hamrun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet mghoddija lilha rrizulta li waqt li ragel allegatament kien qed jaghmel xi xoghol fuq scaffolding dan ghal xi raguni safa` mal-art. Ir-ragel li ghandu 49 sena u huwa residenti Hal Qormi ttiehed l-Isptar Mater Dei peremezz ta’ Ambulanza. Aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed fil-periklu tal-mewt. Huwa waqa’ gholi ta’ madwar zewg sulari.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G. Grixti LLD, fejn hatar diversi esperi sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijeit fuq il-kaz.
Health-Related: Employment
#
Report Date
PR
Info
Category
18 December 2011
599
Illum il-Pulizija resqet b’arrest lil Alan Azzopardi ta’ 27 sena residenti Hal Qormi quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Micallef Trigona LL.D.
Huwa gie akkuzat talli fil-lejl tas-16 ta` Dicembru 2011, ghall-hin ta` bejn in-nofs siegha (00:30hrs) u s-siegha u nofs (01:30hrs), fi Triq is-Salini Marsaskala flimkien ma` persuna ohra kkommetta serq ta` fuel, minn go vettura (crane), liema serq huwa kkwalifikat, bil-hin, bil-mezzu u bix-xorta tal-haga misruqa;
U aktar talli volontarjament hassar, ghamel hsara jew gharraq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobbli liema hsara ma` tiskorrix l-ammont ta` 23.29 Ewro.
L-imputat wiegeb hati tal-akkuzi migjuba kontrih u nghata sentenza ta` 3 tliet snin probation bis-sorveljanza tal-probation officer (Art 7 Ch 446 for 3 years)
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Tony Cachia
Court: Theft
#
Report Date
PR
Info
Category
18 December 2011
598
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni wara sejba ta’ droga kannabis matul il-lejl li ghadda.
Is-sejba saret wara hidma mill-Pulizija gewwa Paceville matul il-lejl li ghadda fejn saru spezzjonijiet f’diversi inhawi ta’ Paceville kif ukoll fi stabbilimenti ta’ divertiment.
Tali spezzjonijiet irrizultaw fl-arrest ta’ zewg guvintur li l-eta’ taghhom hija ta’ 19 u 21 sena minn Birkirkara wara li huma instabu fil-pussess tad-droga kannabis.
Il-Pulizija dejjem kienet impenjata sabiex mhux biss tipprotegi lic-cittadin, izda wkoll sabiex tkun ta’ ghajnuna ghal dawk fil-bzonn meta tinqala’ il-htiega.
Bhala Korp tal-Pulizija din is-sena xtaqna li nokkontribwixxu xi haga aktar mis-soltu ghall-fond tal-Istrina sabiex il-Community Chest Fund ikun aktar f’pozizzjoni li jghin lil dawk fil-bzonn.
Ghaldaqstant ghall-ewwel darba, bil-permess gentili tal-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo, dhalna fi progett flimkien mad-dirigenti ta’ Studio Seven ta’ Birkirkara. Flimkien ipproducejna Compact Disc b’muzika pop mill-isbah li zgur sejra tintoghogob minn kulhadd. Il-qliegh mill-bejgh ta’ din is-CD ser imur kollu ghall-Community Chest Fund.
Saru biss hames mitt kopja minn din is-CD, liema CD inghatat l-isem ta’ MALTA POLICE FORCE BAND – CHARITY POP u sejra tinbiegh ghall-prezz ta’ 12 –il Ewro biss.
Din is-CD ser tkun ghall-bejgh mill-Kitchen Garden tal-Palazz tal-President f’ San Anton, mill-Muzew tal-Pulizija fil-Kwartieri General, l-Furjana (f’hinijiet tal-Ufficju), kif wkoll minn Studio Seven gewwa Birkikrkara.
Il-Korp tal-Pulizija jiehu din l-opportunita’ sabiex jawgura xewqat sbieh lill-Poplu Malti kollu ghal dawn il-Festi li gejjin.
Police Force Activity: Band
#
Report Date
PR
Info
Category
16 December 2011
596
B’referenza ghall-istqarrija stampa dwar persuna li giet irrapurtata nieqsa. Il-Pulizija tixtieq tavvza li Shane Mallia nstab.
Ghal habta tal-hdax u nofs (1130hrs), il-Pulizija kienet infumata li fi Triq San Pawl, Hal Safi kien sehh incident fuq sit ta’ kostruzzjoni.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 38 sena, residenti Birzebbuga kien qed jahdem fuq post ta’ kostruzzjoni fl-imsemmija triq. fejn ghal xi raguni dan waqa’ minn gholi ta’ madwar zewg sulari.
Fuq il-post ssejhu membri tal-Protezzjoni Civili sabiex jaghtu l-assistenza. Il-vittma ttiehed l-isptar Mater Dei bl-ambulanza.
Huwa gie ccertifikat li sofra griehi gravi minhabba ksur. Fl-ebda hin ma’ kien fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga dan l-incident.
Health-Related: Employment
#
Report Date
PR
Info
Category
14 December 2011
594
Il-Pulizija qedgha izzomm taht arrest 3 persuni wara sejba ta’ droga kannabis tard il-bierah wara nofsinhar.
Il-Pulizija kienet qed tosserva appartament gewwa il-Qawra fuq informazzjoni li minn dan l-appartament kien qed issir traffikar ta’ droga. F’hin minnhom kien osservat zaghzugh hiereg minn dan il-blokk ta’ appartamenti. Huwa twaqqaf mill-Pulizija u fil-pussess tieghu nstab pakkett bid-droga kannabis, li huwa kien ghadu kif xtara.
Sussegwentament saret tfittxija fl-appartment taht osservazzjoni, fejn nstabu 74 pakkett iehor kontenenti d-droga kannabis kif ukoll pillolla tal-ecstasy. Il-persuni residenti fl-appartament, koppja ta’ nazzjonalita’ Ingliz ta’ 41 u 37 sena gew arrestati ghall-aktar stharrig.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Francesco Depasquale kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
It-tlett persuni ghandom mizmuma taht arrest ghal aktar stharrig u huma mistennija li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjin.
Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
14 December 2011
593
Shane Robert Mallia ta’ 25 sena gie rrapurtat nieqes lill-Pulizija.
Shane Robert Mallia huwa ragel ta’ statura medja, twil madwar sitt piedi, u xaghru imqaxxar.
L-ahhar informazzjoni li ghandha l-Pulizija hija li Shane Robert Mallia kien libes gakketta ta’ kulur blu, flokk ta’ kulur griz u qalziet iswed tat-tracksuit. L-ahhar li deher huwa kien jinsab San Pawl il-Bahar
Kull minn ghandu nformazzjoni dwar Shane Robert Mallia huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq n-numru 119 jew l-eqreb Ghassa tal-Pulizija.
Illum il-Pulizija ressqet taht arrest quddiem il-Magistrat Dr F Depasquale LLD lil Raymond Attard ta’ 20 sena residenti gewwa Santa Lucija.
Huwa gie akkuzat talli nhar it-13 ta’ Dicembru 2011 ghall habta ta 04:45am fi Triq San Gorg, San Giljan u gewwa l-Ghassa ta’ San Giljan u/jew fil vicinanzi :
attakka jew ghamel resistenza bi vjolenza jew b’hebb kontra zewg Kuntistabblijiet tal-Pulizija, persuni inkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku, filwaqt li kienu qed jagixxu ghall-esekuzzjoni tal-ligi jew ta ordni moghtija skond il-ligi mill-awtorita` kompetenti;
akkuzat ukoll talli ikkaguna ferita ta’ natura hafifa fuq il persuni tal-Pulizija, persuni inkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku filwaqt li kienu jagixxu ghall-esekuzzjoni tal-ligi jew ta ordni moghtija skond il-ligi mill-awtorita` kompetenti;
akkuzat talli ukoll hedded jew ghamel offiza fuq il-persuni taz-zewg Pulizija, persuni inkarigati skont il-ligi minn servizz pubbliku waqt li kienu qeghdin jaghmlu jew minhabba li kienu ghamlu dan is-servizz jew bil-hsieb li jbezzghahom jew li jinfluwixxi fuqhom kontra l-ligi fl-esekuzzjoni ta’ dak is-servizz;
akkuzat ukoll talli volontarjament kiser il-bon ordni jew il-kwiet pubbliku b’ghajjat u glied;
akkuzat ukoll talli ma obdiex l-ordinijiet legittimi tal-awtorita` jew ta min ikun inkarigat minn servizz pubbliku jew ma hallihomx jew fixkilhom waqt li jkunu ghamlu id-dmirijiet taghhom;
L-imputat ammetta l-akkuzi migjuba kontrih. Huwa gie moghti probation order kif ukoll ammenda ta’ € 100.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur T Micallef.
Court: Threatened Public Officers
#
Report Date
PR
Info
Category
13 December 2011
590
Illum il-Pulizija ressqet b'arrest quddiem il-Magistrat Dr F Depasquale LLD lill-Dunstan Vella, li ghandu 48 sena, residenti n-Naxxar.
Huwa kien akkuzat talli nhar il-11 ta’ Dicembru 2011, ghal habta ta’ 10.10p.m. waqt li kien qieghed gewwa Triq Francisco Ximenes, in-Naxxar u fil-vicanzi;
Volontarjament ta n-nar lil dar, gharix, bini jew lok iehor meta hemm gew kien hemm xi persuni filwaqt tal-hruq;
U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi volontarjament ta n-nar lil materjal li jaqbad u dan il-bini, gharix jew lok iehor jew dan il-materjal kien qieghed b’mod li jista’ jqabbad il-hruq lil bini iehor, gharix jew lok iehor, fejn f’dak il-waqt kien hemm gewwa xi persuni;
U aktar talli ma’ obdiex l-ordnijiet legittimi moghtija lilu mill-Pulizija u ufficjali ohra, persuni inkarigati minn servizz pubbliku, jew ma halljihomx jew fixkilhom waqt li kienu qeghdin jaghmlu dmirijiethom, jew b’mod iehor, bla jedd, indahal fi dmirijiethom billi ma halliex lil haddiehor jaghmel dak li b’ligi jkun ordnat jew jista jaghmel, jew billi gab fix-xejn jew hassar dak li haddiehor ikun ghamel skond il-ligi, jew b’xi mod iehor u dan bi ksur tal-artikolu 338 (ee) tal-kapitolu 9 tal-ligijiet ta’ Malta;
Volontarjament hassar, ghamel hsara jew gharraq hwejjeg haddiehor, mobbili jew immobbli, liema hsara taqbez €23.29, izda ma jaqbizx €116.47 u li saret ghad-dannu ta’ zewg persuni;
Bl-imgieba tieghu ikkaguna biza liz-zewg persuni, li ser tintuza vjolenza kontrihom jew kontra l-propjeta taghhom;
L-imputat wiegeb mhux hati tal-akkuzi migjuba fil-konfront tieghu u nghata liberta` provizjorja fejn fost l-kundizzjonijiet ta' soltu, nghata dawn segwenti kundizzjonijiet:-
Li jiffirma kuljum l-ghassa tal-lokal;
Li jiddepozita somma ta' € 500 u garanzija personali ta' € 5,000;
Li jirrinkaza gewwa d-dar tieghu bejn 8.00 p.m. u 8.00 a.m.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur B C Spiteri.
Court: Arson
#
Report Date
PR
Info
Category
13 December 2011
589
Dalghodu ghall-habta tas-seba’ u nofs (07.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li f’residenza li hemm fit-triq imsemmija kien hemm ragel ta’ 35 sena li kien instab bla hajja. Ir-ragel li ghandu 35 sena mis-Serbja izda residenti l-Imsida gie ccertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr M. Farrugia LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Awtopsja mistennija li ssir ghada.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Dead person found in the street
#
Report Date
PR
Info
Category
11 December 2011
588
Illum il-Pulizija ressqet b’arrest quddiem il-Magistrat Dr N Camilleri LL.D, lill zewg persuni Somali, Ibrahim Mohammed ta’ 20 sena u Ahmed Sharif Haydar Issa ta’ 29 sena. Huma gew akkuzati talli fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Dicembru 2011, fl-inhawi u fil-gnien tal-Pinetum Pieta kif ukoll fl-inhawi ta’ Sa Maison, Floriana:
Ikkomettew serq ta’ flus u cavetta ta’ vettura
Minghajr hsieb li joqtlu jew li jqeghdu l-hajja ta’ persuna f’periklu car, ikkagunaw ferita ta’ natura gravi fuq persuna
Arrestaw, zammew jew issekwestraw persuni kontra l-volonta taghhom
Ghamlu hsara jew gharrqu hwejjeg haddiehor
Kisru l-bon ordni u l-paci pubblika b’ghajjat u glied.
Iz-zewg imputati ammettew l-akkuzi kollha migjuba kontrihom u gew ikkundannati ghall 36 xahar prigunerija sospizi ghall 4 snin.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaz tmexxiet mill-Ispettur Tony Cachia.
____________________________________________
F’kaz separat, tressaq taht arrest Mark APce, ta’ 41 sena residenti Qormi. Fost diversi akkuzi huwa gie akkuzat talli nhar l-10 ta’ Dicembru 2011 wara nofs in-nhar gewwa Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Gzira:
Bil-hsieb li jtellef jew li jnaqqas il-gieh ta’ persuna, wegga bi kliem, b’gesti jew b’xi mod iehor lill din il-persuna
Ikkaguna lil din il-persuna biza’ li se tintuza vjolenza kontriha jew kontra l-propjeta taghha
Kiser volontarjament il-bon ordni jew il-kwiet pubbliku
F’lok pubbliku jew miftuh ghall-pubbliku, kien fis-sakra b’mod li ma setghax jiehu hsieb tieghu nnifsu
Saq vettura jew prova jsuq jew kellu kontroll fit-triq jew f’post pubbliku meta ma kienx f’kundizzjoni li jsuq minhabba xorb jew droga
Ingurja jew hedded, jew ghamel offiza fuq persuna ta’ Pulizija
Attaka jew ghamel rezistenza bi vjolenza jew b’hebb ta’ xorta kontra l-Pulizija
Qal fil-pubbliku kliem oxxen jew indicenti
Naqas li jaghti kampjun tan-nifs
Nahr is-6 ta’ Dicembru 2011 ghal habta tas-sebgha u nofs ta’ filghaxija gewwa x-Xemxija nqast milli tobdi l-ordnijiet tal-Pulizija
Saq vettura minghajr licenzja tas-sewqan
Saq vettura bi traskuragni jew b’mod perikoluz
Kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ provizorja mposta minn diversi Qrati
Recidiv ta’ diversi sentenzi
L-imputat wiegeb mhux hati ta’ l-akkuzi, huwa ma nghatax il-helsien mill-arrest u qed jinzamm gewwa l-Facilita Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jason F Sultana u l-Ispettur Sarah Magri.
Court: Theft / Hold-Up - Threats
#
Report Date
PR
Info
Category
11 December 2011
587
Matul il-lejl li ghadda, il-Pulizija zammet taht arrest sitt persuni wara sejbiet ta’ droga gewwa Paceville.
Is-sejbiet saru waqt hidma mill-Pulizija gewwa diversi stabbilimenti ta’ divertiment li jinsabu f’Paceville u postijiet ohra fil-miftuh fl-istess lokalita. Il-persuni arrestati nstabu fil-pussess jew kienu qed jabbuzaw mid-droga kannabis.
Il-persuni mizmuma huma tfajla ta’ 17-il sena u 5 guvintur li l-eta’ taghhom tvarja bejn is-16 u 19 il-sena, u huma residenti s-Swieqi, il-Gzira, Birkirkara, Haz-Zebbug u Marsaxlokk.
L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej u huma mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga.
Drugs
#
Report Date
PR
Info
Category
11 December 2011
586
Ghall-habta tas-siegha u nofs il-Pulizija ser tressaq persuna l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr N Aquilina LLD in konnessjoni ma’ kaz li sehh is-Sibt 10 ta’ Dicembru 2011.
Court Notice - Ref: 585/2011 Theft / Hold-Up
#
Report Date
PR
Info
Category
10 December 2011
585
Kmieni dalghodu ghall-habta ta’ 00.10hrs, il-Pulizjia giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha gewwa Triq ix-Xatt, il-Pieta’.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, fejn minn stharrig li sar irrizulta li ragel ta’ 43 sena residenti Rahal Gdid, allega li gie aggredit minn zewg persuni u li wara gie misruq. L-allegat vittma stqarr ukoll li huwa gie avvicinat minn zewg persuni ta’ karnagon skur fejn dawn talbuh il-flus.
Ir-ragel ta’ 43 sena ittiehed l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega fejn aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija qed izzomm zewg persuni t-tnejn li huma ta’ nazzjonalita’ Somala in konnessjoni mal-kaz sabiex jasistuha fl-investigazzjonijiet li ghadhom ghaddejjien.
Theft / Hold-Up - Solved
#
Report Date
PR
Info
Category
08 December 2011
584
Ghal habta tas-siegha nieqes kwart (1245hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq J.F.Kennedy, San Pawl il-Bahar kien sehh incident tat-traffiku.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post indikat lilhom, fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kien sehh impatt bejn zewg vetturi. Wahda mil-vetturi hija tat-tip Isuzu Gemini u kienet qed tigi misjuqa minn ragel ta’ 68 sena residenti Birkirkara. Filwaqt li l-vettura l-ohra, Peugeot, kienet qed tigi misjuqa minn ragel ta’ 41 sena residenti Birzebbuga.
Hadt mis-sewwieqa ma wegga f’dan l-incident. Izda gewwa l-vettura Isuzu Gemini kien hemm ukoll mara ta’ 41 sena minn Tas Sliema li kienet passigier u li sofriet xi griehi. Hija ttiehdet l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza li ssejhet fuq il-post.
Il-mara giet certifikata li sofriet griehi gravi izda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
08 December 2011
583
Matul il-lejl li ghadda ghall-habta tas-saghtejn (0200hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq tal-Labour, Haz Zabbar peress li kien sehh incident tat-traffiku.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel investigazzjonijijiet irrizulta li waqt li zewg vetturi – Toyota Vitz u Fiat Fiorino – kienu qed jigu misjuqa fl-imsemmija triq direzzjoni minn Cospicua lejn il-Fgura ghal xi raguni kellhom impatt. Konsegwenza tal-impatt, it-Toyota Vitz habtet ma’ arblu. Is-sewwieq tat-Toyota – guvni ta’ 27 sena mill-Kalkara gie mehud l-Isptar Mater Dei ghal kura medika. Aktar tard huwa gie iccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-Fiat huwa guvni ta’ 28 sena u residenti Birzebbugia.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Vella LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li apponta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
08 December 2011
582
Matul il-lejl li ghadda ghall-habta tas-sija (0100hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fl-area maghrufa bhala l-Fossa (Jews Sally Port) fil-Belt Valletta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li vettura tat-tip Opel Corsa kienet waqat gol-bahar. Minn aktar investigazzjonijiet irrizulta li tlett persuni li kienu gol-vettura kienu hargu u kienu jinsabu fuq il-blat. Il-persuni ittiehdu l-Isptar Mater Dei sabiex jigu ikkurati ghal xi griehi li setghu garrbu.
Il-persuni huma zewg nisa ta’ 59 u 40 sena u residenti l-Gzira u Ta’ Xbiex rispettivament u ragel ta’ 43 sena residenti l-Floriana u imwieled fir-Renju Unit.
Iz-zewg nisa ghadhom qed jinghatghu l-kura medika. Mill-ewwel informazzjoni ma jidhirx li l-persuni jinsabu fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Traffic-Related - Vehicle Falls in the Sea
#
Report Date
PR
Info
Category
06 December 2011
581
Illum ghall-habta tal-hdax (11.00hrs), il-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu dghajsa gewwa Hay Wharf, li kien fija 44 immigrant illegali, kollha ta nazzjonalita’ Somala.
Matul il-lejl li ghadda, ghal habta ta’ l-erbgha nieqes ghoxrin (0340hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm xi vetturi li hadu n-nar gewwa Triq il-Planec, Mosta.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn ikkonfermaw ir-rapport. Zewg vetturi tat-tip Peugeot 106 kif ukoll Fiat Punto garbu hsarat estensivi kawza tan-nirien. Vetturi ohra li kienu fil-vicin garbu ukoll xi hsarat.
Membri tal-Protezzjoni Civili ssejhu fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nar.
Hadt ma wegga’ f’dan l-incident.
Bil-kaz giet nfurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. M Hayman LL.D fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Vehicle Fire
#
Report Date
PR
Info
Category
04 December 2011
579
Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 578-11 fejn mara ta’ 34 sena flimkien ma’ tifla ta’ 6 snin sfaw milquta minn vettura.
Il-mara ta’ 34 sena sofriet griehi ta’ natura hafifa fliwaqt li t-tifla sofriet griehi ta’ natura gravi izda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.
Illum ghall-habta tas-sitta u ghoxrin (18.20hrs), il-Pulizjia giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha gewwa Triq il-Labour, Haz-Zabbar.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ghal xi raguni mara ta’ 34 sena residenti Haz-Zabbar flimkien mat-tifla taghha ta’ 6 snin sfaw milquta minn vettura ta’ tip Mazda Demio li kienet qeghda tigi misjuqha minn tfajla ta’ 19-il sena residenti z-Zejtun.
Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet liz-zewg persuni l-Isptar Mater Dei fejn bhalissa qeghdin jinghataw il-kura mehtiega.
Informazzjoni rigward il-kundizzjoni tal-mara ta’ 34 sena u tat-tifla ta’ 6 snin jinghataw aktar il-quddiem.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Traffic-Related
#
Report Date
PR
Info
Category
03 December 2011
577
Illum ghall-habta tal-hamsa (17.00hrs), il-Pulizija ser tressaq il-Qorti zewgt irgiel ta’ nazzjonalita’ Taljana b’akkuzi relatati ma’ serq.
Huma ser jitresqu quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. M. Hayman LL.D.
Court Notice: Theft
#
Report Date
PR
Info
Category
02 December 2011
576
Dan l-ahhar granet il-Pulizija dahhlula diversi rapporti mingħand sidien tal-ħwienet li fil-parti l-kbira tagħhom ibieghu apparat elettroniku u xorb alkoholiku. Dawn kienu qed jidhlilhom ordnijiet permezz tat-telefon jew inkella bl e-mail u wara li ssir delivery fl-indirizz indikat mil-persuna li tkun għamlet l-ordni, jitħallsu permezz ta’ ċekk li wara rrizulta li ċ-ċekkijiet kienu kollha ffalsifikati.
Minn aktar investigazzjonijiet li ghamlet il-pulizija u bl-ghajnuna tal-pubbliku, aktar kmieni llum, gew arrestati mara u ragel, it-tnejn residenti l-Imqabba. Huma gew arrestati hekk kif kienet qed issir delivery ta’ oggetti li kienu gew ordnati aktar kmieni din il-gimgha.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin u l-persuni arrestati mistennija li jitressqu il-qorti fil-granet li gejjien.
Falsification
#
Report Date
PR
Info
Category
02 December 2011
575
Kmieni dalghodu ghall-habta tas-sitta (0600hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fil-moll tac-Cirkewwa.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li vettura tat-tip Hyundai Accent, li kienet qed tigi misjuqa minn guvni ta’ 21 sena residenti Victoria, sfat fil-bahar.
Fuq il-post waslu ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta li tellghu lill-vittma mill-bahar. Team mediku mill-Isptar Mater Dei li kien gie msejjah fuq il-post ta l-ewwel ghajnuna lill-guvni. Sfortunatament, il-guvni tilef hajtu.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani LLD li hatret numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Il-vittma huwa Kuntistabbli tal-Pulizija. PC 730 Kurt Gauci dahal fil-Korp tal-Pulizija nhar it- 22 ta’ Gunju 2010 u kien stazzjonat fid-Distrett ta’ Birkirkara (Ghassa H’Attard). Fil-hin tal-incident, il-Kuntistabbli Gauci ma kienx xoghol.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.