The Police Force CMRU's information service

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

30 December 2008

 

Il-bierah filghaxija ghal habta tas-sebgha u nofs, il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet sparatura f’ghalqa fil-limiti tas-Siggiewi.

        

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li zewgt irgiel, it-tnejn mis-Siggiewi, kellhom xi tip ta’ argument waqt li kienu f’ghalqa.  Hin minnhom wiehed mill-irgiel, li ghandhu 26 sena, intlaqat minn tiri ta’ arma tan-nar.  Il-Pulizija qed izzomm lir-ragel l-iehor, li ghandu 32 sena, sabiex jghinha fl-investigazzjonijiet.

 

Il-vittma ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi gravi. Huwa gie rilaxxat mill-Isptar dalghodu.

 

Bl-incident giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D.

 

Il-Pulizija ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar dan l-incident.

 

Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

30 December 2008

 

Ghal habta ta’ nofsillejl, il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq Pantar, Hal Lija.

       

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn l-ewwel stharrig irrizulta li karozza tat-tip Fiat 127 ghal xi raguni dahlet f’hajt. Fil-karozza kien hames persuni b’kollox.  Ix-xufier huwa guvni ta’ 21 sena mill-Gharghur.  Il-passiggieri kienu zewg guvintur ta’ 17-il sena, wiehed min-Naxxar u iehor mill-Mosta, tfajla ta’ 18-il sena minn San Giljan u tfajla ohra ta’ 16-il sena min-Naxxar.  Il-hames persuni kollha sofrew griehi u ghalhekk fuq il-post kien hemm zewg ambulanzi li hadu lil vittmi l-Isptar Mater Dei.

 

Iz-zewg tfajliet gew iccertitifkati li sofrew griehi serji u li jinsabu fil-periklu tal-mewt filwaqt li t-tliet guvintur kollha sofrew griehi hfief.

 

Bl-incident kienet infurmata l-Magsitrat ta’ l-Ghassa dr. D. Clarke LL. D. fejn din hstret xi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet dwar dan l-incident ghadhom ghaddejjin.

 

Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

29 December 2008

 

Illum wara nofs in-nhar iddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’Malta.

      

Il-Grupp iddahhal mill-Forzi Armati ta’ Malta gewwa Xatt it-Tiben.

 

Bhalissa dawn l-immigranti illegali qed jigu mitkellma mill-Pulizija ta’           l-Immigrazzjoni.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

Go to Frontex Watch Page

 

Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

29 December 2008

 

F’dawn l-ahhar granet il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienet qed tinvestiga diversi persuni li kien mahsub li kienu parti minn cirku kriminali li kienu qed idahhlu d-droga raza tal-kannabis f’Malta permezz tal-bahar. B’kollox il-Pulizija qed izzomm taht arrest tmien (8) persuni.

           

Filfatt il-Pulizija kienet ilha diversi gimghat tinvestiga informazzjoni dwar importazzjoni ta’ droga raza tal-kannabis f’ammonti kbar, u filfatt kienet waslet sabiex tiddentifika il-post fl-imwarrab minn fejn normalment dawn kienu qed idahhlu d-droga f’Malta.

 

F’din l-investigazzjoni, il-Pulizija baqghet issegwi diversi persuni, u gie stabbilit illi dawn il-persuni kienu qed jippjanaw sabiex idahhlu d-droga f’Malta nhar is-27 ta’ Dicembru 2008.  Ghaldaqstant il-Pulizija bl-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta, permezz tat-Taqsima Marittima u l-Air Wings, wettqet operazzjoni sabiex tigi itercettata din il-kunsinna.

 

Nhar is-27 ta’ Dicembru 2008 ghall-habta ta’ xi 7.45pm, minn yacht f’hin minnhom tnizzel ‘dinghy’ b’persuna fuqu u tnizzlu wkoll tliet pakketti kbar. Id-‘dingy’ kien osservat javvicina l-irdum ta’ Migra l-Ferha fl-inhawi tal-Imtahleb, fejn il-pakketti ghaddew ghal fuq l-art.

Ftit tal-mumenti wara il-Pulizija intercettat tliet persuni fuq l-art li kienu f’zewg vetturi separati u l-tliet pakketti nstabu go vettura minnhom.

 

Fl-istess hin, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta mit-Taqsima Marittima flimkien mal-Pulizija intervjenew u arrestaw zewg persuni li kienu fuq id-dinghy u l-yacht imsemmija.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. T. Micallef Trigona LL. D. kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar tard illum ghal habta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar (1500hrs) il-Pulizija mistennija tressaq quddiem il-Qorti (quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D. Clarke LL.D.), xi persuni inkonessjoni ma’ din il-hidma b’akkuzi ta’ assocjazzjoni fit-traffikar ta’ droga raza tal-kannabis.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadom ghaddejjin.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

29 December 2008

 

Kmieni dalghodu ghal habta ta’ l-erbgha, il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa f’hanut fi Triq D’Argens, Gzira.

          

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li aktar kmieni tliet persuna mghammda u armati dahlu fil-hanut u talbu l-flus lill-impjegat. Meta l-impjegat tahom il-flus huma harbu minn fuq il-post.  Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadom ghaddejjin.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

28 December 2008

 

Referenza qed issir ghall-Istqarrija li nharget il-bierah riward zewgt ibniet Ermelinda Mamo u Charlene Cuschieri li kienu rrappurtati nieqsa lill-Pulizija.

         
  Missing Persons

 

Report Date   Info   Category

27 December 2008

 

Zewgt ibniet gew irrappurtati nieqsa lill-Pulizija. Dawn huma Ermelinda Mamo ta’ 16-il sena u Charlene Cuschieri ta’ 14-il sena.

         

Ermelinda ghandha xagharha iswed u twil sa l-ispalla filwaqt li ghajnejha huma kannella. Ermelinda hija twila madwar hames piedi u erba’ pulzieri.

 

Charlene hija twila madwar hames piedi.  Hija ghandha xagharha twil kannella. Ghajnejha huma kannella ukoll.

 

Kull min ghandu xi informazzjoni dwar dawn iz-zewgt ibniet huwa mitlub jaghmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119 jew 21221111.

  Missing Persons

 

Report Date   Info   Category

27 December 2008

 

Nhar it-Tnejn 29 ta’ Dicembru, 2008, ser issir gurnata ta’ attivitajiet sportivi bejn il-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Furjana. Din l-attivita` qed issir bhala return leg ta` attivita’ simili li saret fit-22 ta’ Dicembru, 2008 fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Hal Luqa.

 

F’din l-attivita’ ser jintlaghbu diversi tipi ta’ sports fosthom futbol, darts, table tennis, American pool u snooker u mistennija jiehdu sehem numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta’ Malta inkluz il-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Kmandant s-Sur Carmel Vassallo.

 

Il-membri tal-istampa huma mistiedna jattendu ghal din l-attivita’, liema attivita’ ser tibda b’cerimonja qasira fid-disgha ta’ filghodu (9:00).  Il-loghob ta’ gewwa ser issir fil-Games Room ta’ l-Other Ranks Canteen fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Furjana, waqt li l-futbol ser jintlaghab fil-grownd tal-Hockey l-Furjana.

  Police Force Activity

 

Report Date   Info   Category

25 December 2008

 

Kmieni dalghodu intervent f’waqtu tal-Pulizija f’Birzebbuga evita` li jsehh stupru.  

Il-kaz gara ftit wara s-siegha meta l-Pulizija giet infurmata li kien hemm argument fi Triq San Patrizju.  Il-Pulizija marret fuq il-post indikat fejn hemmhekk sabet tfajla ma’ l-art. Fuq il-post kien hemm ukoll zewgt irgiel.  Wiehed minnhom harab minn fuq il-post mal-wasla tal-Pulizija, izda dan gie arrestat ftit tal-hin wara, fil-waqt li l-iehor gie arrestat fuq il-post.  Mill-ewwel stharrig irrizulta li kien ser isehh stupru li ma kienx ghall-intervent f’waqtu tal-Pulizija.  Irrizulta ukoll li f’xi hin qabel iz-zewgt irgiel kellhom xi tip ta’ argument bejniethom.

 

Iz-zewgt irgiel arrestati huwa mis-Somalja u jghixu f’Hal Far filwaqt li l-vittma hija tfajla Maltija ta’ 17-il sena.  It-tfajla giet mehuda l-Isptar Mater Dei sabiex tinghata attenzjoni medika.  Iz-zewgt irgiel ukoll gew mehuda l-Isptar minhabba li sofrew xi griehi waqt l-argument li kellhom.  Aktar tard huma gew rilaxxati mill-Isptar izda baqghu arrestati ghal aktar stharrig.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Hayman LL. D. fejn din hatret numru ta’ esperti sabiex jghinuha fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.

  Attempted Sexual Offence

 

Report Date   Info   Category

25 December 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest 7 persuni in konnessjoni ma’ abbuz ta’ droga matul il-lejl li ghadda.

                                                                                               

Filfatt matul il-lejl diversi membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija kienu mpenjati f’diversi lokalitajiet madwar Malta, partikolarment f’postijiet ta’ divertiment, fosthom Paceville, u f’post ta’ divertiment fil-limiti ta’ Hal-Luqa.

 

Il-persuni arrestati li l-eta` taghhom tvarja bejn il-15 u 20 sena, u li huma residenti il-Belt Valletta, San Pawl il-Bahar, Had-Dingli, u Siggiewi jirrizulta li kienu abbuzaw mid-droga kokajina jew ecstasy jew instabu fil-pussess ta’ l-istess tip ta’ droga.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjien u huma mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

25 December 2008

 

Dalghodu ghall-habta tat-tmienja u kwart (08.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li gewwa c-cimiterju ta’ Madonna ta’ Fatima, f’Hal Safi kienu saru xi atti vandali.

                                                                                              

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, u mill-ewwel investigazzjoni rrizulta li persuna/i mhux maghrufa kienu dahlu fl-istess cimiterju u ghamlu diversi hsarat fuq madwar diversi oqbra.  Hsarat ohra jinkludu xi tpingijiet bi kliem oxxen.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. M Hayman LL.D. kienet infurmata bil-kaz fejn hatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Vandalism: Cemetery Desecration

 

Report Date   Info   Category

24 December 2008

 

Dalghodu ghall-habta tat-tmienja (0800hrs), il-Pulizija kienet infurmata li gewwa c-cimiterju ta’ Hal Kirkop kienu saru xi atti vandali.

                                                                                             

Minnufih il-Pulizija mid-Distrett taz-Zurrieq marru fuq il-post. Mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li xi persuna jew persuni mhux maghrufa kienu dahlu gewwa l-istess cimiterju u ghamlu diversi hsarat fuq l-oqbra.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Hayman LLD fejn hatret diversi esperti biex jghinuha fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.

  Vandalism: Cemetery Desecration

 

Report Date   Info   Category

24 December 2008

 

Il-bierah fil-Qorti t’Ghawdex tressaq Anthony Said ta’ 34 sena minn Marsalforn, quddiem il-Magistrat Dr. Anthony Ellul LL. D.

                                                                                            

Huwa gie akkuzat li bejn it-30 ta’ Gunju 2008 u l-1 ta’ Lulju 2008 ghal habta ta’ nofsinhar gewwa r-Rabat, Ghawdex

 
  • Ikkommetta serq (aggravat) ta’ zewg laptops u TFT monitor;
  • Volontarjament hassar jew gharraq hwejjeg haddiehor;
  • Xjentament laqa’ ghandu jew xtara hwejjeg misruqa;
  • Sar recediv b’diversi sentenzi tal-Qorti.
 

L-imputat wiegeb li mhux hati u nghata l-liberta` provizorja taht numru ta’ kundizjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €10,000 u li jirrapporta fl-Ghassa tal-Pulizija.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Tabone.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

23 December 2008

 

Maria Concetta Briffa ta’ 68 sena minn San Pawl il-Bahar giet irrappurtata nieqsa lill-Pulziija.

        

Maria Concetta hija twila madwar 5 piedi.  Xagharha huwa qasir u kannella.

 

Kull min ghandu xi informazzjoni dwar Maria Concetta Briffa huwa mitlub jaghmel kuntatt mal-Pulizija anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119 jew 21221111.

 

Click to go to Missing     Persons' Page

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

22 December 2008

 

Dalghodu ghal habta ta’ l-ghaxra l-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa f’hanut fi Triq San Pawl, San Pawl il-Bahar.

                                                                                           

Minn stharrig preliminari tal-Pulizija rrizulta li ragel dahal fi spizerija u talab l-flus lil l-ispizjara.  Dan ir-ragel ma kienx mghammad u jidher li fl-ebda hin ma ntuzat xi forma ta’ arma.  Ir-ragel ha ammont ta’ flus kontanti u wara harab minn fuq il-post.  

 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Scerri Herrera fejn din ordnat li ssir inkjesta fuq il-post.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Theft

 

Report Date   Info   Category

22 December 2008

 

Tard il-bierah filghaxija ghal habta tal-hdax u nofs, il-Pulizija tad-Divizjoni ta’ Birzebbuga waqt li kienu fl-Ghassa semghu storbju gej mill-Bajja s-Sabiha (Pretty Bay).

                                                                                          

Ghalhekk il-Pulizija marret fl-imsemmija bajja fejn irrizulta li kien hemm argument.  Mill-ewwel stharrig irrizulta li l-argument beda bejn zewg persuni izda jidher li dan eskala u nvolvew ruhhom numru ta’ zghazagh.  Tfajla ta’ 15-il sena sofriet griehi serji wara li ntlaqtghet minn flixkun.  Tfajla ohra ta’ 16-il sena sofriet griehi hfief meta zaghzugh ta’ 20 sena allegatament saq karozza fid-direzzjoni tan-nies involuti.  Iz-zewgt tfajliet ittiehdu l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura filwaqt li z-zaghzugh inzamm mill-Pulizija ghal aktar stharrig.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-kaz ghadhom ghaddejjin.

  Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

21 December 2008

 

Referenza ghall-istqarrija li harget aktar kmieni dalghodu, ghall-habta tal-hamsa ta’ filghaxija (17.00hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Apap Bologna LLD.

                                                                                         
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

21 December 2008

 

Matul il-lejl li ghadda ghall-habta tal-ghaxra neqsin kwart (21.45hrs) il-Pulizija giet infurmata li f’kazin fi Pjazza tal-Knisja, fl-Imqabba kien hemm argument.

                                                                                         

Il-Pulizija mid-Divizjoni taz-Zurrieq marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kien ghadu kemm sehh argument bejn zewgt irgiel.  Xi persuni li kienu fuq il-post kienu ferqu lill-irgiel u waqt li wiehed minnhom kien ser jitlaq minn fuq il-post dan gie innutat isuq vettura tat-tip Toyota Hilux fid-direzzjoni tal-kazin.  Malli innutat dan il-Pulizija tat struzzjonijiet sabiex il-persuni li kienu barra mill-kazin jidhlu gewwa u jaghlqu l-bieb bhala prekawzjoni.  Ir-ragel, hareg arma tan-nar u spara xi tiri fid-direzzjoni tal-kazin.  F’intervent ta’ zewg Pulizija li kienu fuq il-post, l-arma tan-nar giet mizmuma mill-istess Pulizija.  Ftit mumenti wara, bl-ghajnuna tal-Pulizija mill-Iskwadra Mobbli ir-ragel gie mizmum. 

 

Waqt din l-isparatura, hdax-il persuna gew midruba.  Disa’ persuni li l-etajiet taghhom ivarjaw bejn 21 u 37 sena gew iccertifikati li qed isofru minn griehi ta’ natura hafifa.  Zewg persuni ohra, mara ta’ 32 sena mill-Imqabba u ragel ta’ 40 sena minn Hal-Safi gew iccertifikati li qed isofru minn griehi ta’ natura gravi, izda ma jinsabux fil-periklu tal-mewt. 

 

Zewg Pulizija li kienu fuq il-post gew mehuda l-Isptar Mater Dei sabiex jigu mghotija kura medika ghall-shock li sofrew. 

 

Ragel ta’ 31 sena minn Hal-Kirkop qed jghin il-Pulizija fl-investigazzjonijiet.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat Dr Silvio Meli LLD, li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 
 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Shots: Attempted Homicide

 

Report Date   Info   Category

20 December 2008

 

Wara nofs in-nhar il-Pulizija ressqet zewg persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr S Meli LLD.

                                                                                        

Fl-ewwel kaz il-Pulzija ressqet quddiem il-Qorti lill-Stephen Caruana ta’ 28 sena minn Hal-Qormi.  Hu gie akkuzat bil-qtil ta’ ragel ta’ 28 sena minn Hal-Qormi il-bierah 19 ta’ Dicembru 2008.  Caruana gie akkuzat ukoll talli kellu arma regolari waqt il-kummisjoni ta’ reat kif ukoll talli zamm arma minghajr il-licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.

 

L-akkuzat wiegeb li mhux hati.  Hu ma nghatax il-liberta’ provizorja u gie skortat fil-Facilita’ Korrettiva` ta’ Kordin.  Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Chris Pullicino.

 

Fit-tieni kaz, il-Pulizija ressqet lill-Doreen Guelloma ta’ 36 sena minn San Pawl il-Bahar.  Hi giet akkuzata, fost akkuzi ohra, talli aktar kmieni illum ghall-habta ta’ nofs in-nhar iddenunzjat lil Pulizija reat (serqa) li taf li ma sarx.  L-akkuzata wiegbet li mhux hatja ta’ l-akkuzi migjuba kontriha u giet mghotija l-liberta` provizorja fuq garanzija personali ta’ € 500 fost kundizzjonijiet ohra.  Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Anthony Portelli.

With reference to the second case, please note that the false report refers to an armed robbery lodged at the Paola Police Station. The accused had alleged that an unknown person making use of a bike had stopped her in Cospicua Street, Paola, pointed her a firearm and asked her money.

  Court

 

Report Date   Info   Category

20 December 2008

 

Illum fit-tlieta u nofs (15:30) quddiem il-Magistrat Dr Silvio Meli LL.D. il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 31 sena minn Hal Qormi l-Qorti b’konnessjoni mal-isparatura li sehhet kmieni l-bierah filghodu gewwa Hal Qormi.

                                                                                       
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

19 December 2008

 

Tard wara nofs in-nhar ghall-habta tas-seba nieqsin kwart (18.45hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Buqana, Rabat – Malta.

                                                                                       

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig fuq il-post irrizulta li waqt li sewwieq ta’ vettura tat-tip Daihatsu Terios kien ghaddej fl-imsemmija triq, direzzjoni mir-Rabat lejn Ta’ Qali, ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura tieghu.  Kawza tal-kollizzjoni l-vettura nqelbet u baqat diehla go hajt.  Fuq il-post issejhet l-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza li hadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Aktar tard huwa gie iccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi izda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.  Is-sewwieq huwa ragel  ta’ 31 sena mir-Rabat.  Il-vettura garrbet hsarat estensivi.

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

19 December 2008

 

Ftit qabel is-siegha ta’ dalghodu, intalbet l-assistenza tal-Pulizija f’residenza fi Triq id-Drama, Hal Qormi.

                                                                                      

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat lilha fejn irrizulta li aktar qabel kienet sehhet sparatura.  Fuq il-bejt tar-residenza nstab ragel mejjet.  Minn stharrig preliminari rrizulta li ragel li jghix fir-residenza allegatament kien tela’ fuq il-bejt b’arma tan-nar wara li sema’ xi hsejjes.  Fuq il-bejt sab ragel (il-vittma) u konsegwenza t’hekk sehhet l-isparatura.

 

Il-vittma gie ccertifikat mejjet fuq il-post, filwaqt li r-ragel li jghix fir-residenza gie arrestat mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet. Kemm il-vittma kif ukoll is-suspettat ghandhom 28 sena. Il-vittma huwa minn Hal Qormi ukoll.

 

B’dan il-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Mizzi LL. D. fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa ghadhom ghaddejjin.

  Homicide
Report Date   Info   Category

17 December 2008

 

Attivitajiet tal-Banda tal-Pulizija matul il-jiem tal-Milied

                                                                                     
Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija flimkien mal-Grupp Muzikali, il-Pipe and Drums u l-kantanti ta’ l-istess Banda flimkien ma’ kantanti ohra mistiedna, sejrin jergghu jtellghu s-solitu spettaklu tal-Milied taht it-tinda f’Misrah il-Helsien, il-Belt Valletta nhar it-Tnejn 22 ta’ Dicembru, 2008 fis-6.00pm u nhar l-Erbgha, lejliet il-Milied 24 ta’ Dicembru, 2008 ukoll fis-6.00pm.

Fiz-zewg okkazjonijiet, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija tibda billi taghmel parata militari minn Bieb il-Belt sal-Palazz tal-President u lura u wara ttella’ programm vokali u strumentali li din is-sena sejjer jittella’ fit-Teatru Mwaqqa’ hdejn il-Presepju Haj.  Dan ser isir b’risq il-Community Chest Fund.

 

Dan l-ispettaklu tal-Milied li ilu jsir b’success ghal dawn l-ahhar erbatax-il sena, dejjem gibed lejh numru kbir ta’ spettaturi u nistghu nghidu li llum sar tradizzjoni.

 

F’dan il-kuncert nisimghu fost ohrajn ‘We are the World’, ‘Caro Gesu` Bambino’, ‘Last Christmas’, ‘Mary’s Boy Child’, ‘Oh Holy Night’, ‘Wonderful Christmastime’, ‘Mistletoe and Wine’, kif ukoll zewg selezjonijiet muzikali ta’ siltiet mill-isbah u popolari tal-Milied fuq arrangament ghal banda ta’ Mro. Ray Sciberras u Mro. Joe Brown.

 

Ma jonqsux ukoll it-tradizzjonali ‘Radetsky March’ ta’ Johann Strauss u ‘Auld Lang Syne’.

 

Il-Banda tal-Pulizija, li llum tinkorpora fiha 63 membru li huma kollha Pulizija regolari, tkun taht id-direzzjoni ta’ l-Ispettur Anzjan Mro. Anthony Cassar.

 

Il-Banda tal-Pulizija sejra wkoll tiehu sehem fil-Birgu by Christmas Lights nhar il-Gimgha 19 ta’ Dicembru, 2008 fid-9.00pm.

  Police Force Activity

 

Report Date   Info   Category

17 December 2008

 

Il-bierah 16 ta’ Dicembru, 2008, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Ghawdex lil Peter Paul Vella ta’ 46 sena minn Nadur, Ghawdex quddiem il-Magistrat Dr. P. Coppini LL. D. u akkuzatu li nhar il-15 ta’ Dicembru, 2008 u fis-snin ta’ qabel gewwa dawn il-gzejjer, kiseb jew kellu fil-pussess tieghu ritratti, film, video recording jew xbieha ta’ persuni taht l-eta`.

                   

L-imputat wiegeb li mhux hati ta’ l-akkuzi migjuba kontra tieghu. Huwa nghata l-liberta` provizorja taht garanzija personali ta’ €1,000 (elf Euro) u li jiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija.  Il-kaz ser ikompli jinstema’ fil-15 ta’ Jannar 2009.

  Court

 

Report Date   Info   Category

17 December 2008

 

Fis-Sala Balnaevis fl-Officers Mess fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, illum saret iċ-ċerimonja ta’ ħatra ta’ tlitt Assistenti Kummissarji u seba’ Supretendenti ġodda.

                  

F’kelmtejn tal-okkazzjoni, il-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo feraħ lill-membri promossi għall-kariga l-ġdida tagħhom u fakkar li dan is-suċċess hu dovut għax-xogħol siewi u fejjiedi li huma taw matul iż-żmien tal-karriera tagħhom fil-Korp, liema xoghol kien mibni fuq elementi ta’ integrita’, onesta’ u lealta’.

 

Għal din iċ-ċerimonja attenda wkoll il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern l-Onor. Dr C Mifsud Bonnici fejn aċċena li llum kienet ġurnata speċjali doppja – speċjali għall-avvanz fil-kariga ta’ dawk preżenti, u speċjali wkoll għax il-ġurnata tal-lum kienet iddedikata lil Sant’Ivo.  Huwa qal li permezz ta’ dawn il-ħatriet, il-Korp ser ikompli jsaħħaħ lilu nnifsu fil-ġlieda kontra l-kriminalita’.  Huwa sostna li kien ta’ sodisfazzjon għalih li r-rata ta’ kriminalita’ f’pajjizna għal darb’oħra reġgħet niżlet u dan iffiser li l-Korp qiegħed jagħmel dak kollu possibbli sabiex jipproteġi liċ-ċittadin.

 

Il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ngħataw iċ-ċertifikat ta’ ħatra huma:

 

Assistent Kummissarju Bertholomeo Mula

Assistent Kummissarju Dr Antoine Casha BA LL.D.

Assistent Kummissarju Pierre Calleja

 

 


Supretendent Dr Dominic Micallef BA Crim, BA LL.D.

Supretendent Stephen Gatt

Supretendent Silvio Valletta

Supretendent Paul Vassallo

Supretendent Paul Caruana BA (Crim.) (Hons)

Supretendent Alexander Zarb

Supretendent Josef Petroni


  Police Force Activity

 

Report Date   Info   Category

16 December 2008

 

Matul il-lejl li ghadda l-Pulizija rceviet informazzjoni anonima li kienet qed issir serqa minn vettura fi Triq il-Qrejzu, Birkirkara.

                 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat u fi spezzjoni li saret fl-inhawi, intlemmhu zewg guvintur li malli indunaw bil-prezenza tal-Pulizja harrbu minn fuq il-post.  Wiehed mill-guvintur inqabad mill-Pulizija fil-limiti ta’ Triq il-Knisja il-Qadima, fuqu instabu diversi oggetti (fosthom xi ghodda) u faccata ta’ stereo ta’ karozza. 

 

Il-guvni li ghandu 15-il sena gie mizmum mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet.  L-istharrig tal-Pulizija wassal ghall-arrest ta’ guvni iehor li ghandu 16-il sena.   Huma qed jigu nvestigati ukoll rigward xi serqiet ohra minn Haz-Zebbug, Qormi, Siggiewi u Birkirkara.

 

Is-suspettati mistennija jitressqu l-Qorti aktar il-quddiem akkuzati b’akkuzi relatati ma’ serq u hsarat f’vetturi.

 

Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara.

  Thefts: Solves

 

Report Date   Info   Category

14 December 2008

 

Kmieni dalghodu l-Pulizija giet infurmata li kienu sehhew zewg incidenti stradali, f’Birkirkara u San Giljan.

                

L-ewwel kaz sehh ghall-habta tal-erba u nofs ta’ filghodu (04.30hrs) fi Triq Sant’ Andru, f’San Giljan.  Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li ragel ta’ 42 sena minn Hal-Tarxien kien ghadu kif intlaqat minn vettura tat-tip Toyota.  Ir-ragel, gie mehud l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza minhabba li sofra xi griehi.  Huwa gie iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi (minhabba ksur).

 

Ftit wara, ghall-habta tal-hamsa u kwart (05.15hrs), fi Triq Dun Karm(By-pass), Birkirkara sehh incident stradali iehor.  Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li sewwieq ta’ vettura tat-tip Mazda kien ghaddej fit-triq imsemmija; mill-Imsida direzzjoni lejn Hal-Lija, ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura tieghu u kellu impatt ma’ arblu tad-dawl.  Is-sewwieq, guvni ta’ 21 sena mill-Iklin, gie mehud l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Aktar tard hu gie ccertifikat li sofra griehi ta’ natura gravi (minhabba ferita/i fil-wicc), u li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.  Kawza tal-incident il-vettura garrbet hsarat estensivi.  Fuq il-post issejhu ukoll membri mil-Korporazzjoni Enemalta sabiex jitnehha xi periklu li seta gie kkawzat kawza tal-habbta. 

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga l-kazijiet.

 

A traffic accident has occured in Aldo Moro Road, Marsa.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

14 December 2008

 

Illum wara nofs inhar ghal habta tas-siegha u nofs (13.30) il-Pulizija kienet infurmata illi sehh incident stradali fi Triq Ghar Dalam, B’Bugia.

               

Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta sewwieq ta’ mutur, li ghandu 24 sena u li huwa minn B’Bugia, habat ma vettura tat-tip Peugeot bil-konsegwenza li tilef il-kontroll u baqa’ diehel f’vettura ohra tat-tip Hyundai li kienet gejja mid-direzzjoni opposta.

 

Fuq il-post issejhet l-ambulanza fejn sfortunatament il-guvni kien iccertifikat mejjet fuq il-post.  Is-sewwieq tal-Peugeot ittiehed l-isptar Mater Dei peress li kien qieghed isofri minn xokk qawwi.

 

Bl-incident kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Micallef Trigona LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Traffic-Related: Fatal

 

Report Date   Info   Category

12 December 2008

 

L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ nazzjonalita barranija wara sejba ta’ droga ecstasy matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgha u l-Hamis li ghadda gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

              

Is-sejba ta’ kwazi 10,000 pillolla ta’ droga ecstasy saret wara hidma ohra kongunta bejn it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana u l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija. Din hija l-akbar qabda ta’ droga ecstasy f’daqqa matul din is-sena.

 

Ir-ragel li ghandu 45 sena huwa imwieled Curacao izda detentur ta’ passaport Olandiz, inzamm wara li huwa kien ghadu kif wasal Malta fuq titjira diretta minn Brussel. Minn tfittxija li saret fil-bagalja tieghu mohbija fil-qiegh instabu dawn il-pillolli.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Audrey Demicoli kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistugha fl-inkjesta.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjien u r-ragel mistenni li jitressaq il-Qorti aktar tard matul il-gurnata.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

12 December 2008

 

Tard il-bierah filghaxija ghal habta tal-hdax u nofs il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm ragel mitluq mal-art fi Triq il-Hagra l-Wieqfa, San Pawl il-Bahar.

             

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li ragel, li ghandu 31 sena u li huwa minn B’Kara, kien mitluf minn sensih mal-art fuq il-bankina.

 

Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ arma tan-nar u li kien jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.  Ir-ragel sfortunatament miet ftit tal-hin wara.

 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr M Hayman fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

Referenza qed issir ghall-Istqarrija li nharget aktar kmieni llum rigward sejba ta’ ragel mejjet fi Triq il-Hagra l-Wieqfa, Xemxija (San Pawl il-Bahar).

 

Minn indagni li ghamlet s’issa il-Pulizija, jirrizulta li din il-persuna hija Renzo Borg ta’ 31 sena minn Birkirkara.  Jidher ukoll li l-kawza tal-mewt kienet konsegwenza ta’ tiri ta’ arma tan-nar.

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Miriam Hayman LL. D. giet infurmata b’dan il-kaz u zammet access fuq il-post mghejuna minn diversi esperti.  Aktar kmieni dalghodu, saret l-awtopsja fuq il-kadavru fejn gie stabbilit u kkonfermat li l-kawza tal-mewt kienet konsegwenza ta’ tiri t’arma tan-nar.

 

Il-Pulizija qed tkellem diversi persuni in konnessjoni ma’ dan il-kaz u filwaqt li hija ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha, tappella lil pubbliku in generali sabiex min ghandu xi informazzjoni relevanti ghal din l-investigazzjoni jcempel fuq in-numri 119 jew 21221111.   Il-kunfidenzjalita` tigi rispettata.

 

  Homicide

 

Report Date   Info   Category

11 December 2008

 

Illum wara nofsinhar il-Pulziija kienet infurmata li persuna kienet sfat vittma ta’ serqa fi Triq ix-Xatt, Pieta`.

            

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li tfajla ta’ 23 sena giet imwaqqfa minn ragel u dan talabha l-handbag taghha.  Il-halliel li kellu sikkina f’idu, ha l-basket u harab jigri.  Il-vittma ma garbitx griehi izda kienet qed issofri minn shock

 

Waqt tfittxijiet li l-Pulizija ghamlet fl-inhawi, instab il-basket b’numru ta’ oggetti nieqsa.

 

Bl-incident giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Miriam Hayman LL. D.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija jissoktaw.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

11 December 2008

 

Nixtiequ navzaw lill-pubbliku in-generali li minhabba l-maltemp postijiet bhal Imsida u B'Kara jigu evitati u dan minhabba l-ilmijiet u sabiex jigu evitati kull tipi ta' incidenti .

           
  Storm Warning

 

Report Date   Info   Category

11 December 2008

 

Matul il-lejl li ghadda l-Pulizija giet infurmata li f’zewg residenzi, wahda f’Hal-Kirkop u l-ohra f’Hal-Qormi kien hemm xi nirien.

           

L-ewwel kaz sehh fi Triq San Leonardu, f’Hal-Kirkop meta l-Pulizija giet infurmata ghall-habta tal-ghaxra u nofs (22,30hrs) li kien hemm xi nirien f’residenza fit-triq imsemmija.  Aktar tard ghall-habta tas-saghtejn u nofs (02,30hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Kbira, f’Hal-Qormi kien hemm xi nirien f’dar.  Fiz-zewg kazijiet il-Pulizija rrikorrew minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li fl-imsemmija residenzi kien hemm xi nirien. 

 

Fl-ewwel kaz hadd ma wegga’ peress li fil-hin tal-incident ma kien hemm hadd fil-post.  Fit-tieni kaz, issejhet ambulanza li hadet lir-residenti tad-dar l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika peress li belghu xi dhahen.  Huma gew irrilaxxati aktar tard. Fiz-zewg kazijiet issejhu il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jintfew in-nirien, kif ukoll membri mill-Korporazzjoni Enemalta biex jitnehhew xi perikli li setaghu inqalghu.

 

Bil-kazijiet giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Audrey Demicoli LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

  Fire

 

Report Date   Info   Category

10 December 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ 25 sena minn B’Kara, in konessjoni ma’ sejba ta’ droga tard filghodu.

          

Is-sejba ta’ kwazi kilo raza tal-kannabis saret wara li l-Pulizija rceviet informazzjoni anonima, illi fi Triq Bwieraq gewwa B’Kara, kien hemm zaghzugh li kien wasal b’karozza Peugot u li kif waqaf bil-karozza fl-istess triq, deher ipoggi basket fuq wara ta’ l-istess karozza u li dan il-moviment deher suspettuz.

 

Ftit tal-hin wara waslu fuq il-post il-Pulizija, u malli ir-ragel deher javvicina din il-karozza, huwa kien mwaqqaf mill-Pulizija u fi tfittxija li saret nstab basket bid-droga. Huwa kien immedjatament arrestat u eskortat lejn il-Kwartieri Generali tal-Pulizija.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Audery Demicoli LL.D. kienet infurmatha bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

9 December 2008

 

Illum ghal habta tas-sebgha u ghaxra (19:10) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq il-il-Kbira, gewwa Hal Qormi kienet ghadha kemm sehhet serqa.

         

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li zewgt irgiel li kienu mghammda dahlu f’residenza privata, fejn fil-hin tas-serqa kien hemm sid id-dar, ragel ta’ 77 sena, u talbuh il-flus.  Il-hallelin harbu minn fuq il-post fejn serqu ammont ta’ flus kif ukoll deheb.  Ir-ragel sofra xokk.

 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija fiz-zewg kazijiet ghadu ghaddej.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

8 December 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija matul il-lejl li ghadda arrestat tmien persuni wara sejba ta’ droga fil-pussess taghhom, waqt party li kien organizzat fi stabbiliment ta’ divertiment gewwa Paceville.

        

Matul il-hidma tal-Pulizija gew arrestati sitt irgiel u zewg tfajliet.  L-eta` tal-irgiel tvarja bejn 16-il sena u 38 sena, filwaqt li t-tfajiliet ghandhom 16-il sena.  Il-persuni arrestati huma residenti Bormla, il-Hamrun, Santa Lucija, ix-Xaghjra, il-Gzira u l-Iklin.

 

Fil-pussess taghhom instabet d-droga ecstasy u raza tal-kannabis.  Huma mistennija li jitressqu il-Qorti b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga u tnejn minnhom anke bi traffikar ta’ droga.

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

8 December 2008

 

Kmieni wara nofs in-nhar, għall-ħabta tat-tlieta (15.00hrs) il-Pulizija ġiet infurmata li raġel kien waqa` għoli fi Triq is-Settembrina, Hal-Ghaxaq.

       

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel, kien qed jaghmel xi xogholijiet fuq sit li qieghda taht kostruzzjoni ghal xi raguni waqa` gholi ta’ madwar zewg sulari u sofra xi griehi.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.  Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.  Ir-ragel huwa minn Hal-Ghaxaq u ghandu 56 sena.

F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li ir-ragel involut f’dan l-incident sfortunatament tilef hajtu.

Bil-każ ġiet infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr G Grixti LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjien.

  Health-Related: Work

 

Report Date   Info   Category

6 December 2008

 

Illum fis-siegha neqsin ghoxrin il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq is-Salina (t-Telgha t’Alla u Ommu) in-Naxxar kien hemm incident stradali.

      

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ghal xi raguni ragel ta’ 73 sena minn San Gwann li kien qed isuq mutur tat-tip Moto Guzzi, ghal xi raguni waqa’ minn fuq il-mutur tieghu u habat rasu.

 

Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iddikjarat li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu minhabba l-griehi li garrab.

 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani Grima LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

6 December 2008

 

Illum fis-sitta (18:00) quddiem il-Magistrat Dr J Padovani Grima LL.D. l-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 33 sena mir-Rabat il-Qorti u ser takkuzah talli kkorrompa persuna taht l-eta’ u talli offenda l-pudur jew il-morali b’ghemil li sar f’post pubbliku jew f’post espost ghal pubbliku

     
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

5 December 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tal-hamsa u nofs (05.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq L-Isqof Emm. Galea, iz-Zejtun.

     

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li waqt li ragel kien qed jiftah il-hanut tieghu (confectionary) fit-triq imsemmija gie avvicinat minn persuna mhux maghrufa li talbu xi flus.  Il-halliel kien mghammad u armat b’arma tan-nar u kien akkumpanjat minn persuna ohra li kien go vettura.  Waqt is-serqa gie sparat tir/i, li fortunatament ma darab il-hadd. Il-hallelien hadu l-flus u harbu minn fuq il-post.  Il-vettura uzata fis-serqa giet misjuba ftit tal-hin wara fiz-Zejtun stess. L-ammont misruq huwa ta’ mhux aktar minn € 2 000.  Ir-ragel ma sofra ebda griehi ghajr ghall-shock.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Michael Mallia LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

5 December 2008

 

Dal-lejl ghall-habta tan-nofs siegha (00.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm vettura qieghda taqbad fi Triq M A Vassalli, f’Hal-Qormi.

    

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li vettura tat-tip Honda Jazz kienet qieghda taqbad.  In-nirien gew mitfija mill-Pulizija stess.  Hadd ma wegga f’dan l-incident.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Michael Mallia LLD li hatar  esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Traffic-Related: Fire

 

Report Date   Info   Category

4 December 2008

 

Tard wara nofs in-nhar ghall-habta tas-sitta (18.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li ragel kien ghadu kif iddahhal l-Isptar Mater Dei isofri minn xi griehi.

   

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li waqt li ragel kien qieghed fi Triq Sliema, fil-Gzira ghal xi raguni mhux maghrufa gie ferut.  Persuni li kienu jinsabu fit-triq talbu l-assistenza ta’ ambulanza, fejn waslet mumenti wara u hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei.  Ir-ragel ghadu qed jinghata l-kura.  L-identita` tal-vittma ghadha trid tigi stabbilita`.

 

Il-vittma gie ccertifikat li kien qed isofri minn griehi ta’ natura gravi u li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.  Aktar tard huwa qaleb ghall-kundizzjoni stabbli.  Ir-ragel huwa Libjan ta’ 24 sena u huwa residenti l-Gzira.

     

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Michael Mallia LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

2 December 2008

 

Illejla ghall-habta tal-hamsa u kwart (17.15hrs) il-Pulizija kienet infurmata li sehh incident stradali fi Triq Aldo Moro, l-Marsa.

  

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li vettura misjuqa minn ragel ta’ 59 sena u mutur misjuq minn ragel ta’ 47 sena, it-tnejn miz-Zejtun, ghal xi raguni habtu meta kienu qed isuqu fl-istess karrigjata. 

 

Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li sofra griehi ta’ natura  gravi (minhabba ksur li garrab) pero’ mhux fil-periklu li jitlef hajtu.

 

________

 

F’incident iehor stradali li sehh fi Triq il-Qaliet, Marsaskala, l-Pulizija kienet infurmata li kienet ittajret persuna.  L-incident sehh ghal habta tas-sitta u kwart (18:15).

 

Minn stharrig preliminari li ghamlet il-Pulizija rrizulta li ghal xi raguni ragel, li huwa ta’ nazzjonalita’ Serba ittajjar minn vettura misjuqa minn mara ta’ 31 sena mir-Rabat.

 

Ir-ragel ittiehed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ghadu qed jinghata l-kura medika.

 

_____________

 

Intant, iktar kmieni mal-gurnata mara kienet imtajjra minn vettura fi Triq it-Trunciera, San Pawl il-Bahar.

 

Minn investigazzjonijiet li ghamlet il-Pulizija rrizultaw li ghal xi raguni l-mara li ghandha 37 sena u hija mill-Ukrajina imma residenti Malta, sfat imtajra minn vettura, misjuqa minn ragel ta’ 35 minn San Pawl il-Bahar.

 

Il-mara ttiehdet l-isptar Mater Dei fejn kienet iccertifikata li kienet qed isofri minn griehi ta’ natura gravi u f’xi hin kienet fil-periklu li titlef hajjitha, pero’ hija qalbet ghal qadha stabbli.

 

Bl-ahhar kaz kienet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Doreen Clarke LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin fil-kazijiet kollha.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

2 December 2008

 

Illum fis-sitta ta’ filghaxija (18.00) quddiem il-Magistrat Dr D Clarke LL.D. l-Pulizija ser tressaq il-Qorti raġel ta’ 32 sena minn Rahal Gdid u ser takkuzah bi hsara u attentat ta’ serq minn vettura u li kiser l-liberta’ provizorja.

 
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

1 December 2008

 

Kmieni dalghodu l-Pulizija kienet infurmata li fi Triq is-Salina, n-Naxxar kien hemm incident stradali.

 

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li tfajla ta’ 23 sena minn Haz Zebbug kienet qed issuq vettura tat-tip Fiat Punto, ghal xi raguni tilfet il-kontroll b’konsegwenza li baqghet diehla f’sigra.  Fil-vettura kien hemm passiggier, guvni ta’ 24 sena li huwa minn Naxxar.

 

Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet liz-zewg persuni l-isptar Mater Dei fejn il-guvni kien iccertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu, waqt li t-tfajla ghadha qed tigi medikata izda sa issa mhux fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Anthony Vella LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

B'referenza ghall-Istqarrija Stampa li harget ftit ilu rigward l-incident stradali li sehh fi Triq is-Salina, n-Naxxar nixtiequ navzaw lill-pubbliku in-generali li minhabba l-imsemmi incident il-karrigata li taghti mis-Salina ghal Maghtab ser tkun maghluqa ghal madwar siegha sakemm jitnehha kull inkonvenjent.

 


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Traffic-Related
 
     

 



 

 

 
COPYRIGHT (C) 2008, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US