The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
179

Illum il-Pulizija ressqet taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr G. Vella LL.D. lil Josef Agius ta’ 23 sena residenti l-Imtarfa. Huwa gie akkuzat talli f’dawn il-Gzejjer, nhar it-30 ta’ Marzu, 2012, u matul ix-xhur ta’ qabel din id-data, b’diversi atti maghmulin, ukoll jekk fi zminijiet differenti, u li jiksru l-istess dispozizzjonijiet tal-ligi, u li gew maghmula b’rizoluzzjoni wahda:

  1. F’xi hin matul il-perjodu ta’ bejn nofsillejl ta’ nhar id-29 ta’ Marzu, 2012 u l-kwarta ta’ filghodu ta’ nhar id-29 ta’ Marzu, 2012, waqt li kien f’Marsaskala, ikommetta serq ta’ oggetti u cioe’ xorb alkoholiku, cilindri tal-gass u diversi oggetti ohra, liema serq li huwa ikkwalifikat bil-hin, mezz, u bil-valur li jiskorri l-elfejn tliet mija u disgha u ghoxrin Euro u sebgha u tletin centezmu (2,329.37 Euro) sar ghad-detriment ta’ persuna ta’ sess maskili   residenti l-Imtarfa u/ jew persuni ohra;
  1. Kif ukoll, nhar it-30 ta’ Marzu, 2012 ghall-habta ta’ nofsillejl neqsin hames minuti, waqt li kien f’Marsaskala, bil-hsieb li jikkometti delitt u cioe’ serq ta’ oggetti minn vettura, ikkwalifikat bil-hin, mezz, bin-natura tal-haga misruqa, kif ukoll bil-valur li ma jiskorrix l-elfejn tliet mija u disgha u ghoxrin Euro u sebgha u tletin centezmu (2,329.37 Euro) ghad-detriment ta’ persuna residenti l-Birgu, wera dan il-hsieb b’atti esterni u ta bidu ghall-esekuzzjoni ta’ dan id-delitt, liema delitt ma giex esegwit minnhabba xi haga accidentali u indipendenti mill-volonta tieghu;
  1. U aktar, waqt li kien fl-Imtarfa, f’xi hin matul il-lejl ta’ bejn id-29 u it-30 ta’ Marzu, 2012, ikkommetta serq ta’ oggetti u cioe’ flus kontanti lokali, minn vettura, liema serq li huwa ikkwalifikat bil-hin, mezz, kif ukoll bin-natura tal-haga misruqa, sar ghad-detriment ta’ persuna residenti l-Imtarfa;
  1. Kif ukoll huwa gie akkuzat talli, waqt li kien fl-Imtarfa, f’xi hin matul il-lejl ta’ bejn id-29 u it-30 ta’ Marzu, 2012, volontarjament hassar, ghamel hsara jew gharraq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobbli, liema hsara li ma tiskorrix l-elf mija u erbgha u sittin Euro u disgha u sittin centezmu imma hija aktar minn mija u sittax il-Euro u sebgha u erbghin centezmu, saret ghad-detriment ta’ persuna residenti l-Imtarfa;
  1. U aktar talli, f’dawn il-Gzejjer, nhar il-31 ta’ Marzu, 2012, ghall-habta ta’ nofsillejl u ghaxar minuti, wara li gie kkundannat f’Malta ghal serq, jew ghal ricettazzjoni instab fil-pussess ta’ mfietah, imqabblin jew iffalsifikati, jew ghodod ohra tajbin ghall-ftuh jew sgassar ta’ serraturi, jew instab ghandu forom ta’ serraturi, minghajr ma ta kont sodisfacenti ghal liema skop legittimu instabu ghandu f’dak iz-zmien;
  1. U finalment talli irrenda ruhu recediv ai termini ta’ l-artikoli 49, 50, u 289 tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta, u dan wara li gie misjub hati b’sentenzi moghtija mill-Qrati ta’ Malta, liema sentenzi saru definittivi u ma jistghux jigu mibdula.

L-imputat wiegeb mhux hati tal-akkuzi migjuba fil-konfront tieghu. Huwa gie eskortat lejn il-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.

   Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sylvana Briffa.

  Court: Theft & Various

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
178

Il-Pulizija ser tressaq guvni ta’ 23 sena l-Qorti fis-sebgha (1900hrs) quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr G. Vella LLD.  Il-guvni ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati ma’ serq.

  Court Notice: Theft

 

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
177

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr Gabriella Vella LL.D. lil Ezron Falzon ta’ 23 sena residenti Hal Luqa. Huwa gie akkuzat talli b’diversi atti maghmulin minnu, ukoll jekk fi zminijiet differenti li jiksru l-istess diposizzjoni tal-ligi u gew maghmula b’rizoluzzjoni wahda skond artikolu 18 tal-Kap 9;

1. Matul ix-xhur ta’ Frar u Marzu tas-sena 2012, f’dawn il-Gzejjer ddenunzja lill-Pulizja ezekuttiva reat li jaf li ma sarx, inkella b’qerq holoq it-tracci ta’ reat b’mod li jistghu jinbdew proceduri kriminali sabiex jisguraw li dak ir-reat kien sar. Skond Art. 110 (2) tal- Kap 9;

2. Kif ukoll talli fl-istess cirkustanzi uzajt xi ‘network’ jew apparat iehor ta’ komunikazzjonijiet elettronici fornut minn impriza ghal ghan li ma jkunx dak li jkun gie fornut ghalih jew traskurajt milli tosserva l-istruzzjonijiet li nhargu minn impriza ghal uzu kif imiss tan-‘network’ jew appartat ta’ komunikazzjonijiet elettronici jew inkella uzah b’mod mhux kif imiss bi ksur ta’ Kap 339;

3. Kif ukoll talli fl-istess perjodu u cirkostanzi, f’dawn il-gzejjer biex jikseb xi vantagg jew beneficcju ghalih innifsu jew ghal haddiehor, xjentement ghamel dikjarazzjoni jew stqarrija falza, jew ta taghrif falz skond Art. 188 tal-Kap.9

L-imputat wiegeb li kien hati tal-akkuzi hekk kif migjuba fil-konfront tieghu. Fuq din l-ammissjoni huwa gie ssentenzjat xahar prigunerija sospizi ghal sena.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Saviour Baldacchino.

  Court: False Reporting & Various

 

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
176

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr Gabriella Vella LL.D. lil Idris Sayed Ali ta’ 24 sena imwieled is-Somalia izda residenti l-Marsa. Huwa gie akkuzat talli nhar it-18 ta’ Marzu, 2012 ghall-habta tal-11.45pm gewwa Triq ix-Xatt, il-Gzira;

Bil-hsieb li jikkommetti delitt ta’ serq, ta’ bidu ghall-ezekuzzjoni tad-delitt, liema delitt ma giex esegwit minhabba xi haga accidentali u ndipendenti mill-volonta` tieghu u li kieku gie esegwit kien ikun serq aggravat bil-vjolenza u bil-hin, ghad-detriment ta’ persuna ta’ sess maskili u/jew persuni ohra. Arresta jew zamm lill-istess persuna kontra l-volonta` tieghu. Waqt li kien qieghed jikkommetti delitt kellhu fil-pussess tieghu arma li taqta u bil-ponta li biha hedded lill-imsemmija persuna. L-arma kienet minghajr licenza mahruga mill-Kummissarju tal-Pulizija.  

Idris Sayed Ali wiegeb li ma kienx hati tal-akkuzi hekk kif migjuba fil-konfront tieghu. Huwa inghata il-helsien mill-arrest taht is-solitu kundizzjonijiet. Peress li Idris ma kienx f’ pozizzjoni li jhallas id-depozitu, huwa qieghed jigi mizmum gewwa l-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin sakemm ihallas.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Mercieca u mill-Ispettur Jason Sultana.

  Court: Attempted Theft & Various

 

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
175

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr Gabriella Vella LL.D. lil Josef Sharfid ta’ 36 sena residenti l-Belt Valletta. Huwa gie akkuzat talli nhar it-30 ta’ Marzu, 2012, u/jew fil-jiem ta’ qabel, f’dawn il-Gzejjer;

1. Naqas milli jhares xi wahda, u/jew iktar minn wahda, mill-kondizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti Istruttorja, Magistrat, Dr. Gabriella Vella LL.D., b’digriet datat 23 ta’ Frar, 2011, u li permezz tieghu huwa kien inghata l-helsien mill-arrest taht diversi kundizzjonijiet, fosthom li jidher ghal kull att tal-process kif ordnat, li ma jikkommettix delitt iehor ta’ natura volontarja, li jiffirma fl-ghassa tal-pulizija u li jirrinkaza ruhu bejn it-8.30p.m. u s-7.30a.m.

2. Huwa gie akkuzat ukoll talli rrenda ruhu recediv permezz ta’ diversi sentenzi moghtija mill-Qrati ta’ Malta, liema sentenzi saru definittivi u ma jistghux jinbidlu.

Josef Sharfid wiegeb li kien hati ghall-akkuzi kollha hekk kif migjuba fil-konfront tieghu.  Fuq din l-ammissjoni huwa gie kkundannat ghal 4 xhur prigunerija effettiva kif ukoll gie revokat il-helsien mill-arrest li kien moghoti lilu nhar it- 23 ta’ Frar, 2011.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Mercieca.

  Court: Breach of Condition & Various

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
174

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr Gabriella Vella LL.D. lil Jeffrey Cilia ta’ 38 sena residenti H’Attard. Huwa gie akkuzat talli:

  1. Bejn il-lejl tad-29 ta’ Marzu 2012 u 30 ta’ Marzu 2012, fl-inhawi tal-Furjana, hedded, lill-Kummisarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo, lill-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi u lis-Supritentent Domnic Micallef bhala ufficjali pubblici li aghmel jew ma ghamilx xi haga li ghandha x’taqsam mal-kariga tieghu u dan bi ksur ta’ l-artikolu 91 tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’Malta;
  1. U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi ingurja jew hedded, fuq il-persuni ta’ wiehed inkarigat skond il-ligi minn servizz pubbliku, waqt li kien jaghmel jew minhabba li kien jaghmel dan is-servizz, jew bil-hsieb li jbezza jew li jinfluwixxi fuqhom kontra l-ligi fl-esekuzzjoni ta’ dak is-servizz u dan bi kusr ta’ l-artikolu 95(1) tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’Malta;
  1. Akkuzat ukoll talli fid-29 ta’ Marzu 2012 hedded bil-mewt lil persuna ta’ sess feminili u dan bi ksur ta’ l-artikolu 249(1)(2) tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta;  
  1. Akkuzat talli bejn il-lejl tad-29 ta’ Marzu 2012 u 30 ta’ Marzu 2012, uza ‘network’ jew apparat ta’ kommunikazzjonijiet elettronici fornut minn impriza ghal ghan li ma jkunx dak li jkun gie fornut ghalih, jew traskura milli josserva l-istruzzjonijiet li jkunu mahruga minn impiza ghal uzu kif jmiss tan-‘network’ jew apparat ta’ komunikazzjonijiet elettronici jew nkella uzah b’mod mhux kif jmiss u dan ai termini ta’ Art.48 (d) Kap.399 Ligi ta’ Malta;
  1. U aktar talli fl- istess jum, cioe’ nhar id-29 ta’ Marzu 2012 u 30 ta’ Marzu 2012, permezz ta’ xi ‘network’ jew apparat ta’ komunikazzjoni elettronika, hedded li jaghmel xi reat, jew bil-hsieb li jiehu xi flus jew xi haga ohra, jew biex jaghmel xi gwadan, jew bil-hsieb li gieghel lil haddiehor biex jaghmel jew jonqos milli jaghmel xi haga, hedded li jakkuza jew li jaghmel ilment kontra, jew jimmalafama lil dik il-persuna, jew li taghmel uzu iehor mhux xieraq bih u dan ai termini ta’ Art.49 Kap.399 Ligi Ta’ Malta;  
  1. Talli fl-istess jum, cioe’ fid-29 ta’ Marzu 2012 gab ruhu b’mod ta’ fastidju lil persuna ohra cioe’ lil persuna ta’ sess feminili hawn fuq imsemmija u persuni ohra, b’mod li kien jaf jew b’mod li kien jaf jew messu kien jaf li dan hu ta fastidju ghal persuna u dan ai termini ta’ Art.251A (a)(b), tal-Kodici Kriminali Kap.9 Ligi ta’ Malta;
  1. Talli fl-istess jum, cioe’ fid-29 ta’ Marzu 2012 u 30 ta’ Marzu 2012, bl-imgieba tieghu ikkaguna lil haddiehor biza’ li se tintuza vjolenza kontra l-persuna ta’ sess feminili u l-familja taghha, jew kontra proprjeta` tal-familja jew dixxendent/i, meta hu kien jaf li l-imgieba tieghu se tikkaguna biza’ u dan ai termini ta’ Art.251 B, tal-Kodici Kriminali, Kap.9 Ligi ta’ Malta;  
  1. U aktar talli, bil-hsieb li tellef jew inaqqas il-gieh ta’ xi hadd, wegga’ bi kliem, b’gesti jew b’xi mod iehor lill-istess familja u lill-familja Rizzo u dan ai termini ta’ Art.252 tal-Kodici Kriminali, Kap.9 Ligi ta’ Malta;
  1. Talli gewwa ta’ Tas-Sliema, fid-data tad-29 ta Marzu 2012, ghall-habta tal- 10.30PM ikkommetta hsara volontarja fuq proprjeta` privata (bieb) liema hsara teccedi s- somma ta’ 116.47c Euro u dan ai termini tal- Art.325(b) tal-Kodici Kriminali, Kap 9 tal- Ligi ta’ Malta;  
  1.  Talli gewwa ta’ Tas-Sliema fid-data tad-29 ta Marzu 2012 ghall-habta tal-10.30PM dahal gewwa l-proprjeta` minghajr l-ebda permess ta’ sid jew ta’ detentur, ghamel vjolazzjoni kontra l-proprjeta` u dan ai termini tal- Art.340(d) tal-Kodici Kriminali, Kap 9 tal- Ligi ta’ Malta;
  1. Talli kiser il-mistrieh tan-nies bi hsejjes u/jew ghajjat, jew b’mod iehor u dan ai termini tal- Art.338(m) tal-Kodici Kriminali, Kap 9 tal-Ligi ta’ Malta;  
  1. Talli kien fi stat ta’ sokkor, qal kliem oxxen u/jew indicenti, jew ghamel atti jew gesti oxxeni, u dan ai termini tal- Art.338(bb) tal-Kodici Kriminali, Kap 9 tal-Ligi ta’ Malta;
  1. Aktar talli ma obdiex ordnijiet legittimi tal-Awtorita` jew ta’ wiehed li jkun inkarigat minn servizz pubbliku, u ma halliex u/jew fixkel waqt il-qadi ta dmirijietu, jew b’xi mod iehor, bla jedd, indahal fi dmiru, billi ma halliex lil haddiehor jaghmel dak li bil-Ligi jkun ordnat jew jista’ jaghmel, jew billi gab fix-xejn jew hassar dak li haddiehor ghamel skont il–Ligi, jew b’xi mod iehor li jkun, kemm–il darba din id-disubbidjenza jew indhil ma kienx jaqa’ taht dispozzizjonijiet ohra ta’ dan il-Kodici jew Ligi ohra u dan ai termini tal- Art.338(ee) tal-Kodici Kriminali, Kap 9 tal-Ligi ta’ Malta;  
  1. U aktar talli ghamel ingurji, hedded mhux imsemmija band’ohra f’dan il-Kodici jew jekk iprovokat, ingurja b’mod li johrog barra mil-limiti tal-provokazzjoni u dan ai termini tal- Art.339(e) tal-Kodici Kriminali, Kap 9 tal-Ligi ta’ Malta;
  1. U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkustanzi f’lok pubbliku jew miftuh ghall-pubbliku kien fi stat ta’ sakra b’mod li ma kienx jista’ jiehu hsieb tieghu nnifsu; 
  1. U aktar talli fl-istess data, hin, lok u cirkustanzi qal kliem oxxen u dagha fil-pubbliku;
  1.  Talli saq jew prova jsuq vettura taht l-influwenza ta’ alcohol jew sustanzi ohra, fi triq jew post pubbliku iehor u dan ai termini tal- Art.15A tal-Kap 65 tal-Ligi ta’ Malta;  
  1. Talli saq vettura b’manjiera bla kont, traskurata u perikoluza;
  1.  L- imputat hu akkuzat bi ksur tal-Bail li din l-Onorabbli Qorti, hekk preseduta mill-Magistrat Dr Audrey Demicoli LL.D. harget fil-konfront ta’ Jeffrey Cilia, datata 23 ta’ Dicembru 2011.

L-imputat wiegeb mhux hati tal-akkuzi kontra tieghu u nghata l-helsien mill-arrest that is-solitu kundizzjonijiet.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carlos Cordina u mill-Ispettur Darren Buhagiar.

  Court: Threats to Police Officer

 

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
173

Illum ghall-habta tas-siegha u nofs (13.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha gewwa blokka ta’ appartamenti taht kostruzzjoni li jinsabu fi Triq Sir Adrian Dingli, Tas- Sliema.

Ghaldaqstant il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post hawn fuq imsemmi, fejn minn stharrig preliminari illi sar irrizulta li ghal xi raguni ragel ta’ 66 sena residenti Tas-Sliema waqa’ it-tarag.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega. Aktar tard huwa gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz giet infurmatha l-Magistrat tal-Ghassa Dr Gabriella Vella LL.D, fejn hatret diversi esperti sabiex jghinuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq dan l-incident.

  Health-Related: Residential

 

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
172

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Gabriella Vella LL.D lil Joseph Sharfid, ta’ 36 sena, residenti l-Belt Valletta.  Huwa gie akkuzat talli nhar it-30 ta’ Marzu, 2012 gewwa San Giljan;

  • Attakka u irrezista Surgent u Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • Ikkaguna griehi ta’ natura hafifa fuq l-istess ufficjali tal-Pulizija;
  • Ingurja u hedded lill-istess ufficjali tal-Pulizija;
  • Ghamel hsara volontarja fuq vettura ghad-dannu tal-Kummissarju tal-Pulizija;
  • Saq vettura b’manjiera perikoluza, traskurata u bla kont;
  • Kiser il-paci pubblika;
  • Ma obdiex ordnijiet tal-awtorita’ kompetenti.

 L-imputat wiegeb mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih.  Huwa gie eskortat lejn il-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.

  Court: Resisted Public Officers & Various

 

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
171

Ilum ghall-habta tas-sebgha u nofs (0730hrs), il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq il-Knisja l-Qadima, Birkirkara.

Il-Pulizja marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig preliminari rrizulta li waqt li zewg persuni (wahda minnhom klijenta), kienu qeghdin go hanut, dahal ragel li kien liebes skufja izda mhux b’wiccu mghammad, armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.  Il-halliel, filwaqt li ghamel l-arma li taqta’ u bil-ponta  vicin ghonq il-klijenta li hija mara ta’44 sena, residenti Hal Balzan, talab il-flus lil sid il-hanut.  Sid il-hanut jirrizulta li huwa ragel ta’30 sena, residenti Birkirkara.

Fortunatament hadd ma wegga’ waqt dan l-incident.  Il-halliel telaq minn fuq il-post b’ammont ta’ flus li ma jeccedix it-€3,500.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Hold-Up

Report Date
PR
Info   Category
31 March 2012
170

Illum ghall-habta tal-erbgha u nofs (0430hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, l-Imqabba kien ghadu kemm sehh incident stradali.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post tal-incident fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ghal xi raguni vettura tat-tip Toyota Starlet li kienet misjuqa minn mara ta’ 38 sena, residenti Naxxar, kellha impatt ma’ central strip li tinsab fl-istess triq imsemmija.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lil mara l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura medika.  Iktar tard il-mara giet iccertifikata li kienet qieghda ssofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq il-kaz.

  Traffic-Relation

 

Report Date
PR
Info   Category
30 March 2012
169

Il-membri tal-istampa huma mistiedna ghal konferenza stampa li se ssir fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija llum fis-sitta u nofs (18.30hrs), in konnesjoni mal-kaz li sehh illum gewwa Ghar Hasan.

  Police Press Notice: Ref: 167/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
30 March 2012
168

Illum ghall-habta tal-hdax (1100hrs), waqt li l-Pulizija tal-Iskwadra Mobbli kienu ghaddejin fuq ronda gewwa Tas-Sliema, lemhu persuna li kienet imfittxija mill-Pulizija rigward ksur ta’ kundizzjonijiet imposti fuqha mill-Qorti.  Din il-persuna dak il-hin kienet qieghda ssuq vettura.

Il-Pulizija segwew lill-persuna permezz tal-vettura fejn wara diversi tentattivi sabiex jitwaqqaf, dan m’obdiex l-ordni tal-Pulizija. Hu kompla jsuq u meta l-karozza tal-peruna mfittxija waqfet fit-traffiku, wiehed mill-ufficjali tal-Pulizija mar hdejn il-vettura ta’ din il-persuna fejn ordnalu sabiex johrog minnha. Dan m’obdiex l-ordnijiet moghtija lilu u saq il-vettura tieghu bil-konsegwenza li ghadda bir-roti tal-vettura tieghu minn fuq sieq il-membru tal-Korp.

Il-Pulizija xorta komplew isegwu lil din il-persuna fejn fi Triq Manwel Dimech, Sliema hu gie mwaqqaf milli jkompli jsuq.  Il-persuna hareg mill-vettura tieghu u telaq jigri fejn il-Pulizija rnexxielha taqbad u zzomm lir-ragel. Huwa gie arrestat ghal-aktar stharrig. Waqt din l-operazzjoni, il-vettura tal-Pulizija garbet xi hsarat.

Il-Pulizija wkoll ittiehed ghall-kura medika fejn sa issa ghadu qed jigi medikat.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-kaz.

  Fugitive chase

 

Report Date
PR
Info   Category
30 March 2012
167

Il-Pulizija ftit taz-zmien ilu kienu rcevew informazzjoni rigward il-fatt li xi persuni qed jghixu gewwa xi gherien li jinsabu fl-inhawi ta’ Ghar Hasan, limiti ta’ B’Bugia.

Kienu saru diversi spezzjonijiet fl-inhawi li rrizultaw fin-negattiv u llum fuq informazzjoni gdida li l-Pulizija kienu rcevew, unit mill-Iskwadra Mobbli marret fl-istess inhawi sabiex tikkonferma din l-informazzjoni.

Kif waslu fuq il-post, it-tliet membri tal-Korp mill-Iskwadra Mobbli sabu ragel ta’ nazzjonalita` barranija li kien qieghed f’wiehed mill-gherien.

Wara tentattivi falluti mill-Pulizija sabiex din il-persuna tohrog minn gewwa l-ghar sabiex tidentifika ruhha, il-persuna barranija f’daqqa u l-hin harget minn hwejjiga arma li taqta’ u bil-ponta u bdiet ixxejjirha fid-direzzjoni tal-membri tal-Korp.

Wiehed mill-Pulizija uza l-pepper spray sabiex din il-persuna tieqaf mill-agir taghha, izda wara li falla dan it-tentattiv u l-persuna bdiet tipprova tagredixxi bl-arma li taqta’ u bil-ponta membru iehor tal-Korp, il-Pulizija kienet kostretta li tuza l-arma tan-nar.

Jirrizulta li l-persuna wara li waqghat fl-art, qamet u rritornat lura fl-ghar fejn wara aktar tentattivi biex dan johrog, huwa hareg wara xi ftit hin fejn minnufih giet moghtija lilu l-ewwel ghajnuna mill-membri tal-Korp prezenti sakemm dan inghata l-assistenza medika minn tim mediku li ssejjah fuq il-post.

Il-persuna bhalissa qed tigi operata gewwa l-Isptar Mater Dei fejn il-qaghda taghha hija wahda kritika.

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Anthony Vella LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha rigward dan il-kaz.  

  Police Shooting Incident

Report Date
PR
Info   Category
29 March 2012
166

Illum ghall-habta tal-hdax (1100hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha gewwa x-Shipbuilding, il-Marsa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 24 sena residenti Rabat, Ghawdex kien qieghed iwahhal hi-up fuq tugboat, ghal xi raguni sofra griehi wara li allegatament il-hi-up gheleb u gie fuq ir-ragel.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika.  Iktar tard il-Pulizija giet infurmata li r-ragel sofra minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq il-kaz.

  Health-Related: Work

 

Report Date
PR
Info   Category
28 March 2012
165

Illum ghal habta tal-erbgha u nofs (16.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq Dun Guzepp Zammit, iz-Zurrieq, peress li kien ghadu kemm sehh incident stradali.

Ghaldaqstant il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari illi sar irrizulta li ghal xi raguni kien hemm impatt bejn vettura ta’ tip Peugeot Partner li kienet qeghda tigi misjuqa minn guvni ta’ 26 sena residenti Haz-Zebbug u mutur ta’ tip Honda 70 li kien qieghed jigi misjuq minn ragel ta’ 73 sena residenti s-Siggiewi.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel ta’ 73 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega, fejn aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Relation

 

Report Date
PR
Info   Category
28 March 2012
164

Ghal darb’ohra membri tal-Korp tal-Pulizija hejjew Wirja tal-Gimgha l-Kbira gewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana.

Il-ftuh ufficjali ser isir nhar il-Gimgha 30 ta’ Marzu 2012.  L-okkazzjoni tara l-bidu taghha f’nofsinhar (1200hrs) b’quddiesa fil-Kappella tal-Kwartieri Generali. 

Wara l-quddies fis-siegha nieqes kwart (12.45hrs), ser isir it-tberik u l-ftuh ufficjali tal-wirja annwali tal-Gimgha l-Kbira.  Prezenti ghal din ic-cerimonja ser jattendi l-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari  Dr Carmelo Mifsud Bonnici LL. D.

Nixtiequ ninfurmaw ukoll li l-Muzew tal-Pulizija zdiedu esebiti li jaghmlu parti mill-istorja tal-Korp tal-Pulizija. Filwaqt li gewwa l-muzew tal-Kriminalita` gew mibdula x-xeni ta’ delitti.  

Il-membri tal-istampa huma mistiedna sabiex jattendu.

Il-Wirja tkun miftuha ghall-pubbliku bejn il-Gimgha 30 ta’ Marzu 2012 sa Hadd il-Ghid 8 ta’ April 2012 u l-hinijiet huma hekk kif gej :

  • Il-Gimgha 30 ta’ Marzu 2012 - Ftuh Ufficjali ;
  • Mis-Sibt 31 ta’ Marzu 2012 sa l-Erbgha 4 ta’ April 2012– mit-tmienja (08.00hrs) sa nofsinhar (12.00hrs) u mill-hamsa (17.00hrs) sat-tmienja u nofs (20.30hrs) ;
  • Hamis ix-Xirka, 5 ta’ April 2012– mit-tmienja ta’ filghaxija (20.00hrs) ‘il quddiem ;
  • Il-Gimgha l-Kbira, 6 a’ April 2012– Mit-tmienja (08.00hrs) ‘il quddiem ;
  • Sibt il-Ghid, 7 ta’ April 2012– mit-tmienja (08.00hrs) sa nofsinhar (12.00hrs) u mill-hamsa (17.00hrs) sat-tmienja u nofs (20.30hrs) ;
  • Hadd il-Ghid, 8 ta’ April 2012-   mit-tmienja (08.00hrs) sa nofsinhar (12.00hrs) u mill-hamsa (17.00hrs) sat-tmienja u nofs (20.30hrs) ;
  Police Force Activity - Easter

 

Report Date
PR
Info   Category
26 March 2012
163

Illum ghal habta tal-ghaxra u kwart (10.15hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assitenza taghha fi Triq Gorg Borg Olivier, San Giljan peress li kien ghadu kemm sehh incident stradali.

Ghaldaqstant il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari li sar irrizulta li ghal xi raguni mara ta’ 82 sena residenti San Giljan sfat milquta minn vettura ta’ tip Toyota Ractis li kienet qeghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 80 sena residenti Santa Venera.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tinghata l-kura mehtiega. Aktar tard hija giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz giet infurmatha l-Magistrat tal-Ghassa Dr M. Hayman fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghada ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Traffic-Relation

 

Report Date
PR
Info   Category
25 March 2012
162

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR140/12, PR147/12 u PR154/12.

Wara investigazzjonijiet intensivi min-naha tal-Pulizija rigward incident li sehh f’Paceville nhar is-17 ta’ Marzu 2012 fejn persuna ta’ nazzjonalita` Sudaniza Osama Al Shazliay Saleh garrab griehi serji f’rasu li sussegwentament ikkagunaw il-mewt tieghu, il-Pulizija rnexxiela tidentifika u tintracca zewg persuni ta’ nazzjonalita` Rumena li huma suspettati li kienu involuti fl-istess incident.

Il-Pulizija qieghda zzomm persuna ta’ nazzjonalita` Rumena biex tghina fl- investigazzjoni filwaqt li persuna Rumena ohra qieghda tinzamm taht arrest gewwa r-Rumanija fuq talba li ghamlet il-Pulizija Maltija minhabba l-fatt li l-istess persuna hija suspettata li kienet involuta f’dan l-incident kienet halliet Malta dakinhar stess tal-incident.  Qed isiru l-proceduri necessarji sabiex din il-persuna tingieb lura Malta ghal aktar investigazzjonijiet.

  Grevious Bodily harm followed by Death - Ref 140/2012, 147/2012 and 154/12

 

Report Date
PR
Info   Category
24 March 2012
161

Illum il-Pulizija ressqet b'arrest quddiem il-Maġistrat Dr Giovanni Grixti LL.D, lil Marian Nenov ta’ 26 sena u lil Nikolay Nenov ta’ 28 sena, it-tnejn li huwa ta’ nazzjonalita` Bulgara. Huma gew akkuzati talli f’dawn il-Gzejjer jew barra minn dawn il-Gzejjer fit-23 ta’ Marzu 2012 u fil-jiem ta’ qabel:-

  1. Assocjaw rwiehhom ma’ xi persuna jew persuni ohra f’dawn il-Gzejjer jew barra minn dawn il-Gzejjer sabiex ibighu jew jittraffikaw f’dawn il-Gzejjer medicina (pjanta tal-Cannabis kollha jew bicca minnha), bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi, Kap 101 tal-Ligijiet ta’ Malta jew ippromovew, ikkostitwixxew, organizzaw jew iffinanzjaw tali assocjazzjoni;
  1. Importaw, jew gieghlu li tigi importata jew ghamlu xi haga sabiex tigi importata medicina perikoluza (pjanta tal-Cannabis kollha jew bicca minnha) f’Malta, bi ksur tad-dispozizzjonijiet tal-Ordinanza Dwar il-Medicini Perikoluzi, Kap. 101 tal-Ligijiet ta' Malta ;
  1. Kellhom fil-pussess taghhom il-pjanta Cannabis kollha jew bicca minnha bi ksur ta’ l-Art 8 (d) tal-Kap. 101 tal-Ligijiet ta’ Malta, liema droga nstabet f’tali cirkustanzi li juru li ma kinitx ghall-uzu esklussiv taghhom.

Nikolay Nenov wahdu gie akkuzat talli matul is-sena 2011 f’dawn il-Gzejjer:

  1. Kellu fil-pussess tieghu ir-raza mehudha mill-pjanta Cannabis jew xi preparazzjonijiet li jkollhom bhala bazi din ir-raza u dan bi ksur tal-artikolu 8(a) tal-kap 101 tal-Ligijiet ta' Malta, kif ukoll
  1. Kellu fil-pussess tieghu il-pjanta Cannabis kollha jew bicca minnha bi ksur ta’ l-artikolu 8(d) tal-Kap. 101 tal-Ligijiet ta’ Malta.

L-imputati ammettew l-akkuzi hekk kif migjuba fil-konfront taghhom u gew eskortati gewwa l-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin. Il-kaz mistenni JKOMPLI jinstema fil-granet li gejjien.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Johann J. Fenech.

  Court: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
24 March 2012
160

Illum il-Pulizija ressqet b'arrest quddiem il-Maġistrat ta' l-Għassa Dr Giovanni Grixti LL.D, lil Shaban Giuma Elghazir, ta’ 28 sena, imwieled il-Libja. Huwa gie akkuzat talli:

  • F’dawn il-gżejjer, fit-22 ta’ Marzu 2012, għall-ħabta tal-3:30pm, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Gudja, naqas milli jiddikjara lill-Kontrollur tad-Dwana li huwa kien qiegħed iġorr miegħu l-ammont ta’ € 18,250 u $ 8,060 jew iżjed fi flus kontanti filwaqt li huwa kien dieħel Malta, bi ksur ta’ Artiklu 3 tal-Avviż Legali149 tal-2007 (Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Flus) formanti parti mill- Att dwar it-Transazzjonijiet Esterni (Kapitlu 233 tal-Liġijiet ta’ Malta).
  • Kif ukoll li rrenda ruħu reċediv għat-termini ta’ l-artikoli 49 u 50 tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta, wara li ġie kkundannat b’sentenza mill-Qrati ta’ Malta liema sentenza hija definittiva u ma tistax tiġi mibdula.

L-imputat ammetta l-akkużi kif dedotti kontra tiegħu, instab ħati, u ingħata multa ta' €6024.45 skond l-artikolu 4 ta’ L.S 233.07, kif ukoll il-Qorti ordnat il-konfiska ta' €8,250 u $ 8,060 a favur il-Gvern ta' Malta.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Rennie Stivala.

  Court: Economic Crimes

 

Report Date
PR
Info   Category
24 March 2012
159

Il-Pulizija ressqet b’arrest quddiem il-Magistrat Dr Giovanni Grixti LL.D, lil Carmelo Camilleri, ta’ 50 sena, residenti Siggiewi u kien akkuzat talli:

  • Nhar it-23 ta’ Marzu 2012 ghall-habta tal-10.30hrs, fil-bini tal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi, hedded u hebb ghas-segretarju tal-istess Kunsill, waqt il-qadi ta’ dmirijietu u kkagunalu griehi ta’ natura hafifa;
  • Ingurja jew hedded u ghamel offiza ta’ natura hafifa fuq il-persuna ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • Irrifjuta li jaghti lill-Pulizija l-particulars tieghu meta dan gie mitlub;
  • Kiser il-bon ordni jew il-kwiet tal-publiku b’dagha ghajjat u glied;

L-imputat wiegeb mhux hati tal-akkuzi hekk kif migjuba fil-konfront tieghu  u nghata l-liberta` provizorja taht is-solitu kundizzjonijiet.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph u Roderick Agius.

  Court: Slight Bodily Harm & Threatened Public Officer - Various

 

Report Date
PR
Info   Category
24 March 2012
158

Il-Pulizija ser tressaq xi persuni l-Qorti fis-siegha (1300hrs) quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Grixti LLD. 

  Court Notice

 

Report Date
PR
Info   Category
24 March 2012
157

Il-Pulizija qieghda zzomm taht arrest 2 persuni wara sejba ta’ droga kannabis tard ilbierah filghodu.

Is-sejba saret mill-Pulizija li kienu assistiti minn membri tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, f’hidma li saret gewwa x-Xatt tal-Marsa mal-wasla ta’ vapur bil-passiggieri u vetturi minn Pozzallo fi Sqallija.

Minn tfittxija li saret gewwa vettura tal-marka BMW b’numri ta’ registrazzjoni Bulgari nstabu mohbija gewwa l-bumper ta’ wara tal-vettura kwazi kilo tad-droga kannabis.

Fil-vettura kien hemm zewgt ahwa  ta’ nazzjonalita` Bulgara, ta’ 26 u 28 sena li f’dawn l-ahhar xhur kienu qeghdin jghixu f’Malta.
 
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Tonio Micallef Trigona LL.d. kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Iz-zewg persuni ghadhom qed jinzammu taht arrest u l-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
23 March 2012
156

Qieghda ssir referenza ghall-istqarrijiet li hargu fuq diversi mezzi tal-media rigward il-mewt tragika ta’ Nicholas Azzopardi.

Il-Pulizija tichad kategorikament l-allegazzjonijiet kollha maghmula fil-konfront taghha rigward dan il-kaz. Ta’ min wiehed ifakkar li marbuta mal-kaz kienu saru zewg inkjesti paralleli, wahda mill-Magistrat Inkwirenti u l-ohra minn Imhallef irtirat mahtur mil-Gvern sabiex jigu stabbiliti l-fatti dwar l-operat tal-Korp tal-Pulizija f’dan il-kaz partikolari.  Fiz-zewg inkjesti l-Pulizija giet skulpata minn kull allegazzjoni li kienet saret fil-konfront taghha.

Sabiex jitnehha kwalunkwe dubju li seta’ nibet permezz ta’ dawn l-istqarrijiet li saru dan l-ahhar, il-Kummissarju tal-Pulizija talab lill-Avukat Generali sabiex jigi rinvjat il-process tal-Inkjesta Magisterjali li kienet saret.  B’hekk jerga’ jinfetah l-istess process fid-dawl ta’ dawn l-allegazzjonijiet u dan kemm fl-interess pubbliku kif ukoll ghall-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja.

  Police Notice: Nicholas Azzopardi Reaction to Media

 

Report Date
PR
Info   Category
23 March 2012
155

Referenza qieghda ssir ghall-artiklu  li deher fuq il-portal tal-maltastar.com nhar it-Tlieta, 20 ta’ Marzu 2012 taht it-titlu “Double murder: careless investigations not accepted by Magistrate”. Dan l-artiklu jitratta dwar il-qtil doppju li sehh nhar l-ewwel tas-sena gewwa Tas-Sliema.

Il-Pulizija qieghda tichad b’mod kategoriku u assolut l-allegazjonijiet li l-Magistrat li qed tmexxi l-Inkjesta irrifjutat l-investigazzjonijiet tal-Pulizija. Ta’ min wiehed jghid li kien hemm zewg laqghat fejn l-Magistrat, flimkien mal-esperti tal-Qorti u l-Pulizija, iddiskutew il-progress fl-investigazzonijiet.

Ghall-kuntrarju ta’ kif gie irrapurtat, l-investigazzjoni tal-Pulizija kienet u ghadha qed timxi id f’id mal-inkjesta Magisterjali b’mod professjonali u metikoluz. Il-Pulizija fliet ix-xena tad-delitt flimkien mal-esperti mahtura mill-Qorti, filwaqt li l-evidenza kollha giet elevata u ppreservata mill-istess esperti.

Jiddispjacina nghidu li dawn l-ispekulazzjonijiet, li ma jirriflettux il-fatti, mhux biss qed ihammgu l-isem tal-Korp izda qed ikunu wkoll zlejali lejn il-qarrejja tal-istess portal.

  Police Notice: Double Murder Enquiry Reaction to Media

 

Report Date
PR
Info   Category
21 March 2012
154

Referenza qieghda ssir ghall-istqarrija (PR 140/12), li harget nhar is-16 ta’ Marzu 2012 dwar persuna feruta f’San Giljan.

Ir-ragel li ghandu 26 sena ta’ nazzjonalita` Sudaniza sfortunatament tilef hajtu matul il-lejl.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Health-Related: Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category
20 March 2012
153

Illum ghall-habta tas-saghtejn u ghoxrin (1420hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kemm sehh incident stradali fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li ghal xi raguni ragel ta’ 34 sena, residenti Rabat safa milqut minn xarabank li kienet qieghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 43 sena, residenti Pembroke.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega.

Aktar tard huwa gie ccertifikat li sofra griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

Report Date
PR
Info   Category
19 March 2012
152

Illum il-Pulizija resqet b’arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr Doreen Clarke LL.d lil Roderick Cilia ta’ 34 residenti l-Hamrun. Huwa gie akkuzat talli nhar is-17 ta’ Marzu, 2012 ghal habta tal-1115hrs gewwa Triq Villambrosa kantuniera ma’ Triq Magri, il-Hamrun u f’inhawi ohra f’dawn il-Gzejjer Maltin;

  • Ikkaguna feriti hfief fuq il-persuna ta’ ufficjal pubbliku u dan hekk kif iccertifikat mic-Centru tas-Sahha tal-Floriana;
  • Attakk jew ghamel rezistenza bi vjolenza jew b’hebb ta’ xorta li ma titqiesx vjolenza pubblika, kontra l-istess persuna liema persuna hu inkarigat skond il-ligi minn servizz pubbliku, waqt li kienu qed jagixxi ghall-esekuzzjoni tal-Ligi;
  •  Ingurja jew hedded persuna ta’ uhud inkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku, waqt li kien qed jaghmel jew minhabba li kienu qed jaghmel dan is-servizz jew bil-hsieb li jbezzghhu jew li jinfluwixxi fuqu kontra il-ligi fl-esekuzzjoni ta’ dan is-servizz;
  • Bi vjolenza jew b’theddid igieghel ufficjal pubbliku li ma jaghmilx xi haga li ghandha x’taqsam mal-kariga tieghu;
  • Naqas li jobdi l-ordnijiet legittimi moghtija lilu mill-istess ufficjal pubbliku waqt li kien qed jaqdi d-doveri tieghu jew ma halliex jew fixklu waqt il-qadi ta dmirijietu;
  • U aktar talli irrenda ruhu rececdiv b’sentenza tal-Qorti liema sentenza saret defenitiva u ma tistax tinbidel.      

      
Il-Qorti taghat il-liberta provizorja lil Roderick Cilia fuq depozitu ta' €300 u garanzija personali ta' €2.000.   

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kevin Farrugia.

  Court: Violence Against Public Officer

 

Report Date
PR
Info   Category
19 March 2012
151

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Doreen Clarke LL.D lil Carmelo Callus ta’ 52 sena, u lil Jason Callus ta’ 20 sena residenti Paola.  Huma kienu akkuzati talli:

  • Nhar is-17 ta’ Marzu, 2012 ghall-habta ta’ 16:30 hours gewwa ‘Ta’ Qali National Stadium’, H’ Attard u f’inhawi ohra f’dawn il-Gzejjer Maltin ikkagunajw feriti hfief fuq il-persuna ta’ zewg Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • Attakkaw jew ghamlu rezistentza bi vjolenza jew b’hebb ta’ xorta li ma titqisx vjolenza pubblika, kontra persuni nkarigati skond il-Ligi minn servizz pubbliku, waqt li kienu qed jagixxu ghall-esekuzzjoni tal-Ligi;
  • Ingurjaw jew heddew persuni ta’ uhud inkarigati skond il-Ligi minn servizz pubbliku, waqt li kienu qed jaghmlu jew minhabba li kienu qed jaghmlu dan is-servizz jew bil-hsieb li jbezzghahom jew li jinfluwixxi fuqhom kontra l-Ligi fl-esekuzzjoni ta’ dan is-servizz u cioe’ fuq il-persuna ta’ zewg Kuntistabbli tal-Pulizija u ufficjali ohra;
  • Bi vjolenza jew b’theddid gieghelu ufficjali pubblici u cioe’ liz-zewg Kuntistabbli tal-Pulizija li ma jaghmlux xi haga li ghandha x’taqsam mal-kariga taghhom;
  • Naqsu li jobdu l-ordnijiet legittimi moghtija lilhom mill-Pulizija;
  • Volontarjament kisru l-bon ordni jew il-paci pubblika b’ghajjat u glied;
  • Meta kienu qeghdin gewwa grawnd tal-isports gabu ruhhom abbuzivament.

Lil Carmelo Callus wahdu:

  • Bhala ufficjal jew impjegat pubbliku sar hati ta’ reat li kellu jissorvelja biex ma jsirx jew minhabba l-kariga tieghu huwa kellu id-dmir li jimpedixxi.

L-imputati wiegbu mhux hatja tal-akkuzi migjuba kontrihom.  Huma nghataw il-liberta’ provizorja bis-soltu kundizzjonijiet tal-Qorti fosthom li ma jersqux lejn grawnds tal-futbol u li jiffirmaw l-Ghassa ta’ Rahal il-Gdid taht depozitu ta’ 300 Ewro kull wiehed, u 2,000 Ewro garanzija personali.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur K. Farrugia.

  Court: Violence towards Public Officer

 

Report Date
PR
Info   Category
19 March 2012
150

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr Doreen Clarke LL.D hames persuni b’akkuzi relatati mad-droga.
     
Daniel Rusenov Rusev ta’ 26 sena, imwieled il-Bulgarija izda residenti San Pawl il-Bahar kien akkuzat talli:

  • Nhar is-17 ta’ Marzu 2012 u fl-erba’ xhur ta’ qabel din id-data f’hinijiet u f’postijiet diversi madwar Malta biegh jew xort' ohra ttraffika il-pjanta Cannabis;
  • Kellu fil-pussess tieghu l-pjanta Cannabis.

L-imputat wiegeb hati tal-akkuzi migjuba kontrih u ghaldaqstant il-Qorti  ssentenzjatu ghal multa ta' 700 Ewro.

Persuna ohra ta’ 17-il sena, imwieled il-Bulgarija izda residenti San Pawl il-Bahar kien akkuzat talli nhar is-17 ta’ Marzu 2012 u fis-sena ta’ qabel din id-data f’hinijiet u f’postijiet diversi madwar Malta,

  • Ikkoltiva l-pjanta Cannabis;
  • Biegh jew xort' ohra ttraffika l-pjanta Cannabis;
  • Kellu fil-pussess tieghu l-pjanta Cannabis, liema droga instabet f’tali cirkustanzi li juru li ma kinitx ghall-uzu esklussiv tieghu.

L-imputat wiegeb hati ghall-akkuzi migjuba kontrieh u ghaldaqstant l-Qorti ssentenzjatu ghal 18 il-xahar prigunerija effettiva u multa ta' 500 Ewro.

­­­­­­­­­­­­­
Nikolay Antonov Soserov ta’ 28 sena, imwieled il-Bulgarija izda residenti San Pawl il-Bahar kien akkuzat talli nhar is-17 ta’ Marzu 2012, kif ukoll f’dan l-ahhar xahar qabel din id-data, f’hinijiet differenti u f’diversi postijiet madwar Malta,

  • Biegh jew xort' ohra ttraffika l-pjanta Cannabis;
  • Kellu fil-pussess tieghu l-pjanta Cannabis, liema droga instabet f’tali cirkustanzi li juru li ma kinitx ghall-uzu esklussiv tieghu;
  • Kellu fil-pussess tieghu r-raza mehuda mill-pjanta Cannabis.

Matul il-prezentata, huwa ammetta L-imputat wiegeb hati ghall-akkuzi migjuba kontrieh u ghaldaqstant il-Qorti ssentenzjatu ghal 12 il-xahar prigunerija effettiva u multa ta' 500 Ewro.

 

Todor Tsankov Yordanov ta’ 25 sena, imwieled il-Bulgarija izda residenti San Pawl il-Bahar kien akkuzat talli 17 ta’ Marzu 2012 u fis-seba’ xhur ta’ qabel din id-data f’hinijiet u f’postijiet diversi madwar Malta,

  • Importa, jew gieghel li tigi importata jew ghamel xi haga sabiex tigi importata medicina perikoluza (Cannabis Seed) f'Malta;
  • Ikkoltiva l-pjanta Cannabis;
  • Kellu fil-pussess tieghu l-pjanta Cannabis.

L-imputat wiegeb hati ghall-akkuzi migjuba kontrieh u ghaldaqstant l-Qorti ssentenzjatu ghal 15 il-xahar prigunerija effettiva u multa ta' 700 Ewro.

Yuliya Georgieva Naydenova ta’ 19 -il sena, imwielda l-Bulgarija izda residenti San Pawl il-Bahar kienet akkuzata talli nhar is-17 ta’ Marzu 2012 u matul is-sena ta’ qabel din id-data, f’hinijiet differenti u fi bnadi ohra f’Malta,

  • Ikkoltivat l-pjanta Cannabis;
  • Kellha fil-pussess taghha l-pjanta Cannabis;

L-imputata wiegbet hatja ghall-akkuzi migjuba kontriha u ghaldaqstant il-Qorti ssentenzjata ghal sena prigunerija effettiva u multa ta' 500 Ewro.

Il-prosekuzzjoni fil-hames kazijiet tmexxiet mill-Ispettur Jesmond Borg.

  Court: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
19 March 2012
149

IIlum fil-hdax (1100hrs), il-Pulizija ser tressaq tlett persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL.D.

Il-kazijiet huma tnejn separati, fejn f’wiehed minnhom ser jitressqu zewg irgiel u f’kaz iehor ragel wahdu. Huma mistennija jkunu akkuzati bi vjolenza fuq ufficjal pubbliku.

Il-Prosekuzzjoni fiz-zewg kazijiet ser titmexxa mill-Ispettur Kevin Farrugia.

  Court Notice: Violence towards Public Officer
Report Date
PR
Info   Category
19 March 2012
148

Illum fl-ghaxra (1000hrs), il-Pulizija ser tressaq il-Qorti hames persuni Bulgari, 4 irgiel u mara.

Huma ser jitressqu quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL.D fejn mistennija jigu akkuzati b’akkuzi relatati ma’ traffikar ta’ droga kif ukoll kultivazzjoni.

Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispettur Jesmond Borg.

  Court Notice: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
18 March 2012
147

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 140/12 li harget nhar il-Gimgha 16 ta’ Marzu 2012, rigward il-kaz li sehh fi Triq San Gorg, San Giljan fejn ragel Sudaniz ta’ 26 sena jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija qed titlob l-ghajnuna tal-pubbliku sabiex jigu identifikati zewg persuni li jidhru fir-ritratti anessi. Kull min ghandu xi nformazzjoni huwa mitlub jaghmel kuntatt mal-Pulizija anki b’mod kunfidenzjali fuq numru 119 jew 21224001.

  Police Notice: Grevious Boldily Harm

 

Report Date
PR
Info   Category
18 March 2012
146

Il-Pulizija ser tressaq zewg persuni l-Qorti fis-saghtejn (1400hrs) quddiem il-Magistrat Dr F Depasquale LLD.  Iz-zewg persuni ser jigu akkuzati b’akkuzi relatati ma’ serq u vjolenza fuq ufficcjali pubblici.  Il-kazijiet huma separati.

  Court Notice: Theft & Violence

 

Report Date
PR
Info   Category
18 March 2012
145

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest 10 persuni wara sejbiet ta’ droga f’San Pawl il-Bahar u Ta’ Qali.

L-ewwel sejba saret ilbierah filghodu, gewwa appartament f’San Pawl il-Bahar. Minn tfitxxija li saret gewwa dan l-appartament instab ammont ta’ droga kannabis kif ukoll sustanza ohra li ghadha trid tigi analizzata. Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Marsanne Farrugia LL.d. kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Inkonessjoni ma’ din is-sejba l-Pulizija qed izzomm taht arrest 6 persuni ta’ nazzjonalita` Bulgara, 4 irgiel u 2 nisa li l-eta` taghhom tvarja bejn is-17 u 28 sena, ilkoll residenti San Pawl il-Bahar.

It-tieni sejba saret matul il-lejl li ghadda gewwa post ta’ divertiment f’Ta’Qali. Filfatt gew arrestati 4 persuni, ilkoll irgiel ta’ nazzjonalita` Maltija li l-eta` taghhom tvarja bejn 22 u 30 sena u huma residenti Hal Luqa, is-Siggiewi, il-Fgura u Birkirkara. Huma nstabu fil-pussess ta’ droga kokajina.

L-istharrig tal-Pulizija fiz-zewg kazijiet ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
18 March 2012
144

Ilbierah il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa, Dr M A Farrugia LL.D lil Jason Gatt, ta’ 33 sena, residenti SantaVenera.  Huwa kien akkuzat talli:

  • Nhar is-17ta’ Marzu 2012 ghal habta tas-sebgha u nofs ta' filghodu (07:30a.m) fi Triq Paceville Avenue, San Giljan u aktar tard fl-Ghassa ta' San Giljan u/jew fil-vicinanzi attakka jew ghamel resistenza bi vjolenza jew b'hebb kontra Surgent u Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • Ikkaguna ferita ta' natura hafifa fuq Surgent u Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • Ingurja, hedded jew ghamel offiza fuq il-persuni tal-istess Surgent u Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • Saq jew kellu l-kontroll ta' vettura bil-mutur ta' l-ghamla VW waqt li kien qieghed fi triq  jew f'post pubbliku iehor meta ma kienx f'kundizzjoni li jsuq minhabba xorb jew drogi;
  • Kien xurban, qal fil-pubbliku xi kliem oxxen jew indicenti u kiser volontarjament il-bon-ordni jew il-kwiet tal-pubbliku;
  • Ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija jew ma hallijhomx jew fixkilhom waqt li kienu qed jaghmlu dmirijiethom;
  • Kiser ordni tal-Qorti li ma jaghmilx reat iehor fi zmien tal-perjodu tal-Probation Order.

L-imputat wiegeb mhux hati tal-akkuzi migjuba kontrih.  Huwa nghata l-liberta’ provizorja bis-soltu kundizzjonijiet tal-Qorti fosthom li jiffirma l-Ghassa tal-Hamrun, jirrinkaza u depozitu ta' 2500 Euro.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur T Micallef.

  Court: Threats and Injuries on public Officers

 

Report Date
PR
Info   Category
17 March 2012
143

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa, Dr M A Farrugia LL.D lil Giuseppe Cutajar, ta’ 45 sena, residenti Marsaskala u gie akkuzat talli :

  • Nhar il-15 ta’ Marzu 2012, ghal habta tas-1900hrs, dolozament, bil-hsieb li joqtol ragel minn Hal Ghaxaq jew li jqieghed il-hajja tieghu f’perikolu car, ikkagunaghlu l-mewt;
  • Fl-istess data, lok, hin u cirkostanzi, bil-hsieb li jikkometti delitt, u cioe’ li dolozament, bil-hsieb li joqtol ragel mill-Fgura,  jew li jqieghed il-hajja tieghu f’periklu car wera dan il-hsieb b’atti esterni u ta bidu ghall-ezekuzzjoni tad-delitt, liema delitt ma giex esegwit minhabba xi haga accidentali u indipendenti mill-volonta` tieghu;
  • Ikkaguna offiza ta’ natura gravi u permanenti fuq ir-ragel mill-Fgura;
  • Filwaqt li kien qieghed jaghmel reat kontra s-sigurta` tal-Gvern jew kontra l-persuna, jew ta’ serq, jew hsara fil-propjeta`, kellu fuq il-persuna tieghu xi arma regolari jew munizjon jew imitazzjoni ta’ dawn l-oggetti;
  • Zamm f’xi fond jew kellu fil-pussess tieghu, taht il-kontroll tieghu jew garr barra minn xi fond jew fid-dintorni tiehgu xi arma tan-nar, jew munizzjon minghajr licenza tal-Kummissarju tal-Pulizija;
  • Wara li akkwista jew giet f’idejh xi arma tan-nar, jew munizzjon xort’ ohra milli ghax kellu licenzja, naqas li minnufih javvza lill-Kummissarju tal-Pulizija, li ghandu jordna jekk dik l-arma tan-nar jew munizzjon ghandhomx jinzammu fil-kustodja tal-Pulizija jew ghand min ikun qed jirraporta l-kaz;
  • Bejn l-1000hrs u id-2110hrs ikommetta serq ta’ oggetti u cioe’ armi tan-nar, munizzjon u xi oggetti ohra, liema serq li huwa ikkwalifikat bil-mezz, hin, lok, kif ukoll bil-valur;
  • Xjentement laqa’ ghandu jew xtara hwejjeg misruqa, mehuda b’qerq jew akkwistati b’reat, sew jekk dan sar f’Malta jew barra minn Malta, jew, xjentement b’kull mod li jkun, indahal sabiex ibieghhom jew imexxihom, liema oggett u cioe’ arma tan-nar gej minn serq ikkwalifikat bill-mezz, hin, lok, u bil-valur;
  • Talli fiz-Zejtun, nhar l-14 t’April, 2010, f’xi hin matul il-perjodu ta’ bejn l-1000hrs u id-2110hrs, volontarjament hassar, ghamel hsara, jew gharraq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobbli.

L-imputat wiegeb li mhux hati.  Huwa gie eskortat lejn il-Facilita` Korrettive ta’ Kordin.

  Court: Homicide & Various

 

Report Date
PR
Info   Category
17 March 2012
142

Il-Pulizija ressqet b’arrest quddiem il-Magistrat Dr Marseanne Farrugia LLD, lil Giorgio Marino ta’ 50 sena imwieled l-Italja izda residenti Haz-Zabbar u kien akkuzat talli:

  • F’ xi hin fil-lejl ta’ bejn il-5 ta’ Marzu 2012 u s-6 ta’ Marzu 2012 u nhar it-8 ta’ Marzu 2012 ghal habta tat-tmienja u nofs ta’ filghaxija gewwa Triq Sir Temi Zammit, Hal Tarxien u f’ dawn il-gzejjer, volontarjament ghamel hsara fuq vettura tal-ghamla Renault Clio;
  • Nhar it-12 ta’ Marzu 2012 ghal habta tal-hdax ta’ filghaxija u xi hin qabel, gewwa Triq Sammat, Hal Tarxien u f’ dawn il-gzejjer, volontarjament ghamel hsara fuq vettura tal-ghamla Maruti 800;
  • Nhar is-6 ta’ Marzu 2012 u granet precedenti f’ dawn il-gzejjer, bl-imgieba tieghu ikkaguna lil persuna ta’ sess femminili biza li ser tintuza vjolenza kontra taghha jew kontra l-propjeta’ taghha jew kontra l-propjeta’ ta’ xi hadd mill-axxendenti, dixxendenti ahwa subien jew bniet jew xi persuna ohra;
  • Permezz ta’ xi network jew apparat ta’komunikazzjoni elettronika ghamel uzu iehor mhux xieraq bih;
  • Fl-istess zmien u cirkostanzi, wettaq reat waqt il-perjodu operrativ ta’ sentenza sospiza kif ukoll kiser ordni ta’ protezzjoni moghtija lilu f’Lulju 2011;

L-imputat wiegeb li mhux hati tal-akkuzi migjuba kontrih. Huwa gie eskortat  gewwa l-Facilita’ Korrettiva ta' Kordin.

  Court: Damages and Threats

 

Report Date
PR
Info   Category
17 March 2012
141

Illum ghal habta tas-sitta (1800hrs) il-Pulizija ser tressaq persuna l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr M A Farrugia LLD in konnessjon mal-kaz li sehh nhar il-15 ta’ Marzu 2012.

 

Court Notice

 

Report Date
PR
Info   Category
16 March 2012
140

Illum ghal habta tas-sebgha nieqes ghaxra (06.50hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq San Gorg, San Giljan.

Ghaldaqstant il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post hawn fuq imsemmi fejn hawnhekk instab ragel li kien jidher mitluf minn sensih. Minn stharrig preliminari li sar irrizulta li r-ragel ghandu 26 sena imwieled is-Sudan izda residenti l-Gzira.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega. Aktar tard huwa gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Stafrace Zammit LL.D, fejn hatret diversi esperti sabiex jghinuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Health-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
16 March 2012
139

Illum ghal habta tas-satejn u nofs (14.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq l-Imdina, Hal Qormi peress li kien ghadu kemm sehh incident stradali.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari li sar irrizulta li ghal xi raguni kien hemm impatt bejn vettura ta’ tip Toyota Townace li kienet qeghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 27 sena residenti l-Mosta u mutur ta’ tip Hyosund li kien qieghed jigi misjuq minn guvni ta’ 21 sena residenti Haz-Zebbug.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega. Aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
16 March 2012
138

Illum ghal habta tas-sitta (0600hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi peress li kien ghadu kemm sehh incident stradali.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari li sar irrizulta li ragel ta’ 65 sena residenti Tas-Sliema ghal xi raguni safa’ milqut minn vettura ta’ tip Mercedes Benz li kienet qeghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 40 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel ta’ 65 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega. Aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
16 March 2012
137

Il-membri tal-istampa huma mistiedna ghal konferenza stampa li se ssir fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija llum fit-tlieta ta’ wara nofsinhar (15.00hrs), in konnesjoni mal-kaz li sehh ilbierah, il-Hamis 15 ta’ Marzu 2012 f’Marsaskala.

 

Press Notoce: Homicide

Ref: 135/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
15 March 2012
135

Illum ghal habta tas-sebgha nieqes kwart ta’ filghaxija, il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Guzeppi Lanzon, Marsaskala kienet sehhet sparatura.

Il-Pulizija li minnufih accedew fuq il-post, gew avvicinati minn persuna, li dehret li kienet feruta fejn infurmat lill-Pulizija li xi hadt kien spara fuqu minn go vettura. Huwa filfatt indika l-post lill Pulizija.

Jirrizulta li l-kaz kien sehh gewwa basement ta’ garaxxijiet li jinsab 3 sulari l-isfel mill-art fl-imsemmija triq.

Hekk kif il-Pulizija waslu fuq il-post indikat sabu 3 karozzi li b’xi mod jistghu jkunu nvoluti fl-incident. F’wahda mill-vetturi tal-ghamla Hyndai kien hemm zewg persuni maskili fejn wiehed deher li kien bla hajja u l-iehor ferut gravi.

Kienet issejhet ambulanza sabiex taghti l-assistenza medika. Il-persuna li deher bla hajja gie ccertifikat mejjet fuq il-post filwaqt li l-persuna feruta gravi ttiehdet minnfuh l-isptar Mater Dei ghall-kura.

Il-persuna li kien avvicina fil-bidu lill-Pulizija ukoll gie mehud ghal kura l-Isptar Mater Dei.

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Neville Camilleri LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz u aktar dettalji mistennija jinghataw aktar il-quddiem.

  Homicide & Grevious Bodily Harm

 

Report Date
PR
Info   Category
15 March 2012
135

Illum quddiem il-Magistrat tal-ghassa Dr N Camilleri LL.D, il-Pulizija ressqet b’arrest lil Adrian Lia, Surgent tal-Pulizija, ta’ 37 sena residenti San Gwann.

Huwa gie akkuzat talli fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija bejn id-29 ta’ Marzu 2006 u l-10 ta’ Marzu 2011 b’diversi  atti maghmulin, ukoll jekk fi zminijiet differenti, ikunu jiksru l-istess dispozizzjoni tal-ligi, u jkunu gew maghmula b’rizoluzzjoni wahda kkometta diversi delitti ta’ serq ta’ flus li jammontaw ghal madwar € 30,000 (tletin elf Ewro). Dawn kienu flus li gew elevati mill-Pulizija in konnesjoni ma’ loghob klandestin.

Huwa wiegeb mhux hati tal-akkuzi migjuba kontrih.  Adrian Lia inghata l-liberta’ provizorja taht is-solitu kundizzjonijiet tal-Qorti, fosthom li jghati depositu t’ €1,000 (elf Ewro) u garanzija personali ta’ €5,000 (hamest elef Ewro).

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaz tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Melvyn Camilleri.

  Court: Theft

 

Report Date
PR
Info   Category
15 March 2012
134

Illum ghall-habta tal-erbgha u ghaxra (0410hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, Bahar ic-Caghaq.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li vettura tat-tip Toyota, li kienet qieghda tigi misjuqa direzzjoni minn San Giljan lejn il-Qawra minn ragel ta’ 28 sena, residenti Fontana, Ghawdex, ghal xi raguni kellha mpatt ma’ arblu tad-dawl.  Kawza tal-impatt, il-karozza nqalbet fejn spiccat fuq il-blat.

Fuq il-post issejhet Ambulanza li hadet lir-ragel ghal kura medika fl-Isptar Mater Dei.  Aktar tard huwa gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.  Fuq il-post issejhu wkoll haddiema tal-Enemalta.

Bl-incident giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr G Vella LL.D li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghada ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
12 March 2012
133

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 132/12, rigward l-incident li sehh fi Triq Robert Mifsud Bonnici, Hal Lija.

Il-vittma l-ohra, ir-ragel ta’ 52 sena minn Naxxar sofra griehi ta’ natura hafifa.

 

Health-Related: Work

Ref: 132/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
12 March 2012
132

Illum ghal habta ta’ nofsinhar, il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Robert Mifsud Bonnici, Hal Lija kien hemm bzonn l-assistenza taghha.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li zewg irgiel kienu qed jahdmu sabiex jirrangaw hajt li jinsab fl-imsemmija triq, ghal xi raguni dan il-hajt ceda bil-konsegwenza li z-zewg irgiel indarbu.

Iz-zewg haddiema huma ragel ta’ 55 sena residenti l-Imtarfa u ragel ta’ 52 sena minn Naxxar.  Huma ittiehdu l-isptar Mater Dei bl-ambulanza li ssejhet fuq il-post.

Ir-ragel li ghandu 55 sena gie certifikat li sofra griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li l-haddiem l-iehor ghadu qed jigi ezaminat.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr A Demicoli LL.D, fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuwha fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.

  Health-Related: Work

 

Report Date
PR
Info   Category
10 March 2012
131

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 130-11.

Il-persuna involuta fl-incident li sehh gewwa l-Qawra huwa ragel ta’ 69 sena u ta’ nazzjonalita’ Ingliza.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

 

Health-Related: Leisure - Fatal

Ref: 130/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
10 March 2012
130

Ghall-habta tal-ghaxra u nofs, il-Pulizija kienet infurmata li fl-inhawi ta’ Triq il-Luzzu gewwa l-Qawra kien hemm persuna fil-bahar.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stharrig preliminari jidher li waqt li ragel kien ghaddej mill-imsemmija triq,  ghal xi raguni safa’ fil-bahar.

Ir-ragel ittela’ mill-bahar permezz ta’ helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn gie mehud l-Isptar Mater Dei. Sfortunatament huwa gie certifikat mejjet.  

Mil-ewwel indikazjonijiet jidher li r-ragel huwa anzjan, izda ghadu jrid jigi identifikat.

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Mizzi LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Health-Related: Leisure - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category
10 March 2012
129

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 94/12, li harget minn dan l-ufficju nhar il-25 ta’ Frar 2012.

Din l-isqarrija tirrigwardja l-incident li sehh nhar l-24 ta’ Frar 2012 ghal habta ta’ nofsillejl nieqes ghaxra fejn anzjan sofra griehi gravi u kien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li r-residenza tieghu nhakmet minn nirien. Dan l-incident sehh fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Bahar.

Il-Pulizija ghadha kif giet infurmata li sfortunatament l-anzjan tilef hajtu kawza tal-griehi gravi li garrab.

  Health-Related: Residential Fire: Ref - 94/2012 - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category
09 March 2012
128

Ghal habta tad-disgha tal-bierah filghaxija (2100hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm xi nirien fi Triq il-Konti Manduca, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li fl-imsemmija triq kien hemm vettura tat-tip Peugeot 406 li kienet qieghda taqbad.  Il-Pulizija ikkontrollaw in-nirien izda xorta wahda giet imsejjha l-assitenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ghal kull eventwalita`. 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Grixti LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Vehicle Fire

 

Report Date
PR
Info   Category
08 March 2012
127

Illum ghall-habta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar (1500hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha gewwa residenza fi Triq Bormla, Paola.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post indikat lilha, fejn instabet mara ta’ 89 sena bla hajja fl-indana tat-tarag.  Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li dan kien incident fejn x’aktarx il-vittma waqghet it-tarag.

Il-vittma hija mara ta’ 89 sena, residenti Paola.

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Grixti LL.D, fejn hatar diversi esperti sabiex jghinuh fl-inkjesta.

L-awtopsja fuq il-katavru mistennija ssir fil-jiem li gejjin, sabiex tigi stabbilita l-kawza tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fuq dan l-incident.

  Health-Related: Residential

 

Report Date
PR
Info   Category
07 March 2012
126

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija Stampa PR 123-12 u ghall-istqarrija stampa PR 124-12.

Il-Pulizija tikkonferma li l-gisem ta’ persuna li nstab kmieni dalghodu huwa ta’ guvni ta’ 27 sena mill-Latvja.

      Il-Pulizija ghada ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Health-Related: Work: Ref - 123/2012 - 124/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
07 March 2012
125

Illum ghal habta tal-ghaxra u nofs (10.30hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha peress li kien hemm persuna li x’aktarx kienet feruta.

Ghaldaqstant il-Pulizija marru immedjatament fi Triq l-Ghabex, San Pawl il-Bahar fejn minn stharrig preliminari illi sar irrizulta li ghal xi raguni ragel ta’ 35 sena residenti Hal Qormi waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qieghed jaghmel xi xogholijiet go blokka t’ appartamenti li tinsab fl-imsemmija triq.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega. Aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura garvi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghada ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Health-Related: Work: Ref - 123/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
07 March 2012
124

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR123-12, li harget ilbierah rigward l-incident li sehh f’bini taht kostruzzjoni gewwa Triq il-Marfa, il-Mellieha.

Wara li t-tfittxijiet baqghu ghaddejjien anke matul il-lejl, kmieni dalghodu ghal habta tal-hamsa u nofs (0530hrs) instab gisem ta’ persuna li kien bla hajja.

Kollox jindika li din il-persuna hija l-guvni li lbierah gie rrapurtat nieqes wara li sehh l-incident.  Huwa ttiehed il-kamra mortwarja gewwa l-Isptar Mater Dei fejn mistennija jsiru l-accertamenti kollha sabiex tkun konfermata l-identita’ tieghu.

 

Health-Related: Work - Fatal

Ref - 123/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
06 March 2012
123

Dalghodu ghal habta tal-hdax nieqsin kwart (1040hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza fi Triq il-Marfa, il-Mellieha.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li bini li jinsab taht kostruzzjoni ghal xi raguni ceda.  Fuq il-post kien hemm xi persuni li kienu qed jaghmlu xi xoghlijiet.  Wara li sehh dan il-kaz deher li guvni ta’ 27 sena mill-Latvja residenti San Pawl il-Bahar kien nieqes.

Tfittxija ghadha qieghda ssir ghal guvni kemm mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll minn persuni ohra.

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Investigazzjonijiet kif ukoll tfittxijiet ghadhom ghaddejjien.

  Health-Related: Work - Fatal

 

Report Date
PR
Info   Category
06 March 2012
122

Illum quddiem il-Magistrat Dr P Coppini LL.D, il-Pulizija ressqet taht arrest lill Anthony Nicholas Attard ta’ 19-il sena, residenti r-Rabat, Ghawdex .

Huwa gie akkuzat talli nhar l-4 ta’ Marzu 2012 u fil-granet ta’ qabel, gewwa r-Rabat, Ghawdex u f’postijiet ohra gewwa l-gzira ta’ Ghawdex, f’hinjiet differenti:  

1. Kellu fil-pussess tieghu r-raza mehuda mill-pjanta cannabis;

2. Kellu fil-pussess tieghu id-droga kokajina;

3. Kellu fil-pussess tieghu medicina psikotropika u ristretta (Mephedrone);

4. Kellu fil-pussess tieghu droga ristretta u psikotropika (ecstasy), kontenenti, s-sustanza (methlenedioxyamphetamine).

L-imputat wiegeb hati tal-akkuzi hekk kif migjuba fil-konfront tieghu u gie illiberat bil-kundizzjoni li ma jaghmilx reat iehor fi zmien sentejn (Artiklu 22 tal-Kap 446), kif ukol li l-imputat isegwi programm biex johrog mill-vizzju tad-droga.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur F Tabone.

  Court: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
06 March 2012
121

Illum quddiem il-Magistrat Dr P Coppini LL.D, il-Pulizija ressqet taht arrest guvni ta’ 17-il sena residenti r-Rabat, Ghawdex.

Huwa gie akkuzat talli nhar l-4 ta’ Marzu 2012 u fil-granet ta’ qabel, gewwa ir-Rabat, Ghawdex u f’postijiet ohra gewwa l-gzira ta’ Ghawdex, f’hinjiet differenti;  

  1. Forna jew ipprokura jew offra li jforni jew li jipprokura id-droga kokajina;
  1. Kellu fil-pussess tieghu id-droga kokajina, liema droga ma kintix ghal uzu esklussiv tieghu;
  1. Kellu fil-pussess tieghu id-droga kokajina;
  1. Biegh jew offra li jbiegh droga psikotropika u ristretta (Mephedrone);
  1. Kellu fil-pussess tieghu medicina psikotropika u ristretta (Mephedrone), liema droga instaghbet f’tali cirkustanzi li juru li ma kienetx ghal uzu esklussiv tieghu;
  1. Kellu fil-pussess tieghu medicina psikotropika u ristretta (Mephedrone);
  1. Biegh jew offra li jbiegh droga ristretta u psikotropika (ecstasy), kontenenti, s-sustanza (methlenedioxyamphetamine);
  1. Kellu fil-pussess tieghu droga ristretta u psikotropika (ecstasy), kontenenti, s-sustanza (methlenedioxyamphetamine) liema droga instaghbet f’tali cirkustanzi li juru li ma kienetx ghal uzu esklussiv tieghu;
  1. Kellu fil-pussess tieghu droga ristretta u psikotropika (ecstasy), kontenenti, s-sustanza (methlenedioxyamphetamine).

L-imputat wiegeb hati tal-akkuzi migjuba fil-konfront tieghu.  Il-Qorti laqghet it-talba ghall-helsien mill-arrest tal-imputat u dan taht diversi kundizzjonijiet sakemm tinghata s-sentenza.

  Court: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
06 March 2012
120

Illum quddiem il-Magistrat Dr P Coppini LL.D, il-Pulizija ressqet taht arrest lil Jason Paul John Scerri ta’ 30 sena residenti l-Qala, Ghawdex.

Huwa akkuzat talli nhar is-27 ta’ Frar 2012 u fil-granet ta’ qabel, gewwa ir-Rabat Ghawdex u f’postijiet ohra gewwa l-gzira ta’ Ghawdex, f’hinjiet differenti kellu fil-pussess tieghu r-raza mehuda mill-pjanta cannabis.

L-imputat wiegeb hati tal-akkuza hekk kif giet migjuba fil-konfront tieghu u gie kkundannat Artiklu 22 tal-Kapitlu 446 tal-Ligijiet ta’ Malta ghall-perjodu ta’ sena.

L-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur F Tabone.

  Court: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
05 March 2012
119

Referenza qeghda ssir ghall-istqarrija stampa PR 117/12, rigward kaz li sehh fi Triq l-Iskola, Marsa.

Il-mara giet iccertifikata li qed issofri minn griehi ta’ natura hafifa.

Investigazzjonijiet fuq il-kaz ghadhom ghaddejin.

  Grevious Bodily harm: Ref - 117/2012

 

Report Date
PR
Info   Category
05 March 2012
118

Illum quddiem il-Magistrat Dr P Coppini LL.D, il-Pulizija ressqet b’arrest lil Julian Calleja ta’ 28 sena residenti il-Munxar, Ghawdex.

Huwa gie akkuzat talli nhar l-4 ta’ Marzu 2012, fix-xhur, kif ukoll fis-snin ta’ qabel gewwa l-gzira ta’ Ghawdex, b’diversi atti maghmulin minnu stess, ukoll jekk fi zminijiet differenti, u li jiksru l-istess dispozizzjoni tal-Ligi, u liema atti gew maghmula b’rizoluzzjoni wahda;

  1. Forna jew ipprokura jew offra li jforni jew li jipprokura d-droga kokajina ;
  1. Kellu fil-pussess tieghu id-droga kokajina, liema droga ma kintix ghal uzu esklussiv tieghu;
  1. Kellu fil-pussess tieghu id-droga kokajina;
  1. Biegh jew offra li jbiegh droga psikotropika u ristretta (Mephedrone;
  1. Kellu fil-pussess tieghu medicina psikotropika u ristretta (Mephedrone) liema droga instaghbet f’tali cirkustanzi li juru li ma kienetx ghal uzu esklussiv tieghu.
  1. Kellu fil-pussess tieghu medicina psikotropika u ristretta (Mephedrone);
  1. Biegh jew offra li jbiegh droga ristretta u psikotropika (ecstasy), kontenenti, s-sustanza (methlenedioxyamphetamine);
  1. Kellu fil-pussess tieghu droga ristretta u psikotropika (ecstasy), kontenenti, s-sustanza (methlenedioxyamphetamine)liema droga instaghbet f’tali cirkustanzi li juru li ma kienetx ghal uzu esklussiv tieghu;
  1. Kellu fil-pussess tieghu droga ristretta u psikotropika (ecstasy), kontenenti, s-sustanza (methlenedioxyamphetamine);
  1. Kellu fil-pussess tieghu ir-raza mehuda mill-pjanta cannabis;
  1. U aktar talli sar recediv b’diversi sentenzi mil-Qorti tal-Magistrati (Malta) u mil-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) liema sentenzi saru definittivi u ma jistghux jigu mhassra.

L-imputat wiegeb mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih, it-talba ghal-liberta’ provizorja giet michuda u qieghed jinzamm taht arrest preventiv fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Tabone.

  Court: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
05 March 2012
117

Illum ghal-habta tan-nofsiegha (1230hrs), il-Pulizija giet infurmata permezz ta’ rapport formali li kien ghadu kemm sehh argument fi Triq l-Iskola, Marsa.   

Mill-ewwel stharrig preliminari rrizulta li zewg nisa kellhom argument gewwa r-residenza taghhom, fejn allegatament wahda minnhom, mara ta’ 54 sena ghal xi raguni sofriet xi griehi kkawzati minn arma li taqta’ u bil-ponta.

Peress li l-mara kellha xi griehi ssejjah tim mediku li ha lill-mara l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika fejn bhalissa ghadha qieghda tigi kkurata.

Mara ta’ 49 sena qieghda tassisti l-Pulizija fl-investigazzjonijiet taghha.

Bil-kaz gie nfurmat l-Magistrat tal-Ghassa Dr J Apap Bologna LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date
PR
Info   Category
05 March 2012
116

Illum ghal habta tas-sebgha (0700hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Vjal il-Wiehed u Ghoxrin ta’ Settembru, in-Naxxar peress li kien ghadu kemm sehh incident.

Ghaldaqstant il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post hawn fuq imsemmi fejn minn stharrig preliminari illi sar irrizulta li ghal xi raguni mara ta’ 81 sena residenti n-Naxxar stess sfat milquta minn vettura ta’ Tip Ford Fiesta li kienet qeghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 49 sena residenti Birzebbugia.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tinghata l-kura mehtiega. Aktar tard hija giet iccertifikata li qieghda ssofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
05 March 2012
115

Nixtiequ ninfurmaw lill-pubbliku ingenerali sabiex jigu evitati t-toroq tal-Imsida, ta’ Birkirkara, tal-Marsa u tal-Barrani minhabba ammont kbir ta’ ilma. Ghaldaqstant il-pubbliku huwa mheggeg li juza toroq alternattivi.

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
04 March 2012
114

Il-Pulizija qed izzom tliett persuni taht arrest wara sejba ta` droga.

Matul il-lejl li ghadda wara hidma mill-Pulizija gewwa Ta’ Qali gew arrestati zewg irgiel, li l-eta` taghhom hija 37 u 49 sena.  L-irgiel huma Maltin u residenti il Belt Valletta u z-Zejtun.  Huma nstabu fil-pussess ta’ droga kokaina u raza tal-kannabis.

Zewg persuni ohra, guvni ta` 17 u iehor ta’ 23 sena mil Fgura qed jinzammu wara li agredew lill-Pulizija.

Ragel iehor ta` 26 sena minn Bormla gie arrestat kmieni dalghodu gewwa ir-Rinella wara li instab li kien fil pussess ta` raza tal-cannabis.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

Report Date
PR
Info   Category
03 March 2012
113

Illum quddiem il-Magistrat tal-ghassa Dr N Camilleri LL.D il-Pulizija resqet b’arrest lil Geoffrey Turner, ta’ 35 sena residenti l-Imsida.

Huwa gie akkuzat talli f’dawn il-gzejjer fit-2 ta’ Marzu 2012 u matul l-ahhar xhur qabel din id-data :

a) Kellu fil-pussess tieghu medicina psikotropika u ristretta (ecstasy) minghajr awtorizzazzjoni specjali bil-miktub mis-Supritendent tas-Sahha Pubblika, bi ksur tad-dispozizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li ghandhom x’jaqsmu maghha, Kap 31 tal-Ligijiet ta’ Malta u r-Regolamenti dwar il-kontroll tal-Medicini, Avviz Legali 22 tal-1985 kif emendati, liema medicina nstabet f’tali cirkostanzi li juru li ma kinitx ghall-uzu esklussiv tieghu.

b) Kellu fil-pussess tieghu id-droga kokajina specifikata fl-ewwel skeda ta' l-Ordinanza dwar il-medicini perikoluzi Kap 101 tal-Ligijiet ta' Malta, meta ma kienx fil-pussess ta' awtorizzazjoni ghall-importazzjoni jew ghall-esportazzjoni mahrug mit-Tabib Principali tal-Gvern skond id-dispozizzjonijiet tar-4 u s-6 Taqsima ta’ l-Ordinanza u meta ma kienx bil-licenzja jew xort' ohra awtorizzat li jimmanifattura, jew li jforni d-droga msemmija u meta ma kienx b'xi mod iehor bil-licenzja mill-President ta' Malta li jkollu d-droga msemmija fil-pussess tieghu u naqas li jipprova li d-droga msemmija giet fornuta lilu ghall-uzu tieghu skond ir-ricetta kif provdut fir-regolamenti msemmija u dan bi ksur tar-regoli ta' l-1939 dwar il-kontroll intern tad-drogi perikoluzi (G.N. 292/1939) kif sussegwentament emendati u bi ksur ta' l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi Kap 101 tal-Ligijiet ta' Malta, liema droga instabet f’tali cirkustanzi li juru li ma kinitx ghall-uzu esklussiv tieghu.

c) Kellu fil-pussess tieghu il-pjanta Cannabis kollha jew bicca minnha bi ksur ta’ l-Art 8 (d) tal-Kap. 101 tal-Ligijiet ta’ Malta.

d) Kellu fil-pussess tieghu ir-raza mehuda mill-pjanta Cannabis jew xi preparazzjonijiet li jkollhom bhala bazi din ir-raza bi ksur ta’ l-Art 8 (a) tal-Kap 101 tal-Ligijiet ta’ Malta.

e) talli sar recidiv b’sentenza moghtija mill-Qorti tal- Appell ta’ nhar id-9 t’Awwissu 2012, liema decizjoni saret definittiva u ma tistax tinbidel.

Huwa wiegeb mhux hati tal-akkuzi migjuba kontrih.  Geoffrey Turner ma nghatax il-liberta’ provizorja u qieghed jinzamm gewwa l-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaz tmexxiet mill-Ispettur Pierre Grech.

  Court: Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
03 March 2012
112

Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra u hamsa (1005hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Kampanella, Fgura kien hemm bzonn l-assistenza taghha minhabba li kien hemm persuna feruta.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post indikat lilhom fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 31 sena residenti Haz-Zabbar li dak il-hin kien qieghed jaghmel xi xoghol, kien fil-fatt sofra xi griehi wara li ntrass bejn hajt u vann tal-ghamla Mudan.

Minn investigazzjonijiet ulterjuri jidher li l-vann imsemmi kien qieghed jigi ssapportjat minn saqajn li kienu qeghdin jigu operati permezz tal-hydraulic

Ir-ragel ittiehed ghall-kura l-Isptar Mater Dei fejn sfortunatament gie ccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi.  Fl-ebda hin il-vittma ma kienet tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-incident.

  Health-Related: Work

 

Report Date
PR
Info   Category
03 March 2012
111

Illum ghall-habta tas-siegha nieqes kwart ta’ wara nofsinhar (1245hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm bzonn l-assistenza taghha f’residenza li tinsab fi Triq Santu Rokku, Bormla, peress li x’aktarx kien hemm persuna mejta.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat lilha, fejn kif dahlet gewwa r-residenza gie nnutat gisem ta’ ragel, li x’aktarx  kien mejjet.

Minn iktar investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija rrizulta li l-gisem kien ta’ ragel ta’ 52 sena residenti fl-istess residenza.  Fuq il-post issejjah tabib fejn iccertifika lil din il-persuna mejta.   Mistennija ssir awtopsja sabiex tkun identifikata l-kawza tal-mewt tar-ragel.

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr N Camilleri LL.D li hatar diversi eseperti sabiex jghinuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Health-Related: Body found in Residence

 

Report Date
PR
Info   Category
03 March 2012
110

F’dawn l-ahhar gimghat, il-Pulizija rnexxielha tkisser cirku ta’ serq li fih kienu nvoluti diversi persuni ta’ nazzjonalita’ barranija.

Infatti l-Pulizija solviet b’success serqiet minn diversi hwienet kif jidher hawn taht:

  • serq ta’ hwejjeg minn diversi hwienet, fejn f’dan il-kaz il-Pulizija ressqet il-Qorti sitt persuni ta’ nazzjonalita’ Rumena.  Referenza ghal dan il-kaz PR 103-12
  • Fit-28 ta’ Frar 2012, zewg persuni ta’ nazzjonalita’ Bosinjaci tressqu l-Qorti fejn gew akkuzati b’ricetazzjoni u cioe’ li kellhom fil-pussess taghhom hwejjeg misruqa. Dawn iz-zewg persuni wiegbu mhux hatja u jinsabu fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.  L-Ispettur Saviour Baldacchino mexxa l-Prosekuzzjoni.
  • persuna ohra ta’ nazzjonalita’ Rumena tressqet nhar id-29 ta’ Frar 2012, fejn gie akkuzat b’serq minn Lukanda kif ukoll danni volontarji.  Huwa gie kkundannat 18-il xahar habs.  Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jason Sultana
  • erba’ persuni Rumeni tressqu l-Qorti nhar it-2 ta’ Marzu 2012 fejn dawn gew akkuzati b’diversi serqiet minn Tas-Sliema u Swieqi.  Fost l-akkuzi ta’ serq ta’ hwejjeg dawn gew ukoll akkuzati b’danni volontarji.  Tnejn minn dawn il-persuni wehlu sentenza ta’ sentejn habs sospizi ghal erba’ snin, filwaqt li t-tnejn l-ohra ma ammettewx l-akkuzi u qed jinzammu gewwa l-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Dan il-kaz tmexxa mill-Ispettur Jason Sultana
  • Fit-2 ta’ Marzu 2012 ukoll, tressaq persuna ta’ nazzjonalita’ Gorgjana, fejn dan gie akkuzat b’serq minn hanut gewwa Birkirkara.  Din id-darba l-ogett/i misruqa huma ta’ materjal elettroniku.  Ir-ragel ammetta l-akkuzi migjuba kontrih fejn inghata sentenza ta’ sena habs effettivi.  Dan il-kaz tmexxa mill-Ispettur Carol Fabri

Ghalkemm il-Pulizija qed taghmel hilitha kollha sabiex tkompli ssolvi aktar kazijiet, tapprezza hafna l-ghajnuna tal-pubbliku sabiex jekk jiltaqa’ ma’ kazijiet ta’ din ix-xorta jinfurmaw minnufih, anki b’mod kunfidenzjali lill-Pulizija fuq in-numru 119.  

  Court: Theft & Various

 

Report Date
PR
Info   Category
03 March 2012
109

IIlum ghal habta tas-sitta (1800hrs), quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr N. Camilleri LL.D, il-Pulizija ser tressaq persuna ta’ sess maskili, b’akkuzi relatati ma’ pussess ta’ droga.

  Court Notice - Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
03 March 2012
108

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni wara sejbiet ta’ droga u oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga fil-Mosta u l-Gzira.

L-ewwel sejba saret fil-Mosta tard il-bierah filghaxija meta twaqqfet vettura wara li s-sewwieq kien gie nnutat jagixxi b’mod suspettuz.  Filfatt wara tfittxija li saret fil-vettura tieghu nstabu kwazi 400 pillolla suspettati ecstasy, kif ukoll ammont ta’ kokajina.  Aktar tard saret ukoll tfittxija fir-residenza ta’ dan ir-ragel li ghandu 35 sena, fejn instab ammont zghir ta’ kannabis kif ukoll instabu xi oggetti ohra relatati mat-traffikar u abbuz ta’ droga.

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr F Depasquale LLD gie infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

It-tieni sejba saret gewwa appartament fil-Gzira fejn gie arrestat ragel ta’ 64 sena residenti fl-istess residenza.  Minn tfittxija li saret tard ilbierah filghaxija nstabu mizien u xi oggetti ohra relatati mal-traffikar u l-abbuz ta’ droga

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

  Drugs

 

Report Date
PR
Info   Category
02 March 2012
107

Ilbierah ghal habta tat-tmienja u kwart (20.15hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta, kien ghadu kemm sehh incident stradali.

Ghaldaqstant il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post hawn fuq imsemmi fejn minn stharrig preliminari illi sar irrizulta li ghal xi raguni ragel ta’ 53 sena residenti l-Mosta stess safa’ milqut minn vettura ta’ tip Honda Civic li kienet qeghda tigi misjuqa minn ragel ta’ 45 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel ta’ 53 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-kura mehtiega. Aktar tard huwa gie ccertifikat li qieghed issofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghada ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz. 

  Traffic-Related

 

Report Date
PR
Info   Category
01 March 2012
106

Illum quddiem il-Magistrat Dr M. Farrugia LL.D, il-Pulizija ressqet b’arrest lil Giorgi Odishelidze ta’ 24 sena u imwieled il-Giorgia. Huwa gie akkuzat talli:

  1. Nhar is-27 ta’ Frar, 2012 ghal habta tas-sitta u kwart (1815hrs) u s-sitta u nofs (1830hrs), flimkien ma’ persuni ohra gewwa hanut li jinsab li Triq Dun Karm, Birkirkara, ikkometta serq ikkwalifikat bil-valur u l-vjolenza, ta’ materjal elettroniku liema valur globali jeccedi l-mitejn u tnejn u tletin euro u erbgha u disghin centezmu (€232.94), imma ma jaqbisx l-elfejn, tlett mija u disgha u ghoxrin euro u sebgha u tletin centezmu (€2,329.37) ghad-detriment ta’ perusna ta’ sess maskili.
  1. Talli f’Malta fis-27 ta’ Frar, 2012 u fil-granet ta’ wara xjentement ilqajt għandek jew xtrajt ħwejjeġ misruqa, meħuda b’qerq, jew akkwistajt b’reat, sew jekk dan sar f’Malta jew barra minn Malta, jew, xjentement, b’kull mod li jkun, indħalt biex ibiegħhom jew imexxihom.

Huwa wiegeb hati tal-akkuzi hekk kif migjuba fil-konfront tieghu u nghata sena habs.

F’dan il-kaz, il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carol Fabri.

  Court: Theft

 

 
     

 

 



 

COPYRIGHT (C) 2012, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US