 |
| |
Information published by the CMRU Press Releases:
Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt |
|
| |
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
31 August 2008 |
|
Il-Pulizija giet infurmata li ghall-habta tal-erba u nofs (16.30hrs) il-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu f’Malta grupp ta’ immigranti illegali f’Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 8 persuni, lkoll irgiel.
Il-Pulizija ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 August 2008 |
|
Ghal habta tas-sebgha l-Pulizija kienet infurmata li aktar kmieni kien hemm persuna li sabet ruhha f’diffikulta’ waqt li kienet qed tghum.
Il-Pulizija kienet infurmata li f’Dawret il-Gzejjer, il-Qawra, ragel ta’ nazzjonalita’ Ingliza u li ghandu 77 sena kien sab ruhu f’diffikulta’ waqt li kien qieghed jghum. Huwa gie mghejjun ghal fuq il-blat minn nies li kienu qed jghumu fl-inhawi.
Fuq il-post isejjhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iccertfikat li kien qieghed fil-periklu li jitlef hajtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin. |
|
Health-Related: Swimming |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 August 2008 |
|
Ghal habta tat-tmienja l-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident stradali fejn kien involut mutur.
Il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku, l-Iskwadra Mobbli u tad-Distrett marru mill-ewwel fil-post indikat fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni sewwieq ta’ mutur, li ghandu 48 sena u huwa minn San Pawl il-Bahar, ghal xi raguni tilef il-kontroll bil-konsegwenza li baqa’ diehel fil-barriers u spicca xi ftit il-boghod mill-mutur.
Fuq il-post isejhet ambulanza fejn hadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.
Biz-zewg incidenti kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr A Demicoli fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin. |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
28 August 2008 |
|
Membri tal-Korp tal-Pulizija dilettanti tal-muturi ghada, id-29 ta’ Awwissu, 2008 se jorganizzaw Charity Ride li d-dhul minnha se jmur b’risq il-Malta Hospice Movement.
Il-membri tal-Pulizija akkumpanjati minn dilettanti hbieb taghhom se jiltaqghu fis-sitta u nofs (18.30hrs) hdejn il-Garaxx tal-Pulizija fil-Furjana sabiex jinghata bidu ghal din ic-Charity Ride. Din hija r-raba’ Charity Ride organizzata minn dan il-grupp ta’ Pulizija, bl-ewwel wahda tkun dik organizzata f’Lulju 2007 in konnessjoni ma’ Jum il-Pulizija fejn id-dhul dakinhar kien inghata lid-Dar tal-Providenza, it-tieni Charity Ride saret f’Settembru 2007 u d-dhul marru kollha ghall-Istitut ta’ l-Ursolini tal-Creche ta’ tas-Sliema, it-tielet ride saret f’Marzu 2008 u ibbenefikaw mid-donazzjonijiet id-Dar tal-Providenza.
Il-Charity Ride ta’ ghada ser tintemm fi Pjazza Narbona (hdejn il-Knisja ta’ San Bastjan), Hal-Qormi fejn hemmhekk ser issir ukoll il-prezentazzjoni tad-dhul lil raprezentant tal-Malta Hospice Movement. |
|
Police Force Activity |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
27 August 2008 |
|
Il-Pulizija giet infurmata li ghall-habta tal-erba u nofs (16.30hrs) il-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu f’Malta grupp ta’ immigranti illegali f’Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 8 persuni, lkoll irgiel.
Il-Pulizija ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
24 August 2008 |
|
Intant ghal habta tas-siegha u nofs (1330hrs) il-Forzi Armati ta’ Malta dahlet grupp iehor ta’ immigrant illegali gewwa Wied il-Buni.
Il-grupp kien jikkonsisti f’77 persuna.
Iz-zewg gruppi ta’ immigranti llegali dan u ta' qablu) (108 persuna b’kollox) li dahlu s’issa llum bhalissa qed jigu nvestigati mill-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
24 August 2008 |
|
Ftit wara ghal habta tas-siegha neqsin ghoxrin (12:40hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet dahlet dghajsa b’immigranti llegali gewwa Delimara.
Il-Pulziija marru fuq il-post fejn hemmhekk fuq l-art instabu 21 persuna – 17 irgiel, 2 nisa, tifel u tifla. Fuq dghajsa kien hemm ghaxar irgiel ohra u dawn ppruvaw jaharbu. Huma gew skortati l-art mill-Pulizija ta’ l-ALE. L-ammont totali ta’ dan il-grupp kien ta’ 31 persuna.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
24 August 2008 |
|
Ghal habta tan-nofsiegha ta’ wara nofsinhar (1230hrs) waqt li Kuntistabbli kien xoghol fil-Furjana ra ragel jigri fit-triq b’kaxxa f’idu.
Il-Kuntistabbli gera wara dan ir-ragel u ftit wara dan gie mwaqqaf u arrestat. Waqt li dan ir-ragel kien qed jigri, hu rema’ l-kaxxa li kellu f’idu. Ir-ragel irrizulta li ghandu 32 sena u huwa minn Bormla. Il-kaxxa li rema’ rrizulta li kienet portable DVD player u dan allegatament kien ghadu kif serqu minnghand ragel mis-suq tal-Belt.
Saret tfittxija fuq l-allegat halliel u fuqu nstabet ukoll flick knife. Ir-ragel inzamm mill-Pulizija ghal aktar stharrig.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Belt qed jinvestigaw il-kaz. |
|
Theft |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
24 August 2008 |
|
Intant illum ghall-habta tal-hamsa ta’ wara nofsinhar (1700hrs), il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ser tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat tal-ghassa Dr. Silvio Meli, ragel ta’ 45 sena ta’ nazzjonalita` Nigerjana, b’akkuzi ta’ assocjazzjoni fit-traffikar ta’ droga, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga kokajina.
L-istharrig beda nhar il-gimgha tard bil-lejl fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, f’operazzjoni kongunta bejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, fejn kien stabbilit illi persuna barranija ta’ nazzjonalita` Nigerajna x’aktarx kienet ser iddahhal id-droga f’Malta.
Ghaldaqstant saru xi spezzjoniet fuq passiggieri li kienu ghadhom kif waslu Malta fuq titjira minn Brussel, fosthom fuq il-persuna ta’ ragel Nigerjan, li tat rizultat negattiv. Izda peress li kien susspettat li huwa setgha kien qed igorr id-droga f’kapsoli fl-istonku tieghu huwa ittiehed l-isptar, fejn minn x-ray irrizulta li kien qed igorr diversi kapsoli bid-droga.
Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Giovanni Grixti kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jghinuh fl-inkjesta.
Aktar stharrig ghadu ghaddej. |
|
Drugs and Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
24 August 2008 |
|
Dal-ghodu tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Silvio Meli.
Shafqat Shabbir ta’ 44 sena mwieled Karachi u residenti Birzebbuga gie akkuzat li kkommetta frodi ta’ aktar minn €2,239.37 ghad-detriment ta’ persuni ohra. Gie akkuzat ukoll li ffalsifika dokumenti ufficjali u li ghamel uzu mill-istess dokumenti.
L-imputat wiegeb li hu hati ta’ l-akkuzai dedotti kontra tieghu u gie ssentenzjat ghal 18-il xahar prigunerija sospizi ghal sentejn. Ir-ragel ser jigi deportat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ivan Cilia. |
|
Fraud |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
24 August 2008 |
|
Dal-ghodu l-Pulizija kienet infurmata li xi hadd kien ghadu kif ivvandalizza vetrina ta’ hanut fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn irrizulta li xi hadd kien kisser hgiega ta’ vettrina ta’ hanut. Irrizulta li l-vettrina kienet vojta u ma nsteraq xejn mill-hanut. Il-persuna li allegatament kisser il-vetrina instab mill-pulizija tad-distrett ftit tal-hin wara jiddewwa fic-centru tas-sahha tal-Furjana. Dan huwa guvni ta’ 21 sena mill-Belt stess u gie ccertifikat li sofra griehi hfief. Intant waqt li dan il-guvni kien fic-centru tas-sahha, saret tfittxija fuq il-persuna tieghu fejn fuqu nstabu aktar minn 70 pillola ecstasy kif ukoll pepper spray.
Il-guvni gie arrestat ghal aktar investigazzjonijiet u mistenni li jitressaq il-Qorti fil-granet li gejjin.
L-istharrig qed jitmexxa mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt. |
|
Vandalism |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 August 2008 |
|
Ghal habta tal-hamsa neqsin ghaxra l-Pulizija kienet infurmata li taht Sant’Iermu kien hemm vettura qed taqbad.
Il-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Civili marru immedjatament fuq il-post indikat, fejn dawn ta’ l-ahhar tfew n-nar li hakem il-vettura, li hija tat-tip Peugeot, u garbet hsarat konsiderevoli.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fil-kazijiet kollha ghadhom ghaddejin. |
|
Arson |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 August 2008 |
|
Fi Triq Mikielang Sapiano gewwa l-Imqabba, l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bieb ta’ residenza qed jaqbad.
Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li persuna/i mhux maghrufa kienu qabdu l-bieb ta’ barra ta’ residenza privata bil-konsegwenza li hadet in-nar ukoll il-hasira.
Fuq il-post isejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili li tefghu n-nar kif ukoll membri ta’ l-Enemalta sabiex jitnehha kull periklu.
Ghalkemm hadd ma wegga’ f’dan l-incident tifla ta’ 14-il sena ttiehdet l-isptar Mater Dei minhabba d-duhhan li belghat.
|
|
Arson |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 August 2008 |
|
Ghal habta ta’ l-erbgha u ghaxra l-Pulizija kienet infurmata li gewwa Il-Moll tal-Braken fil-Marsa kienet qed isir serqa.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Belt kif ukoll mill-Iskwadra Mobbli marru immedjatament fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stharrig preliminari rrizulta li persuni mhux maghrufa kienu dahlu fil-post indikat fejn instabu ammont ta’ kaxxi barra lesti biex jinsterqu.
Saret tfittxija fl-inhawi ghal hallelin pero’ rrizultaw fin-negattiv.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. G Grixti LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
|
|
Theft |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 August 2008 |
|
Ghal habta tat-tlieta grupp ta’ immigranti rregolari ddahhal gewwa Xatt it-Tiben wara li gew salvati ‘l barra minn Malta.
Il-grupp ta’ 30 kien jikkonsisti f’19-il ragel, 10 nisa u tarbija.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 August 2008 |
|
Kmieni dalghodu ghal habta tat-tlieta neqsin kwart il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Kbira, gewwa l-Mellieha kien hemm tyre ma faccatta ta’ residenza li ftit tal-hin qabel kien qed jaqbad.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li persuna/i mhux maghrufa kienu tefghu xi tip ta likwidu mal-faccata u l-bieb tar-residenza privata. Fortunatament in-nar li kien tqabbad mat-tyre intefa’ wahdu.
F’dan l-incident hadd ma wegga’.
|
|
Arson |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 August 2008 |
|
Il-lejla ftit wara s-sitta l-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa f’Burmarrad.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig li sar irrizulta li wara li sid ta’ banka tal-lottu ghalqet il-banka, u kienet sejra lejn il-karozza taghha, hija giet avvicinata minn ragel. Dan beda jkellimha u wara ftit hadilha basket bil-flus li kellha fil-karozza taghha. Wara hu dahal f’karozza li fiha kien hemm ragel iehor qed jistennieh u harbu minn fuq il-post. Ma jirrizultax li l-irgiel kienu armati u/jew mghammda.
Sadanittant waqt li kienu ghaddejjin l-investigazzjonijiet fuq il-post, immedjatament bdew tfittxijiet mill-Pulizija ghall-vettura u l-persuni involuti fis-serqa. Fil-fatt ftit minuti wara l-Pulizija ta’ l-Iskwadra Mobbli sabu l-vettura b’zewgt irgiel go fiha.
Iz-zewgt irgiel gew arrestati u l-vettura ittiehdet mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet.
Aktar stharrig mill-Pulizija bhalissa gahdu ghaddej. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 August 2008 |
|
Dalghodu l-Pulizija kienet infurmata li gewwa Triq il-Kbira l-Mellieha kif ukoll fi Triq Mikielang Sapiano gewwa l-Imqabba kien hemm xi nirien ma faccati ta’ residenzi privati. Kien irrappurtat dhul ta’ immigranti rregolari kif ukoll kienet sfratata serqa minn gewwa l-Moll tal-Braken, il-Marsa u vettura taqbad taht Sant’Iermu.
Referenza qed issir ghall-Istqarrija li harget dalghodu rigward diversi incidenti fosthom vettura li nstabet qed taqbad taht Sant Iermu fil-Belt Valletta.
Minn investigazzjonijiet li ghamlet il-Pulizija matul il-gurnata rrizulta li l-vettura allegatament tqabbdet minn sidha. Il-vettura qabel dan il-kaz kienet involuta f’incident iehor (hit and run) fejn intlaqtu tliet vetturi ohra.
Sid il-karozza qed jinghata kura medika fl-Isptar Mater Dei peress li sofra xi hruq f’gismu.
Aktar stharrig mill-Pulizija ikompli.
|
|
Arson |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
22 August 2008 |
|
Dalghodu ghal habta tas-sitta il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Madonna tal-Gilju, gewwa l-Imqabba kien hemm bieb li ftit tal-hin qabel kien qed jaqbad.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari jirrizulta li persuna/i mhux maghrufa kienu tefghu xi tip ta likwidu mal-faccata ta’ residenza privata bil-konsegwenza li hasira kif ukoll bieb hadu n-nar.
Sakemm waslet il-Pulizija fuq il-post in-nar kien mitfi. Ghalkemm fil-hin ta’ l-incident fir-residenza kien hemm in-nies hadd ma wegga’. Kemm il-faccata kif ukol il-bieb garbu xi hsarat.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Michael Mallia LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
|
|
Arson |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
22 August 2008 |
|
Ghal habta tas-sebgha u kwart il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Barrani, iz-Zejtun kien sehh incident stradali.
Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni trakk li kien sejjer fid-direzzjoni lejn iz-Zejtun baqa’ diehel f’vettura tat-tip Fiesta, misjuqa minn ragel minn Haz Zabbar, bil-konsegwenza li din baqghet tiela’ s-Central Stip. Konsegwenza ta’ hekk vettura tat-tip Skoda li kienet gejja mid-direzzjoni opposta (lejn il-Marsa) ghal xi raguni dahlet f’quddiem ta’ trakk li kien qieghed jigi misjuq fil-karreggjata ta’ gewwa bil-konsegwenza li dan baqa’ diehel f’hajt.
Fuq il-post isejhet ambulanza fejn hadet lis-sewwieq tal-Skoda l-Isptar Mater Dei fejn sa issa ghadu qieghed jinghata l-kura medika fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi, izda mhux fil-periklu li jitlef hajtu. Is-sewwieq tal-Fiesta sofra griehi ta’ natura hafifa u ntbaghat il-Poliklinka.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fiz-zewg kazijiet ghadhom ghaddejin.
B’referenza ghall-istqarrija Stampa li harget dalghodu rigward l-incident stradali li sehh fi Triq il-Barrani, z-Zejtun, is-sewwieqa tal-Skoda huwa miz-Zejtun u ghandu 44 sena, is-sewwieq tal-Fiesta huwa mill-Fgura u ghandu 22 sena waqt li s-sewwieq tat-trakk huwa miz-Zejtun u ghandu 50 sena. |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
20 August 2008 |
|
F’dawn l-ahhar granet l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija kient impenjata f’zewg hidmiet separati kontra t-traffikar ta’ droga eroina u kokajina.
L-ewwel qabda ta’ droga kokajina u eroina saret nhar it-Tnejn li ghadda gewwa l-Qajjenza limiti ta’ Birzebbugia fejn kien arrestat ragel ta’ 28 sena miz-Zejtun, wara li fil-pussess tieghu nstabu 13-il pakkett kokajina u 9 pakketti eroina lesti sabiex jinbieghu. Is-sejba saret wara stharrig tal-Pulizija fejn kien stabbilit li l-persuna arrestata filfatt kienet involuta fit-traffikar ta’ droga.
It-tieni sejba ta’ droga saret il-bierah kmieni wara nofsinhar gewwa l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Filfatt membri tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija assistiti minn membri tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana waqfu diversi persuni li kienu ghadhom kif waslu fuq titjita minn Tripoli, il-Libya. Passiggier ta’ nazzjonalita’ Libyana li ghandu 24 sena deher jagixxi b’mod suspettuz. Tfittxijiet kemm fil-bagalja tieghu kif ukoll fuq il-persuna tieghu taw rizultat negattiv. Pero’ aktar tard minn X-Ray instab li fl-istonku tieghu kien qed igorr mal-10 kapsoli. Filfatt jirrizulta li l-kapsoli kien fihom madwar 100 gramma eroina.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Edwina Grima LL.D. kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassitugha fl-inkjesta.
Aktar indagini ghadhom ghaddejjien u z-zewg persuni mistennija li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
20 August 2008 |
|
Tard il-bierah filghaxija l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm ragel ferut f’appartament fi Triq tal-Hriereb, Msida.
Il-Pulizija marret fuq il-post indikat fejn irrizulta li kien hemm guvni mitluf minn sensih u f’rasu kellu xi feriti. Il-guvni, li huwa Korejan, ghandu 25 sena. Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin dwar kif safa’ ferut dan il-guvni.
Bl-incident giet infurmata l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Edwina Grima fejn numru ta’ esperti gew mahtura sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej. |
|
Grevious Bodily Harm |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
19 August 2008 |
|
Dal-ghodu nstab katavru fil-bahar fl-inhawi ta’ Had-Dingli.
Il-katavru ttella’ mill-bahar minn patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-katavru huwa ta’ mara u s’issa ghadu ma gietx identifikat.
B’referenza ghall-Istqarrija mahruga aktar kmieni llum rigwardanti sejba ta’ katavru ta’ mara fil-bahar fl-inhawi ta’ Had-Dingli, jinghad illi s’issa l-identita` ta’ l-istess katavru ghad ma gietx stabbilita.
Il-mara hija twila madwar hames piedi u sitt pulzieri, ta’ statura medja, xagharha qasir ta’ lewn kannella fl-ahmar u ghajnejha kannella cari.
Kull min ghandu xi tip ta’ informazzjoni rigward din il-mara huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.

Aktar tard gie nharget stqarrija fejn gie rappurtat li l-katavru gie identifikat bhala dak ta’ mara Maltija minn Birkirkara. Il-mara kellha 50 sena. |
|
Body Found at Sea |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
17 August 2008 |
|
L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija matul il-lejl li ghadda kienet impenjata f’hidma kontra t-traffikar u l-abbuz ta’ droga waqt party. Il-party kien organizzat go post ta’ divertiment fl-inhawi tar-Rabat (Malta). Min hemm gew arrestati mal-11 il-persuna li nstabu fil-pussess ta’ droga ecstasy, kokajina u raza tal-kannabis.
Diversi membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienu involuti fi tfittxijiet u investigazzjonijiet waqt dan il-party fejn instabet id-droga fil-pussess ta’ ragel ta’ 27 sena ta’ nazzjonalita Spanjola, ragel iehor ta’ 20 sena ta’ nazzjonalita Taljana, u disa irgiel Maltin li l-eta` taghhom tvarja bejn it-18 u 25 sena u li huma residenti G’Mangia, Swieqi, Luqa, Tarxien, B’Bugia, B’Kara, u Zabbar.
Huma nzammu arrestati ghall-aktar stharrig u persuna minnhom ser titressaq il-Qorti aktar il-quddiem b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga ecstasy filwaqt li l-persuni l-ohra ser jitressqu il-Qorti fuq akkuzi ta’ pussess ta’ droga.
Matul l-istess lejl l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija investigat ukoll aktar persuni li nqabdu mill-Forzi Armati ta’ Malta waqt roadblocks. Filfatt minn dawn 8 t’irgiel u 4 tfajliet li l-eta taghhom tvarja bejn it-18 u 31 sena u huma residenti Qormi, Mosta, B’Kara, G’Mangia, Sliema, Attard, Zabbar, Fgura u Pembroke ser jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga ecstasy, raza tal-kannabis u LSD.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjien. |
|
Drugs |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
16 August 2008 |
|
Ghall-habta tal-erba nieqsin kwart ta’ dalghodu (03.45hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Mons Panzavecchia, l-Isla kien hemm xi nirien.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li vettura tat-tip Commer (Maltese bus) kienet qieghda taqbad. Fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Hadd ma wegga f’dan l-incident.
Bil-kaz kienet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Demicoli LLD, li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig dwar dan il-kaz. |
|
Fire: Bus |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
16 August 2008 |
|
Il-Pulizija ser tressaq erbat irgiel il-Qorti fil-hdax ta’ filghodu (11.00hrs) quddiem il-Magistrat Dr S Meli LLD.
|
|
Court Notice |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
15 August 2008 |
|
Illum il-Pulizija prezentat taht arrest lil Mario Mifsud ta’ 43 sena minn Pembroke quddiem il-Magistrat Dr Paul Coppini LLD u akkuzatu talli :
Nhar l-14 ta’ Awwissu 2008 ghall-habta tat-tlieta ta’ wara nofs in-nhar (15.00hrs) gewwa Kemmuna u/jew fi bnadi ohra f’dawn il-gzejjer :
- ingurja jew hedded persuna inkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku, u cioe Kuntistabbli tal-Pulizija;
- kellu fil-pussess tieghu harpoon uzat ghas-sajd minghajr il-licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija;
- talli volontarjament kiser il-bon ordni u paci pubblika.
L-akkuzat wiegeb li mhux hati ghall-akuzi migjuba kontrih fejn gie rilaxxat minn taht l-arrest fuq dawn il-kundizzjonijiet :
- Jirraporta l-Ghassa ta’ San Giljan darba fil-gimgha;
- Ma jersaqx lejn il-gzira ta’ Kemmuna pendenti l-proceduri;
- Depositu ta’ € 500.
|
|
Court |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
15 August 2008 |
|
Ghall-habta tas-seba ta’ filghaxija (19.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li L-Forzi Armati ta’ Malta kienu dahhlu xi klandestini f’Wied il-Buni.
Il-Pulizja marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li l-grupp ta’ immigranti illegali kien jikkonsisti f’ 28 persuna, 20 ragel u 8 nisa.
Il-Pulizija għada għaddejja b’aktar investigazzjonijiet.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
14 August 2008 |
|
Referenza qed issir ghal Stqarrija datata 21 ta’ Novembru 2007 dwar persuna rrapurtata nieqsa – Rita Bugeja ta’ 51 sena.
Fis-19 ta’ Novembru 2007, Rita Bugeja kienet rrapurata nieqsa lill-Pulizija minn familjari taghha. Bugeja kienet bil-liberta` provisorja minhabba li kienet ser tghaddi guri fuq importazzjoni ta’ kwazi 5,000 pillola ecstasy.
Kien suspettat li hi setghet harbet minn dawn il-Gzejjer u ghaldaqstant kien inhareg mandat ta’ arrest fil-konfront taghha mill-Qorti Kriminali ta’ Malta. Immedjatament inhareg mandat ta’ arrest internazzjonali permezz ta’ l-Interpol u wara indagini maghmula flimkien ma’ Pulizija Ingliza u bl-assistenza ta’ l-Ufficcju ta’ l-Avukat Generali, Rita Bugeja kienet arrestata l-bierah gewwa l-Ingilterra u hemmhekk bdew il-proceduri sabiex Bugeja tintbaghat Malta halli l-kaz kriminali kontra taghha gewwa Malta jkompli jinstema’.
________________________________
Stqarrija 14 ta' Mejju 2006
Waqt operazzjoni li saret bejn il-Pulizija u ufficjali tal-Enforcement Section tad-Dwana, il-bierah wara nofsinhar instabet amount ta’ madwar 5000 pillola ecstasy gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Wara jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija il-bierah giet imwaqqfa persuna ta’ nazzjonalita’ Ingliza li ghandha familjari Maltin. Il-mara ta’ madwar 50 sena twaqqfet hekk kif waslet Malta fuq titjera mir-Renju Unit. Fost l-oggetti li kienet qed igorr instab soft toy li meta gie ezaminat instab li kien jikkontjeni ammont ta’ pilloli. Waqt l-investigazzjonijiet li saru instab li kien hemm madwar 5000 pillola ecstasy li jidher li kienu ghas-suq f’Malta.
Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C. Scerri Herrera kienet infurmata bis-sejba u din hatret diversi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
L-investigatzzjoniet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Mhux eskluz li fil-granet li gejjin jitressqu xi persuni quddiem il-Qorti.
________________________________
Stqarrija tal-21 ta' Novembru 2007
Rita Bugeja giet rrappurtata nieqsa lill-Pulizija.
Rita ghandha 51 sena u hija twila madwar 5 piedi u 4 pulzieri. Ghandha xagharha kannella car bil-griz u huwa twil sa spallejha. Ghajnejha huma kannella skuri.
Kull min ghandu xi informazzjoni dwar Rita Bugeja huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119 jew 21221111.
________________________________
Click to go to Missing
Persons' Page |
|
Missing Person |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
13 August 2008 |
|
Il-Pulizija kienet infurmata li dalghodu ghall-habta tas-sitta (06.00hrs) il-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu f’Malta grupp ta’ immigranti illegali f’Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 28 persuna, 23 kienu rgiel u 5 nisa.
Il-Pulizija ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
13 August 2008 |
|
Illum wara nofsinhar ghal habta tas-saghtejn u ghaxra dahal it-tieni grupp ta’ immigranti illegali f’Malta.
Il-grupp ta’ immigranti iddahhal mill-Forzi Armati ta’ Malta gewwa Xatt it-Tiben wara li nstabu fuq dghajsa madwar tliet mili ‘il barra minn Lapsi. Il-grupp kien maghmul minn 28 persuna. Dawn jikkonsistu f’24 ragel, zewg nisa u zewg subien.
Aktar stharrig ghadu ghaddej.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
13 August 2008 |
|
Illum wara nofsinhar ghal habta tas-saghtejn waqt li l-Pulizija kienet ghaddejja fuq ronda hdejn il-bajja ta’ San Gorg, f’San Giljan, indunat li kien inqala’ xi tip ta’ incident fuq l-istess bajja.
Minn stharrig preliminari tal-Pulizija rrizulta li waqt li mara kienet qed tghum fil-bajja, ragel li kien fil-vicinanzi induna li din kienet qeda wiccha l’isfel fil-wicc tal-bahar. Il-mara ttelghet fuq l-art u bdiet tinghata l-ewwel ghajnuna minn lifeguards li kien hemm fil-bajja. Sadanittant fuq il-post issejhet ambulanza u l-mara ttiehdet l-Isptar Mater Dei, izda ftit wara l-Pulizija giet nfurmata mill-Isptar stess li l-mara tilfet hajjitha. Il-mara hija turista mill-Ingilterra u ghandha madwar 55 sena.
Aktar stharrig dwar dan il-kaz ikompli. |
|
Health-Related: Fatal Drowning |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
12 August 2008 |
|
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest ragel ta’ 38 sena mil-Fgura wara sejba ta’ droga eroina fil-pussess tieghu il-bierah wara nofsinhar.
L-arrest sar wara osservazzjonijet maghmula mill-Pulizija tal-Iswkadra ta’ Kontra d-Droga sabiex jigu identfikati persuni li kienu qed ibieghu d-droga fl-inhawi tal-gnien u tal-klabb tal-bocci gewwa l-Fgura. Filfatt kien identifikat dan ir-ragel li kien osservat ibiegh droga f’dawk l-inhawi.
Meta hu twaqqaf mill-Pulizija, fuqu instabu 9 pakketti bl-eroina u 30 pakkett iehor mohbija fil-vettura tieghu li kienet ipparkjata xi kantunieri ‘il boghod mill-post fejn hu kien qed ibiegh id-droga. Il-pakketti kienu lesti sabiex jinbieghu.
Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Silvio Meli kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar stharrig ghadu ghaddej. |
|
Drugs |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
12 August 2008 |
|
Ghal habta ta’ l-ghaxra gheleb krejn fi Triq il-Kbira, Hal Qormi.
Mill-ewwel stharrig irrizulta li l-krejn kien qed itella’ xi blokok tal-konkrit ghal fuq trakk meta hin minnhom ghal xi raguni il-krejn gheleb u wahda mill-blokok waqghet u giet fuq zewg karozzi. Il-krejn strah ma’ residenza privata. Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.
Aktar stharrig mill-Pulizija fiz-zewg kazijiet qed jissokta. |
|
Incident: Work |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
12 August 2008 |
|
Dal-ghodu ghal habta tad-disgha u nofs il-Pulizija kienet infurmata li kien waqa` ragel f’residenza fi Triq il-Grigal, Isla u li kellu bzonn l-assistenza.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn fuq il-bejt tar-residenza sabet ragel mixhut ma’ l-art bid-demm hiereg minn rasu. Mill-ewwel stharrig irrizulta li r-ragel kien qed jaghmel xi xoghol ta’ kisi fuq kamra fuq il-bejt meta ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ madwar hames filati. Tabib mic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid tah l-ewwel ghajnuna u rreferieh ghall-Isptar Mater Dei. Ftit tal-hin ilu l-Pulizija giet infurmata li l-vittma gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-vittma ghandu 43 sena u huwa minn-Haz-Zebbug.
Intant ftit wara ghal habta ta’ l-ghaxra gheleb krejn fi Triq il-Kbira, Hal Qormi.
Aktar stharrig mill-Pulizija qed jissokta. |
|
Health-Related: Work |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
12 August 2008 |
|
Il-bierah gew pprezentati dawn iz-zewg persuni taht arrest fil-Qorti t’Ghawdex quddiem il-Magsitrat Dr. Paul Coppini LL. D. Il-kazijiet huma separati.
Adrian Vella ta’ 29 sena residenti Kercem, Ghawdex gie akkuzat li fl-10 ta’ Awwissu, 2008 ghal habta ta’ 0830hrs gewwa Kercem u/jew fi bnadi ohra f’dawn il-gzejjer:
- Ikkommetta stupru fuq persuna ohra (femminili);
- Ikkommetta attentat vjolenti ghal pudur fuq l-imsemmija vittma;
- Bla ordni skond il-ligi ssekwestra lil vittma kontra l-volonta’ taghha u dan bhala mezz biex tigi mgieghla taghmel si haga jew toqghod ghal xi haga li toffendi l-misthija tas-sess taghha;
- Offenda l-pudur jew il-morali, b’ghemil li sar f’lok pubbliku jew f’post espost ghal pubbliku.
L-imputat wiegeb li mhux hati u ma nghatax il-liberta` provizorja. Huwa qed jinzamm taht arrest preventiv fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Qorti ordnat divjett fuq il-publikazzjoni ta’ isem il-vittma.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Louise Calleja u Frank Tabone.
____________________
Guvni ta’ 17-il sena mix-Xewkija, Ghawdex gie akkuzat li nhar l-10 ta’ Awwissu, 2008 ghal habta ta’ 2045hrs gewwa x-Xewkija:
- Bla ordni skond il-ligi ssekwestra lil ommu kontra l-volonta` taghha (Kap. 9, Art. 86 u 87 (1) );
- Biex jezercita jedd li ppretenda li ghandu, gieghel bl-awtorita` tieghu nnifsu lil ommu tesegwixxi obligazzjoni, u kontra l-ligi indahal fi hwejjeg haddiehor (Kap. 9, Art. 85).
Il-guvni ma nghatax il-liberta` izda gie ordnat jmur ghal kura fis-sezzjoni tal-mard tal-mohh ta’ l-Isptar Generali t’Ghawdex.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud. |
|
Court |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
12 August 2008 |
|
Kmieni dal-ghodu ghal habta tas-sitta dahlu zewg gruppi ta’ immigranti illegali f’Malta.
Grupp minnhom dahal fuq dghajsa f’Ghar Lapsi. Dan il-grupp kien maghmul minn 28 persuna – 20 ragel u tmien nisa.
It-tieni grupp iddahhal mill-Forzi Armati ta’ Malta gewwa Xatt it-Tiben. Dan il-grupp kien maghmul minn 45 persuna – 35 ragel u ghaxar nisa. Zewg persuni ddahhlu l-Isptar Mater Dei ghal kura medika.
Investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigrants |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
12 August 2008 |
|
Kmieni dal-ghodu ghal habta tal-hamsa neqsin kwart, waqt li Pulizija kien ghaddej minn Pjazza San Filep, Haz-Zebbug gie mwaqqaf minn xi nies u nfurmat li kienet sehhet serqa minn dar u li hallelin kienu ghadhom kemm harbu mid-dar.
Il-Pulizija dahal fid-dar u sab lil sid id-dar harbut u kellu ukoll xi griehi. Mill-ewwel stharrig irrizulta li aktar qabel tliet irgiel mghammda u armati kienu dahlu fid-dar u hemmhekk rabtu, sawtu u heddu lil sid id-dar. Il-hallelin qallbu d-dar, serqu ammont ta’ flus kontanti u wara harbu minn fuq il-post bil-pass. Il-vittma sofra xi griehi. Hdejn id-dar instabet karozza u din irrizultat li kienet misruqa.
B’dan l-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Silvio Meli LL. D fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa ghadhom ghaddejjin. |
|
Hold-Up |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
12 August 2008 |
|
Matul il-lejl ghal habta tas-siegha neqsin kwart waqt li Pulizija mill-Iskwadra Mobbli kienu ghaddejjin minn hdejn il-Bajja ta’ l-Ghadira fuq ronda, gew imwaqqfa minn xi nies li nfurmawhom li kien wegga’ tifel fil-imsemmija bajja.
Il-Pulizija prezenti nizlu hdejn il-bahar u hemmhekk sabu tifel ta’ 14-il sena mitluf minn sensih u ndunaw ukoll li dan ma bediex jiehu nifs. Ghalhekk il-Pulizija tat l-ewwel ghajnuna lill-vittma sakemm waslet l-ambulanza. Xi nies ohra li kienu fuq il-post ukoll taw l-ewwel ghajnuna qabel waslu l-Pulizija fuq il-post. Intant mill-ewwel stharrig li sar ma’ shab it-tifel li kienu mieghu, irrizulta li aktar qabel it-tifel qabez il-bahar, izda ftit wara ndunaw li dan ma bediex jiccaqlaq fil-bahar. Shabu stess tellghuh fuq l-art u talbu ghall-assistenza. Fuq il-post wara l-wasla tal-Pulizija waslet ukoll l-ambulanza u hadet il-vittma l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li kien jinsab f’qaghda kritika. Ftit tal-hin wara l-Pulizija regghet giet infurmata mill-Isptar li minkejja l-interventi medici, it-tifel tilef hajtu.
It-tifel huwa minn San Gwann.
Illum saret l-awtopsja fuq il-katavru u rrizulta li l-vittma sofra concussion u fega.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat Dr. Silvio Meli LL. D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar stharrig mill-Pulizija bhalissa ghadom ghaddejjin. |
|
Health-Related: Fatal Drowning |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
11 August 2008 |
|
Illum, il-Pulizija ipprezentat taht arrest lil :
Carmel Abela ta’ 49 sena mwieled gewwa il- Hamrun u residenti l-Isla
Angelino Abela ta’ 44 sena mwieled gewwa il- Hamrun, residenti z-Zejtun
Anthony Abela ta’ 48 sena mwieled gewwa il- Hamrun residenti l-Iklin
Jonathan Abela ta’ 23 sena mwieled gewwa il- Pieta residenti l-Iklin
Johan Abela ta’ 21 sena mwieled gewwa il- Pieta residenti gewwa iz-Zejtun
Jason James Agius ta’ 34 sena mwieled gewwa l-Ingilterra u residenti l-Hamrun
Heathcliffe Schembri ta’ 22 sena mwieled il- Pieta residenti gewwa Santa Venera James Vella ta’ 51 sena mwieled il- Pieta residenti gewwa Pieta
Dylon Vella ta’ 22 sena mwieled il- Pieta residenti gewwa Pieta
John Mamo ta’ 24 sena mwieled il- Pieta residenti l-Hamrun
Nazzareno Gatt ta’ 34 sena mwieled Pieta residenti gewwa Zejtun
Kelsey Vella ta’ 20 sena mwielda il- Pieta residenti Pieta
Carmela Mintoff ta’ 51 sena mwielda il- Belt Valletta residenti gewwa Birkirkara
Alishia Mintoff ta’ 27 sena mwielda il- Pieta residenti gewwa Birkirkara
Marouska Attard ta’ 25 sena mwielda il- Pieta residenti il- Hamrun
Huma gew akkuzati fost akkuzi ohra, talli fil-Hamrun, nhar l-10 ta’ Awissu 2008 , bejn il- hinijet ta’ 4.50pm u 5.40pm :
- Xewwxu gemgha ta’ nies, illi hekk imxewwxa ingabru f’numru ta’ ghaxra jew aktar, sabiex jghamlu reat, u cioe’ attakk u resistenza fuq diversi membri tal-Korp tal-pulizija kif ukoll hsarat volontarji, jew hadu parti attiva f’gemgha ta ghaxra min-nies jew aktar migburin bil-hsieb li jghamlu reat;
- Ingurjaw jew heddew jew ghamlu offizi, fuq persuni ta’ diversi persuni inkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku, u cioe’ diversi membri tal- korp tal- Pulizija ta’ Malta;
- Heddew lill-diversi membri tal-Korp tal-Pulizija bi kliem;
- Kisru volontarjament il-bon ordni jew il-kwiet tal-pubblika;
- Ma obdewx l-ordnijiet legittimi moghtija lilhom mill-Pulizija ;
- Qalu kliem fahxi li jikkonsisti f’dagha;
Carmel Abela, Jonathan Abela, Anthony Abela u Johan Abela wahedhom:
- Attakkaw u/ jew ghamlu rezistenza bi vjolenza jew b’hebb, ta xorta li ma titqies vjolenza pubblika, kontra persuni inkarigati skond il- ligi min servizz pubbliku u cioe’ is-Superintendent, l-Ispetturi (2), u il-Maggur inkarigati mid-Distrett, u u membri ohra tal-Korp tal- Pulizija.
Angelino Abela wahdu:
- Attakka u/ jew ghamlu rezistenza bi vjolenza jew b’hebb, ta xorta li ma titqies vjolenza pubblika, is-Superintendent inkarigat, u diversi membri ohra tal- korp tal- Pulizija;
- Ingurja jew hedded jew ghamel offiza fuq il- persuna ta’ Superintendent tal-Pulizija;
- Volontarjamanet hassar, ghamel hsara, jew gharraq portable radio propjeta tal- Korp tal-Pulizija.
Carmel Abela wahdu talli
- Ikkaguna offizi ta’ natura hafifa fuq il- persuna tas-Superintendent inkarigat.
Jason James Agius wahdu
- Attakka jew ghamel rezistenza bi vjolenza jew b’hebb ta xorta li ma titqies vjolenza pubblika diversi membri tal-Korp tal- Pulizija.
Heathcliffe Schembri wahdu -
- Volontarjamanet hassar, ghamel hsara, jew gharraq hwejjeg haddiehor mobbli jew immobli u cioe, vettura bin-numru ta’ l-ghamla Hyundai (vettura provata).
James Vella, Dylon Vella u Kelsey Vella wahedhom gew akkuzati fost akkuzi ohra :
- Volontarjament hassru, ghamlu hsara, jew gharrqu l-vettura tal-ghamla Ford Focus (vettura tas-servizz).
Kelsey Vella wahedha ukoll:
- Ikkagunat offizi ta’ natura hafifa fuq il-persuna ta’ kuntistabbli.
Carmela Mintoff u Alishia Mintoff wahedhom :
- Attakkaw u/jew ghamlu rezistenza bi vjolenza jew b’hebb ta’ xorta li ma titqiesx vjolenza pubblika kontra;
- Volontarjament hassru, ghamlu hsara, jew gharrqu diversi uniformijiet tal-Pulizija.
Marouska Attard wahedha:
- Ghamlet rezistenza bi vjolenza jew b’hebb ta’ xorta li ma titqies vjolenza pubblika kontra il- persuni inkarigati skond il- ligi min servizz pubbliku
- Volontarjament hassret, ghamlet hsara, jew gharrqet vettura tal-ghamla Ford Focus;
- U aktar talli bil-hsieb li tghamel hsara lil Maggur u diversi membri ohra tal- Korp tal- Pulizija akkuzat lill- istess Maggur quddiem awtoritajiet kompetenti b’ reat filwaqt li taf li dan ir-reat ma sehhx
- U aktar talli fl-istess data, waqt li kienet taht arrest, fl-ghassa tal–Pulizija tal- Hamrun, f’ xi hin wara l-5.30pm, harbet mill- lok imsemmi u cioe’ minn taht il-kustodja tal- Pulizija;
- U aktar talli f’ dawn il-Gzejjer, bil- qerq holqot, tracci ta’ reat b’mod li setghu jimbdew proceduri kontra membri tal-Korp tal-Pulizija billi iddenunzjat il-falz quddiem il- persuni ta’ awtorita
John Mamo wahdu :
- Talli nhar l-10 ta’ Awissu, 2008, ghall- habta ta’ 8.15pm, gewwa il- Kwartieri Generali tal- Pulzija, bil-hsieb li jghamel hsara lill- membri tal- Korp tal- Pulizija akkuza lill-diversi membri tal- korp tal- Pulizija quddiem awtoritajiet kompetenti b’ reat filwaqt li jaf li dan ir-reat ma sehhx
- Bil-qerq holoq tracci ta’ reat b’mod li setghu imbdew proceduri kontra membri tal- korp tal- pulizija billi iddenunzja il-falz quddiem il- persuni ta’ awtorita
L-akkuzati wiegbu li mhumiex hatja ghall-akkuzi migjuba kontrihom. Huma inghataw il-liberta’ provizorja fuq is-solitu kundizzjonjiet li ma jitilqux mill-gzejjer Maltin, jidhru quddiem il-Qorti kull meta jigu miltuba, ma jsiefrux, jiffirmaw l-Ghassa tal-Hamrun, u garanzija personali ta’ €20 000 (kull wiehed). |
|
Court |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
11 August 2008 |
|
Il-Pulizija ressqet taht arrest quddiem il-Magistrat Dr S Meli LLD lil :
Mohamed Abdala Haybe ta’ 43 sena, mwieled is-Somalja u residenti Londra.
Huwa gie akkuzat fost akkuzi ohra bl-importazzjoni u pussess bl-intenzjoni ta’ traffikar tad-droga Khat.
L-akkuzat wiegeb li mhux hati tal-akkuzi migjub kontrih. Huwa ma nghatax il-liberta provizorja u gie mehud fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin. |
|
Court |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
11 August 2008 |
|
Qed isir riferenza ghall-istqarrija Stampa li kienet harget fit-23 ta’ Lulju, 2008 fejn ragel ta’ 60 sena minn San Gwann kien waqa’ gholi ta’ sular meta kien qieghed jghid lil fi Triq il-Gallina, San Gwann.
Dalghodu gejna nfurmati li r-ragel sfortunatament miet.
Go to the July News List |
|
Health-Related: Fatal Fall |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
10 August 2008 |
|
Illum fil-hamsa ta’ wara nofs in-nhar (17:00) quddiem il-Magistrat Dr Padovani Grima LL.D. l-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 52 sena mill-Hamrun il-Qorti inkonnessjoni mal-glieda familjari li sehhet il-bierah fil-Hamrun. |
|
Court Notice |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
10 August 2008 |
|
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest seba’ persuni wara sejba ta’ droga kokajina, ecstasy, raza tal-kannabis w amfetamina waqt party li sar matul il-lejl li ghadda gewwa Ta’ Qali.
Il-persuni arrestati huma ragel ta’ nazzjonalita’ Spanjola ta’ 22 sena li nstab fil-pussess ta’ raza tal-kannabis, kif ukoll sitt irgiel ohra Maltin li l-eta’ taghhom tvarja bejn is-16 sena u l-25 sena u li huma mis-Siggiewi, San Gwann, Zabbar, u l-Belt Valletta li nstabu fil-pussess ta’ droga kokajina, ecstasy, raza tal-kannabis u amfetamina.
F’kaz ta’ persuna minnhom, l-ammont ta’ droga ecstasy misjuba fuq il-persuna tieghu jindika li d-droga kienet intiza sabiex tigi ttraffikata waqt dan il-party.
Il-persuni qed jinzammu arrestati ghall-aktar stharrig u mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien. |
|
Drugs |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
9 August 2008 |
|
Ghal habta ta’ nofs inhar neqsin kwart il-Pulizija kienet infurmata illi fuq is-Sur ta’ Santa Barbara, il-Belt Valletta kien hemm ragel ma l-art.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stħarrig irrizulta li ghal xi raguni ragel, li ghandu 59 sena u huwa ta’ nazzjonalita’ barranija, waqa’ meta kien mixi fl-imsemmija triq, habat rasu u ntilef minn sensih. Huwa nghata l-ewwel ghajnuna minn tabib li kien fl-akwata fil-hin ta’ incident.
Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn wara li nghata kull ghajnuna medika possibbli sfortunatament ir-ragel miet.
L-awtopsja fuq il-katavru tar-ragel ser issir nhar it-Tnejn fil-ghodu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin. |
|
Health-Related: Fatal Fall |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
9 August 2008 |
|
Ghal habta tas-saghtejn il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Brighella fil-Hamrun kien hemm glieda familjari.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li kien inqala’ argument bejn mara u ragel, it-tnejn mill-Hamrun u li ghandhom 41 sena 52 sena rispettivament, fejn il-mara kienet tidher li qed isofri minn griehi fuq wiccha ta’ arma bil-ponta u li taqta’.
Fuq il-post isejjhet ambulanza fejn hadet lil mara l-isptar Mater Dei fejn ghadha qed tinghata l-ghajnuna medika pero’ sa dan il-hin il-mara ma kienetx fil-periklu li titlef hajjitha.
Biz-zewg kazijiet kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Għassa Dr C Scerri Herrera LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fiz-zewg inkjesti
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.
|
|
Public Disturbance |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
8 August 2008 |
|
Illum il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq San Gorg, fil-Gzira persuna kienet bla hajja f’residenza privata.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn mill-ewwel stħarrig irrizulta li ghal xi raguni sfortunat ragel li ghandu 80 sena u huwa mill-Gzira, instab ma l-art fid-dar tieghu wara li kien ha xokk. Huwa kien iccertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr M Mallia LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jasistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin. |
|
Health-Related: Home Electrocution |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
8 August 2008 |
|
Il-bierah filghaxija l-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq il-Karmnu, Rahal Gdid kienet ghadha kif waqqghet persuna.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stħarriġ irrizulta li ghal xi raguni ragel, li ghandu 59 sena u huwa minn Rahal Gdid, waqa’ meta kien qieghed jaghmel xi xoghol fir-residenza tieghu.
Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġriehi ta’ natura gravi u li jinsab fil-periklu li jitlef ħajjitu.
Bil-każ kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Għassa Dr D Clark LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jasistuha fl-inkjesta. |
|
Health-Related: Home |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
7 August 2008 |
|
Il-Pulizija kienet infurmata li matul il-lejl li ghadda, il-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu f’Malta zewg gruppi ta’ immigranti illegali. L-ewwel dghajsa ddahhlet ghall-habta tas-saghtejn (02.00hrs) u t-tieni wahda ddahhlet siegha wara (03.00hrs). Iz-zewg dghajjes gew skortati sa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq l-ewwel dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 30 persuna, 28 kienu rgiel u 2 nisa u fit-tieni dghajsa kien hemm grupp ta’ 28 immigrant, 26 ragel u 2 nisa.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
4 August 2008 |
|
Ghall-habta tal-hamsa u kwart ta’ wara nofs in-nhar (17.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-lok ta’ l-incident fejn mill-ewwel stharrig ta’ fuq il-post irrizulta li waqt li sewwieq ta’ vettura (truck) tat-tip Ford Iveco kien ghaddej minn Naxxar Road direzzjoni lejn Valley Road, Birkirkara ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura. Waqt li kien qed isehh l-incident, zewg persuni li kienu ghaddejin mit-triq sfaw feruti. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet liz-zewg persuni l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Iz-zewg persuni, mara ta’ 47 sena (certifikata li qed issofri minn griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt) u ragel ta’ 50 sena minn San Pawl il-Bahar (li qed isofri minn griehi ta' natura hfief salve kumplikazzjonijiet) ghadhom qed jigu mghotija l-kura l-Isptar. Is-sewwieq tat-truck huwa ragel ta’ 34 sena minn Pembroke. Kawza ta’ l-incident it-truck kellu impatt ma’ bankina, ma’ faccata ta’ residenza, kif ukoll ma vettura tat-tip Skoda Favorit li garrbu xi hsarat.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Anthony Vella LLd gie infurmat bil-kaz u hatar esperti sabiex jassistuh.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq l-incident. |
|
Traffic-Related |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
3 August 2008 |
|
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest tlett persuni wara sejba ta’ droga kokajina u eroina f’operazzjoni kontra t-traffikar ta’ droga fl-inhawi tal-Qasam tad-Djar ta’ Haz-Zabbar.
L-hidma bdiet kmieni filghodu wara stharrig li wassal sabiex tigi identifikata attivita ta’ traffikar ta’ droga fil-post imsemmi. Filfatt mill-ewwel giet innotata attivita` ta’ traffikar, u mal-hin gew arrestati zewg persuni ta’ 31 sena mill-Belt Valletta u iehor ta’ 39 sena miz-Zejtun.
Aktar tard giet arrestata wkoll il-persuna li kienet qed tbiegh d-droga, guvni ta’ 22 sena u li huwa diga maghruf mal-Pulizija. Fil-pussess tieghu nstabu diversi pakketti mimlija bid-droga kokajina u eroina li kienu lesti sabiex jinbieghu. Gewwa r-residenza tieghu nstabu wkoll mizien w oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga.
Il-persuni qed jinzammu ghall-aktar stharrig u mistennija li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien. |
|
Drugs |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
3 August 2008 |
|
Għall-ħabta tal-kwarta (12.15hrs) il-Pulizija kienet infurmata li ddaħħlu grupp ta’ immigranti illegali ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 31 persuna, 19-il ragel u 12-il mara.
Il-Pulizija għada għaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar il-kaz.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
2 August 2008 |
|
Ghal habta tat-tmienja ser jiddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’Wied il-Buni, B’Bugia wara li gew salvati ‘l barra minn Malta.
Il-grupp ta’ 27 huwa kollu rgiel.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
2 August 2008 |
|
Illum wara nofs in-nhar il-Pulizija ressqet il-Qoti quddiem il-Magistrat Dr A Demicoli LLD lil Amir Mohammed Ahmed ta’ 36 sena u akkuzatu talli:
- Hedded permezz ta’ oggett iebes lil zewg persuni, kif ukoll ikkawza hsara volontarja li teccedi €116.47; u
- Kiser il-mistrieh pubbliku b’ghajjat u glied.
L-imputat wiegeb hati ta’ l-akkuzi migjuba fil-konfront tieghu u l-Qorti kkundanatu ghal prigunerija ta’ tmien xhur, sospizi ghal sentejn.
F’kaz iehor quddiem il-Magistrat A Ellul LL.D., il-Pulizija ressqet il-Qorti lil John Francis Buttigieg ta’ 23 sena u li huwa min-Nadur u akkuzatu talli:
- Fil-lejl ta’ bejn il-31 ta’ Lulju u l-1 ta’ Awwissu, 2008 gewwa Ghajnsielem ingurja jew ghamel offiza fuq persuna inkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku;
- Talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi ghamel hsara jew gharraq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobbli ghad-detriment tal-Gvern ta’ Malta, liema hsara tammonta ghal €55;
- Talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi ta taghrif jew partikolarijiet foloz;
- Talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi attakka jew ghamel rezistenza bi vjolenza kontra persuna inkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku;
- Talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi minghajr hsieb li jqieghed il-hajja f’periklu car ikkaguna griehi ta’ natura hafifa fuq il-persuna inkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku;
- Kiser il-bon ordni u l-kwiet pubbliku
John Francis Buttigieg gie rrilaxxat minn taht l-arrest bil-kundizzjoni li jiffirma darbtejn darba fil-gimgha l-Ghassa tar-Rabat, Ghawdex, u jiddepozita s-somma ta’ elf ewro (€1,000) u garanzija personali ta’ €4,000.
Intant, ghal habta tas-saghtejn neqsin kwart (14:45) il-Pulizija kienet infurmata li fi Pjazza Santa Liena, B’Kara kien hemm ragel ma l-art.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminary rrizulta li ragel li ghandu 45 sena u li huwa minn B’Kara ghal xi raguni waqa’ u habat rasu bil-konsegwenza li ntilef minn sensih.
Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li kien qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi (minhabba d-daqqa li sofra f’rasu) u li kien jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin. |
|
Court |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
2 August 2008 |
|
Dal-ghodu ftit wara s-sebgha u nofs, il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident hdejn il-Monument tal-Gwerra, Floriana.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mil-ewwel stharrig gie stabbilit li ghal xi raguni mara kienet waqghet minn fuq xarabank. L-incident allegatament sehh waqt li x-xarabank kienet qed iddur mar-roundabout tal-monument imsemmi. Il-mara, li ghandha 61 sena u hija minn Hal Qormi, ittiehdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar li l-mara kienet tinsab fil-periklu tal-mewt.
Bl-incident gie infurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. A. Mizzi LL.D.
Aktar stharrig bhalissa ghadu ghaddej.
|
|
Traffic-Related |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
2 August 2008 |
|
Ghal habta tan-nofsiegha (1230hrs), il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A. Demicoli LL.D.
Ir-ragel, li huwa mill-Etijopja, ser jigi akkuzat bi hsara volontarja, theddid fuq persuni ohra u ksur tal-paci pubblika fost akkuzi ohra. |
|
Court Notice |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
2 August 2008 |
|
Kmieni dal-ghodu ghal habta tat-tlieta u nofs dahlet dghajsa b’numru ta’ immigranti illegali gewwa Wied iz-Zurrieq.
Irrizulta li l-grupp ta’ immigranti kienu maghmul minn 28 persuna, seba’ minnhom nisa.
Aktar stharrig qed jitmexxa mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
1 August 2008 |
|
Ghall-habta tat-tmienja u nofs (08.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet kolluzzjoni fi Vjal Santa Lucija kantuniera ma’ Triq il-Palm, f’Rahal il-Gdid.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li zewg vetturi tat-tip Subaru; li kienet ghaddejja minn Triq il-Palm direzzjoni ghall-Marsa u vettura tat-tip Suzuki; li kienet qed tinstaq mill-Marsa direzzjoni lejn Santa Lucija ghal xi raguni habtu. Konsegwenza ta’ l-incident il-vettura tat-tip Suzuki baqat diehla go sigra, inqalbet u giet fuq il-genb. Ragel li kien jinsab fil-vicinanzi ta’ fejn sehh l-incident mar fuq il-post sabiex jaghti l-assistenza lis-sewwieqa u l-passiggiera tas-Suzuki; mara ta’ 41 sena u tifla ta’ 15-il sena, it-tnejn mill-Mosta. Ftit mumenti wara li ta l-ghajnuna mehtiega r-ragel sofra minn hass hazin. Fuq l-post giet msejjha ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei. Huwa tilef hajtu ftit hin wara.
Ir-ragel kellu 61 sena u kien mill-Hamrun.
Intant, il-mara u t-tifla gew mehuda b’ambulanza l-Isptar ghall-kura medika fejn gew iccertifikati li jinsabu f’qaghda stabbli.
Is-sewwieq tal-vettura Subaru huwa guvni ta’ 24 sena minn Hal-Tarxien u ma sofra ebda griehi.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz. |
|
Traffic-Related |
|
| Report
Date |
|
Info |
|
Category |
1 August 2008 |
|
Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tmienja u nofs (08.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienu ddahhlu xi immigranti illegali gewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li l-grupp kien maghmul minn 28 immigranti; 26 ragel u 2 nisa.
Il-Pulizija ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.
Go to Frontex Watch Page |
|
Illegal Immigration |
|
|
|
| |
|
|
|
 |
|
 |