 |
| |
Information published by the CMRU Press Releases:
Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt |
|
| |
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
30 April 2009 |
|
Ghal-loghba tal-futbol BOV Premier League
Hamrun u Qormi
Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghba tal-futbol tal-BOV Premier League bejn Hamrun u Qormi li ser tintlghab fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar it-3 ta’Mejju, 2009, ser isiru dawn l-arrangamenti:
- Is-supporters ta’ Qormi ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Millenium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office ta’ hdejn il-main parking area u cioe minn fuq il-bridge West Stand Side A. Il-hrug ghal wara l-loghba ghas-supporters ta’ Qormi ser jkun mill-Millenium Stand Entrance ‘A’.
- Is-supporters tal-Hamrun ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office ta’ hdejn l-istess parking area u cioe minn fuq il-bridge West Stand Side ‘A’. Il-hrug ghal wara l-loghba ghas-supporters tal-Hamrun ser jkun normali min-naha ta’ l-istess Enclosure.
- Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
- Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
- Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
- Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
- Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u it-transizzjoni minn dawn l-inhawi ser ikun ikkontrollat mill-Pulizija.
|
|
Police Notice - Sports |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
30 April 2009 |
|
Intant, dalghodu ukoll ghal habta tad-disgha (0900hrs) il-Pulizija kienet infurmata illi kien sehh incident gewwa Triq Durumblat, Mosta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjoni preliminari rrizulta illi ragel ta’ 59 sena mill-Mosta ghal xi raguni saf’ mtajjar minn vettura ta’ l-ghamla Nissan misjuqa minn ragel ta’ 64 sena mill-Marsa.
Ir-ragel gie mehud l-isptar Mater Dei immedjatament, fejn gie ccertifikat illi qieghed fil-periklu li jitlef hajtu.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L Quintano LL.D fejn hatar l-esperti sabiex jghinuh fl-inkjesta.
Stqarrija mahruga aktar tard intqal li l-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei illi r-ragel miet.
Il-Pulizija ghada ghaddeja bl-investigazzjoni. |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
30 April 2009 |
|
Dalghodu ghal habta tas-sebgha u hamsa (0705) il-Pulizija kienet infurmata li kienet ghada kif sehhet serqa gewwa residenza fi Triq il-Papa Urbanu VIII, Birkirkara.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn irrizulta li zewg persuni mghammda kienu habtu bieb ta’ resideza gewwa l-imsemmija triq u malli mara ta’ 61 sena fetheh il-bieb, dawn imbuttawha b’konsegwenza illi sofriet griehi hfief.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. M Hayman LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet. |
|
Burglary |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 April 2009 |
|
Raġel ta’ 32 sena mir-Rabat, waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari wara li ħa xokk meta kien qiegħed jagħmel xi xogħol fis-sit indikat.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi (minħabba ksur) pero’ mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investagazzjonijiet tal-Pulizija fiż-żewġ każijiet ghadhom ghaddejin. |
|
Health-Related: Work |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 April 2009 |
|
Il-Pulizija kienet infurmata li kienu seħħew żewġ inċidenti, wieħed fi Triq Ħal Far, B’Buġia (ġewwa l-Freeport) u l-ieħor f’fabbrika fiz-Zona Industrijali tal-Imrieħel.
Fl-ewwel inċident, għal ħabta tas-sebgħa u għaxra l-Pulizija kienet infurmata li aktar kmieni kien seħħ inċident bejn Mini Van u vettura li ġġorr it-trailers (magħruf bħala żiemel).
Mill-ewwel investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li għal xi raġuni ż-żewġ vetturi ħabtu bil-konsegwenza li kellhom jissejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu l-persuni li kienu fil-Mini Van.
Mal-wasla tal-Pulizija fuq il-post, ħames persuni kienu diġa ttieħdu l-Isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li sofrew. Wara li ngħatat il-kura meħtieġa, żewġ persuni ntbagħtu d-dar, waqt li t-tlieta l-oħra, tnejn kienu ċċertifikati li qed isofru ġrieħi ta’ natura ħafifa u ieħor sofra ksur, ser jinżammu għal aktar osservazzjonijiet. Ħadt mill-persuni ma huwa jew kien fil-periklu li jitlef ħajtu. |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 April 2009 |
|
Tard matul il-lejl ghal habta tas-saghtejn u ghoxrin (0220hrs), il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Dun Nerik Cordina Perez, Hamrun kien hemm persuna li kienet qed tiprova tidhol gewwa hanut.
Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn l-ewwel stharrig irrizulta li persuna kien sgassa bieb ta’ residenza go l-imsemmija triq, liema dar ma joqoghdux persuni fiha, sabiex ikun jista’ jkollu acess ghal hanut li hemm biswit din ir-residenza.
Il-persuna li huwa ragel ta’ 26 sena minn Santa Venera nqabad mill-Pulizija fuq il-post stess u qed jinzamm arrestat.
L-investagazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin. |
|
Attempted Theft: Red-Handed |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 April 2009 |
|
Ilbierah filghaxija ghal habta tal-hdax (2300hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kienet instabet persuna mejta f’residenza fi Triq Santa Monika, Pieta’.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn irrizulta li f’residenza privata kien hemm ragel mejjet. Ir-ragel li ghandu 55 sena u li kien fi stat ta’ dekompozizzjoni nstab minn familjari tieghu stess.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Audrey Demicoli LL. D. fejn hatret diversi esperti sabiex jghinuha fl-inkjesta. Awtopsja fuq il-katavru mistennija ssir illum sabiex tigi stabbilita` l-kawza tal-mewt.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga flimkien ma’ dawk mid-Distrett tal-Hamrun.
Qed isir referenza għall-istqarrija li ħarget iktar kmieni llum rigward raġel li nstab mejjet f’residenza fi Triq Santa Monika, Pieta’.
Dalghodu saret l-awtopsja fuq il-kadavru u r-rizultat kien dak ta’ cardiac respiratory failure.
|
|
Body Found in Residence |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
26 April 2009 |
|
Matul il-lejl ghal habta ta’ siegha (0100hrs) waqt li l-Pulizija ta’ l-Ghassa Bormla kienu qed jaghmlu r-ronda nnutaw li fl-inhawi ta’ hdejn it-Toqba tal-Birgu limiti tal-Kalkara, kien hemm ammont ta’ boroz suwed kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-bahar.
Il-Pulizija gabret borza minnhom u sabet li kien fiha ammont ta’ trab iswed. Fuq il-post gew imsejha membri tal- “Bomb Disposal Unit” tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn elevaw il-boroz kollha sabiex issir l-analizi tal-kontenut.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. J Apap Bologna LL.D fejn hatar l-esperti sabiex jghinuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghada ghaddeja bl-investigazzjoni. |
|
Explosives Find |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
25 April 2009 |
|
Referenza qed issir ghall-Istqarrija mahruga nhar it-8 ta’ April 2009 rigward ragel li waqa’ minn gholi fl-inhawi ta’ Ghar Lapsi.
Illum wara nofsinhar l-Pulizija giet nfurmata mill-Isptar Mater Dei li r-ragel tilef hajtu. |
|
Health-Related: Fatal |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
24 April 2009 |
|
Public Transport Diversion – Floriana
The Malta Police notifies that due to the feast of St Publius being celebrated over the weekend in Floriana, public transport exiting the Valletta Terminus destined for the Southern parts of the island will be diverted to Triq il-Kurċifiss, Triq Pinto (Waterfront), Triq il-Vittmi Furjanizi, Xatt L-Għassara ta’ L-Għeneb, Moll iċ-Ċangaturi, Triq il-Moll tal-Ħatab and onto Triq Dicembru 13 in the direction towards Marsa.
Public Transport exiting the Valletta Terminus destined for the Northern parts of Malta will be diverted through Triq il-Mall, Triq V Dimech, San Kalcindoniju (past the Police Head Quarters) Triq Sa Maison, Triq Xatt it-Tiben, Triq W. Bonnici and onto Triq il-Marina in the direction towards Msida.
Any inconvenience is regretted. |
|
Traffic Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
24 April 2009 |
|
Il-Pulizija tixtieq tavza li persuna maghrufa bhala Ali Abelfetah Missawi, li r-ritratti tieghu qieghed hawn jigi riprodott, huwa mfittex mill-Pulizija in segwitu ta’ digriet tal-Qorti Kriminali.
Kull min ghandu xi informazzjoni dwar din il-persuna huwa mitlub li jikkuntattja lill-Pulizija fuq il-linja 21 221 111 jew l-eqreb Ghassa tal-Pulizija.

|
|
Fugitive |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 April 2009 |
|
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga qed izzomm taht arrest zewgt irgiel wara sejba ta’ droga eroina fil-Fgura.
Is-sejba saret wara li l-Pulizija kienet irceviet informazzjoni illi minn residenza fil-Fgura kien qed isir traffikar ta’ droga. Filfatt minn tfittxija li saret il-bierah wara nofsinhar gewwa din ir-residenza, instabu pakketti bl-eroina lesti sabiex jinbieghu.
In konnessjoni ma’ din is-sejba gew mizmuma zewg persuni, ragel ta’ 30 sena li jghix f’din l-istess residenza u zaghzugh iehor ta’ 22 sena li huwa mill-Fgura wkoll.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin, u persuna minnhom mistennija li titressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga eroina fil-granet li gejjin. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
| 23 April 2009 |
|
Nixtiequ navzaw lill-pubbliku in-ġenerali li minħaba l-maltemp li laqat il-Gżejjer Maltin u sabiex jiġu evitati inċidenti bla bżonn, jiġu evitati dawk it-toroq li s-soltu jżommu l-ilma, bħal f'B'Kara, Imsida u Ħal Qormi.
Triq oħra li l-pubbliku jekk jista' jkun għandu jevita' hija t-triq li mix-Xemxija tagħti għal Għajn Tuffieħa, magħrufa aħjar bħala tal-Ballut, li hija magħluqa minħabba l-kwantita' ta ilma li għaddej minnha.
Nirringrazzaw lil kulħadd għal kooperazzjoni.
|
|
Traffic Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
| 22
April 2009 |
|
Mosta Police Station can only be reached through telephone numbers 2141 4106 or 2294 2427 until further notice.
|
|
Police Notice: Mosta |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
22 April 2009 |
|
Tard il-bierah filghaxija ghal habta tal-ghaxra u nofs (22.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet ghada kemm sehhet serqa fi Pjazza Antoine de Paule, f’Rahal il-Gdid.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li persuni mghammda u wiehed minnhom armat b’arma tan-nar dahlu fil-hanut fl-imsemmija triq u talbu xi flus lil haddiem li kien hemm. L-ammont misruq waqt din is-serqa huwa ta’mhux aktar minn €8000 fi flus kontanti. Il-hallelin serqu ukoll xi apparat li l-valur taghom m’huwiex ta’ aktar minn € 200.
Hadd ma ndarab waqt is-serqa. Klijenta, mara ta’ 48 sena, ittiehdet fic-Centru tas-Sahha. Aktar tard hi giet iccertifikata li kienet qed issofri minn ansjeta`.
Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr D Clarke LLD giet infurmata b’dan il-kaz u ghalhekk gew mahtura numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta magisterjali.
Il-Pulizija ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar dan il-kaz. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
21 April 2009 |
|
B’referenza ghas-serqa li sehhet nhar it-Tnejn 13 ta’ April 2009 fi Triq Psaila, Birkirkara fejn kien ferut ukoll sid ta’ hanut b’tir/i ta’ arma tan-nar, illum ghal habta ta’ nofsinhar il-Pulizija ser tressaq individwu iehor il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D. Clarke LL. D. in konnessjoni ma’ dan il-kaz. L-individwu ghandu 22 sena u huwa minn Bormla. Dan huwa t-tieni persuna li ser jitressaq il-Qorti in konnessjoni ma’ dan il-kaz.
|
|
Court Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
20 April 2009 |
|
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest ragel ta’ 33 sena ta’ nazzjonalita` Nigerjana wara sejba ta’ droga kokajina gewwa appartament fil-Qawra.
Is-sejba saret wara li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kompliet bl-istharrig taghha inkonessjoni ma’ sejba ta’ tlett kapsoli bid-droga kokajina fil-Qawra stess nhar is-Sibt li ghadda li kienu fil-pussess ta’ ragel iehor ta’ nazzjonalita` Nigerjana.
Il-bierah wara nofsinhar il-Pulizija ghamlet tfittxija gewwa appartament li jinsab fi Triq San Timotju, il-Qawra u hemmhekk sabet 94 kapsola ohra kontenenti d-droga, li jammontaw ghall-kwazi kilo droga kokajina. Il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Vella LLD gie infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Inkonessjoni mas-sejba tas-Sibt li ghadda u tal-bierah, dalghodu quddiem il-Magistrat tal-ghassa Dr A Micallef Trigona LLD, tressaq ragel ta’ 26 sena ta’ nazzjonalita` Nigerjana akkuzat b’assocjazzjoni, traffikar u pussess aggravat ta’ droga kokajina. Huwa ma’ ngahtax il-liberta` provizorja u gie eskortat lejn il-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.
Aktar indagini ghadhom ghaddejjien. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
20 April 2009 |
|
Tard il-bierah filghaxija ghal habta tal-hdax u nofs (2330hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet ghada kemm sehhet serqa fi Triq il-Marsa, Marsa.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li persuni mghammda u wiehed minnhom armat b’arma tan-nar dahlu fil-hanut fl-imsemmija triq u talbu xi flus lis-sid. L-ammont misruq waqt din is-serqa huwa ta’mhux aktar minn €700. Dak il-hin fil-hanut kien hemm ukoll klijent.
Hadd ma wegga f’dan l-incident.
Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A J Vella LL. D gie infurmat b’dan il-kaz u ghalhekk gew mahtura numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta magisterjali.
Il-Pulizija ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar dan il-kaz. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
19 April 2009 |
|
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest erbgha persuni wara sejbiet ta’ droga kokajina gewwa Bugibba u Paceville.
L-ewwel sejba ta’ droga saret f’Bugibba tard il-bierah wara nofsinhar, meta l-Pulizija waslitilha informazzjoni li ragel ta’ 26 sena ta’ nazzjonalita` Nigerjana kien qed ibiegh id-droga kokajina. Minn tfittxija li saret gewwa appartment fejn ir-ragel kien qed jghix ma’ mara Maltija ta’ 41 sena, instabu tlett kapsoli bid-droga kokajina. Il-mara ukoll nzammet taht arrest.
It-tieni hidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga saret gewwa Paceville, fejn minn stabbiliment ta’ divertiment gew arrestati zewg zaghzagh ta’ 18 u 33 sena, u li huma residenti l-Birgu u B’Kara, wara li fil-pussess taghhom instabet d-droga kokajina.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. C. Scerri Herrera LLD giet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar indagini fiz-zewg kazijiet ghadhom ghaddejjien. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
18 April 2009 |
|
Ghal-loghba tal-futbol tal-Premier League - Valletta u Hibernians
Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghba tal-futbol tal-Premier League bejn Valletta u Hibernians li ser tintlaghab fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali nhar l-20 ta’ April, 2009, ser isiru dawn l-arrangamenti:
- Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-triq tar-Rabat, direzzjoni Millenium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office tas-South Stand taht l-iscore board u dan ghal dawk kollha li jridu jmorru gewwa l-enclosure. Ser jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters kollha li jkunu ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
- Is-supporters ta’ Hibernians ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office ta’ hdejn l-istess parking area u cioe minn fuq il-bridge West Stand Side A .
- Ser isiru tfittxijjiet fid-dhul ghall-Istadium. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
- Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadium oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
- Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
- Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadium u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadium.
- Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area.
|
|
Police Notice: Sports |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
18 April 2009 |
|
Dalghodu ghal habta tad-disgha l-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fil-Bypass ta’ San Pawl il-Bahar u li kien hemm ragel ferut.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stharrig preliminari irrizulta li x’aktarx numru ta’ sighat qabel ghal xi raguni karozza kienet baqghet niezla ghal gol-wied li hemm taht l-istess bypass, gholi ta’ madwar zewg sulari. Jirrizulta wkoll li x’aktarx ix-xufier intilef minn sensieh u kien biss numru ta’ sighat wara li hu hareg wahdu mill-karozza u tela` fit-triq. Ix-xufier huwa Ingliz residenti f’Malta. Individwu li kien ghaddej mit-triq waqaf itieh l-ghajnuna u cempel ghall-assistenza medika u ghall-Pulizija.
Fuq il-post wasal tim mediku li ha lill-vittma l-Isptar Mater Dei peress li kellu xi feriti kbar f’rasu. Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili issejhu fuq il-post fejn dawn nizlu hdejn il-karozza u kkonfermaw li ma kienx hemm aktar nies gewwa.
Bhalissa il-vittma ghadu qed jinghata l-kura medika fl-Isptar. Informazzjoni dwar il-kundizzjoni tieghu tinghata katar ‘l quddiem. |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
17 April 2009 |
|
Tard ilbierah matul il-lejl (2345hrs), l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm xi nirien fi Triq is-Salvatur, Lija.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li persuna/i mhux maghrufa kienu tefghu materjal ma bieb ta’ residenza kif ukoll fuq zewg vetturi bil-konsegwenza li dawn hadu n-nar. Kemm il-bieb kif ukoll il-vetturi garbu hsarat estensivi.
Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili fejn ikkontrollaw in-nirien. Kienu msejjha wkoll il-membri tal-Enemalta minhabba xi konsegwenzi ta’ perikli ulterjuri tad-dawl.
Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.
Bl-incident gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. G. Vella LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jghinuh fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin. |
|
Arson |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
16 April 2009 |
|
Illum ghall-habta tat-tlieta u ghaxra (1510 hrs), il-Pulizija kienet infurmata illi gewwa triq L-Imgarr, Mosta kien hemm persuna li kellha bzonn ghajnuna.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li mara ta’ 38 sena minn H’Attard kienet qeghda ssuq rota u ghall xi raguni din waqghet minn fuqha b’konsegwenza li garbet griehi f’wiccha. Il-mara ttiehdet l-isptar Mater Dei fejn giet certifikata li qeghda ssofri minn griehi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizja ghadhom ghaddejjin. |
|
Traffic-Related: Cycling |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
16 April 2009 |
|
B’referenza ghas-serqa li sehhet nhar it-Tnejn 13 ta’ April 2009 fi Triq Psaila, Birkirkara fejn kien midrub ukoll sid ta’ hanut b’tir/i ta’ arma tan-nar, illum ghal habta ta’ nofsinhar il-Pulizija ser tressaq individwu l-Qorti duqqiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Mizzi LL. D. in konnessjoni ma’ dan il-kaz. L-individwu ghandu 24 sena u huwa minn Bormla.
|
|
Court Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
14 April 2009 |
|
Ghall-habta ta’ l-ghaxra neqsin ghoxrin (0940), il-Pulizija rceviet rapport li gewwa Triq Brittanja, Mosta kienet ghadha kemm sehhet serqa.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li zewg persuni, habtu bieb ta’ residenza go l-imsemmija triq u hekk kif mara ta’ 46 sena mill-Mosta fethet il-bieb, dawn talbuha l-flus.
Kien f’dan il-hin li wiehed minn dawn il-persuni ghamel arma tan-nar ma’ ghonq il-mara, dahlu gewwa u serqu ammont ta’ flus li ma jeccediex €11,000.
Dak il-hin il-mara kienet wahidha u ma sofriet l-ebda griehi.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. G Grixti LL.D, fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin. |
|
Burglary - Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
14 April 2009 |
|
Kmieni dalghodu ghal habta tas-sitta u nofs il-Pulizija kienet infurmata li hdejn it-Torri l-Ahmar kien hemm ragel aktarx ferut.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn ir-ragel, li ghandu 51 sena u huwa mill-Mellieha, kien diga’ gie mehud l-Isptar Mater Dei, fejn kien iccertifikat li kien qieghed isofri minn griehi superficjali u mistenni jintbaghat id-dar iktar tard.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr J Apap Bologna LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghada ghaddej bl-investigazzjonijiet taghha. |
|
Slight Bodily Harm |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
13 April 2009 |
|
Ghall-habta tas-sitta u nofs (1830), il-Pulizija rceviet rapport li gewwa Triq Psaila, Birkirkara kienet ghadha kemm sehhet serqa.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li zewg persuni waqfu b’karozza ta’ tip Hyundai quddiem hanut, u wiehed minnhom mghammad u armat b’arma tan-nar dahal gewwa.
Kien f’dan il-hin li gew sparati xi tiri fejn il-persuna li kienet xoghol fil-hanut dak il-hin intlaqat f’idejh ix-xellugija.
Il-vittma li huwa ragel ta’ 27 sena minn Birkirkara u sid il-hanut ta’ fejn sehhet is-serqa sofra griehi hfief kif ukoll xokk qawwi.
Fil-hanut dak il-hin ma’ kienx hemm persuni ohra. Ir-ragel gie mehud l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ghadu qed jinghata kura.
Minn informazzjoni li ghadna s’issa jirrizulta li r-ragel sa issa mhuwiex fil-periklu tal-mewt pero qed isofri minn feriti ta’ natura gravi
Bil-Kaz gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Joseph Apap Bologna LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijjiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Aktar infomazzjoni tinghata aktar il-quddiem. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
13 April 2009 |
|
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga qed izzomm taht arrest ragel barrani wara sejba ta’ droga eroina u raza tal-kannabis il-bierah wara nofsinhar.
Is-sejba saret wara granet ta’ investigazzjonijiet f’Bugibba, wara informazzjoni li kienet waslet ghand il-Pulizija u li kienet tindika li r-ragel kien qed jittraffika d-droga f’Bugibba stess.
Filfatt ir-ragel ta’ 33 sena ta’ nazzjonlita Libjana, twaqqaf minn membri tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga u fil-vettura tieghu nstabu madwar 30 gramma ta’ droga eroina. Aktar tard minn tfittxija fl-appartament tieghu nstabu madwar 250 gramma ta’ raza tal-kannabis mohbija fil-kcina.
Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Silvio Meli kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar indagini ghadhom ghaddejjin u r-ragel mistenni li jitressaq il-Qorti ghada b’akkuzi ta’ traffikar u pussess aggravat ta’ droga. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
13 April 2009 |
|
Dalghodu ghall-habta tad-disgha u kwart (0915hrs), il-Pulizija rceviet rapport illi fi triq il-Mahznier, Hal Luqa kienet ghadha kif sehhet serqa ta’ vettura.
Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li waqt li zewg haddiema kienu qed ihottu xi xoghol gewwa l-imsemmija triq, persuna jew persuni mhux maghrufa serqu l-vettura ta’ l-ghamla van Toyota li go fih kien ghad hemm ammont ta’ appliances li l-valur taghhom ma jaccediex €9,000
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. |
|
Theft of Car |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
13 April 2009 |
|
Il-Pulizija tixtieq tavza lil pubbliku in-generali li kemm jista' jkun tevita t-toroq ta' Dicembru 13, il-Marsa, u l-By Pass ta' Santa Venera minhabba li hemm xi hbit ikkagunati mill-maltemp, fejn l-istess hbit qed jikkagunaw kongestjoni tat-traffiku.
Sa issa ma hemm irrapurtati l-ebda incidenti serji.
|
|
Traffic-Related: Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
12 April 2009 |
|
Il-bierah gie pprezentat rikors fil-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Antonio Mizzi LL.D. fil-konfront ta’ Tristan Scott Haynes ta’ 40 sena imwieled l-Ingilterra.
Tristan Scott Haynes kien tressaq fil-Qorti f’Malta fl-2003 b’akkuzi ta’ feriti gravi u akkuzi ohra. Zmien wara huwa kien harab minn Malta u ghalhekk kien inhareg European Arrest Warrant fil-konfront tieghu. Sussegwentament instab fir-Renju Unit u ngieb lura Malta mill-Pulizija Maltija tard nhar il-Gimgha filghaxija.
Il-bierah il-Qorti ordnat li l-imputat jinzamm taht arrest u ghalhekk intbaghat fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin. Huwa tilef ukoll il-flus tal-garanzija personali in konnessjoni mal-helsien mill-arrest tieghu fl-2003.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Kevin Farrugia. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
12 April 2009 |
|
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest sitt persuni wara hidma matul il-lejl li ghadda gewwa Paceville.
It-tfittxijiet saru minn diversi membri ta’ l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija waqt party li kien organizzat fi stabbiliment ewlieni ta’ divertiment gewwa Paceville.
Il-persuni arrestati huma erba’ tfajliet u zewg guvintur li l-eta` taghhom tvarja bejn is-16-il sena u s-36 sena u li huma residenti Qormi, Marsa, Fgura, Paola, Mellieha u Haz-Zebbug. Dawn instabu fil-pussess ta’ droga kokajina jew irrizulta li kienu abbuzaw mid-droga kokajina.
Huma nzammu arrestati u aktar indagini ghadhom ghaddejjin. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
09 April 2009 |
|
Dalghodu l-Pulizija pprezentat taht arrest lil Raymond Farrugia, ta’ 43 sena, minn Hal-Balzan quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr E Grima LLD.
Hu gie akkuzat talli f’dawn il-gzejjer, fit-8 ta’ April 2009 ghall-habta tal-ghaxra (22.00hrs) u fil-jiem ta’ qabel naqas milli jhares xi wahda mill-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti tal-Magistrati ta’ Malta fid-digriet ghall-helsien mill-arrest taht garanzija datata 8 ta’ Mejju 2008.
Wara li nstemghu x-xhieda kollha u gie trattat il-kaz, il-Qorti ghaddiet ghas-sentenza fejn gie ordnat ir-ri-arrest tal-imputat u gie kkundannat ghal xahar prigunerija. L-akkuzat gie skortat ghall-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kevin Farrugia. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
09 April 2009 |
|
Dalghodu l-Pulizija pprezentat taht arrest lil Sunny Degabriele, ta’ 36 sena, minn Hal-Qormi.
Hu gie akkuzat talli dalghodu ghall-habta tal-ghaxra (10.00hrs) fi Triq il-Kbira, Hal-Qormi :
- Minghajr il-hsieb li joqtol jew li jqieghed il-hajja ta’ ragel fil-periklu car, ikkagunalu griehi ta’ natura gravi fuq il-persuna tieghu;
- Volontarjament hassar, ghamel il-hsara jew gharraq hwejjeg haddiehor mobbli jew immobbli, liema hsara ma teccediex € 116.47;
- Hebb ghal ragel sabiex jingurjah, idejjqu jew jghamillu hsara
- Volontarjament kiser il-buon ordni u paci pubblika b’ghajjat u glied.
L-akkuzat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu. Hu nghata l-liberta’ provizorja fuq diversi kundizzjonijet fosthom li jiffirma l-Ghassa ta’ Hal-Qormi kuljum, ma jkellimx lix-xhieda u jirrinkaza ruhu bejn l-ghaxra (22.00hrs) u t-tmienja (08.00hrs).
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Malcolm Bondin. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
09 April 2009 |
|
Dalghodu ghal habta tal-hdax u nofs (1130hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. E. Grima LL. D rigward ksur ta’ kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti. Ir-ragel ghandu 43 sena u huwa minn Hal Balzan.
|
|
Court Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
08 April 2009 |
|
Illum wara nofsinhar ghal habta ta’ l-erbgha l-Pulizija giet nfurmata li kien waqa’ ragel minn gholi f’barriera fl-imhawi ta’ Ghar Lapsi.
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li ghal xi raguni haddiem kien waqa’ gholi ta’ madwar tmien sulari ghal go barriera fejn kien qed jahdem. Fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Il-vittma ghandu 32 sena u huwa minn Hal Ghaxaq. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei u gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Micallef Trigona LL. D gie nfurmat bl-incident u hatar numru ta’ esperti sabiex jghinuh fl-inkjesta. L-Awtorita’ tas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol giet infurmata b’dan l-incident.
Aktar stharrig bhalissa ghadu ghaddej. |
|
Health-Related: Work |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
08 April 2009 |
|
Illum tressqu dawn il-persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Micallef Trigona LL. D. rigward kazijiet separati.
Patrick Gatt ta’ 34 sena residenti Birkirkara gie akkuzat li nhar il-21 ta’ Frar 2009 u qabel waqt li kien xoghol bhala taxi driver
- Forna jew ipprokura d-droga kokajina;
- Kellu fil-pussess tieghu d-droga kokajina;
- Ikkommetta l-imsemmija reati fi jew gewwa distanza ta’ mitt metru mill-perimetru ta’ skola, club jew centru taz-zaghzagh.
L-imputat m’ammettiex l-akkuzi migjuba kontra tieghu. Huwa nghata l-liberta’ provizorja taht depozitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €5,000 u li jiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija, fost kundizzjonijiet ohra.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Dennis Theuma u Keith Arnaud.
______________
Emanuel Balzan ta’ 32 sena residenti n-Naxxar gie akkuzat li fi Frar 2009 u qabel ghad-dannu ta’ diversi persuni u kumpaniji
- Ghamel qligh ta’ €2,329.37 b’qerq ;
- Misapproprijazzjoni ta’ l-istess somma;
- Falsifikazzjoni ta’ cekkijiet;
- Falsifikazzjoni ta’ dokumenti ohra;
- Ghamel dikjarazzjoni jew stqarrija falza;
- Ikkommetta serq ta’ cheque book;
- Xjentament laqa ghandu hwejjeg misruqa.
L-imputat ma nghatax il-liberta’ provizorja u ntbaghat fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Raymond Cassar. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
08 April 2009 |
|
Illum il-Pulizija ha tressaq il-Qorti taht arrest ragel ta’ 34 sena minn B’Kara, quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Micallef Trigona LL. D.
Ir-ragel ha jigi akkuzat bi traffikar ta’ droga.
Il-Prosekuzzjoni ha titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud. |
|
Court Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
08 April 2009 |
|
Matul il-lejl l-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq il-Jum, il-Marsa kien hemm vettura qed taqbad.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn ġie nnutat li tlett vetturi kienu qed jaqbdu. Fuq il-post kienu msejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Bil-każ kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Għassa Dr A Demicoli LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. |
|
Fire: Vehicle |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
07 April 2009 |
|
Dal-lejl ghall-habta tas-saghtejn neqsin ghaxra (01.50hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li waqt li xi impjegati kienu f’hanut fl-imsemmija triq persuni mghammda u wiehed minnhom armat b’arma tan-nar dahal fil-hanut u talab xi flus lil impjegat. L-ammont misruq waqt din is-serqa huwa ta’ mhux aktar minn € 7 000. Hadd ma wegga waqt dan l-incident.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr L Quintano LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
04 April 2009 |
|
Kmieni dalghodu, ghall-habta tal-erba u nofs (04.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Mosta, Hal-Lija sehh incident tat-traffiku.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li waqt li sewwieq ta’ vettura tat-tip Toyota Vitz kien ghaddej mill-imsemmija triq, minn Birkirkara direzzjoni lejn il-Mosta, ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura u habat ma’ sigra. Kawza tal-impatt, is-sewwieq sofra xi griehi. Sfortunatament, is-sewwieq, guvni ta’ 18-il sena minn H’Attard, tilef hajtu. Huwa gie iccertifikat mejjet fuq il-post tal-incident. Kawza tal-incident, it-triq kellha tinghalaq ghal xi hin.
Bl-incident giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr C Scerri Herrera LLD.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-inviestigazzjoni fuq il-kaz. |
|
Traffic-Related: Fatal |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
03 April 2009 |
|
Qed issir referenza ghall-istqarrija Stampa li harget iktar kmieni rigward il-persuna li nstabet mejta fi Triq Damasku, San Pawl il-Bahar.
L-awtopsja saret dalghodu, izda r-rizultat taghha ghadu mhux konklussiv.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, li qed issir mill-Pulizija tad-Distrett flimkien mad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali ghadhom ghaddejjin. |
|
Homicide: Autopsy |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
03 April 2009 |
|
Il-bierah filghaxija, ghal habta tad-disgha u ghoxrin (2120hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kienet instabet persuna mejta fi Triq Damasku, San Pawl il-Bahar.
Il-Pulizija marret fuq il-post indikat lilha, jigifieri workshop ta’ hanut, fejn go forn (industrijali) kien hemm persuna mejta. Il-katavru, li fuqu kellu hruq estensiv, huwa ta’ zaghzugh ta’ 20 sena minn San Pawl il-Bahar stess. Huwa nstab mejjet fuq il-post minn membru tal-familja tieghu.
Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. G. Grixti LL. D. fejn huwa hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta. Aktar tard dalghodu mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa ghadhom ghaddejjin. |
|
Homicide |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
02 April 2009 |
|
Illum wara nofsinhar ghal habta tal-hamsa u kwart, il-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li madwar siegha qabel kien sehh incident fil-By-pass ta’ Birkirkara.
Mill-ewwel stharrig fuq il-post irrizulta li zaghzugh ta’ 26 sena kien qed isuq rota meta ghal xi ragun dahal f’arblu. Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei u gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Iz-zaghzugh huwa mill-Kosta ta’ Avorju izda residenti f’tas-Sliema.
Bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. G. Grixti LL. D. fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar stharrig mill-Pulizija bhalissa ghadu ghaddej. |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
02 April 2009 |
|
Ghal darb’ohra membri tal-Korp tal-Pulizija hejjew Wirja tal-Gimgha l-Kbira gewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana.
Il-ftuh ufficjali ser issir mill-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern Dr. Carmelo Mifsud Bonnici LL. D, ghada l-Gimgha 3 ta’ April, 2009, fis-siegha neqsin kwart ta’ wara nofsinhar (1245hrs).
Il-membri ta’ l-istampa huma mistiedna sabiex jattendu.
Il-Wirja tkun miftuha ghal pubbliku bejn is-Sibt 4 ta’ April u l-Hadd 12 ta’ April 2009.

|
|
Police Force Activity: Good Friday |
|
|
|
| |
|
|
|
 |
 |
|
 |
Police Notice: Mosta
Mosta Police Station can only be reached through telephone numbers 2141 4106 or 2294 2427 until further notice. |
 |
|
 |