The Police Force CMRU's information service.

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

31 August 2009

 

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-droga f’dawn l-ahhar granet investigat 6 persuni fuq suspett ta’ traffikar u pussess ta’ droga gewwa Paceville u G’Mangia.

        

L-ewwel sejba ta’ droga saret fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Hadd li ghadda gewwa stabbiliment ta’ divertiment gewwa Paceville. Fil-pussess taz-zewg zaghzagh ta’ 16 u 17 il-sena, u li huma residenti l-Gzira u l-Msida nstabet d-droga Kannabis.

 

Aktar tard saret ukoll tfittxija fir-residenza taz-zaghzugh ta’ 16 il-sena, fejn fil-kamra tas-sodda tieghu nstabu madwar 120 gramma ta’ weraq tal-kannabis. Minn aktar indagini tal-Pulizija jirrizulta li kien qed isir abbuz ukoll ta’ droga ecstasy u kokajina, kif ukoll traffikar tad-droga kannabis.

 

It-tieni sejba saret kmieni l-bierah wara nofsinhar gewwa G’Mangia, wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija illi kien qed isir traffikar ta’ droga minn appartament fl-istess lokalita. Filfatt minn tfitxxija kemm fuq il-persuni kif ukoll gewwa l-appartament inkwistjoni nstabet d-droga eroina, crack, kif ukoll raza tal-kannabis.

 

B’kollox inkonessjoni ma’ din is-sejba gew arrestati 4 guvintur, li l-eta taghhom tvarja bejn l-20 u s-27 sena u huma residenti G’Mangia, B’Kara u San Gwann. Il-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fuq akkuzi ta’ pussess ta’ droga filwaqt li wiehed minnhom ser jitressaq ukoll fuq traffikar ta’ droga.

 

Aktar stharrig f’dawn iz-zewg kazijiet  ghadhom ghaddejjien u l-persuni mistennija li jitresssqu l-Qorti fil-granet li gejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

31 August 2009

 

Kmieni dalgħodu għal ħabta tas-sebgħa u nofs il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Għar Dalam, B’Buġia kien seħħ inċident stradali.

       

Il-Pulizja marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarrig preliminari rriżulta li żewġ vetturi li kienu ġejjin minn direzzjoni opposta għal xi raġuni ħabtu.  Il-vetturi, Xarabank misjuqa minn raġel ta’ 30 miż-Żejtun u Vann misjuq minn raġel ta’ 31 sena minn B’Buġia, ġarbu ħsarat konsiderevoli.  Ix-xufier tal-Vann ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ftit tal-ħin ilu kien iċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.  Fil-ħin ta’ l-inċident fix-Xarabank kien hemm xi persuni fejn sitta minnhom weġġgħu ħafif u ngħataw il-kura medika.

 

Bil-każ  kien infurmat il-Maġistrat ta’ l-Għassa Dr A Mizzi LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Bħalissa t-triq tinsab magħluqa u għaldaqstant il-pubbliku huwa mitlub li juża’  toroq alternattivi sakemm tinfetaħ it-triq.

Aktar tard inharget stqarrija fejn intqali li s-sewwieq ta’ 31 sena minn B’Bugia stess, qaleb ghall-ahjar u ma ghadux jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

30 August 2009

 

llum għal ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar il-Pulizija kienet infurmata li l-Forzi Armati ta’ Malta dahlu xi klandestini f’Xatt it-Tiben.

       

Il-Pulizja marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li l-grupp ta’ immigranti illegali kien jikkonsisti f’4 persuni, zewgt irgiel, mara u tarbija.  Il-mara u t-tarbija ttiehdu l-isptar MaterDei ghal aktar osservazzjonijiet.

 

Il-Pulizija ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

 

Go to Frontex Watch Page

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

30 August 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tal-hamsa u kwart (05150hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kif sehh incident tat-traffiku gewwa Ghajn Rihana, limiti ta’ Burmarrad.

       

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Mosta marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 52 sena mir-Rabat kien issuq il-vettura tal-ghamla Peugeot 406 ta’ kulur ahmar, dan ghal xi raguni tilef il-kontroll u baqa’ diehel go l- ‘iron railings’ li jinsabu fit-triq.

 

Konsegwenza ta’ dan l-impatt, ssejhet l-ambluanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei u wara li gie ezaminat gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Giovanni Grixti LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Stqarrija mahruga fl-1 ta' Settembru ntqal li s-sewwieq, ragel ta’ 52 sena mir-Rabat, qaleb ghall-ahjar u ma ghadux jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.

Aktar investigazzjonjiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjijn.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

29 August 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-seba u nofs (07.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien intlemah kadavru fil-bahar fl-inhawi ta’ Birzebbugia.

       

Aktar tard, ghall-habta tad-disa (09.00hrs), il-kadavru ddahhal f’Xatt it-Tiben permezz tal-Patrol Boat tal-AFM.  Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirrizulta li l-kadavru huwa ta’ sess maskili u nstab madwar 0.6 mili nawtici l-barra minn Birzebbugia.  Il-gisem instab fi stat ta’ dekompozizzjoni.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr E Grima LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Body at Sea

 

Report Date   Info   Category

28 August 2009

 

Dal ghodu għal ħabta ta’ nofs in-nhar nieqsin kwart (1145) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna mejta f’residenza gewwa Triq l-Ilma, Swieqi.

      

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat fejn sabu mara li kienet mitluqa ma’ l-art. Il-vittma li hija mara ta’ 51 sena mis-Swieqi giet iccertifikata mejta fuq il-post.

 

Il-kawza tal-mewt taghha x’aktarx li huwa relatat ma’ xokk elettriku. L-awtopsja fuq il-katavru ghandha tistabilixxi ezatt il-kawza tal-mewt.

 

Bil-kaz giet nfurmata il-Magistrat ta’ L-Ghassa Dr. Edwina Grima LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjijn.

  Health-Related: Residential - Fatal

 

Report Date   Info   Category

27 August 2009

 

Illum għal ħabta tal-ħamsa (17:00) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ħal Resqun il-Gudja.

     

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat u mill-ewwel stħarriġ tagħha rriżulta li raġel, li għandu 42 sena u huwa ta’ nazzjonalita’ Eġizjana, kien aggredit waqt li kien sejjer għal vettura tiegħu.  Il-ħallelin ħarbu minn fuq il-post permezz ta’ vann.  L-ammont misruq huwa wiehed konsiderevoli.

 

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u ghadu qed jiġi medikat għal feriti li sofra.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

27 August 2009

 

Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest 3 persuni wara sejba ta’ droga kokajina tard il-bieraħ filgħaxija.

     

Is-sejba ta’  aktar minn 530 gramma ta’ droga kokajina li kienu ġo 59 kapsola saret wara ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Filfatt għal ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija twaqqfu żewġ persuni ta’ nazzjonalita’ Niġerjana, wieħed ta’ 27 sena residenti l-Marsa u l-ieħor ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar. Fil-pussess ta’ wieħed minnhom instabet id-droga kokajina

 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Anthony Vella LL.D. kien infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

 

Aktar tard bil-lejl kien arrestat raġel ieħor ta’ nazzjonalita’ Niġerjana ta’ 30 sena, residenti wkoll San Pawl il-Baħar inkonessjoni ma’ din is-sejba

 

Aktar stħarriġ f’dan il-każ għadhom għaddejjin u l-persuni mistennija jitresssqu l-Qorti fil-ġranet li ġejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

27 August 2009

 

Kmieni dal ghodu ghall habta tas-sitta (0600hrs) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq L-Imgarr, Ghajnsielem, Ghawdex kien hemm kolluzzjoni bejn mutur u vettura b’wiehed mis-sewwieqa ferut.  

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post , fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li mutur tat-tip Honda li kien qed jigi misjuq minn ragel ta’ 30 sena mill-Gharb, Ghawdex, dan ghal xi raguni kellu impatt ma’ vettura tat-tip Kia Avella misjuqa minn Guvni iehor ta’ 28 sena, Ghawdxi ukoll.

 

Minhabba li s-sewwieq tal-mutur sofra xi griehi ssejhet l-ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Generali ta’ Ghawdex fejn minn hemm gie ccertifikat li huwa fil-periklu tal-mewt u ha jigi trasferit fl-Isptar Mater Dei, Malta.

 

Bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Paul Coppini LL.D fejn hatar l-esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjijn.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

27 August 2009

 

Ghall habta ta’ l-ghaxra u nofs ta’ lbierah filghaxija (2230hrs) il-Pulizija kienet infurmata illi f’Wied ix-Xoqqa, Birzebbugia kienu ghadhom kemm dahlu grupp ta’ immigranti rregolari.   

 

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post , fejn sabu grupp ta’ 80 persuna. Dan il-grupp kien maghmul minn 66 ragel u 14-il mara. Mal-wasla dawn qalu lill-Pulizija li kienu kollha mis-Somalja.

 

Ftit minuti wara, il-Pulizija nnuttat li fil-bahar kien hemm persuna mejta. Din il-persuna giet identifikata bhala wiehed mill-irgiel li kien mal-grupp ta’ l-immigranti.

 

L-investigazzjoni fuq din il-wasla qed titmexxa mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni, filwaqt li bis-sejba tal-katavru gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Anthony Joseph Vella LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Go to Frontex Watch Page

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

26 August 2009

 

Ghall habta tat-tmienja u kwart ta’ fil ghaxija (2015hrs) il-Puizija kienet infurmata illi gewwa Triq id-Denci, Mellieha, kien ghadu kemm sehh incident.

     

 Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post , fejn minn stharrig preliminari rrizulta li tifel ta’ 15- il sena minn Naxxar kien waqa’ minn gholi ta’ madwar sular u nofs ghall gewwa sit ta’ kostruzzjoni.

 

Fuq il-post issejhu membri  tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza li hadet lit-tifel l-isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt u sa issa ghadu qed jinghata l-kura medika gewwa l-Isptar.

 

In-natura tal-griehi li garrab it-tifel tinghata aktar il-quddiem.

 

Aktar investigazzjonijiet minn naha tal-Pulizija ghadhom ghaddejjijn.

  Health-Related: Worksite

 

Report Date   Info   Category

26 August 2009

 

Ghall habta tal-hamsa ta’ fil ghaxija (1700hrs) il-Puizija kienet infurmata illi gewwa Triq Anton Buttigieg, iz-Zejtun kien ghadu kif sehh incident stradali u kien hemm persuna/i maqbuda f’karozza.

     

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post , fejn gew imsejjha ukoll membri tal-Protezzjoni Civili flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Minn stharrig preliminari rrizulta li kienet sehhet habta bejn bowser u tlett vetturi, b’wahda mill-vetturi iggarab hsarat estensivi.

 

Il-persuni li kienu go wahda mill-vetturi,  Toyota Starlet ta’ lewn iswed tilfu hajjithom u gew iccertifikati mejta fuq il-post. Ill-vittmi huma s-sewwieq ta’ 20 sena, tfajla ta’ 20 sena, u tifla ta’ 3 snin li kienet fuq is-seat ta’ wara. Il-vittmi huma kollha residenti z-Zejtun.

 

Il-vetturi l-ohra nvoluti huma bowser ta’ l-ilma misjuq minn guvni 26 sena min Haz-Zabbar, vettura tat-tip Toyota Corsa misjuqa minn guvni ta’ 28 sena minn MarsaXlokk u vettura ohra Volkswagen Golf misjuqa minn tfajla ta’ 29 sena mill-Gharghur. Is-sewwieq tal-bowser ittiehed l-isptar Mater Dei minhabba li sofra xokk qawwi.

L-incident sehh meta s-sewwieq ta’ l-Istarlet kien qed isuq mid-direzzjoni ta’ Bir id-Deheb lejn Wied il-Ghajn u ghal xi raguni sehh l-incident mal-vetturi l-ohra msemmija, li kienu sejrin fid-direzzjoni opposta.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Anthony Joseph Vella LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjijn.

  Traffic-Related: Fatal

 

Report Date   Info   Category

26 August 2009

 

Nixtiequ navzaw lill-pubbliku illi Triq Anton Buttigieg gewwa z-Zejtun tinsab maghluqa ghat-traffiku minhabba incident stradali li ghadu kif sehh.

     

Aktar dettalji jinghataw aktar il-quddiem.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

25 August 2009

 

With reference to the article published in the issue of Maltatoday on Sunday 23rd August 2009 entitled ‘Police caught lying over manhandling allegation’, the Police wish to clarify that the manner in which this case is being reported and interpreted, is incorrect.

    

The facts of this case are as follows:

 

On 12 June 2009, officials of the Malta Tourism Authority (MTA) requested the assistance of the St. Julian’s Police after a young lady who was at St. George’s Bay accompanied by her dog, was refusing orders given by these officials to remove the dog from the Bay since this was in breach of the law.

 

The Police immediately called on site and confirmed the report lodged by the MTA officials. When spoken to by the Police, the young lady kept on refusing to abide with the legitimate orders imparted to her and did not remove the dog from the Bay.

 

Since the young lady did not take any heed of the Police officers’ instructions, a female Police officer was called on site.  At this point, the young lady expressed her wish to leave the bay, which request was not objected to as long as she gave her particulars to the Police officers so that criminal proceedings could be instituted against her.  Nevertheless, this young lady declined to give her particulars.

 

Upon the arrival of the female Police officer, the young lady was arrested and conveyed to St. Julian’s Police Station for further investigations.  Since the young lady refused to cooperate with the Police officers and also resisted her arrest, minimum force had to be applied. As a consequence of the young lady’s actions, the female Police officer suffered injuries of a slight nature on her lip, whilst the young lady had some bruises on her arm from where she was held whilst being taken into the Police car.

 

This incident was confirmed by other persons who happened to be the scene of the incident.

 

Once at St. Julian’s Police Station, the Police contacted and requested the young lady’s parents to call thereat.  It was at the Police Station that the young lady’s mother managed to persuade her daughter to give her particulars to the Police.  The incident ended there and the young lady left for home accompanied by her mother.

 

Some days following the incident, the mother accompanied by the young lady, called upon Superintendent Sharon Tanti, at St. Julian’s Police Station, and reported that during the aforementioned incident, the Police officers involved had used force in excess of what was required, and caused some bruises on the young lady ‘s arm and thigh.  The mother and her daughter requested the Superintendent to ensure that in similar incidents, the Police officers should be more prudent whilst executing their lawful duties, and demanded that the Superintendent should bring this to the attention of the Police officers concerned.

 

From investigations carried out by the Police it did not result that the Police officers involved in this incident had used excessive force but had only applied that amount of minimum force required to control the young lady’s attitude.

 

On 16th June 2009, the Police issued the relative charges against the young lady as regards this incident that ensued on 12th June 2009.

 

The Police categorically deny that Superintendent Sharon Tanti had told the young lady’s mother not to file a report at Police Headquarters, as was reported by the mentioned newspaper on Sunday 23 August 2009.

  Police Reaction: Newspaper Report

 

Report Date   Info   Category

25 August 2009

 

B’referenza ghall-artiklu li deher fil-harga tal-Maltatoday ta’ nhar il-Hadd 23 ta’ Awwissu 2009 bit-titolu ‘Police caught lying over manhandling allegation’, il-Pulizija tixtieq tikkjarifika li l-mod kif qed jigi nterpretat u rrappurtat dan il-kaz huwa inkorrett.

    

Il-fatti ta’ dan il-kaz graw kif ser jinghad:

 

Fit-12 ta’ Gunju 2009, membri tal-Awtorita’ tat-Turizmu (MTA) irrappurtaw fl-Ghassa ta’ San Giljan, u talbu l-assistenza tal-Pulizija, peress li tfajla li kienet b’kelb fil-Bajja ta’ San Gorg, kienet qed tirrifjuta li tobdi l-ordnijiet li tawha sabiex tnehhi l-kelb minn fuq il-bajja peress li dan kien kontra l-ligi.

 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat u gie kkonfermat ir-rapport li sar mill-MTA.  Barra minnhekk, din l-istess tfajla bdiet tirrifjutha li tobdi l-ordnijiet moghtija lilha mill-Pulizija, u cioe, sabiex tnehhi l-kelb minn fuq il-Bajja ta’ San Gorg.

 

Meta l-Pulizija baqghet tigi njurata ghal certu hin, intalbet l-assistenza ta’ Pulizija mara sabiex tittiehed l-azzjoni necessarja.  Fil-frattemp, din it-tfajla riedet titlaq minn fuq il-post.  Il-Pulizija accettat dan sakemm it-tfajla tfornihom bil-partikularijiet taghha sabiex ikunu jistghu jinbdew proceduri kriminali fil-konfront taghha.  Din it-tfajla rrifjutat dawn l-ordnijiet.

 

Ghaldaqstant, mal-wasla tal-Pulizija mara, din it-tfajla giet arrestata u mehuda l-Ghassa ta’ San Giljan ghal aktar investigazzjonijiet.  Peress li t-tfajla irrifjutat li tikkopera mal-Pulizija, kella tintuza forza minima waqt l-arrest u dan peress li t-tfajla baqghet tirrezisti l-arrest.  B’konsegwenza ta’ dan, il-Pulizija mara sofriet griehi ta’ natura hafifa f’xoffitha, filwaqt li din it-tfajla kellha xi marki ta’ swaba fuq drieghha minfejn inzammet biex tiddahhal fil-karozza tal-Pulizija.

 

Dan l-incident huwa kkonfermat minn persuni ohra li kienu fuq il-post waqt li sehh dan l-incident.

 

Immedjatament li twasslet l-Ghassa tal-Pulizija ta’ San Giljan, il-Pulizija nfurmat lill- genituri ta’ din it-tfajla sabiex imorru ghaliha l-Ghassa.  Mal-wasla ta’ omm din it-tfajla, din ipperswadhieta sabiex taghti l-partikularijiet taghha lill-Pulizija.  L-incident spicca hawn u t-tfajla telqet lura lejn darha flimkien ma’ ommha.

 

Xi granet wara l-incident, l-omm, akkumpanjatha mit-tfajla, irrappurtat lis-Supretendent Sharon Tanti illi waqt l-incident imsemmi hawn fuq, il-Pulizija nvoluti kienu uzaw xi forza aktar milli kien mehtieg u kkagunaw lit-tfajla xi tbengil fuq drieghha u kuxtejha.  L-omm u t-tfajla talbu lis-Supretendent sabiex f’kazi simili l-Pulizija jkunu aktar prudenti fil-qadi tad-doveri taghhom, u talbuha sabiex tinforma b’dan lill-Pulizija li kienu nvoluti f’dan l-incident.

 

Minn investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija ma jirrizultax li l-Pulizija nvoluti f’dan l-incident uzaw xi forza aktar milli mehtieg imma forza minima sabiex jikkontrollaw l-agir ta’ din it-tfajla.

 

Fis-16 ta’ Gunju 2009, il-Pulizija harget akkuzi kontra din it-tfajla dwar dan l-incident li sehh fit-12 ta’ Gunju 2009.

 

Il-Pulizija tichad kategorikament li s-Supretendent Sharon Tanti kienet qalet lill-omm it-tfajla sabiex ma tmurx tirrapporta dan il-kaz id-Depot, kif gie rrappurtat fl-artiklu msemmi li deher fil-gurnal Maltatoday nhar il-Hadd 23 ta’ Awwissu 2009.

  Police Reaction: Newspaper Report

 

Report Date   Info   Category

25 August 2009

 

Loghob tal-futbol li ser jintlghab nhar is-Sibt 29/8/09 bejn Dingli S u M’Xlokk u bejn Valletta u Floriana.

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghob tal-futbol bejn MarsaXlokk u Dingli Swallows u bejn Valletta u Floriana li ser jintlghabu fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu 2009, ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters tal-Valletta u ta’ Dingli S ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office West Stand Side C ta’ hdejn l-istess parking area. Ser ikun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters kollha li jkunu ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand. Il-hrug ghas-supporters ta’ Valletta u Dingli S, anki dawk li ser ikunu jsegwu il-loghob mill-Millenium Side, ser ikun  mill-exit tal-West Stand Side C u cioe mill exit il-kbir;
  • Is-supporters tal-Furjana u MarsaXlokk ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Millenium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office West Stand Side A. Il-hrug kollu ghas-supporters tal-Furjana u MarsaXlokk ser jkun mill-Millenium Stand Side C;
  • Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu for horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu;
  • Waqt it-tfittxijjiet maghmula mill-Pulizija kull supporter ghandu juri il-biljett tad-dhul ghal-loghob rispettiv jew is-‘Season ticket’. Dawk il-persuni li mhux ser jkollhom fil-pussess taghhom il-biljetti ghal-loghob, mhux ser jithallew jidhlu mill-Pulizija;
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli;
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadjum u fil-vicinanzi;
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkohol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.

 

   
  Police Notice: Sports

 

Report Date   Info   Category

24 August 2009

 

Matul il-lejl ghall-habta tas-saghtejn ta’ filghodu (0200hrs) il-Pulizija gew infurmati illi fi Triq San Piju V, Rabat, Malta kien hemm xi vetturi qed jaqbdu.

   

 Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjoni preliminari rrizulta li persuna/i mhux maghrufa kienu taw in-nar lil zewg vetturi, wahda ta l-ghamla Isuzu van ta’ kulur abjad kif ukoll Toyota ta’ kulur silver. Il-Pulizija mid-Distrett tar-Rabat flimkien ma’ dawk ta l-Iskwadra Mobbli rrnexxilhom jikkontrollaw in-nirien. Membri tal-Protezzjoni Civili gew imsejjha biex jnehhu kull periklu mit-triq.

 

Iz-zewg vetturi garrbu hsarat estensivi, kif ukoll fuq faccata ta’ residenza privata gie nnutat mugrufun u titjir ta’ xi likwidu. Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ L-Ghassa Dr. C Scerri Herrera fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

B’konnesjoni ma’ dan l-incident hemm tlett persuni li qed jinzammu mill-Pulizja ghal aktar investigazzjoni.

  Arson

 

Report Date   Info   Category

23 August 2009

 

Illum ghall habta tal-erbgha ta’ wara nofs in-nhar (1600hrs), il-Pulizija giet infurmata illi f’Ta’ Xbiex kien hemm persuna li kellha diffikulta waqt li kienet qedgha tghum u li ttiehdet l-isptar permez t’ambulanza.

       

Minn investigazzjoni preliminari tal-Pulizija rrizulta li ragel ta’ 51 sena mill-Imsida, sab ruhu f’diffikulta waqt li kien qed jghum fl-Inhawi ta’ Ta Xbiex.

 

Huwa gie mehud l-Isptar Mater Dei  fejn jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Aktar investigazzjonijet fuq dan il-kaz ghadhom ghaddejjijn.

  Health-Related: Leisure

 

Report Date   Info   Category

23 August 2009

 

Illum fis-sitta (1800hrs) il-Pulizija ha tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera LL.D.

   

Ir-ragel fost diversi akkuzi ser jigi akkuzat b’korruzzjoni ta’ minorenni.

 

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaz ha titmexxa mill-Ispettur Raymond Aquilina mill-Iskwadra ta’ kontra l-Vizzji flimkien ma’ l-Ispettur Bernard Spiteri mid-Distrett ta’ San Giljan.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

22 August 2009

 

Illum il-Pulizija ressqet b’arrest quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Giovanni Grixti Ll.D lil Llieva Elena u lil Stefka Sandova, t-tnejn  ta’ nazzjonalita Bulgara u residenti Sliema  u akkuzathom b’attentat ta’ serq nhar l-20 ta’ Awwissu 2009, fil-Belt Valletta kif ukoll b’assocjazzjoni bil-ghan li jaghmlu delitt.

       

Iz-zewg tfajliet wahda ta’ 24 sena u l-ohra ta’ 20 sena, ammettew l-akkuzi migjuba kontrihom u l-Qorti kkundannathom ghal gimgha prigunerija.

 

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaz tmexxiet mill-Ispettur James Grech mid-Distrett tal-Belt.

  Court: Theft

 

Report Date   Info   Category

22 August 2009

 

Matul il-lejl li ghadda, waqt patrol mill-Pulizija tal-ALE giet innutata gagga fl-inhawi tal-Imtahleb bi kwantita’ ta’ tjur li huwa  protett bil-ligi.

       

Disgha u tletin (39) ghasfur gew ikkonfiskati mill-Pulizija f’hidma flimkien mal-Ufficjali ta infurzar fi hdan il-Mepa. It-tjur ikkonfiskati kienu jikkonsistu l-iktar f’ ‘little stints’ u ‘sand pipers’.

 

B’konnesjoni ma’ din is-sejba, ragel li ghandu fuq l-ghoxrin sena mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li gejjien u ha jkun akkuzat b’pussess ta’ tjur protett.

 

L-ghasafar maqbuda gew moghdijja lid-Dipartiment tal- ‘Environment Protection Directorate’ fi hdan il-MEPA sabiex jigu lliberrati fl-abitat naturali taghhom.

 
 

Matul il-jum tal-Hamis 20 ta’ Awissu 2009, hidma tal-Pulizija mill-iskwadra ta’ Law Enforcment Unit (ALE) wasslet biex zewg zaghzagh gew arrestati wara sejba ta’ zewg armi u numru ta’ munizzjon li kellhom fil-pussess taghhom waqt li kienu fuq il-bahar fl-inhawi tal-Mellieha.

 

Iz-zaghzagh, wiehed mill-Mosta u l-iehor mill-Gzira, u li l-eta’ taghhom hija fuq l-ghoxrinijiet qeghdin jigu nvestigati mill-Iskwadra tal-ALE.

 

Bil-kaz gie nfurmat ukoll il-Magistrat Dr Apap Bologna LL.D

  Environmental: Birds

 

Report Date   Info   Category

21 August 2009

 

Illejla ftit qabel is-sitta l-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kien ghadu kif iddahhal ragel mejjet fl-Isptar.

       

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija dwar dan il-kaz irrizulta li madwar siegha qabel kien sehh incident f’Golden Bay.  Irrizulta li ragel ta’ 70 sena kien qed jghum fl-imsemmija bajja meta f’hin minnhom dan x’aktarx li beda jaqta’ nifsu u wara ftit intilef minn sensieh.  Xi persuni li kienu fil-kumpanija tieghu u ohrajn li nzertaw fil-bajja tawh l-ewwel ghajnuna  sakemm waslet l-ambulanza.  Izda sfortunatament ir-ragel miet fl-ambulanza fi triqtu lejn l-Isptar.  Il-vittma huwa mir-Rabat .

 

B’dan il-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Silvio Melli LL. D. u ghada mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru.

 

Aktar stharrig ikompli.

  Health-Related: Leisure - Fatal

 

Report Date   Info   Category

18 August 2009

 

Kmieni dalgħodu għal ħabta tas-sagħtejn u nofs (02.30hrs), il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Gulju, f’San Pawl il-Baħar kien hemm xi nirien.

      

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irrizulta li persuna/i mhux magħrufa kienu taw in-nar lil żewġ vetturi, waħda tat-tip Volkswagen Golf u l-oħra Landcruiser.

 

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien minnufih.  Iż-żewġ vetturi ġarbu ħsarat estensivi, filwaqt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Note: A Magisterial Inquiry has been appointed and is being led by the Duty Magistrate Dr M Mallia LLD

  Arson

 

Report Date   Info   Category

17 August 2009

 

Illum wara nofsinhar għall-ħabta tal-ħamsa (17.00hrs), il-Pulizija kienet għadha kif waqfet persuna f’Għar id-Dud, tas-Sliema.

          

Waqt ronda li kienet qed tagħmel il-Pulizija ma’ tul ix-xtajta ta’  Għar id-Dud f’Tas Sliema kien innutat ġuvni li kien qed jaġixxi b’mod stramb waqt li kien mixi fl-imsemmija bajja.  Huwa ġie mwaqqaf mill-Pulizija ftit tal-ħin wara fejn kien innutat li fil-pussess tiegħu kellu żewġ basktijiet.

 

Il-ġuvni, li għandu 24 sena u huwa minn Ħal Lija, ittieħed l-Għassa ta’ Tas Sliema fejn qed jgħin lil Pulizija fl-istħarriġ tagħha.

  Theft: Caught red-Handed

 

Report Date   Info   Category

17 August 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-saghtejn u nofs (02.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm nirien fil-Pjazza tal-Gublew tad-Djamanti, l-Imqabba.

          

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li vettura tat-tip Ford Escort kienet hadet in-nar.  Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li tfew in-nirien minnufih.  Il-vettura garrbet hsarat estensivi, filwaqt li hadd ma wegga’ f’dan l-incident.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija mid-Divizjoni taz-Zurrieq ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Arson

 

Report Date   Info   Category

16 August 2009

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tat-tlieta ser jitressqu zewgt irgiel il-Qorti quddiem il-Magsitrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D rigward incidenti separati.

      

Ragel mill-Gudja ser jigi akkuzat li hebb ghal Pulizija, bi hsara volontarja fuq vettura u li kkaguna griehi hfief fuq persuna ohra.

 

Ragel li joqoghod il-limiti tas-Siggiewi ser ikun akkuzat li hebb ghal Pulizija li u kkawza hsarata fuq l-uniformi kif ukoll ikkawza griehi ta’ natura hafifa fuq l-istess Pulizija.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

16 August 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest 9 persuni wara sejbiet ta’ droga matul l-lejl li ghadda. Qed jinzammu ukoll zewg persuni ohra in konnessjoni ma’ hidma differenti jumejn ilu.

          

Il-hidma tal-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga saret waqt party li kien organizzat f’post ta’ divertiment fl-inhawi tar-Rabat Malta. Il-persuni arrestati, seba’ irgiel u zewg nisa li l-eta’ taghhom tvarja bejn is-17 u t-28 sena, huma residenti San Giljan, Naxxar, Zabbar, Zejtun, Zurrieq u Paola, kif ukoll persuna li hu cittadin Spanjol.

 

Huma nstabu fil-pussess tad-droga raza tal-kannabis jew kokajina. Persuna minnhom qed tigi nvestigata wkoll dwar traffikar ta’ kokajina.

 

Hidma ohra tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija saret gewwa San Giljan lejliet Santa Marija. Il-Pulizija kienet qed tosserva l-movimenti ta’ ragel ta’ 36 sena minn San Giljan, li kien susspettat li qed jittrafika d-droga u fil-hin opportun waqfitu u fil-pussess tieghu nstabu pakketti bid-droga eroina. In konnessjoni ma’ din l-istess investigazzjoni giet arrestata wkoll mara ta’ 52 sena minn San Giljan.

 

Aktar stharrig fil-kazijiet kollha ghandhom ghaddejjin u l-persuni mistennija li jitresssqu l-Qorti fil-gimghat li gejjin.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

16 August 2009

 

Il-bierah wara nofsinhar il-Pulizija giet infurmata mill-Forzi Armati ta’ Malta li filghaxija kien ser jiddahhal grupp ta’ immigranti illegali gewwa Malta permezz ta’ patrol boats.

          

Il-grupp kien maghmul minn 115 immigrant - 34 mara u 81 ragel.

Go to Frontex Watch Page

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

15 August 2009

 

Illum il-Pulizija resqet b’arrest lill Christopher John McBride ta’ 20 sena u ta’ nazzjonalita Ingliza u akkuzatu quddiem il-Magistrat Edwina Grima LL.D talli matul il-lejl li ghadda ghal habta tas-saghtejn ta’ filghodu (0200hrs) gewwa ir-Rabat, Malta, ghamel hsara fuq tlett vetturi ghad-dannu ta’ terzi persuni kif ukoll li kiser il-paci pubblika.

          

Huwa wiegeb hati ta’ l-akkuzi migjuba kontrih u wara li hallas is-somma ta’  €300 ghad-danni li holoq gie liberat taht il-kundizzjoni li ma’  jaghmilx reat iehor fi zmien sentejn.

 

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaz tmexxiet mill-Ispettur Joseph Aguis.

  Court

 

Report Date   Info   Category

15 August 2009

 

Matul il-lejl ghal habta tat-tlieta nieqsin kwart ta’ filghodu (0245hrs), il-Pulizja giet infurmata mill-Isptar Mater Dei illi persuna kienet giet moghtija l-attenzjoni medika wara li sofriet xi hruq.

          

Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li ghal habta ta’ nofs il-lejl nieqsin kwart (2345hrs),  waqt li mara kienet il-festa gewwa Hal- Ghaxaq, ezatt f’Misrah San Filippu, parti minn nar tal-festa tar bil-konsegwenza li dan gie fuq il-mara.

 

Il-mara li ghandha 33 sena u hija mill-Gudja sofriet hruq f’wiccha, f’ghonqa kif ukoll fuq sidirha. Il-kundizzjoni taghha hija gravi pero’ ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

 F'stqarrija aktar tard intqal li l-vittma giet rilaxxata mill-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjijn.

  Health-Related: Recreation - Fireworks

 

Report Date   Info   Category

12 August 2009

 

B’referenza ghall-artiklu li deher f’pagna wiehed u hamsa tal-harga tal-MaltaToday tal-lum datat 12 t’Awwissu 2009 u li jgib l-isem ‘Gozo party gets 4am clearance as Gianpula Fields ordered 2am limit’, il-Korp tal-Pulizija jixtieq jikkjarifika li kuntrarjament ghal dak li ntqal, il-pulizija ma harget l-ebda permess sabiex isir xi party f’Ghawdex il-gimgha d-diehla sal-erbgha ta’ filghodu.

         
  Police Notice: Party

 

Report Date   Info   Category

11 August 2009

 

Illum il-Pulizija resqet akkuzi bic-citazzjoni fir-Registru tal-Qorti tal-Magistrati fil-konfront ta’ 31 persuna rigward investigazzjoni li saret mit-Taqsima tar-Reati Ekonomici tal-Korp fuq allegat abbuzi fid-Dipartiment tal-VAT.

         

Sitta minn dawn il-persuni huma ufficjali pubblici impjegati mal-istess dipartiment.

 

Dawn il-persuni gew akkuzati li kkomettew reat jew aktar fosthom hasil ta’ flus, frodi, misapproprazzjoni, dikjarazzjoni falza, assocjazzjoni biex jitwettaq delitt, tixhim, estorsjoni u ksur tal-provedimenti tal-Att Dwar it-Taxxa tal-Valur Mizjud.

 

Tnejn minnhom gew ukoll akkuzati b’pussess ta’ droga.

  Court: Economic Crimes - VAT

 

Report Date   Info   Category

10 August 2009

 

Illum ghal habta ta’ nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li f’Haz-Zabbar persuna kienet hadet xokk elettriku.

        

Meta l-Pulizija marret fuq il-post, irrizulta li l-incident sehh waqt xogholijiet li qedin isiru fuq il-faccata tal-parrocca ta’ Haz-Zabbar.   Mill-ewwel stharrig irrizulta wkoll li zaghzugh li kien qed jahdem fuq scaffolding fuq il-post, hin minnhom ha xokk elettriku.  Iz-zaghzugh tnizzel minn fuq l-iscaffolding bl-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u wara ttiehed l-Ispta Mater Dei. Iz-zaghzugh ghandu 18-il sena u huwa minn Hal Qormi. Huwa gie ccertifikat li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt izda ser jinzamm l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ikompli.

  Health-Related: Social

 

Report Date   Info   Category

10 August 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel Malti wara sejba ta’ pjanti tal-kannabis gewwa residenza f’Birzebbuga.

      

Is-sejba saret wara granet ta’ stharrig mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga wara informazzjoni li kienet waslet illi ragel kien fil-pussess tad-droga kannabis, li x’aktarx kien qed ikabbar huwa stess.  Filfatt wara li kienu osservati l-movimenti tieghu, kien identifikat post ftit ‘il boghod mir-residenza tieghu, fejn meta il-Pulizija ghamlet tfittxija l-bierah filghodu sabet dawn il-pjanti.

 

B’kollox kien hemm 14-il pjanta tal-kannabis, li l-gholi taghhom ivarja bejn 2.6 metri sa 3 metri. Fir-residenza attwali tieghu nstabet ukoll d-droga eroina u raza tal-kannabis.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D  kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Ir-ragel li ghandu madwar 46 sena huwa residenti Birzebbuga, u diga kien ikkundannat fil-passat diversi drabi fuq reati ta’ pussess u traffikar ta’ droga, serq aggravat u frodi.

 

Aktar indagini f’dan il-kaz ghadhom ghaddejjin, u r-ragel mistenni li jitressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ kultivar u pussess aggravat ta’ droga.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

09 August 2009

 

Kmieni dalghodu ghal habta tal-hamsa, il-Pulizija ta’ l-Ghassa tal-Mosta semghu persuna tghajjat bl-ugigh.

     

Meta l-Pulizija ccekjat x’kien gara, irrizulta li kien hemm tfajla feruta hdejn l-Ghassa u li din kienet fil-kumpanija ta’ familjari taghha.   Peress li t-tfajla kellha bzonn ghajnuna medika, hija ittiehdet fic-Centru tas-Sahha li jinsab fl-istess bini, izda minn hemm giet riferuta lejn l-Isptar Mater Dei. 

 

Intant, mill-ewwel stharrig irrizulta li t-tfajla kienet wehidha qed issuq karozza tat-tip Volkswagen, u x’hin kienet niezla mill-Mosta lejn Burmarrad ghal xi raguni tilfet il-kontroll, qasmet ghan-naha l-ohra tat-triq u dahlet f’hajt tas-sejjiegh.  It-tfajla giet iccertifikat li sofriet griehi serji izda ma kinitx fil-periklu tal-mewt. It-tfajla ghandha 19-il sena u hija minn H’Attard.

 

Izda, wara nofsinhar il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar, li t-tfajla qalbet ghall-aghar u kienet tinsab fil-periklu li titlef hajjitha. Ghalhekk il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D giet infurmata b’dan fejn din fethet inkjesta magisterjali mghejuna min-numru ta’ esperti.

 

Aktar investigazzjonijiet dwar dan il-kaz ghadhom ghaddejjin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

09 August 2009

 

Il-Pulizija ressqet dawn il-persuni l-Qorti b’arrest quddiem il-Magsitrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D in konnessjoni ma’ kazijiet differenti.

     

Carmelo Camilleri ta’ 56 sena mill-Mosta gie akkuzat;

 
  • B’attentat ta’ omicidju doppju;
  • Ikkommetta griehi ta’ natura gravi fuq persuna ohra;
  • Ikkommetta griehi ta’ natura hafifa fuq persuna ohra (differenti);
  • Waqt li kien qed jaghmel reat kontra l-persuna kellu fuqu arma regolari;
  • Talli kiser il-paci u l-ordni pubblika.
 

Il-kaz sehh il-bierah 8 ta’ Awwissu 2009 fil-Mosta.

 

Il-Qorti cahdet it-talba ghal-liberta’ provizorja u ordnat li Carmelo Camilleri jinzamm taht arrest preventiv.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Michael Mallia u Edmond Cuschieri.

 
 

Keith Cremona ta’ 21 sena residenti l-Belt Valletta gie akkuzat li fit-8 ta’ Awwissu, 2009 naqas milli jhares xi wahda mill-kundizzjonijiet impista fuqu mill-Qorti tal-Magsitrati s-sena l-ohra.

 

L-imputat wiegeb li kien hati u l-Qorti kkundannatu ghal perjodu ta’ sitt (6) gimghat prigunerija kif ukoll ir-revoka tal-helsien mill-arrest.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Mercieca.

Carlo Micallef ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Bahar gie akkuzat li fit-8 ta’ Awwissu 2009 gewwa San Pawl il-Bahar:

 
  • Ikkaguna offiza ta’ natura hafifa fuq persuna ohra;
  • Hedded lill-istess vittma;
 

Fl-1 t’Awwissu 2009 gewwa San Pawl il-Bahar:

 
  • Ikkaguna offiza ta’ natura hafifa fuq persuna ohra (differenti);
  • Hedded lil din il-persuna;
  • Uza armi, strumenti jew ghodod ohra li ma jitqiesux bhala armi hlief meta filfatt jigu uzati ghal offiza;
 

L-imputat inghata l-liberta’ provizorja taht numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija u garanzija personali ta’ €1,000.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Therese Sciberras.

 
 

Ragel ta’ 31 sena mwieled f’Basra, l-Iraq izda residenti San Giljan gie akkuzat li nhar it-8 ta’ Awwissu 2009 gewwa San Giljan:

 
  • Attakka jew ghamel rezistenza bi vjolenza u hebb ghal erba’ membri tal-Korp tal-Pulizija;
  • Ingurja, hedded u ghamel offiza fuq l-istess pulizija;
  • Kiser il-bon ordni u l-paci pubblika b’ghajjat u glied;
  • Ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija;
  • Fixkel ix-xoghol ta’ l-imsemmija pulizija;
  • Huwa recediv.
 

L-imputat wiegeb li mhux hati u nghata l-liberta’ provizorja taht garanzija personali ta’ €2,000, depozitu ta’ €200 u li jiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Spiteri.

  Court

 

Report Date   Info   Category

09 August 2009

 

Kmieni dalghodu ghal habta tas-sitta u nofs, waqt li l-Pulizija kienet qed taghmel ronda fil-Kalkara, fi Triq il-Missjoni Taljana gie nnutat li kienu qed jingabru kwantita’ ta’ vetturi li kienu qed igorru karrijiet bi zwiemel gewwa fihom.

     

Il-Pulizija waqfet fit-triq imsemmija, izda x’hin indunaw bil-prezenza tal-Pulizija numru ta’ sidien taz-zwiemel dehru jippreparaw biex jergghu jitilqu lura.  Il-Pulizija xorta kelmet lil numru ta’ nies li kienu fuq il-post. Allegatament fl-inhawi kienu ser isiru xi tlielaq taz-zwiemel minghajr permess.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej u mistennija li jittiehdu passi kriminali rigward dan il-kaz.

  Illegal Horse Racing

 

Report Date   Info   Category

09 August 2009

 

Dalghodu ghal habta tad-disgha l-Pulizija kienet infrumata b’incident stradali li sehh fi Triq il-Kurat Fenech, Birzebbuga.

     

Mill-ewwel stharrig jirrizulta li karozza li qed kienet qed tigi misjuqa fl-imsemmija triq ghal xi raguni laqtet hames karozzi ohra li kienu pparkjati u wara laqtet ragel.  Ir-ragel imtajjar li ghandu 47sena u huwa minn Birzebbuga gie mehud l-Isptar Mater Dei fejn ghadu qed jinghata l-kura. Huwa ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Il-karozza kienet qed tigi misjuqa minn mara ta’ 60 sena u maghha kellha tliet nisa ohra fil-karozza. Hadd min-nisa ma sofra griehi.

Ir-ragel milqut minn vettura gie rilaxxat mill-Isptar.


Il-Pulizija qed tinvestiga l-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

09 August 2009

 

Ghal habta tal-hdax u kwart ta’ filghodu (1115hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien ghadu kif sehh incident stradali gewwa Triq iz-Zejtun, Marsaxlokk.

     

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel kien qed isuq mutur lejn id-direzzjoni ta’ Marsaxlokk ghal xi raguni dahal fi trakk li kien qed jigi misjuq minn direzzjoni ta’ Hal Ghaxaq li kien qed jirriversja biex jidhol go ghalqa. Is-sewwieq tal-mutu huwa ragel ta’ 30 sena minn Marsaxlokk filwaqt li s-sewwieq tat-trakk huwa ragel ta’ 47 sena minn Hal Ghaxaq.

 

Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei. Bhalissa dan ghadu qed jinghata l-kura u ghadha mhiex stabbilita n-natura tal-griehi li sofra.  

Is-sewwieq tal-mutur ma jinsabx fil-periklu tal-mewt izda ghadu qed jinghata l-kura medika fl-Isptar peress li sofra griehi serji.


L-investigazzjonijet ghadhom ghaddejjin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

09 August 2009

 

Dalghodu ghal habta tad-disgha u nofs (0930hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta fi Triq is-Sienja, Kalkara.

     

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 44 sena mil-Kalkara kien ghadu kif ipparkja high-up, dan ghal xi raguni mexa  bil-konsegwenza li l-vittma pprova jidhol biex iwaqqfu u spicca maqbud bejn il-high-up u l-hajt.

 

Ir-ragel gie mehud l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn gie ccertifikat li qieghed fil-periklu tal-mewt.  

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D. Clarke LL.D fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijet ghadhom ghaddejjijn

  Health-Related: Work

 

Report Date   Info   Category

09 August 2009

 

Illum ghal habta tat-tlieta u nofs (15.30hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL.D u fost diversi akkuzi ser jigi akkuzat b’attentat ta’ qtil.

    
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

09 August 2009

 

Ilbierah filghaxija ghal habta tal-ghaxra nieqsin kwart (2145hrs), il-Pulizija giet infurmata illi fil-bajja ta’ Bugibba kien ghadu kemm sehh incident bejn zewg dghajjes u kien hemm xi persuni feruti.

     

Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li waqt li speedboat b’sitt persuni fuqha kienet qeghda tigi misjuqa, ghall xi raguni din baqghet diehla go dghajsa li kienet marbuta ma’ baga.

 

Zewg persuni li kienu fuq id-dghajsa, guvni ta’ 23 sena mill-Gzira u ragel ta’ 37 sena residenti l-Imtarfa sofrew griehi gravi hekk kif iccertifikati mill-Isptar Mater Dei.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejijn.

  Traffic-Related: Marine

 

Report Date   Info   Category

08 August 2009

 

Illum ghal habta tal-hamsa nieqsin kwart (1645hrs) il-Pulizija giet infurmata illi gewwa Triq it-Trincetta, Mosta kien hemm persuna li kien qed jispara tiri b’arma tan-nar.

      

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn irrizulta illi ragel mill-Mosta kien qieghed fuq il-Bejt ta’ residenza go l-imsemmija triq u kien spara xi tiri b’arma tan-nar b’konsegwenza li laqat zewg persuni fit-triq.

 

Il-vittmi, mara ta’ 48 sena u guvni ta’ 22 sena, t-tnejn mill-Mosta garbu xi griehi u gew mehuda l-Isptar Mater Dei permezz t’ ambulanza. Bhalissa l-vittmi ghadhom qeghdin jigu ezaminati.

 

B’referenza ghall-istqarrija stampa (PR 364-09) li harget ftit ilu rigward l-isparutura li sehhet gewwa l-Mosta, ghadna kif gejna infurmati li l-mara sofriet griehi ta’ natura gravi f’wiccha filwaqt li l-guvni sofra griehi hfief hekk kif iccertifikati mill-Isptar Mater Dei.

     

Il-persuna li allegatament spara huwa ragel ta’ 56 sena.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. J Apap Bologna LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejijn.


Aktar dettalji dwar dan l-incident tinghata aktar il-quddiem.

  Attempted Homicide

 

Report Date   Info   Category

07 August 2009

 

B’referenza ghall-Istqarrija PR 361-09, rigward sejba ta’ katavru f’appartamaent fil-Qawra (San Pawl il-Bahar), illum saret l-awtopsja fuq il-katavru.

     

Mill-awtopsja rrizulta li l-vittma miet kawza ta’ cardiorespiratory failure. Dan hu rizulta provizorju u mistennija jsiru testijiet tossikologici fuq il-katavru.

  Death: Body found in appartment

 

Report Date   Info   Category

08 August 2009

 

Illum ghal habta ta’ nofsinhar (1200hrs) il-Pulizija ser tressaq tliet irgiel il-Qorti quddiem il-Magsitrat ta’ l-Ghassa Dr. Apap Bologna LL. D rigward kazijiet separati.

     

Ragel minnhom ser jitressaq rigward serq minn hanut, iehor ser jigi akkuzat b’serq minn lukanda u ragel iehor ser jitressaq rigward attentat ta’ serq u ksur ta’ ordni tal-Qorti.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

06 August 2009

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tal-hamsa l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm riha qawwija hierga minn appartament fi Triq Barnaba, Qawra.

    

Il-Pulizija marret fuq il-post indikat lilha fejn gie stabbilit li fl-appartament kien hemm persuna mejta. Mill-ewwel sthartig irrizulta li l-katavru huwa ta’ ragel Malti ta’ 32 sena.  Irrizulta wkoll li l-persuna kienet ilha mejta ghal xi jiem.

 

B’din is-sejba giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. J. Padovani LL. D. Numru ta’ esperti gew mahtura sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Bhalissa ghaddejjin aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija fuq il-post.

  Death: Body found in appartment

 

Report Date   Info   Category

06 August 2009

 

Illum wara nofsinhar, wara t-tlieta, il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident fit-Triq Tal-Balal, Naxxar.   

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li l-incident sehh f’service station fl-imsemmija triq u li fieh safa’ ferut tifel.  Mill-ewwel stharrig irrizulta li vann startjat (izda mhux misjuq) mexa ‘l quddiem u t-tifel inqabad bejn il-vann u l-hajt.  It-tifel li ghandu 13-il sena u huwa mill-Mosta ttiehed l-Isptar Mater Dei u ftit tal-hin ilu l-Pulizija giet infurmata li sofra numru ta’ ksur u li jinsab fil-periklu tal-mewt.  Bhalissa qed isiru aktar testijiet medici fuq it-tifel.

Stqarrija aktar tard infurmat lil-pubbliku li l-kundizzjoni tieghu qalbet ghal wahda stabbli u ma jinsabx f'qadha kritika.

Bl-incident giet infurmata l-Magsitrat ta’ l-Ghassa Dr. J. Padovani LL.D fejn hatret xi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. 

Aktar stharrig ikompli.

  Health-Related: Transport

 

Report Date   Info   Category

06 August 2009

 

Il-bierah il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti, mara ta’ nazzjonalita` Rumena, wara sejba ta’ kwazi kilo droga eroina.

  

Is-sejba saret tard it-Tnejn bil-lejl f’hidma kongunta bejn l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana. Il-mara, li ghanda 21 sena, Adela Mariana Creta, waslet Malta fuq titjira diretta minn Brussel.

 

Instab li f’qiegh falz tal-bagalja li kienet qed igorr kien hemm pakkett kbir kontenenti d-droga eroina. Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Doreen Clarke LLD kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-mara tressqet il-Qorti il-bierah quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Tonio Micallef Trigona LLD, b’akkuzi ta’ importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga eroina. L-akkuzata wiegbet li ma’ kienitx hatja ta’ dawn l-akkuzi, izda ma’ nghatatx il-liberta provizorja u giet eskortata lejn il-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin. 

 

Aktar indagini f’dan il-kaz ghadhom ghaddejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

04 August 2009

 

Dalghodu l-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident fil-Mghatab.

 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li ghal habta tat-tmienja u nofs waqt li mara kienet qeghda fuq ziemel f’ghalqa, ghal xi raguni z-ziemel harab biha. Konsegwenza ta’ dan, il-mara waqghat minn fuq iz-ziemel u mietet fuq il-post.

 

Il-vittma hija mara ta' 50 sena minn tas-Sliema.

 

B’dan il-kaz gie nfurmat il-Magsitrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Mallia LL. D. fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet bhalissa ghadhom ghaddejjin.

  Health-Related: Recreation - Fatal

 

Report Date   Info   Category

02 August 2009

 

Il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei illi dalghodu kien idahhal guvni l-Isptar ta’ 16- il sena minn Haz-Zabbar. 

 

Minn investigazzjonijiet li ghamlet l-Pulizija rrizulta li dalghodu kien sehh incident f’residenza privata fi Triq Agostino Said, Haz Zabbar.

 

Il-Guvni  sofra griehi f’rasu u jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-kaz kien infurmat l-Magistrat ta’ L-Ghassa Dr. A. Mizzi LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin u aktar dettalji dwar il-kaz tinghata aktar il-quddiem.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

02 August 2009

 

B’referenza ghall-istqarrija PR 355-09 rigward qabda ta’ kwazi kilo kokajina, illejla ghal habta tas-sitta (1800hrs) il-Pulizija ser tressaq persuna l-Qorti quddiem il-Magsitrat Dr. A. Mizzi LL. D. in konnessjoni ma’ dan il-kaz.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

01 August 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest guvni barrani ta’ 19-il sena wara sejba konsiderevoli ta’ droga kokajina, tard il-bierah bil-lejl.

 

Is-sejba saret wara li l-Pulizija kienet irceviet informazzjoni illi dan il-guvni ta’ nazzjonalita` Nigerjana, izda fil-prezent residenti gewwa San Pawl il-Bahar, kien qed jittraffika d-droga u x’aktarx kellu fil-pussess tieghu ammont ta’ droga.

 

Wara li l-Pulizija stabbilit l-indirizz tieghu, hu gie mwaqqaf minn membri tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija u filfatt mohbija fuq il-persuna tieghu nstabu diversi kapsoli bid-droga kokajina. B’kollox jidher li kien fihom kwazi kilo ta’ droga kokajina.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Anthony Vella LL. D kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjin. Il-persuna mistennija li tittressaq il-Qorti fil-granet li gejjin b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga.

  Drugs
 
     

 

 

 

 

COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US