The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date
PR
Info   Category
30 January 2012
48

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 47/12 li harget minn dan l-ufficju ftit tal-hin ilu.

Christina Grech ta’ 13-il sena, li giet irrapurtata nieqsa, nstabet ftit ilu mill-Pulizija.


Visit the Missing Persons' Page

  Missing Person

 

Report Date
PR
Info   Category
30 January 2012
47

Christina Grech ta’ 13-il sena, giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija.

L-ahhar informazzjoni li ghandha l-Pulizija hija li Christina kienet liebsa libsa sewda bil-griz u tights suwed. Kellha ukoll zewg basktijiet, wiehed minnhom bil-kulur iswed u abjad.

Hija ghandha xaghrha twil kannella fl-ahmar, u ghajneja huma ta’ kulur kannella skur. Hija ta’ statura rqiqa, filwaqt li twila madwar hames piedi u zewg pulzieri

L-ahhar li dehret kien fil-lokalita’ tal-Mosta.

Kull minn ghandu nformazzjoni dwar Christina Grech huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq n-numru 119 jew l-eqreb Ghassa tal-Pulizija.


Visit the Missing Persons' Page

 

Missing Person


Report Date
PR
Info   Category
28 January 2012
46

Referenza qieghda ssir ghall-istqarrija li harget minn dan l-ufficju nhar it-23 ta’ Jannar 2012 (PR 40/12) rigward mara li kienet waqghet fi Triq Simar, ix-Xemxija. 

Il-Pulizija giet infurmata li sfortunatament il-mara tilfet hajjitha.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej

 

Traffic-Related: Ref-40/2012 - Fatal


Report Date
PR
Info   Category
28 January 2012
45

Referenza qeghda ssir ghal istqarrija stampa PR32/12 datata 19 ta’ Jannar 2012, rigward it-tfajla Joanne Agius ta’ 16-il sena li giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija.

Joanne Agius instabet dalghodu mill-Pulizija fil-lokalita ta’ Birzebbuga.


Visit the Missing Persons' Page

 

Missing Person

 

Report Date
PR
Info   Category
26 January 2012
44

Illum il-Hamis 26 ta’ Jannar 2012, gewwa l-Akkademja tal-Pulizija giet organizzata gurnata fejn kien hemm il-Mobile Blood Unit biex jinghata d-demm lill dawk li ghandhom bzonn.

Numru ta’ rekluti li bhalissa qeghdin jattendu kors ta’ tahrig sabiex issiru kuntistabblijiet offrew il-kontribut taghhom billi taw id-demm.

Pulizija li kienu qeghdin l-Akkademja jattendu ghal training u lezzjonijiet, ukoll ikkontribwew f’dan il-gest sabih.
 
Din mhiex l-ewwel darba li l-Korp tal-Pulizija ta sehmu f’attivitajiet simili.

 

Police Force Activity: Blood Donation

 

Report Date
PR
Info   Category
26 January 2012
43

Il-Pulizija tixtieq tavza l-pubbliku ingenerali li Triq Michelang Borg, San Giljan minn fejn l-ghassa direzzjoni lejn il-mina tinsab maghluqa ghat-traffiku peress li ghadu kemm sehh incident stradali.

Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex juza toroq alternattivi.

Iktar informazzjoni rigward l-incident tinghata aktar tard.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
23 January 2012
42

Ghall-habta tas-seba’ u kwart (1915hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq il-Wied, Birkirkara.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li waqt li zewg persuni (mhux klijenti) kienu qeghdin go hanut tal-gojjellerija, dahlu persuni mghammda u armati fosthom b’arma tan-nar, serqu xi gojjellerija u harbu permezz ta’ vettura.  Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-valur ta’ tali gojjelli huwa wiehed konsiderevoli.  Il-persuni li kienu fil-hanut huma ragel ta’ 55 sena u mara ta’ 51 sena u huma residenti Birkirkara.  Il-persuni ma sofrewx griehi waqt il-kaz.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li giet appuntata.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej

  Hold-Up
Report Date
PR
Info   Category
23 January 2012
41

Il-Pulizija giet infurmata mill-awtoritajiet tas-sahha li aktar kmieni dalghodu kien hemm bzonn l-assitenza ta’ team mediku fi Triq is-Simar, San Pawl il-Bahar.

Minn aktar stharrig irrizulta li waqt li mara kienet ghaddejja fit-triq msemmija ghal xi raguni din waqghet.  Il-mara li ghandha 65 sena u hija residenti San Pawl il-Bahar stess ittiehdet l-Isptar Mater Dei ghal kura medika.

Aktar tard il-mara giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li giet appuntata.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej

  Health-Related: Leisure
Report Date
PR
Info   Category
23 January 2012
40

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest tlett persuni wara sejbiet ta’ droga matul il-lejl li ghadda.

Is-sejbiet saru mill-Pulizija f’hidma gewwa Paceville.  Filaftt saru diversi tfixxijiet fuq persuni gewwa postijiet ta’ divertiment u t-tlett persuni nstabu fil-pussess, jew qed jabbuzaw mid-droga kokajina, mephedrone u anfetamina.

Il-persuni mizmuma, huma tlett guvintur, li l-eta` taghhom tvarja bejn is-17 u 28 sena u huma residenti Hal Ghaxaq, iz-Zurrieq u Wied il-Ghajn.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej

  Drugs
Report Date
PR
Info   Category
23 January 2012
39

Il-membri tal-istampa huma mistiedna ghal konferenza stampa li se ssir fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija llum fit-tlieta (15.00hrs), in konnesjoni mal-kaz li sehh nhar il-Hadd l-1 ta’ Jannar 2012 f’Tas-Sliema.

Il-membri tal-istampa li ser jattendu ghandhom igibu maghhom il-press card.

  Police Notice: Press Conference Ref-01/2011
Report Date
PR
Info   Category
23 January 2012
38

Il-bierah ghall-habta tat-tmienja nieqes kwart (19.45hrs), il-Pulzija kienet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq il-Palma, Rahal Gdid.

Il-Pulizija marret immedjatament fil-post indikat lilha, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li kien sehh attentat ta’ serqa gewwa residenza privata li tinsab fl-imsemmija triq.    

Waqt li mara ta’ 82 sena kienet fir-residenza taghha dahlu zewg persuni li kienu mghamda. Hawnhekk il-hallelin talbu l-flus lill-mara. Huma serqu xi deheb kif ukoll xi flus u harbu minn fuq il-post. Hadd ma wegga’ waqt dan l-incident.

Bil-kaz giet nfurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr M. Hayman LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta.  

Il-Pulizija ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Burglary / Hold-Up
Report Date
PR
Info   Category
23 January 2012
37

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta u nofs (03.30hrs), il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Misrah il-Barrieri, l-Imsida, kien hemm vettura li hadet in-nar.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn ikkonfermaw ir-rapport. Minn investigazzjoni li saret irrizulta li ghal xi raguni van Ford Transit ha n-nar. Il-van garrab hsarat estensivi.  

Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili sabiex jikkontrollaw in-nar. Hadt ma wegga’ f’dan l-incident.

Bil-kaz giet nfurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. M. Hayman LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Arson - Vehicle on fire

Report Date
PR
Info   Category
22 January 2012
36

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest sitt persuni wara sejbiet ta’ droga matul il-lejl li ghadda.

Is-sejbiet saru mill-Pulizija f’hidma gewwa Paceville.  Filaftt saru diversi tfixxijiet fuq persuni gewwa postijiet ta’ divertiment u ssitt persuni nstabu fil-pussess, jew qed jabbuzaw mid-droga kokajina u kannabis.

Il-persuni mizmuma, huma hames irgiel u tfajla, li l-eta` taghhom tvarja bejn it-18 u 39 sena u huma residenti Hal Ghaxaq, l-Imsida, Hal Balzan, Sannat u x-Xaghra (Ghawdex).

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs
Report Date
PR
Info   Category
21 January 2012
35

Illum il-Pulizija prezentat taht arrest lil Joseph Meilaq ta’ 29 sena u residenti San Pawl il-Bahar.

Huwa gie akkuzat, fost akkuzi ohra, talli fit-18 ta’ Ottubru 2011 u fix-xhur ta’ wara din id-data, b’diversi atti maghmulin fi zminijiet differenti u li jiksru l-istess dispozizzjoni tal-ligi, u li gew maghmulin b’ rizoluzzjoni wahda, ai termini ta’ l-artikolu 18 tal-ligijiet ta’ Malta Kapitolu 9 u cioe’ talli ffroda diversi persuni billi jigbor ammonti ta’ flus f’isem entita` li tahdem ma nies bi bzonnijiet specjali.  U aktar talli fit-18 ta’ Ottubru 2011 u fix-xhur ta’ wara din id-data, f’Malta assoċja ruħu ma’ xi persuna jew persuni f ’Malta jew barra minn Malta bil-għan li jagħmel delitt f’Malta u cioe’ ir-reat ta’ frodi b’eghmil qarrieqi hekk kif ikkontemplat fl-artikoli 308 et seq. tal-Kodici Kriminali, Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta’ Malta, li għalih hemm il-piena ta’ priġunerija, u li ma jkunx delitt taħt l-Att dwar l-Istampa.  Meilaq gie akkuzat ukoll talli rrenda ruhu recediv ai termini tal-artikoli 49 u 50 tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta’ Malta b’sentenzi moghtija lilu mill-Qrati ta’ Malta, liema sentenzi saru definittivi u li ma jistghux jigu mibdula jew imhassra.

L-akkuzat wiegeb li huwa hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu.  Huwa ma nghatax il-liberta` provizorja u qed jinzamm taht arrest preventiv.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur M Mallia.

  Court: Fraud
Report Date
PR
Info   Category
21 January 2012
34

Illum il-Pulizija ressqet b`arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat ta` l-Ghassa Dr Claire Stafrace Zammit LLD, lil Jean Paul Azzopardi ta` 18 -il sena, residenti l-Fgura  gie akkuzat bl-akkuzi indikati hawn taht:

  • Talli nhar id-19 ta` Jannar 2012, ghall-habta ta’ bejn is-sebgha u it-tmienja ta` filghaxija gewwa Hal-Qormi, volontarjament ta in-nar lil dar, mahzen, hanut, dar ta` abitazzjoni, bini iehor, gharix jew xi lok iehor, u cioe` lil-residenza meta kien hemm gewwa fijha r-residenti u persuni ohra fil-waqt tal-hruq;
  • U aktar talli fl-istess data, lok, hin u cirkostanzi volontarjament hassar, ghamel hsara jew gharraq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobbli, permezz tal-hruq, u cioe’ hsara fuq il-bieb tad-dar, liema hsara teccedi is-somma ta` €116.47 izda mhux aktar minn €1164.69;
  • U aktar talli sar recidiv b`diversi sentenzi moghtija mill-Qrati Maltin liema sentenzi saru definittivi u ma jistghux jigu mibdula;
  • U aktar talli kkommetta delitt li ghalih hemm piena ta` prigunerija fil-waqt ta` perijodu operattiv ta` sentenza sospiza moghtija mill-Qorti tal-Magistrati ta` Malta, nhar is-7 ta` Marzu 2011.

L-imputat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu.  Huwa ma nghatax il-helsien mill-arrest u gie eskortat lejn il-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur T Cachia u l-Ispettur R Zammit

  Court: Arson & Various
Report Date
PR
Info   Category
22 January 2012
33

Illum ghall-habta tat-tmienja (08.00hrs), il-Pulzija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq it-Tlett Ibliet, Bormla, peress li kien ghadu kemm sehh incident stradali.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post hawn fuq imsemmi, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li ghal xi raguni kien hemm impatt bejn zewg vetturi.

Vettur minnhom hija Daihatsu Terios li kienet qeghda tigi misjuqha minn tfajla ta’ 20 sena residenti Haz-Zabbar, filwaqt li l-vettura l-ohra ta’ tip Skoda Forman kienet qeghda tigi misjuqha minn ragel ta’ 37 sena residenti l-Birgu.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet liz-zewg persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jinghataw il-kura mehtiega. Aktar tard kemm it-tfajla kif ukoll ir-ragel gew iccertifikati li qed issofru minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulzija ghadha ghaddejja bl-investigazzjoniijiet taghha fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related
Report Date
PR
Info   Category
19 January 2012
32

Joanne Agius ta’ 16-il sena giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija.

Joanne Agius hija ta’ statura medja, twila madwar hames piedi u zewg pulzieri u xaghrha ta’ kulur kannella.

L-ahhar informazzjoni li ghandha l-Pulizija hija li Joanne Agius kienet tinsab gewwa H’Attard.

Kull minn ghandu nformazzjoni dwar Joanne Agius huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq n-numru 119 jew l-eqreb Ghassa tal-Pulizija.


Visit the Missing Persons' Page

  Missing Person
Report Date
PR
Info   Category
19 January 2012
31

Illum ghall-habta ta’ nofsinhar nieqes kwart (11.45hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kemm sehh incident stradali fi Triq il-Kbira San Guzepp, Santa Venera.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rrizulta li ghal xi raguni ragel ta’ 57 sena residenti l-Hamrun safa milqut minn vettura ta’ tip Toyota Starlet li kienet qeghda tigi misjuqha minn mara ta’ 27 sena residenti Santa Venera.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega.

Aktar tard huwa gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Micallef Trigona LL.d. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related
Report Date
PR
Info   Category
18 January 2012
30

Ghall-habta tal-hdax u ghaxra (11.10hrs), il-Pulzija giet infurmata li fi Triq Parades, San Pawl il-Bahar kien sehh incident stradali.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rrizulta li ghal xi raguni mara ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Bahar sfat milquta minn vettura ta’ tip Peugeot 307.

Il-vettura kienet qeghda tigi misjuqha minn ragel ta’ 43 sena residenti Had-Dingli li flimkien mieghu kien hemm mara ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Bahar.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lill-mara ta’ 44 sena l-Isptar Mater Dei sabiex tinghata l-kura mehtiega. Aktar tard hija giet iccertifikat li qeghda issofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq kif ukoll il-passigier ma sofrew l-ebda griehi.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related
Report Date
PR
Info   Category
18 January 2012
29

Illum ghall-habta tat-tmienja nieqes ghaxra (07.50hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq id-Dahla ta’ San Tumas, Marsaskala kien ghadu kemm sehh incident stradali.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rrizulta li ghal xi raguni kien hemm impatt bejn vettura ta’ tip Mitsubishi Pajero u mutur ta’ tip Honda Hornet.

Il-Mitsubishi Pajero kienet qeghda tigi misjuqha minn ragel ta’ 33 sena residenti l-Birgu filwaqt li l-mutur kien misjuq minn guvni ta’ 25 sena residenti Marsaskala.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega. Aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related
Report Date
PR
Info   Category
18 January 2012
28

Illum ghall-habta tal-hdax (23.00hrs), il-Pulizija kienet infurmata li gewwa Misrah Gorg Mitrovich, l-Isla, kien hemm vettura li hadet in-nar.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn ikkonfermaw ir-rapport. Minn investigazzjoni li saret irrizulta li ghal xi raguni vettura ta’ tip Peugeot 206 hadet in-nar.

Membri tal-Protezzjoni Civili ssejhu fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nar.

Hadt ma wegga’ f’dan l-incident.

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Apap Bologna LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Arson - Vehicle on Fire
Report Date
PR
Info   Category
17 January 2012
27

B’referenza ghall-istqarrija stampa PR26/12, dwar ragel li gie rrapurtat nieqes, il-Pulizija tixtieq tavvza li r-ragel instab.

  Missing Person: Ref-26/2012
Report Date
PR
Info   Category
17 January 2012
26

Giovanni Maria Bugeja ta’ 84 sena, gie irrapurtat nieqes lill-Pulizija.

Giovanni Bugeja ghandu xaghru abjad u ghajnejh kannella.  L-ahhar li deher kien liebes flokk blu, cardigan griz u qalziet griz jew khaki u slipper iswed.

Kull min ghandu informazzjoni dwar Giovanni Buigeja ghandu jaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119 jew fl-eqreb Ghassa tal-Pulizija.


Visit the Missing Persons' Page

  Missing Person
Report Date
PR
Info   Category
16 January 2012
25

Matul il-lejl propju ghall-habta tas-siegha u nofs (0130hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq l-Imdina, H’Attard.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn irrizulta li vettura tat-tip Toyota Vitz sewda, misjuqa minn guvni ta’ 23 sena mill-Imtarfa, ghal xi raguni tilef il-kontroll u baqa’ diehel go sigra. Issejhet ambulanza fuq il-post fejn hadet minnufih il-guvni l-Isptar Mater Dei fejn ftit tal-hin il-Pulizija gew infurmati li sfortunatament il-guvni miet.

Is-sewwieq kien qed issuq direzzjoni lejn ir-Rabat.

Bil-kaz gie nfurmat il- Magistrat tal-Ghassa Dr Neville Camilleri LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.

  Traffic-Related: Fatal
Report Date
PR
Info   Category
15 January 2012
24

Matul il-jum iddahhlu zewg gruppi ta’ immigranti illegali, li kienu eskortati lejn Xatt it-Tiben u l-Port Hieles mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. 

L-ewwel grupp iddahhal gewwa Xatt it-Tiben, il-Floriana ghall-habta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filghodu.  Filwaqt li t-tieni grupp iddahhal gewwa l-Port Hieles, Birzebbugia ghall-habta tas-siegha neqsin kwart ta’ wara nofs in-nhar.

B’kollox iddahhlu 68 persuna – 58 il-ragel, 9 nisa u tarbija.

Go to Frontex Watch Page

  Illegal Immigration
Report Date
PR
Info   Category
15 January 2012
23

Illum il-Pulizija prezentat taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr N Camilleri LLD lil Stancu Alin-Catalin, ta’ 34 sena, imwieled Bucharest u residenti temporanjament San Giljan.

Huwa gie akkuzat talli nhar is-Sibt 14 ta’ Jannar 2012, ghal habta tat-0245hrs waqt li kien gewwa club f’San Giljan, bil-hsieb li jikkommetti serq, ikkwalifikat bil-hin, ta' diversi oggetti liema ammont ma jiskorrix € 232.94,u dan ghad-detriment tal-vittma, wera dan il-hsieb b’atti esterni u ta bidu ghall-esekuzzjoni tad-delitt fejn id-delitt ma giex esegwit minhabba xi haga accidentali u indipendenti mill-volontà tieghu u dan bi ksur tal-artiklu 41(1)(A), 281(A) tal-Kapitlu 9 tal-Ligijiet ta’ Malta.

L-imputat wiegeb mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu.  Huwa ma nghatax il-liberta` provizorja u gie eskortat lejn il-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi G Scerri u L Bonello.

  Court: Theft
Report Date
PR
Info   Category
15 January 2012
22

Il-Pulizija ser tressaq persuna l-Qorti f’nofsinhar quddiem il-Magistrat tal-Ghassa          Dr N Camilleri LLD.  Il-persuna ser tigi akkuzata b’akkuzi relatati ma’ attentat ta’ serq.

  Court Notice: Attempted Theft
Report Date
PR
Info   Category
14 January 2012
21

Il-Pulizija qedgha zzomm taht arrest 6 persuni wara sejbiet ta’ droga li saru matul il-lejl li ghadda minn gewwa Paceville.

Il-Pulizija ghamlet diversi tfixxijiet fuq persuni gewwa postijiet ta’ divertiment u 6 persuni nstabu fil-pussess, jew qed jabbuzaw mid-droga kokajina u kannabis.

Il-persuni mizmuma, huma tlett irgiel u tlett nisa, li l-eta’ taghhom tvarja bejn id-19 u l-24 sena u huma residenti Haz-Zebbug, Pemboke, Fgura u Birzebbugia, u fosthom kien hemm tfajla ta’ nazzjonalita’ Griega.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
13 January 2012
20

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 17/12, rigward l-incident li sehh fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu, fejn ragel safa’ ferut gravi wara li waqa’ minn gholi.

Dan l-ufficju ghadu kif gie nfurmat li r-ragel sfortunatament tilef hajtu.

  Health-Related: Ref-17/2012: Fatal
Report Date
PR
Info   Category
12 January 2012
19

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 18/12, rigward l-incident tat-traffiku li sehh fi Triq Ta’ Alla u Ommu gewwa Naxxar.

Is-sewwieq tal-vettura Hyundai Accent huwa ragel ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Bahar. Fl-incident huwa sofra griehi gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Is-sewwieq tal-vettura l-ohra, ghadu jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bl-incident giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. C Stafrace LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

  Traffic-Related: Ref-18/2012
Report Date
PR
Info   Category
12 January 2012
18

Illum ghall-habta tal-erbgha (1600hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq Ta’ Alla u Ommu, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig irrizulta li zewg vetturi, wahda tat-tip Proton Wira, bajda u Hyundai Accent hamra kellhom impatt head – on.     Is-sewwieq tal-vettura Proton Wira, ragel ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Bahar gie certifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-Hyundai ttiehed ukoll l-isptar Mater Dei fejn ghadu qed jigi medikat.
 
Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll Ambulanza sabiex jassistu lill-Pulizija. Karregjata li mid-direzzjoni tan-Naxxar twassal ghas-Salini tinsab maghluqa ghat-traffiku.

Aktar dettalji jinghataw aktar il-quddiem, filwaqt li l-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq l-incident.

  Traffic-Related
Report Date
PR
Info   Category
11 January 2012
17

Illum ghall-habta ta’ nofsinhar nieqes ghaxra (1150hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm ragel li sofra xi feriti fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn gewwa residenza privata minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel li ghandu 63 sena u huwa residenti il-Birgu stess ghal xi raguni waqa gholi ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll Ambulanza sabiex jassistu lill-Pulizija.  Ir-ragel ittiehed l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura medika.  Aktar tard il-Pulizija giet infurmata li r-ragel jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Vella LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Health-Related: Residential
Report Date
PR
Info   Category
10 January 2012
16

Ghall-habta tas-siegha (13.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm ragel li sofra xi feriti fi Triq il-Prajjiet, il-Mellieha.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet irrizulta li waqt li ragel li ghandu 62 sena u huwa residenti San Pawl il-Bahar kien qed jaghmel xi xoghol fuq raddiena tal-ilma, allegatament saqaf ta’ karma li kien jinsab fuqha l-vittma sfronda.

Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika.  Aktar tard il-Pulizija giet infurmata li r-ragel sofra minn griehi ta’ natura gravi u ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
  Health-Related: Recreation

 

Report Date
PR
Info   Category
08 January 2012
15

Dalghodu saret cerimonja fis-Sala Vilhena fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija fejn numru ta’ Pulizija inghataw certifikat ta’ mertu, waqt li d-Distrett tal-Belt rebah it-trofew ghad-Distrett li naqqas ir-rata tal-kriminalita’, kif ukoll trofew lil Ufficjal tas-Sena.

PS1240 Joseph Camilleri, PC1316 Peter Agius, WPC67 Vanessa Borg, PC265 Kenneth Ciangura u PC869 Kurt Gauci, inghataw certifikat ta’ mertu talli rnexxilhom jaqbdu fil-fatt persuni li kienu qed jikkommettu serqa minn gewwa mahzen fiz-zona ndustrijali f’Tal-Handaq.  Tali serqa kienet tikkonsisti f’sejf li kien fih is-somma ta’ €64,000 fi flus kontanti.

PS1354 Claudio Redent Coppola talli fil-21 ta’ Lulju 2008, waqt li kien off-duty, kien strumentali sabiex inqabdu fil-fatt zewg hallelin li kienu qeghdin jisirqu minn gewwa bitha f’Burmarrad.

PS114 Massimo Persiano talli matul is-sena 2010, bejn l-14 ta’ Marzu u s-7 t’April 2010 ha sehem f’diversi attivitajiet relatati ma’ progetti tal-FRONTEX gewwa l-Grecja u li fihom irraprezenta b’mod professjonali u b’dedikazzjoni lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

PC729 Kevin Decelis talli fil-31 ta’ Lulju 2011, waqt li kien off-duty il-bahar mal-familja tieghu, irnexxilu jaqbad fil-fatt ragel li kienu ghadu kemm ikkommetta serqa minn bajja.

PC450 Chrisptopher Bartolo u WPC297 Rhian Spiteri, talli waqt li kienu off-duty gewwa Santa Venera, irnexxilhom jaqbdu persuna li kienet ghadha kemm ghamlet attentat ta’ snatch and grab minn fuq mara anzjana.

PC77 Carmel Parnis talli fil-11 t’Awissu 2011, waqt li kien frank gewwa Bahar ic-Caghaq, irnexxilu jsalva l-hajja ta’ persuna mill-gharqa minhabba l-bahar imqalleb.

PC121 Josef Vassallo u PC1606 Robert Vassallo talli fil-11 t’Awissu 2011 waqt li kienu xoghol fit-Taqsima tat-Traffiku gewwa Tas-Sliema, raw persuna fil-bahar li kienet qed issib diffikulta` sabiex titla’ lura fuq il-bajja minhabba l-bahar imqalleb.

PC1430 Alexander Mizzi talli fil-21 t’Awissu 2011 waqt li kien patrol bil-mutur tas-servizz tat-Taqsima tat-Traffiku isalva l-hajja ta’ xufier li kien maqbud gol-karozza kawza ta’ kullizjoni.  Huwa rnexxilu johrog lix-xufier li kienet mara li kellha erbgha xhur tqala minn gol-karozza.

PC1597 Alfred Chetcuti talli fl-24 t’Awissu 2011, waqt li kien off-duty gewwa Hal Qormi, irnexxilu jarresta persuna li kienet ghadha kif tat in-nar lil bieb ta’ residenza fi Triq il-Kbira Hal Qormi.

PC1606 Robert Vassallo talli fid-9 t’Ottobru 2011 waqt li kien xoghol fit-Taqsima tat-Traffiku gewwa San Giljan, irnexxilu jaqbad fil-fatt ragel li kien ghadu kemm ikkommetta serqa minn bajja partikolari gewwa San Giljan.  Kif ukoll talli fis-17 ta’ Ottubru 2011, waqt li kien off-duty gewwa s-Siggiewi, irnexxilu jaqbad fil-fatt zewgt irgiel li kienu ghadhom kemm ikkommettew serq ta’ cilindri tal-gass minn diversi residenzi.

PC1129 Adrian Elich talli fid-29 ta’ Novembru 2011, waqt li kien off-duty kien strumentali meta rnexxilu jsalva l-hajja ta’ persuna li kienet maqbuda gewwa vettura li kienet qed tingarr fil-wied tac-Chadwick Lakes minhabba l-kwantita` kbira ta’ xita li ghamlet. 

Ghall-ewwel darba f’din ic-cerimonja, inghata ukoll certifikat u apprezzament mill-Kummissarju tal-Pulizija lis-Sur Jospeh Bonnici bhala turija ta’ apprezzament tax-xoghol siewi li wettaq matul dawn l-ahhar snin fil-kapacita’ tieghu bhala Manager Currency Operations, fil-Bank Centrali ta’ Malta.  Is-Sur Bonnici, b’hidma kongunta mal-Iskwadra ta’ kontra l-Frodi, ghen sabiex tigi protetta l-munita EURO mill-falsifikazzjjoni taghha.

Inghata trofew ghal dak id-Distrett li jirnexxielu jnaqqas l-akbar persentagg tar-rata ta’ kriminalita’ meta kkumperata mas-sena ta’ qabel.  Din is-sena ntrebħet mid-Distrett tal-Belt fejn irnexxielu jnaqqas ir-rata ta’ kriminalita’ bi hmistax punt dsatax (-15.19%) fil-mija.

L-għoti ta’ trofew għal dawk l-ufficjal li ddistingwa ruhu tul is-sena, minn Bord apposta li jgharbel il-lista ta’ dawk kollha nnominati, fosthom dawk li jkunu rcevew certifikat ta’ mertu jew ta’ kommendazzjoni.  Din is-sena dan it-trofew intrebah minn PC1606 Robert Vassallo.

Waqt din ic-cerimonja, inghataw trofej u shield ghall-kompetizzjoni tal-isparar li giet organizzata ghall-Jum il-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija.  Ir-rebbieha tat-trofej u x-shield intrebhu kif gej:

L-ewwel post – PC660 Alexander Mifsud
It-tieni post – PC1282 Dino Farrugia
It-tielet post – PC727 Orazio Scicluna

L-ahjar membru tal-Korp mara li marret tajjeb f’din il-kompetizzjoni hija WPC 13 Dorienne Vella.

Ix-shield ghall-ahjar distrett li mar tajjeb fil-kompetizzjoni intrebhet mid-Distrett Nru. 9.

Fl-ahhar imbghad kien imiss li jinghataw numru ta’ certifikati u tifkira lil dawk l-membri tal-Korp li ritiraw mis-servizz is-sena li ghaddiet wara li kienu servew fil-Korp ghall- hamsa u ghoxrin sena jew aktar. 

  Police Activity: Awards

 

Report Date
PR
Info   Category
08 January 2012
14

Illum ghall-habta tas-sitta u kwart (06.15hrs), il-Pulizija kienet infurmata li matul il-lejla gewwa Triq il-Haddiem, il-Marsa kien hemm xi vetturi li hadu n-nar.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn ikkonfermaw ir-rapport. Minn investigazzjoni li saret irrizulta li ghal xi raguni zewg vetturi wahda ta’ tip Toyota Hilux u l-vettura l-ohra ta’ tip Fiat Uno hadu n-nar. B’konsegwenza t’hekk il-Fiat Uno garbet hsarat estensivi.

Membri tal-Protezzjoni Civili ssejhu fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nar.

Hadt ma wegga’ f’dan l-incident.

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr. A. Vella LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
  Vehicles Fire / Arson

 

Report Date
PR
Info   Category
07 January 2012
13

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 10-12 rigward incident stradali li sehh il-bierah fi Triq il-Mistra, limiti tal-Mellieha.

Il-Pulizija giet infurmata li r-ragel ta’ 52 sena li kien iccertifikat li qieghed fil-periklu tal-mewt issa jinsab f’kundizzjoni stabbli u ghaldaqstant m’ghadux fil-periklu li jiltef hajtu. It-tfajla ta’ 23 sena sofriet griehi ta’ natura hafifa filwaqt li l-mara ta’ 39 sena sofriet griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.

Referenza qeghda ssir ukoll ghall-istqarrija stapma PR12-12 rigward incident li sehh gewwa Triq il-Kbira San Giljan kmieni dalghodu. Ir-ragel ghadu jinsab fil-periklu tal-mewt, it-tfajla ta’ 30 sena ma sofriet l-ebda griehi filwaqt li l-mara ta’ 44 sena sofriet griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq kif ukoll il-passigieri tal-Land Rover ma sofrew l-ebda griehi. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet.

  Traffic-Related: Ref-10/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
07 January 2012
12

Ghall-habta tal-hamsa ta’ dalghodu (0500hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kbira, San Giljan.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li zewg vetturi kellhom impatt head-on fl-imsemmija triq. Vettura minnhom Peugeot 205 kienet qed tigi misjuqa minn tfajla ta’ 30 sena u maghha kien hemm ragel ta’ 51 sena kif ukoll mara ta’ 44 sena. It-tlett persuni huma residenti Tarxien. Filwaqt li gol-vettura l-ohra, Land Rover kien hemm zewg persuni ta’ nazzjonalita barranija. Mara ta’ 46 sena u guvni ta’ 25 sena li kien qed isuq.

It-tlett persuni li kienu fil-Peugeot ittiehdu kollha l-isptar Mater Dei fejn ir-ragel gie certifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li l-persuni l-ohra ghadhom qed jigu kkurati.

Bhalissa t-triq tinsab maghluqa ghat-traffiku.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet.
  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
06 January 2012
11

Ghall-habta tas-seba neqsin kwart (1845hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kbira, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li vettura tat-tip BMW 318 kienet qed tigi misjuqa fit-triq msemmija, direzzjoni lejn ic-centru tal-Mosta ghal xi raguni, is-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura.  Kawza ta’ hekk, il-vettura kellha impatt ma’ hajt u erba` vetturi ohra.  Il-vetturi l-ohra huma Peugeot Part, Hyundai Atos, Fiat Bravo u Mazda 2.  Kemm fil-Peugeot, kif ukoll fil-Hyundai kien hemm persuna ta’ sess maskili. 

Ragel li ghandu 49 sena (li kien fil-Peugeot) u guvni li ghandu 19-il sena (li kien fil-Hyundai), it-tnejn residenti l-Mosta, ittiehdu l-Isptar permezz ta’ ambulanzi peress li sofrew xi griehi.  Is-sewwieq tal-BMW, guvni ta’ 29 sena residenti San Gwann, kellu jirrikorri l-Isptar Mater Dei ukoll.

Il-persuni ghadhom qed jigu kkurati f’dawn il-hinijiet.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
06 January 2012
10

Ghall-habta tas-sitta u kwart (1815hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Mistra, limiti tal-Mellieha.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li zewg vetturi, wahda tat-tip Ford Transit u ohra Mini Cooper kellhom impatt head-on.  Il-Ford kienet qed tigi misjuqa direzzjoni lejn il-Mellieha minn ragel ta’ 49 sena u residenti l-Gharghur.  Intant, il-Mini Cooper kienet qed tigi misjuqa direzzjoni lejn ix-Xemxija minn guvni ta’ 19-il sena residenti l-Mellieha, izda mwieled fin-Netherlands. 

Xi passiggiera li kienu qieghdin fil-Ford, kif ukoll iz-zewg sewwieqa ttiehdu l-Isptar Mater Dei ghal kura medika.  Il-passiggiera huma zewg nisa ta’ 23 u 39 sena u ragel ta’ 52 sena lkoll residenti l-Mellieha. 

Aktar tard ir-ragel ta’ 52 sena gie ccertifikat li sofra griehi ta’ natura gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.  Il-persuni l-ohra ghadnhom qed jigu kkurati.

It-triq bhalissa tinsab maghluqa ghat-traffiku.

Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr C Scerri Herrera LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
06 January 2012
9

Cerimonja ghall-ghoti ta’ premjijiet lil membri tal-Korp tal-Pulizija

Nhar il-Hadd 8 ta’ Jannar, 2011 il-Media hija kordjalment mistiedna sabiex tattendi ghal cerimonja ta’ ghoti ta’ premjijiet lill-membri taghha, li ser issir ghas-sitt sena konsekuttiva.  Qabel ic-cerimonja jkun hemm Quddiesa, li tibda’ fid-disgha ta’ filghodu, li tiġi ccelebrata mill-Kappillan tal-Korp Fr Raymond Bonnici OFM.

Il-kategoriji ta’ nies li ser jigu ppremjati fihom mill-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo huma:

  1. Trofej u Shield ghall-kompetizzjoni tal-isparar li giet organizzata ghall-Jum il-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija;
  2. Certifikati ta’ mertu lil numru ta’ Pulizija li l-imgieba taghhom iddistingwew ruhhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;
  3. Shield ghal dak id-Distrett tal-Pulizija li din is-sena rnexxielu jnaqqas ir-rata jew il-persentagg tar-rata tal-kriminalita’ kif ikkumperata mas-sena l-ohra;
  4. Trofew lil Kuntistabbli li ddistigwa ruhhu b’ghemilhu u fil-qadi ta’ dmirijiethu fis-sena li ghadha kif ghaddiet; u
  5. Certifikati ta’ servizz flimkien ma’ tifkira ta’ apprezzament lil dawk l-ex membri tal-Korp li rtiraw bil-pensjoni mis-servizz wara li servew ghal 25 sena jew aktar.

 

  Police Activity Notice - Awards

 

Report Date
PR
Info   Category
06 January 2012
8

Ghall-loghbiet tal-futbol BOV Premier League
Qormi vs Hamrun Spartans
Hibernians vs Valletta

Il-Kummissarju tal-Pulizija javvza li ghall-loghbiet tal-futbol tal-BOV Premier League Qormi vs Hamrun Spartans u Hibernians vs Valletta li ser jintlghabu fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali nhar is-7 ta’ Jannar, 2012 ser isiru dawn l-arrangamenti:

  • Is-supporters ta’ Hamrun Spartans u Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew tal-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-‘enclosure’;
  • Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters tal-Hamrun Spartans ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand A.  Id-dhul u l-hrug ser isir mill-istess post;
  • Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters tal-Valletta ser isir mit-ticketing office booths tal-West Stand C.  Id-dhul u l-hrug ser isir mill-istess post;
  • Is-supporters ta’ Qormi u Hibernians ghandhom jidhlu f’Ta’ Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom fit-toroq ta’ madwar l-MFA training grounds u l-Millenium Stand;
  • Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ta’ Qormi ser jsir mit-ticketing office booths mill-naha tal-Millenium Stand C.  Id-dhul u l-hrug ser isir mill-istess post;
  • Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ta’ Hibernians ser isir mit-ticketing office booths mill-naha tal-West Stand A.  Id-dhul u l-hrug ser isir mill-istess post;
  • Ser ikun hemm dhul iehor mill-Millenium Stand A ghall-dawk is-supporters ta’ Valletta li ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand;
  • Ser isiru tfittxijjiet fid-dhul ghall-Istadium.  Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu megaphones, horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ohra ta’ fireworks, jkunu kif ikunu;
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadium oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli;
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi;
  • Ser jigi enfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadium u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkohol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadium;
  • Mhux ser jithallew vetturi jinstaqu kontra d-direzzjoni tat-traffiku lejn u mill-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser tkun ikkontrollat mill-Pulizija.

 

  Police Notice: Recreation

 

Report Date
PR
Info   Category
05 January 2012
7

Il-bierah filghaxija, il-Pulizija giet mgharrfa permezz ta’ rapport formali li ragel ta’ 64 sena residenti s-Siggiewi kien qed jigi rrappurtat nieqes.

Minnufih il-Pulizija bdiet tfittxija fl-inhawi ta’ Ta’ Lawreti, limiti tas-Siggiewi, fejn aktar tard illum ghall-habta tas-siegha neqsin kwart (12.45 hrs) instabet il-vittma, sfortunatament bla hajja.  Ir-ragel gie ccertifikat mejjet fuq il-post.  Awtopsja fuq il-kadavru mistennija ssir ghada.  Waqt it-tfittxija, il-Pulizija talbet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. M. Hayman LL.D li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-invesgtigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Health-Related: Leisure - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category
02 January 2012
6

Illum ghall-habta tas-sitta (18.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kemm sehh incident stradali fi Triq ix-Xatt, il-Gzira.

Ghaldaqstant il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post hawn fuq imsemmi fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rrizulta li ghal xi raguni ragel ta’ 86 sena residenti Ta’Xbiex safa’ milqut minn vettura ta’ tip Toyota Funcargo li dak il-hin kienet qeghda tigi misjuqha minn ragel ta’ 50 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel ta’ 86 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega, fejn aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz. 

` Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
02 January 2012
5

B’referenza ghall-incident li sehh il-bierah fejn zewg persuni sfaw mejta, l-awtopjsa fuq iz-zewg kadavri saret dalghodu fejn irrizulta li z-zewg irgiel mietu kawza ta’ diversi daqqiet ta’ arma li taqta u bil-ponta, kif ukoll tilfu hafna dmija.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz. 

  Double Homicide: Ref: 01/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
01 January 2012
4

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 01-12.

Il-persuna l-ohra li kienet involuta fl-incident huwa ragel ta’ 26 sena residenti Tas-Sliema. L-awtopsja fuq iz-zewg katavri mistennija ssir matul il-jum t’ghada.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz. 

  Double Homicide: Ref: 01/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
01 January 2012
3

Illum ghall-habta tal-erbgha u nofs (04.30hrs), Il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kemm sehh incident stradali fi Triq ic-Caghaq, San Pawl il-Bahar.

Ghaldaqstant il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig li sar irrizulta li ragel ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Bahar ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura tieghu ta’ tip Ford Fiesta.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega. Aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija  ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
01 January 2012
2

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest erbatax –il persuna wara sejbiet ta’ droga matul il-lejl li ghadda.

Is-sejbiet saru mill-Pulizija waqt hidma f’postijiet ta’ divertiment gewwa Paceville, Ta’ Qali u Hal Farrug, limiti ta’ Hal Luqa.  Il-persuni mizmuma huma lkoll irgiel u l-eta’ taghhom tvarja bejn is-sittax u l-hamsa u tletien sena.  Huma nstabu fil-pussess jew qed jabbuzaw minn sustanzi suspettati li huma kokajina, mephedrone, ecstasy u kannabis.

Huma mistennija li jittresqu il-Qorti aktar il-quddiem b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga u kaz minnhom anke bi traffikar ta’ droga ecstasy.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
01 January 2012
1

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-seba u kwart (0715hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq il-Kbira, f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn gewwa residenza privata gew innutati zewg persuni ta’ sess maskili li kellhom xi dmijja kkawzati minn xi feriti.  Fuq il-post issejhu ambulanzi li taw l-ewwel ghajnuna medika, izda l-irgiel tilfu hajjithom.  Wiehed mill-irgiel ghandu 32 sena u huwa residenti fir-residenza msemmija.  Investigazzjonijiet ghaddejien sabiex tigi stabbilita` l-identita` tal-persuna l-ohra.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr E Grima LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.  

  Double Homicide

 

 
     

 

 



 

COPYRIGHT (C) 2012, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US