The Police Force CMRU's information service

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

29 February 2008

 

Il-bierah waqt hidma bejn il-Pulizija tad-Distrett ta’ Haz-Zabbar u ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’residenza instabet ammont ta’ droga u numru ta’ ghasafar protetti. 

Is-sejba saret waqt tfittxija li kienet qed issir f’dar f’Bormla wara li l-Pulizija kellha informazzjoni li kienet qed tigi traffikata d-droga mill-istess residenza. Fir-residenza l-Pulizija sabet madwar 17-il pilolla ecstasy, affarijiet relatati mad-droga, 99 ghasfur ibbalzmat u erba’ ghasafar mejta. Minn aktar stharrig irrizulta li l-ghasafar huma kollha ta’ speci protetti.  Guvni ta’ 27 li jghix fir-residenza gie arrestat mill-Pulizija ghal aktar stharrig.  

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Drugs and Protected Birds

 

Report Date   Info   Category

29 February 2008

 

Intant, aktar kmieni ghal habta tal-hdax u kwart (11 :15) waqt li l-Pulizija tal-Belt kienu fuq ronda fi Triq ir-Repubblika, kien innutat li mara, li hija minn Hal Luqa, kienet qed titlob l-assistenza wara li ndunat li kienet waqghet vittma ta’ serq. 

Kien dan il-hin li l-Pulizija innutat persuna, li hija ta’ nazzjonalita’ Bulgara, tipprova tahrab minn fuq il-post fejn din giet mizmuma u mehuda l-Ghassa. 

Aktar stharrig mill-Pulizija fiz-zewg kazijiet ghadu ghaddej.

  Snatch & Grab

 

Report Date   Info   Category

29 February 2008

 

Illum ghal habta tas-saghtejn u kwart (14:15) il-Pulizija kienet infurmata li sehhet serqa fi Triq il-Kostituzzjoni gewwa l-Mosta. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li zewgt irgiel li kienu mghammda u armati dahlu f’hanut li jbiegh il-karozzi u harbu b’ammont ta’ flus li ma jeccediex il-mitt ewro permezz ta’ karozza li kienet qed tistennihom.  Ghalkemm fil-hin tas-serqa kien hemm erba’ persuni ohra ma sid il-hanut, hadd ma wegga’ 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

  Hold Up

 

Report Date   Info   Category

28 February 2008

 

Ghal habta tal-kwarta ta’ wara nofsinhar il-Pulizja kienet infurmata li kien hemm dar qed taqbad fi sqaq fi Triq il-Karmnu, Hal Luqa. 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li kien qabad nar f’residenza privata fejn dak il-hin kien hemm anzjana ta’ 74 sena. Konsegwenza ta’ dan l-incident l-anzjana nstabet mejta. 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Mizzi. 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa ghadhom ghaddejjin.

  Death (Fire-related)

 

Report Date   Info   Category

27 February 2008

 

Il-Pulizija tixtieq tavza lil pubbliku in generali li s-Seduta tad-Distrett tal-Qawra fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) li kellha tinstemha quddiem il-Magistrat Dr S Demicoli LLD nhar il-11 ta’ Marzu 2008, giet posposta ghal nhar it-23 ta’ Mejju 2008 u dan minhabba li fl-ewwel data msemmija l-membri tal-Korp tal-Pulizija ser ikunu mpenjati b’xoghol in konnessjoni ma’ l-Elezzjoni Generali.

  Court-related

 

Report Date   Info   Category

26 February 2008

 

Il-Pulizija tixitieq tavza lil pubbliku in generali li s-Seduta tat-Traffiku fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) li kellha tinstemha quddiem il-Magistrat Dr. S. Demicoli LL. D nhar is-6 ta’ Marzu, 2008 giet posposta ghal nhar it-8 ta’ Mejju, 2008 u dan minhabba li fl-ewwel data msemmija l-membri tal-Korp tal-Pulizija ser ikunu mpenjati b’xoghol in konnessjoni ma’ l-Elezzjoni Generali. 

  Court-related

 

Report Date   Info   Category

26 February 2008

 

Il-Pulizija tixitieq tavza lil pubbliku in generali li s-Seduta tat-Traffiku fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) li kellha tinstemha quddiem il-Magistrat Dr. S. Demicoli LL. D nhar is-6 ta’ Marzu, 2008 giet posposta ghal nhar it-8 ta’ Mejju, 2008 u dan minhabba li fl-ewwel data msemmija l-membri tal-Korp tal-Pulizija ser ikunu mpenjati b’xoghol in konnessjoni ma’ l-Elezzjoni Generali. 

  Court-related

 

Report Date   Info   Category

26 February 2008

 

Illum ghall-habta tat-3.30 p.m. il-Pulizija ta’ l-Ghassa San Gwann ircieviet rapport li go residenza sitwata fi Triq Sebuqa, San Gwann kien hemm kadavru ta’ mara li allegatament kienet giet maqtula.  Il-Pulizija accediet fuq il-post u wara li ghal diversi sejhiet ma kienx hemm risposta, huma accedew gewwa r-residenza minn go bieb ta’ gallarija u ikkonfermaw li fil-kamra tas-sodda ta’ l-istess residenza kien hemm kadavru ta’ mara.  Mill-ewwel indikazzjonijiet kien evidenti li kien sehh delitt.   

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dott Antonio Mizzi LL.D. gie nfurmat w inzamm access fuq il-post mill-istess Magistrat assistit minn diversi esperti. 

Ser issir awtopsja fuq il-kadavru ghada filghodu sabiex jigi stabbilit x’kienet il-kawza tal-mewt.  Sadanittant il-pulizija ghaddeja bl-investigazzjoni taghha u fil-prezent qed izzom persuna sabiex tassistiha fl-investigazzjonijiet taghha.

Mill-awtopsja li saret fis-27 ta' Frar rrizulta li l-vittma mietet kawza ta’ bullet and multiple-stab wounds fir-ras u fl-ghonq.

Fit-28 ta; Frar, fil-hamsa (17:00) quddiem il-Magistrat Dr A Mizzi LL.D. il-Pulizija ressqet zewg persuni l-Qorti b’konnessjoni mal-mewta ta’ mara li sehhet nhar l-Erbgha gewwa San Gwann.

Aktar informazzjoni tinghata aktar ‘l quddiem.

  Homicide

 

Report Date   Info   Category

24 February 2008

 

Illum ghal-habta ta’ nofsinhar neqsin kwart (11.45) il-Pulizija kienet infurmata illi hdejn Kennedy Grove kien sehh incident stradali. 

Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni sewwieq ta’ 39 sena minn Santa Lucija, tilef il-kontroll tal-mutur tieghu u baqa’ diehel f’vettura tat-tip VW Polo li kienet gejja mid-direzzjoni opposta bil-konsegwenza li laqat tlett vetturi ohra tat-tip BMW, Toyota Celica u Skoda. 

Fuq il-post isejhet ambulanza fejn hadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi minhabba xi ksur li sofra.  Huwa ser jinzamm l-isptar ghal aktar osservazzjonijiet. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin. 

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

22 February 2008

 

Tard il-bierah fil-ghaxija l-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa minn mahzen tad-Dwana fil-Qasam Industrijali tal-Marsa. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li persuni mhux maghrufa sgassaw bieb fl-imsemmi post u minn hemm serqu sbatax-il arma tan-nar, liema armi huma ghall-kollezzjoni (collectors items).   

Il-Pulizija minnufih bdiet bl-investigazzjonijiet taghha fejn giet infurmata ukoll il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Hayman LL. D. Numru ta’ esperti gew mahtura sabiex jassistu fl-inkejsta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Theft

 

Report Date   Info   Category

21 February 2008

 

Kmieni dal-ghodu l-Pulizija rceviet informazzjoni li gewwa Triq ic-Cawsli, Haz-Zabbar, kien hemm vettura mahbuta f’hajt. 

Meta l-Pulizija tad-Distrett waslet fuq il-post sabet karozza tat-tip Volkswagen Golf mahbuta f’hajt li jaghmel parti minn residenza.  Fil-karozza irrizulta li kien hemm ragel ferut.  Ghalhekk immedjatament giet imsejha ambulanza fuq il-post.  Ir-ragel, li ghandhu 31 sena u huwa minn Haz-Zabbar stess, ittiehed l-Isptar Mater Dei ghal kura. 

Aktar tard matul il-gurnata l-Pulizija kienet ifurmata li r-ragel involut fil-incident sofra griehi serji u li kien jinsab fil-periklu tal-mewt. 

Ghalhekk bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Mallia LL.D fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta. 

Aktar investigazzjonijiet min-naha tal-Pulziija ghadhom ghaddejjin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

20 February 2008

 

Ufficjali tas-SIReNE fi hdan il-Korp tal-Pulizija jibbenefikaw mill-programm TAIEX  
 

Tul is-sena 2007 l-ufficjali tas-SIReNE, ibbenefikaw minn fondi tat-TAIEX biex permezz ta’ dawn il-fondi setghu izuru ufficji tas-SIReNE f’pajjizi ohra Ewropej. 

Dawn iz-zjajar kienu possibbli bil-ghajnuna tal-Ministeru tal-Gustizzja u Intern u tal-Planning & Priorities Co-Ordination Division fl-Ufficju tal-Prim Ministru. Grazzi ghax-xoghol siewi u effettiv ta’ dawn l-ufficjali, 16 il- persuna mill-ufficju tas-SIReNE, ippartecipaw f’erba’ zjajjar f’Ruma kif ukoll zjarat f’Stokholma u Vienna fis-sena 2007 

L-ufficju tas-SIReNE, jaghmel parti mill-International Relations Unit fi hdan il-Korp tal-Pulizija. L-ufficjali f’din is-sezzjoni huma nkarigati mill-operazjoni tax-Schengen Information System (SIS), li dahlet fis-sehh f’Settembru tas-sena li ghaddiet. Permezz ta’ dawn iz-zjajjar dawn l-ufficjali qed jaraw kif pajjizi differenti joperaw din is-sistema, kif ukoll jippartecipaw f’diskussjonijiet u ezercizzji prattici biex isiru aktar professjonali fl-operat tas-sistema. 

Filwaqt li z-zjara f’Vienna ghalqet il-programm ghas-sena 2007, fi Frar ta’ din is-sena erba’ ufficjali ohra ser imorru fuq zjara fl-ufficji tas-SIReNE f’Ruma. Aktar tard sitt ufficjali ohra ser izuru l-ufficji tas-SIReNE fil-Lussemburgu. 

Il-programm ta’ fondi TAIEX jingiebu fi tmiem f’April ta’ din is-sena. Grazzi ghal dawn il-fondi kif ukoll ghall-PPCD l-ufficjali tas-SIReNE se jkunu kisbu esperjenzi u taghrif  ferm siewi biex jghinhom aktar fil-qadi ta’ dmirijiethom. 

  Police Projects

 

Report Date   Info   Category

20 February 2008

 

Matul il-lejl li ghadda l-Pulizija giet infurmata b’zewg serqiet li sehhew fil-Gzira u f’Tas-Sliema rispettivament. 

Fl-ewwel kaz, minn stharrig preliminari tal-Pulizija rrizulta’ li guvni ta’ 18-il sena ta’ nazzjonalita’ Libjana, waqt li kien miexi fi Triq Ponsomby il-Gzira gie avvicinat minn persuna mhux maghrufa u li allegatament kellu arma li taqta` u bil-ponta u talbitu xi flus.  Il-persuna hadet somma ta’ flus kontanti li tammonta ghal inqas minn € 100.  Hadd ma’ wegga’ f’dan l-incident. 

Fit-tieni kaz, minn stharrig preliminari tal-Pulizija rrizulta’ li guvni iehor ta’ 21 sena mill-Mosta, waqt li kien miexi fi Triq ix-Xatt, tas-Sliema, gie avvicinat minn persuna mhux maghrufa u li allegatament kellha ogett tal-hadid f’idejha.  Il-persuna talbet lil guvni xi flus u harbet minn fuq il-post, wara li serqet ammont ta’ flus kontanti li jammonta ghall-inqas minn € 200.  Il-guvni gie ccertifikat li qed isofri minn emotional stroke izda ma’ kellux sinjali ta’ vjolenza fuq il-persuna tieghu. 

Investigazzjonijiet fuq iz-zewg kazijiet ghadhom ghaddjien.

  Theft

 

Report Date   Info   Category

19 February 2008

 

Reference is being made to today’s Press Release issued by Birdlife Malta and subsequent unfounded allegations made against the Commissioner of Police. 

The Commissioner of Police wishes to reiterate that contrary to what Birdlife Malta contends, the police had immediately commenced investigations, as is in duty bound, to trace culprit/s and eventually initiate court action where it resulted that there was enough evidence to support criminal action in court. 

As a matter of fact during the course of the investigations the administrator of the forum provided the police with the technical information (IP addresses and date and time stamps) which led to two particular persons. These had their private residences searched and subsequently three computers were seized by the Cyber Crime Unit. These persons were arrested and interviewed at length.  

Further investigations resulted that one of the persons had to be released without any court action being taken against him due to the fact that there was no evidence to support any criminal action against him.  
The other person was eventually arraigned in Court for being in possession of illegal material which, however, had nothing to do with the allegations made by Birdlife Malta. This case has since been brought before the Court and is still ‘’sub judice’’. 

In October 2007, another thorough investigation was carried out to analyse whether abusive material was being posted on the FKNK forum. However, no infringements of the law were observed. At the time of this investigation the FKNK forum had 72 pages of postings, totalling 15,057 messages, and with 2,631 registered members. During this investigation it was observed that the messages were periodically updated by both the administrator and the members. 

It is to be noted that since March 2007 frequent patrols were carried out by members of the Police Force with the objective of protecting Birdlife members. The Birdlife Malta President had on the 9th March 2007, also been provided fixed point protection with his residence during the night time.  As of the 16th April 2007, this protection was replaced by very frequent patrols which patrols are still effective to date. During this time no adverse remarks were ever reported. 

One must emphasize that the incident of the three burnt vehicles that occurred last Sunday at the Busketto gardens is being thoroughly investigated by officers from the Criminal Investigations Department. A Magisterial Inquiry is also still in progress. 

Notwithstanding the above, the Police Cyber Crime Unit will continue to monitor the FKNK forum for any infringements of the law. 

As done in the past, the police will immediately take criminal action against defaulters should any criminal infringements be detected and sufficient evidence be available.

  Allegations - Police-related

 

Report Date   Info   Category

18 February 2008

 

Illum ghal habta tal-hdax u nofs (11:30) il-Pulizija kienet infurmata illi ftit tal-hin qabel fi Triq tal-Handaq, gewwa Hal Qormi kienet ghadha kif sehhet serqa. 

Il-kaz gara hekk kif ragel ta’ 55 sena u li huwa minn Santa Venera kien hiereg mill-hanut tieghu fl-imsemmija triq, kien imwaqqaf minn ragel li kien mghammad u armat fejn seraqlu l-flus li kellu u harab minn fuq il-post permezz ta’ vettura li kienet qed tistennih.  L-ammont misruq f’din is-serqa huwa wiehed konsiderevoli.   
Ir-ragel mar l-Ghassa jaghmel ir-rapport fejn kien innutat li kien qieghed isofri minn gerha f’rasu, liema gerha, li hija wahda ta’ natura hafifa, kienet maghmula meta r-ragel waqa’ ma l-art hekk kif il-halliel hadlu l-flus. 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A Micallef Trigona LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej. 

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

17 February 2008

 

Kmieni dalghodu ghal habta tas-sitta u ghoxrin (06:20) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm xi vetturi qed jaqbdu gewwa l-Buskett.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li l-incident sehh meta tliet vetturi tat-tip Ford Fusion, Honda Odessey u l-ohra Pajero Jnr, ghal xi raguni hadu n-nar. 

Fuq il-post isejjhu l-membri tal-Protezzjoni Civili fejn tfew in-nirien.  Hadd ma wegga’ f’dan l-incident u lanqas saret hsara fl-ambjent tal-madwar.

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr C Scerri Herrera LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Fire-Related

 

Report Date   Info   Category

17 February 2008

 

Illum wara nofsinhar f’zewg kazijiet separati, il-Pulizija sfratat serqiet li kienu qed isehhu f’Hal Tarxien u fil-Mosta. 

Ghal habta tas-saghtejn ta’ wara nofsinhar il-Pulizija rceviet informazzjoni anonima li xi persuni kienu qed jisirqu minn go sit ta’ kostruzzjoni fi Triq id-Dejma, Hal Tarxien. Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post indikat lilha fejn hemmhekk instabu tlett irgiel jghabbu xi materjal minn gos-sit ghal go vann.  Fil-fatt gol-vann instabu diversi tipi ta’ ghodod u materjal iehor li jintuza fil-kostruzzjoni.  

It-tliet irgiel, li l-eta` taghhom tvarja bejn is-17 u s-36 sena gew arrestati mill-Pulizija ghal aktar stharrig. 

Aktar stharrig mill-Pulizija dwar is-serqiet imsemmija ghadu ghaddej. 

  Thefts

 

Report Date   Info   Category

17 February 2008

 

Illum ghal habta tal-erbgha u nofs ta’ wara nofsinhar fi Triq it-Torri, Mosta, individwu nduna li kien hemm ragel qed jisraq minn go karozza pparkjata.  X’hin il-halliel induna bl-individwu, huwa hareg mill-karozza u harab jigri. Pulizija tat-Traffiku u tad-Distrett li f’dak il-hin kienu fl-inhawi grew warajh u arrestawh. Irrizulta li minn gol-karozza l-halliel kien lahaq seraq is-set tar-radju u kartiera.  Minn tfittxija li saret fuqu nstabu ukoll mus u turnavit fost affarijiet ohra.   Ftit tal-hin wara l-Pulizija arrestat ragel iehor in konnessjoni ma’ dan il-kaz. 

Intant dawn iz-zewgt irgiel qed jigu nvestigati ukoll in konnessjoni ma’ kaz iehor ta’ serq minn karozza li gie rrappurtat lill-Pulizija.  Din il-karozza kienet ukoll ipparkjata fl-istess triq.  L-eta` taz-zewgt irgiel mizmuma tvarja bejn it-32 u l-35 sena. 

Aktar stharrig mill-Pulizija dwar is-serqiet imsemmija ghadu ghaddej. 

  Thefts

 

Report Date   Info   Category

17 February 2008

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest guvni ta’ 19-il sena minn Haz-Zebbug Malta wara sejba ta’ droga kokajina fil-pussess tieghu, tard il-bierah wara nofsinhar. 

Is-sejba saret wara hidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija fuq suspett illi huwa kien involut fit-traffikar ta’ droga kokajina. Filfatt saret sorveljanza fuq garaxx li huwa kien juza’ sabiex tinheba d-droga u wara li gie segwit twaqqaf u nstab li fil-vettura tieghu kellu diversi pakketti bil-kokajina mohbija lesti sabiex jinbieghu. 

Aktar tard saret ukoll tfittxija fl-imsemmi garaxx fejn instabu aktar oggetti relatati mat-traffikar tad-droga. 

Huwa qed jinzamm taht arrest ghall-aktar stharrig u mistenni li jitressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga. 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr D Clarke LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

Investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

16 February 2008

 

Dal-ghodu l-Pulizija giet infurmata b’zewg incidenti tat-traffiku. 

L-ewwel wiehed sehh ghal habta tal-hamsa fit-triq ta’ bejn l-Mriehel u H’Attard (vicin it-traffic lights).  F’dan l-incident kienet involuta karozza wahda Maruti Omni u s-sewwieq ittiehed l-Isptar Mater Dei. 

Is-sewwieq, li ghandu madwar 20 sena mill-Bahrija, mhuwiex qieghed fil-periklu, ghalkemm xorta sofra griehi serji. Huwa kien qed isuq vettura li ghal xi raguni baqghet diehla f’arblu.

It-tieni incident sehh ghal habta tas-sebgha fi Triq it-Torri, Sliema bejn karozza Fiat Panda u trakk misjuq minn ragel ta' 22 sena minn Hal-Qormi. Mara li kienet involuta fl-incident ittiehdet l-Isptar Mater Dei.  

Il-mara li ttiehdet l-Isptar Mater Dei, ghandha madwar 27 sena hija mill-Mosta, u giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Bhalissa ghaddejja Inkjesta Magisterjali fuq il-post ta’ l-incident mill-Magistrat Dr. Doreen Clarke.

Sas-17 ta' Frar, il-kundizzjoni tat-tfajla kienet ghadha wahda kritika.

Iz-zewg persuni bhalissa ghadhom qed jinghataw il-kura medika. 

Bhalissa l-Pulizija ghaddejja b’aktar stharrig dwar dawn l-incident u aktar informazzjoni tinghata izjed ‘il quddiem.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

14 February 2008

 

Wara nofs in-nhar ghal-habta tal-erba’ (16.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna fi Triq Melita, f’Rahal il-Gdid li kienet imwegga’. 

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari irrizulta li ragel ta’ 53 sena minn Hal Qormi, waqt li kien qed jaghmel xi xoghol f’residenza fit-Triq imsemmija waqa` gholi ta’ madwar sular u nofs.  Fuq il-post issejhet ambulanza kif ukoll l-ghajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Civili.  Ir-ragel gie mehud l-Isptar Mater Dei fejn ghadu qed jigi ikkurat. Il-vittma gie certifikat li qed isofri minn griehi gravi (ksur), pero mhux fil-periklu li jitlef hajtu.

L-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejin. 

  Health-Related

 

Report Date   Info   Category

14 February 2008

 

Wara nofs in-nhar ghal-habta tal-erba’ (16.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna fi Triq Melita, f’Rahal il-Gdid li kienet imwegga’. 

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari irrizulta li ragel ta’ 53 sena minn Hal Qormi, waqt li kien qed jaghmel xi xoghol f’residenza fit-Triq imsemmija waqa` gholi ta’ madwar sular u nofs.  Fuq il-post issejhet ambulanza kif ukoll l-ghajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Civili.  Ir-ragel gie mehud l-Isptar Mater Dei fejn ghadu qed jigi ikkurat. 

L-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejin. 

  Health-Related

 

Report Date   Info   Category

14 February 2008

 

Dalghodu ghal-habta tat-tmienja (08.00) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq ix-Xatt, il-Gzira kienet ghadha kif ittajjret persuna. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni ragel ta’ 58 minn Tas Sliema intlaqat minn vettura misjuqa minn ragel ta’ 24 sena mill-Imsida. 

Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-periklu li jitlef hajtu. 

L-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejin. 

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

14 February 2008

 

Ghal habta tas-saghtejn ta’ dalghodu l-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Gudja gewwa Hal Ghaxaq kien hemm vettura li kienet qed taqbad. 

Minn investigazzjonijiet preliminari li ghamlet il-Pulizija rrizulta li cover ta’ vettura kien innutat li qieghed jaqbad bil-konsegwenza li l-vettura tat-tip Ford Fiesta garbet hsarat konsiderevoli.  In-nar intefa’ mill-membri tal-Protezzjoni Civili li kienu msejjha fuq il-post. 

Aktar stharrig mill-Pulizija fiz-zewg kazijiet ghadu ghaddej.

  Fire-Related

 

Report Date   Info   Category

14 February 2008

 

Tard il-bierah ghal habta tad-disgha neqsin ghoxrin (20:40) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq il-Principessa Margerita, gewwa Tax-Xbiex kienet ghadha kemm sehhet serqa. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel u martu, li huma minn San Giljan, kienu sejrin lejn il-vettura taghhom wara li ghalqu banka tal-lottu, ragel li kien mghammad hareg minn vettura tat-tip Kia Picanto u talabhom il-basket li kienu qed igoru.  Kien f’dan il-hin li mill-vettura niezlu zewg persuni ohra li kienu mghammda, fejn wara li hadu l-basket li kien fih ammont ta’ flus kontanti f’ewro huma harbu minn fuq il-post.  L-ammont misruq ma jeccedix l-erba’ mitt ewro.  Hadd ma wegga’ f’dan l-incident. 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

  Hold-Up
         

 

Report Date   Info   Category

13 February 2008

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest, ragel ta’ 30 sena ta’ nazzjonalita` Libjana wara sejba ta’ ammont konsiderevoli ta’ droga eroina fil-pussess tieghu, il-bierah kmieni wara nofsinhar, gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Is-sejba saret f’hidma ohra flimkien bejn il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u membri tas-Sezzjoni tal-Infurzar tad-Dipartiment tad-Dwana, il-bierah ghall-habta tas-siegha ta’ wara nofsinhar.  

Filfatt f’dak il-hin kienu qed isiru tfittxijiet fuq passiggieri li kienu ghadhom kif waslu Malta fuq titjira minn Tripli, il-Libja, u passigier kien innotat jagixxi b’mod suspettuz. Minn tfitxija li saret fil-bagalja tieghu u wara li ghaddiet minn X-Ray Machine gie innotat pakkett kbir suspettuz mohbi f’qiegh falz tal-bagalja tieghu. 

Filfatt meta l-bagalja giet analizzata aktar mill-qrib, instab pakkett kbir li jirrizulta li kien fih madwar 3 kilogrammi ta’ droga eroina. 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Giovanni Grixti LL.D. kien immedjatament infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Ir-ragel ghadu mizmum taht arrest mill-Pulizija ghall-aktar stharig, u mistenni li jitressaq il-Qorti fil-granet li gejjin.

Illum fil-hdax ta’ filghodu (11:00) quddiem il-Magistrat Dr A Demicoli LL.D. l-Pulizija ser tressaq ragel ta’ nazzjonalita’ Libjana l-Qorti b’konnessjoni mas-sejba ta’ droga mal-wasla tieghu fl-ajruport ta’ Malta nhar it-Tlieta. 

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

12 February 2008

 

Kmieni dalghodu ghal habta ta’ l-erbgha u nofs (04:30) waqt ronda li kienet qed taghmel il-Pulizija fi Triq it-Trunciera, San Pawl il-Bahar kien innutat li hgiega mill-bieb ta’ hanut li jbiegh is-souveniers kienet imkissra u kien ukoll innutat li kien hiereg kwantita’ ta’ duhhan. 

Il-Pulizija pruvat titfi n-nar permezz ta’ fire extinguisher pero’ kienu msejjha fuq il-post il-membri tal-Protezzjoni Civili sabiex jitfu n-nar li kien infirex mal-hanut.  Kienu msejha wkoll il-membri ta’ l-Enemalta sabiex inehhu kull periklu ikawzat mill-elettriku.  Hadd ma wegga’ f’dan l-incident. 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr J Apap Bologna LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Fire-Related

 

Report Date   Info   Category

11 February 2008

 

Kmieni dal-ghodu il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel. 

Mill-ewwel indikazzjonijiet tal-Pulizija jirrizulta li l-kolluzzjoni sehhet bejn karozza tat-tip Peugeot 306 u mutur tat-tip Honda li kienu qed jigu misjuqa f’direzzjonijiet opposti. Is-sewwieq tal-mutur, guvni ta’ 22 sena, indarab u ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi serji (ksur) izda mhux fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-karozza, guvni ta’ 19-il sena, ma sofriex griehi. 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

8 February 2008

 

Dalghodu ghal-habta ta’ nofs in-nhar neqsin kwart (11.45hrs) il-Pulizija giet infurmata li persuna kienet waqat gholi fi Triq Coleridge, il-Gzira. 

l-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari irrizulta li ragel ta’ 45 sena ta’ nazzjonalita` Sirjana li jghix f’Malta waqt li kien qed jaghmel xi xoghol ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ madwar tlett sulari.  Fuq il-post issejjhet ambulanza u l-ghajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.  Ir-ragel gie mehud l-Isptar Mater Dei fejn gie iccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. 

B’dan il-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Antonio Mizzi LLD, fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Investigazzjonijiet dwar dan il-kaz ghadhom ghaddejin. 

  Health-Related

 

Report Date   Info   Category

7 February 2008

 

Il-lejla ghal habta tat-tmienja l-Pulizija kienet infurmata li fi Triq San Kristofru, Valletta kien hemm skip vicin ta’ xi vetturi u li dan kien ha n-nar. 

Pulizija ta’ l-Iskwadra Mobbli u tad-Distrett tal-Belt waslu immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li ghal xi raguni skip u zewg vetturi pparkjati kienu hadu n-nar. Il-Pulizija fuq il-post immedjatament ppruvaw jitfu n-nirien permezz ta’ fire-extinguishers izda n-nirien kienu qawwija wisq. In-nirien kien mitfija ghal kollox mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li ssejhu fuq il-post.  Mill-ewwel stharrig jidher li n-nar setgha beda mill-iskip u nfirex fuq iz-zewg vetturi, wahda Fiat Uno li qabdet kollha kemm hi u l-ohra BMW li garbet hsara konsiderevoli fuq il-parti ta’ wara. 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Michael Mallia gie infurmat bil-kaz u giet ordnata inkjesta bl-ghajnuna ta’ diversi esperti. 

Aktar stharrig mill-Pulizija ikompli.

  Fire-Related

 

Report Date   Info   Category

6 February 2008

 

Illum ghal-habta ta’ l-erbgha u ghoxrin (16.20) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fis-Siggiewi kien sehh incident stradali.

Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni is-sewwieq ta’ vettura Citroen li ghandu 54 sena u li huwa mill-Imqabba, tilef il-kontroll tal-vettura, gie n-naha l-ohra tat-triq u baqa’ diehel f’arblu tatd-dawl. Il-vettura sofriet hsarat estensivi.

Fuq il-post isejhet l-ambulanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi, izda fl-ebda hin ma kien jew qieghed fil-periklu li jitlef hajtu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

5 February 2008

 

Click to go to Missing Persons' Page

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

5 February 2008

 

Kmieni dalghodu ghal habta ta’ l-erbgha neqsin ghaxra (3:50) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Ubaldeska gewwa Rahal Gdid kien ghadu kif inqabad ragel jisraq minn vettura.

Minn investigazzjonijiet preliminari li ghamlet il-Pulizija rrizulta li ragel inqabad fil-fatt jisraq minn vettura minn sidha wara li din bdiet iddoqq l-alarm taghha. Kien hawnhekk li l-halliel aggredixxa lil sid il-vettura permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta u lil ragel iehor li mar jaghti l-assistenza.

Fuq il-post kienu msejjha zewg ambulanzi fejn hadu lit-tliet irgiel l-Isptar Mater Dei fejn ghadhom qed jinghataw l-assistenza medika, pero’ hadd mill-irgiel ma huwa fil-periklu li jitlef hajtu jew kien f’xi hin fil-periklu tal-mewt.

Intant b'referenza ghall-istqarrija ta' dal-ghodu rigward attentat ta' serqa f'Rahal Gdid, wiehed mill-vittmi sofra griehi gravi, izda mhux fil-periklu tal-mewt, fil-waqt li l-vittma l-iehor sofra griehi hfief. Il-halliel sofra griehi hfief ukoll.

Il-Pulizija ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Vehicle-Theft (Red-Handed)

 

Report Date   Info   Category

5 February 2008

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tas-saghtejn il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq id-Dragun, Qormi.

Mill-ewwel informazzjoni li ghandha l-Pulizija jirrizulta li allegatament waqt li ragel kien diehel fil-vettura tieghu huwa gie mwaqqaf minn zewg persuni liebsin xi tip ta’ maskri u armati b’arma tan-nar. Minn gol-luggage booth tal-karozza hadulu kaxxa ta’ l-ghodda u wara li aggredewh, harbu minn fuq il-post. Ir-ragel, li hu barrani, ittiehed l-Isptar Mater Dei peress li sofra xi griehi f’idu waqt li kien aggredit.

Aktar infomazzjoni tinghata izjed ‘il quddiem.

B'referenza ghall-istqarrija ta' wara nofsinhar rigward is-serqa f'Hal Qormi, il-vittma ghandu 31 sena, mwieled il-Libja izda residenti f'Malta. Huwa ghadu jinghata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija bhalissa ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar dan il-kaz.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category
5 February 2008  

Nhar it-Tlieta 5 ta’ Frar, 2008 ser jinhatru 27 Spettur gdid fil-Korp tal-Pulizija. L-Ispetturi l-godda segwew kors ta’ tahrig gewwa l-Akkademja tal-Pulizija. Matul il-perjodu taghhom ta’ sentejn bi prova (probation), huma ser jahdmu fid-diversi distretti u taqsimiet tal-Korp kif ukoll li jattendu ghal kors ta’ sentejn (part-time) ta’ Diploma in Policing fl-Universita` ta’ Malta. Dawk li jtemmu b’success l-imsemmija Diploma jigu imbaghad ikkonfermati fir-rank ta’ Spettur.

Is-27 Spettur gdid jikkonsistu f’21 Surgent (19 irgiel u 2 nisa), 2 Kuntistabbli (nisa) u 4 persuni minn barra l-Korp (3 irgiel u mara).

Ic-cerimonja tal-hatra ser issir f’nofsinhar (1200hrs) fl-Officers Mess gewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana. Prezenti ghac-cerimonja ser ikun hemm il-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern Dr Tonio Borg u l-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo.

Il-membri ta’ l-istampa huma mistiedna jattendu ghal din ic-cerimonja.

  Academy

 

Report Date   Info   Category

5 February 2008

 

Tard il-bierah fil-ghaxija ghal habta ta’ l-ghaxra u nofs (22.30) il-Pulizija kienet infurmata illi f’Laboratry Wharf, Rahal Gdid kienet weggghet persuna.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li kien qieghed jinhat xi xoghol minn gewwa container permezz ta’ fork lifter, ragel ta’ 50 sena minn Hal Qormi intlaqat mill-container.

Fuq il-post isejhet ambulanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn ir-ragel kien iccertifikat li kien sofra griehi ta’ natura gravi (ksur) u qed jinzamm l-isptar ghal aktar osservazzjonijiet.

L-investigazzjonjiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Health-Related

 

Report Date   Info   Category

5 February 2008

 

Dal-ghodu ghal-habta tat-tmienja u ghoxrin (08.20) il-Pulizija kienet infurmata illi sehh incident stradali fi Triq Santu Rokku, il-Kalkara.

Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni is-sewwieq ta’ vettura Mercedes li ghandu 18-il sena u li huwa minn Haz Zabbar tilef il-kontroll u baqa’ diehel fi trukk li kien ipparkjat.

Fuq il-post isejhet l-ambulanza fejn hadet lil guvni l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.

Bl-incident kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr D Clarke LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

4 February 2008

 

Stqarrija Kongunta mill-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista

Bhalma sar fl-ahhar elezzjoni qed jerga` jsir ftehim bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista sabiex l-attivitajiet organnizzati tul il-kampanja elettorali jitmexxew bl-aktar mod ordnat kif titlob socjeta` civili.

Ghalhekk ma’ din l-istqarrija qed nehmez kopja tal-ftehim milhuq bejn iz-zewg s-Segretarji taz-zewg partiti politici.

  Election-Related

 

Report Date   Info   Category

3 February 2008

 

Dalghodu ghal habta tas-siegha u nofs (01.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata permezz ta’ telefonata li f’Putirjal, il-Belt Valletta kien hemm persuna li ghadha kif giet aggredita.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta, li ragel ta’ 42 sena minn Birkirkara allegatament safa aggrediet u misruq minn persuna ohra. Il-Pulizija ghamlet ronda fl-inhawi fejn fl-akkwati tal-Mall, il-Furjana intlemah ragel li jixbah lid-deskrizzjoni moghtija lilha mill-vittma u xi persuni li kienu fil-lok ta’ l-incident.

Is-suspettat, ragel ta’ 39 sena miz-Zurrieq, gie mizmum u qed jghin lil Pulizija fl-investigazzjonijiet.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

2 February 2008
refer to
20 January 2008

 

Click to go to Missing Persons' Page

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category
2 February 2008  

Matul il-lejl li ghadda, ghal habta tas-saghtejn, il-Pulizija kienet infurmata li kienet waqghet vettura minn gholi fi Triq Ghar Dalam (Bir id-Deheb), Zejtun.

Il-Pulizija marret fuq il-post indikat lilha, fejn gie stabbilit li vettura tat-tip Mitsubishi Pajero ghal xi raguni waqghet f’gandott, gholi ta’ madwar zewg sulari. Fuq il-post ta’ l-incident issejhet ambulanza u l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex ix-xufiera setghet tinhareg mill-vettura u titlella’ minn gol-gandott. Ix-xufiera, li tfajla ta’ 20 sena minn Birzebbuga, ittiehdet l-Isptar Mater Dei ghal kura fejn giet iccertifikata li ma tinsabx f’qaghda kritika.

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category
2 February 2008  

Il-bierah, il-Pulizija arrestat ragel barrani in konnessjoni ma’ credit cards foloz. Ir-ragel huwa Franciz u ghandu 26 sena. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomici.

Ir-ragel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum. Il-hin tal-prezentatta tinghata aktar ‘il quddiem.

Referenza qed issir ghall-Istqarrija li harget aktar kmieni llum rigward ragel Franciz mizmum mill-Pulizija in konnessjoni ma’ credit cards foloz.

Dan ir-ragel ser jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Magistrat Dr. Hayman fis-saghtejn ta’ wara nofsinhar (1400hrs).

  Fraud

 

Report Date   Info   Category
2 February 2008  

Kmieni dal-ghodu l-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li aktar qabel matul il-lejl kienet iddahlet anzjana wara li waqghet fir-residenza taghha f’Haz-Zebbug.

Mill-ewwel informazzjoni li ghandha l-Pulizija rrizulta li l-anzjana li ghandha 88 sena ghal xi raguni waqghet it-tarag tar-residenza taghha. Hija ttiehdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn giet ccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

Stqarrija ta' l-4 ta' Frar tghid li b’referenza ghall-istqarrija li harget is-Sibt 2 ta’ Frar, 2008 rigward anzjana li waqghet fir-residenza taghha f’Haz-Zebbug, il-Pulizija l-bierah fil-ghaxija giet infurmata mill-Isptar, li l-anzjana tilfet hajjitha.

  Health-Related

 

Report Date   Info   Category
2 February 2008  

Ghal habta tas-saghtejn (14.00hrs) il-Pulizija ressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Miriam Hayman LLD lil Amine Halit, ta’ 26 sena, ta’ nazzjonalita` Franciza u akkuzatu fost akkuzi ohra bi frodi ghad-detriment ta’ diversi banek kif ukoll talli ghamel uzu minn dokumenti foloz (forged documents). L-imputat ma nghatax il-liberta provizorja u qed jinzamm fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ian J Abdilla mit-Taqsima ta’ Kontra r-Reati Ekonomici.

  Fraud

 

Report Date   Info   Category
1 February 2008  

Il-bierah il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa minn hanut fi Triq Fortunato Mizzi gewwa ir-Rabat, Ghawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post imsemmi fejn minn stharrig preliminari rrizulta li persuna mhux maghrufa kienet dahlet gewwa l-hanut waqt li s-sid ma kienx hemm u seraq ammont ta’ flus kontanti, liema valur ma jeccediex € 3, 000.

Il-Pulizija ghamlet ronda f’diversi partijiet fil-gzira, fejn minn deskrizzjoni moghtija lilha rnexxielha taqbad lis-suspettat fuq il-vapur tal-Gozo Channel. Is-suspettat gie identifikat bhala l-persuna li allegatament wettaq is-serqa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija komplew u dalghodu il-Pulizija ipprezentat taht arrest quddiem il-Magistrat Dr Paul Coppini LLD lil Rodney Vella ta’ 28 sena mill-Kalkara u akkuzatu talli l-bierah fir-Rabat (Ghawdex) ikkommetta serqa aggravata (bil-valur).

L-imputat gie akkuzat ukoll li sar recidiv b’diversi sentenzi li saru definittivi u ma jistghux iktar jigu mhassra. Hu wiegeb li mhux hati u nghata l-liberta` provizorja taht dawn il-kundizzjonijiet :

Jiffirma kuljum l-Ghassa Bormla;
Jirrinkaza ruhu d-dar bejn l-22.00hrs and 07.00hrs;
Ma jersaqx lejn Ghawdex hlief biex jattendi l-Qorti;
Garanzija personali ta’ € 2, 000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Antonello Grech.

  Theft

 

 
     

 



 

COPYRIGHT (C) 2008, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US