Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Report
Date
Info
Category
31 January 2008
Qed issir referenza ghall-incident stradali li
sehh nhar il-Hadd 27 ta Jannar, 2008 fi
Triq iz-Zewg Mini gewwa l-Isla, fejn ragel ta
49 sena mill-Birgu iddahhal l-Isptar Mater Dei
isofri minn griehi gravi u li kien jinsab fil-periklu
li jitlef hajtu.
Il-Pulizija kienet infurmata li r-ragel miet
illum wara nofs in-nhar.
Traffic-related
Report
Date
Info
Category
30 January 2008
Kmieni dal-ghodu ghal habta tas-sitta u kwart
il-Pulizija tad-Distrett ta tas-Sliema ghamlet
rejd fresidenza fi Triq Rodolfu, Sliema.
Il-Pulizija marret fuq il-post indikat lilha
wara li kienet ghada kemm irceviet informazzjoni
anonima li fresidenza fl-imsemmija triq
kien hemm numru ta persuni barranin li ma
kellhomx id-dokumenti mehtiega sabiex jirrisjedu
fMalta. Il-bieb principali tar-residenza
nstab miftuh u l-post minn gewwa kien maqsum fi
speci ta tliet appartamenti. Meta l-Pulizija
bdet thabbat fuq il-bibien bdew jinstemghu hafna
hsejjes gejjin minn persuni li kienu qed jigru
fuq gewwa. Wara li l-Pulizija identifikat ruhha,
il-Pulizija sgassat bieb minnhom peress li kien
jidher li xi persuni bdew jippruvaw jaharbu. Wara
tfittxija fit-tliet appartamenti, bkollox
instabu sitt irgiel ta nazzjonalita` Libjana.
Minn dawn is-sitt irgiel li nstabu, tnejn minnhom
kellhom dokumenti validi fil-waqt li l-erbgha
l-ohra ma kellhomx id-dokumenti necessarji. Dawn
l-erba` irgiel, li l-eta` taghhom tvarja bejn
24 sena u 29 sena, gew mizmuma mill-Pulizija ghal
aktar investigazzjonijiet mis-Sezzjoni ta
l-Immigrazzjoni.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.
Immigration
Report
Date
Info
Category
30 January 2008
Dalghodu waqt li l-Pulizija kienu qeghdin fuq
ronda fBieb il-Belt, rcivew informazzjoni
anonima li kien hemm persuna qieghda tbigh xi
DVDs li allegatament huma ikkupjati.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
indikat fejn sabet ragel ta 25 sena mill-Imsida
li fil-vann tieghu kellu madwar 1,789 DVDs
li allegatament huma foloz.
Ir-ragel qed jghin lil Pulizija fl-investigazzjonijiet
taghha.
Iz-zewg kazijiet qed jigu investigati mill-Pulizija
mid-Distrett tal-Belt.
Aktar stharrig ghadu ghaddej dwar il-kaz.
Economic Crimes
Report
Date
Info
Category
30 January 2008
Dalghodu l-Pulizija giet infurmata permezz ta
telefonata anonima li kienet ghada kemm sehhet
serqa minn Triq San Publiju il-Furjana.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn
minn stharrig preliminari irrizulta li aktarx
persuna kienet ghada kemm serqet xi apparat eletroniku
minn vetturi li kienu ipparkjati fit-triq imsemmija.
Wiehed mis-sidien tal-vetturi rnexxielu jzomm
ragel ta 32 sena li allegatament seraq l-apparat
mill-vettura. Il-Pulizija qieghda zzomm lir-ragel
sabiex jghinha fl-investigazzjonijiet.
Aktar stharrig ghadu ghaddej dwar il-kaz.
Theft
Report
Date
Info
Category
29 January 2008
Dal-ghodu ghal-habta tas-sebgha (07.00) il-Pulizija
kienet infurmata illi hekk kif tohrog mill-mina
li hemm fil-By Pass ta Santa Venera direzzjoni
mill-Hamrun lejn San Giljan kien ghadu kif sehh
incident stradali.
Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija
jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni
sewwieq ta vann li kien qieghed igorr tfal
ta l-iskola tilef il-kontroll bil-konsegwenza
li baqa diehel farblu.
Ghalkemm hadd ma wegga gravi fdan
l-incident, fuq il-post issejhet ambulanza fejn
hadet lil numru ta tfal l-Isptar Mater Dei
li kienu qed isofru minn xokk. Hadd mit-tfal jew
is-sewwieq ma huma jew kienu fil-periklu tal-mewt.
Sakemm is-sitwazzjoni tigi ghan-normal fil-By
Pass ta Santa Venera il-pubbliku huwa mitlub
li juza toroq alternattivi sabiex jitnaqqas
kull inkonvenjent.
Il-bierah ghall-habta tal-hamsa u nofs ta
wara nofs in-nhar (17.30hrs) il-Pulizija giet
infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq
iz-Zewg Mini, fl-Isla.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post indikat,
fejn mill-ewwel stharrig preliminari irrizulta
li vettura tat-tip Renault kienet misjuba bi hsarat
estensivi. Mill-investigazzjonijiet fuq il-post
irrizulta li ghal xi raguni x-xufier tal-vettura
tilef il-kontroll tal-vettura tieghu u habat go
hajt fit-triq imsemmija. Ix-xufier tal-vettura
ma kienx jinsab fuq il-post. Waqt li l-Pulizija
kienu fuq il-post il-vettura hadet in-nar, fejn
dan gie ikkontrollat mill-Pulizija stess.
Il-Pulizija giet moghtija deskrizzjoni tax-xufier
u saret tfittxija ghalih, izda din irrizultat
fin-negattiv. Aktar tard il-Pulizija giet infurmata
mill-Isptar Mater Dei li kien iddahhal ragel ta
49 sena mill-Birgu isofri minn griehi ta
natura gravi u li jinsab fil-periklu tal-mewt,
fejn gie stabbilit li ir-ragel kien ix-xufier
tal-vettura involuta fl-incident.
Bil-kaz kienet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa
Dr Jacqueline Padovani Grima LLD, fejn hatret
diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Refer to 31st January report:
Qed issir referenza ghall-incident stradali li
sehh nhar il-Hadd 27 ta Jannar, 2008 fi
Triq iz-Zewg Mini gewwa l-Isla, fejn ragel ta
49 sena mill-Birgu iddahhal l-Isptar Mater Dei
isofri minn griehi gravi u li kien jinsab fil-periklu
li jitlef hajtu.
Il-Pulizija kienet infurmata li r-ragel miet illum
wara nofs in-nhar.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.
Traffic-related
Report
Date
Info
Category
27 January 2008
Illum fis-sitta ta fil-ghaxija (1800hrs),
il-Pulizija ser tressaq erba persuni l-Qorti
quddiem il-Magistrat ta l-Ghassa Dr. J.
Padovani LL. D rigward tliet kazijiet separati.
Fprezentata minnhom il-Pulizija ser tressaq
ragel ta 35 sena mill-Msida in konnessjoni
ma l-ispartura li sehhet il-bierah fl-Msida
stess.
Ragel iehor ser jitressaq u ser jigi akkuzat
bi vjolenza fuq membru tal-Korp tal-Pulizija fis-Centenary
Ground, fTa Qali.
Il-Pulizija ser tressaq ukoll zewgt irgiel ohra
in konnessjoni ma ksur ta paci pubblika
fil-Ground Nazzjonali fTa Qali.
Court Cases
Report
Date
Info
Category
27 January 2008
Dal-ghodu l-Pulizija mit-Taqsima ta Kontra
r-Reati Ekonomici wetqet rejd fuq il-monti tal-Belt
Valletta.
Fdan ir-rejd il-Pulizija sabet madwar 1,400
DVDs u loghob tal-Playstation li allegatament
huma kkupjati.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin
u qed jitmexxew mill-Iskwadra ta' Kontra r-Reati
Ekonomici tal-Pulizija.
Economic Crimes
Report
Date
Info
Category
26 January 2008
Is-Sibt 26 ta Jannar, 2008, il-Pulizija
ressqet ukoll numru ta persuni l-Qorti quddiem
il-Magistrat ta l-Ghassa Dr. C. Scerri Herrera
LL. D rigward kazijiet differenti.
Murman Tisiteladze ta 41 sena mill-Georgia
gie akkuzat bevazjoni ta dazju u VAT.
Huwa ma ammettiex l-akkuzi migjuba kontrih u ma
nghatax il-liberta` provizorja. L-imputat gie
mehud fil-Facilita` Korrettiva ta Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ian Abdilla.
James Briffa ta 30 sena miz-Zurrieq gie
akkuzat li nhar is-26 ta Jannar, 2008 hedded
u hebb ghal membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Ghassa
ta San Giljan. L-imputat ammetta l-akkuzi
migjuba kontrih u gie mmultat madwar €580
(Lm250). Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur
Carlo Ellul.
Joseph Mifsud ta 53 sena mill-Qrendi gie
akkuzat li bejn l-24 u l-25 ta Dicembru,
2007 ipprova jaghmel hsara fuq vettura, liema
reat ma giex esegwit minhabba xi haga indipendenti
minnu u li gab ruhu bmod li ta fastidju
lil numru ta persuni. L-imputata ma nghatax
il-liberta` provizorja. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet
mill-Ispettur Johann Fenech.
Guvni ta 17-il sena mwieled l-Etijopja
u residenti l-Fgura gie akkuzat li nhar il-25
ta Jannar, 2008 fHal Far, hedded u
hebb ghal zewg membri tal-Korp tal-Pulizija u
ghal persuna ohra, li kagguna griehi hfief fuq
zewg persuni u griehi serji fuq persuna ohra,
u li volontarjament kiser il-paci pubblika. L-imputat
ma nghatax il-liberta` provizorja u gie mehud
fil-Facilta` Korrettiva ta Kordin taht arrest
preventiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur
Johann Fenech.
Court Cases
Report
Date
Info
Category
26 January 2008
Illum ghal habta ta nofsinhar il-Pulizija
kienet infurmata li kienet sehhet sparatura fi
Sqaq Dun Guzepp Mifsud, Msida (limiti ta
San Gwann).
Il-Pulizija marret fuq is-sit indikat lilha,
fejn irrizulta li aktar qabel kien sehh xi tip
ta argument bejn zewgt irgiel fejn anke
gew sparati xi tiri ta arma tan-nar minn
wiehed mill-irgiel. Dan ir-ragel li allegatament
spara ghandu 35 sena u huwa mill-Msida stess.
Huwa qed jinzamm mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet.
Il-vittma, li ghandu 43 sena u huwa minn San Gwann,
sofra griehi hfief.
Dwar dan il-kaz qed issir inkjesta mill-Magistrat
ta l-Ghassa Dr. Scerri Herrera bl-ghajnuna
ta diversi esperti tal-Qorti.
Il-Pulizija bhalissa ghadha ghaddejja baktar
investigazzjonijiet dwar dan il-kaz.
Shooting
Report
Date
Info
Category
25 January 2008
Tard il-bierah fil-ghaxija l-Pulizija mill-Iskwadra
ta' Kontra r-Reati Ekonomici kienet infurmata
li x'aktarx f'vapur li kien jinsab
gewwa l-Freeport kellu s-sigaretti li kienu bla
dazju.
Il-Pulizija bdiet mill-ewwel bdiet bit-tfittxijiet taghha fejn gewwa vapur li kien sorgut il-Free Port instabu ammonti konsiderevoli ta' sigarretti li ma kellhomx id-dazju mhallas. f'din is-sejba l-Pulizija kienet assistitta mill-membri tad-Dwana.
Fis-26 ta' Jannar 2008, ghal habta tad-disa' u nofs (09.30hrs) il-Pulizija ressqet ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Consuelo Scerri Herrera LLD.
Ir-ragel gie akkuzat in konnessjoni ma kaz ta' evazjoni ta' dazju.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.
Tax Evasion
Report
Date
Info
Category
24 January 2008
Dalghodu ghal habta tal-hdax neqsin kwart (10.45hrs) il-Pulizija gew infurmati li fil-Belt Valletta kien hemm ragel li jinsab fil-periklu.
Il-Pulizija mill-SAG, li fil-hin ta' l-incident
kienu qed jaghmlu ronda fl-inhawi marru immedjatament
fil-lok imsemmi, maghruf bhala l-Fossa, fejn mill-ewwel
stharrig irrizulta li hekk kif ragel ta' 70 sena, li huwa mill-Belt stess, kien ghaddej
bil-vettura tieghu tat-tip Toyota Vitz, din inhakmet
minn mewga u ngarret lejn il-blat Kien hawnhekk
li l-Pulizija rnexxielha tohrog lir-ragel mill-vettura
sabiex jigu evitati konsegwenzi koroh. Ir-ragel
ma sofra l-ebda griehi.
Fuq il-post waslu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jassistu lil Pulizija. Ghal xi hin it-triq inghalqet fejn saru diversi tenattivi sabiex il-vettura titnehha minn fuq il-blat.
Storm-related
Report
Date
Info
Category
24 January 2008
Ghal habta tat-tlieta u kwart ta' wara
nofs in-nhar (15.15hrs) il-Pulizija giet infurmata
li fi Triq il-Kbira, f'San Giljan kien hemm ragel
li safa'; ferut.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li ragel ta' 59 sena ta' nazzjonalita` Taljana, li jghix in-Naxxar, waqt li kien miexi fi Triq il-Kbira, ghal xi raguni gie milqut minn tank tal-ilma. Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghal kura medika. Hu gie iccertifikat li qed isofri minn griehi ta' natura hafifa.
Dal-ghodu ghal habta tat-tmienja u nofs il-Pulizija
kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku
fi Triq id-Dahla ta’ San Tumas, Zejtun.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn irrizulta li anzjan ta’ 85 sena kien
ghadu kif intlaqat minn trakk. L-anzjan, li huwa
minn Hal Tarxien, gie mehud l-Isptar Mater Dei
permezz ta’ ambulanza minhabb li sofra xi
griehi, fosthom f’rasu. Ftit tal-hin ilu
l-Pulizija kienet infurmata li l-anzjan gie ccertifikat
li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Stqarrija mahruga aktar tard tghid li l-anzjan kien f'qaghda stabbli u mhux aktar fil-periklu tal-mewt.
Aktar stharrig mill-Pulizija dwar dan l-incident
ghadu ghaddej.
Traffic-related
Report
Date
Info
Category
23 January 2008
Dal-ghodu ghal habta tal-hdax (1100hrs) il-Pulizija
ser tressaq tmien (8) persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat
Dr. E. Grima LL. D in konnessjoni ma’ l-incidenti
li sehhew fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’
Qali waqt il-loghba tal-futbol Hamrun vs Valletta
tal-gimgha li ghaddiet (19 ta’ Jannar, 2008).
Jumejn ilu tressqu ukoll zewg persuni ohra in konnessjoni
ma’ dawn l-istess incidenti.
Sports-related
Report
Date
Info
Category
22 January 2008
Illum ghal habta ta’ l-erbgha ta’
wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li kien
waqa’ persuna minn gholi fi Triq Gorg Borg
Olivier, Rabat (Malta).
Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija
jidher li hekk kif anzjan ta’ 70 sena kien
qed jirranga aerial tat-televizjoni fuq il-bejt
tieghu, ghal xi raguni waqa’ ghal isfel
u gie f’terrazin ta’ residenza ohra.
L-anzjan gie ccertifkat mejjet fuq il-post.
Aktar stharrig mill-Pulizija bhalissa ghadu
ghaddej.
Death
Home-related
Report
Date
Info
Category
21 January 2008
Ghal habta tat-tlieta ta’ wara nofs in-nhar
(15.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien
sehh incident fi Triq Gorg Borg Olivier, f’San
Giljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament
fuq il-post fejn minn stharrig preliminari irrizulta
li ghal xi raguni haddiema li kienu qeghdin jaghmlu
xoghol ta’ kostruzzjoni sfaw feruti wara
li cediet parti minn saqaf. Fuq il-post issejjhu
immedjatament Ambulanza, id-Dipartiment tal-Protezzjoni
Civili kif ukoll il-Pulizija mill-Iskwadra Mobbli
kif ukoll tat-Traffiku. Il-haddiema li kienu fuq
il-post ta’ l-incident gew mehuda l-Isptar
Mater Dei ghal-kura, fejn huma gew certifikati
li hadd minnhom ma jinsab fil-periklu tal-mewt
ghalkhemm sofrew xi griehi. It-tliet rgiel huma
ragel ta’ 43 sena mill-Imgarr, guvni ta’
23 sena mill-Imgarr u ragel ta’ nazzjonalita`
barranija.
Aktar investigazzjonijiet fuq il-kaz ghadhom
ghaddejjin.
Work-related
Report
Date
Info
Category
21 January 2008
Dalghodu waqt li l-Pulizija kienu qeghdin fuq
ronda fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta rcivew
informazzjoni anonima li kien hemm persuna qieghda
tbigh xi DVD’s li allegatament huma ikkupjati.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
indikat fejn sabet ragel ta’ 58 sena mill-Gzira
li fil-karozza tieghu kellu madwar 230 DVD’s
li allegatament huma foloz.
Ir-ragel qed jghin lil Pulizija fl-investigazzjonijiet
taghha filwaqt li stharrig fuq il-kaz ghadu ghaddej
mill-Pulizija tad-Distrett tal-Mosta kif ukoll
mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomici.
Aktar stharrig ghadu ghaddej.
Copyright
Report
Date
Info
Category
20 January 2008
Illejla ghal habta tas-sitta u nofs il-Pulizija
rceviet informazzjoni anonima li kienet qed issir
serqa minn skola fi Triq Valletta, fl-Imqabba.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat
u fi tfittxija li saret madwar l-iskola, instabu
erba’ subien fi triq hdejn l-iskola. Fl-istess
triq instabu ammont ta’ apparat tal-computers
fosthom monitors, towers, keyboards, speakers, etc.
Is-subien, li kollha ghandhom 15-il sena , gew mehuda
fl-Ghassa tal-Pulizija ghal aktar stharrig.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa
ghadhom ghaddejjin.
Theft
Report
Date
Info
Category
20 January 2008
Il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Durumblat,
il-Mosta instabet persuna mejta.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta
li l-persuna mejta hija ragel ta’ 59 sena
residenti l-Mosta. Ir-ragel instab taht hajt f’ghalqa
u kellu ferita f’rasu.
Dwar dan il-kaz infethet inkjesta mill-Magistrat
ta’ l-Ghassa Dr. M. Hayman LL. D fejn din
hatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Ghada fil-ghodu ghandha ssir awtopsja fuq il-katavru.
Mill-indikazzjonijiet li ghandha s’issa
l-Pulizija jidher li l-kaz huwa incident fatali
tat-traffiku. Jidher li l-vittma kien miexi fit-triq
meta ntlaqat minn vettura. Il-Pulizija qed izzomm
ragel in konnessjoni ma’ dan il-kaz sabiex
jghinha fl-investigazzjonijiet. Ir-ragel li qed
izzomm il-Pulizija huwa is-sewwieq tal-vettura
li kienet involuta fl-incident.
Ir-ragel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem
li gejjin.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija bhal
issa ghadhom ghaddejjin.
Fil-21 ta' Jannar, ghal habta ta’ nofsinhar
(1200hrs) il-Pulizija ressqet il-Qorti guvni ta’
25 sena mill-Mosta quddiem il-Magistrat Dr. A.
Vella in konnessjoni ma’ l-incident fatali
tat-traffiku fil-Mosta.
Hit and Run
Report
Date
Info
Category
20 January 2008
Kmieni dalghodu ghal-habta tat-tlieta nieqsin
kwart (02.45) il-Pulizija kienet infurmata li fi
Triq Santa Lucija, il-Belt Valletta kienet ghada
kemm sehhet serqa.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn mill-ewwel stharrig li ghamlet irrizulta
li gewwa stabbiliment li hemm fl-imsemmija triq
kienet ghada kemm sehhet serqa ta’ xi apparat
elettroniku.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Belt Valletta bl-ghajnuna
tal-Pulizija ta’ l-Iswaddra Mobbli ghamlet
tfittxija intensiva fil-fond imsemmi fejn irnexxielha
taqbad zaghzugh ta’ 18-il sena mill-Belt
li allegatament kien seraq l-apparat elettroniku.
F’hidma kontinwa li l-Pulizija ghaddejja
biha sabiex jinqabdu persuni li qed jghixu Malta
illegalment, il-bierah inqabdu zewg persuni, f’zewg
kazijiet separati, li ma kellhomx il-permessi
u d-dokumenti mehtiega sabiex joqghodu f’Malta.
Fl-ewwel kaz, il-Pulizija mid-Distrett ta’
San Giljan giet infurmata li gewwa lukanda fi
Triq Spinola, f’San Giljan hemm persuna
ta’ nazzjonalita` Marokkina li qed tghix
f’Malta minghajr il-permessi necessarji.
Fuq spezzjoni li ghamlet il-Pulizija fil-post
imsemmi sar maghruf li mara ta’ 58 sena
mill-Marokk ma kelliex id-dokumenti mehtiega biex
tghix Malta.
Fit-tieni kaz, il-Pulizija mid-Distrett ta’
Haz Zabbar waqt li kienu qed jaghmlu spezzjonijiet
f’diversi positjiet ta’ divertiment
innutaw persuna suspettuza, u meta dan gie mistoqsi
ghad-dokumenti huwa naqas milli jfornijihom lill-Pulizija.
Wara indagni li saret mill-Pulizija rrizulta li
r-ragel ghandu 27 sena u huwa ta’ nazzjonalita`
Libjana.
Iz-zewg persuni qed jinzammu mill-Pulizija ghal
aktar investigazzjonijiet.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-istharrig dwar
it-tliet kazijiet.
Dalghodu il-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra
r-Reati Ekonomici wettqet b'success zewg raids f’zewg
residenzi fejn kienu elevati madwar elfejn u sitt
mitt (2,607) DVDs u loghob tal-computer li allegatament
huma kkuppjati. Fl-ewwel raid f’residenza
f’Birzebbugia gew elevati 1,233 DVD’s
u fit-tieni raid f’residenza gewwa z-Zejtun
gew elevati 1,374 DVD’s u loghob tal-computer
u tal-Playstation li lkoll huma allegatament ikkupjati.
Persuni ghandhom jitressqu l-Qorti aktar il-quddiem.
Kmieni dalghodu ghal habta tat-tlieta u nofs il-Pulizija
kienet infurmata illi fi Triq il-Wied ta’
l-Imsida f’Birkirkara kienet ghadha kif sehhet
serqa minn gewwa hanut li jbiegh ix-xorb.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn minn stharrig preliminari rrizulta li persuna/i
mhux maghrufa serqu ammont ta’ tabbakk meta
tkissret il-hgiega tal-bieb principali tal-hanut
permezz ta’ gebla. F’din is-serqa
hadd ma wegga’ u l-ammont misruq ghadu mhux
maghruf.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom
ghaddejin.
Theft
Report
Date
Info
Category
17 January 2008
Dal-ghodu ghal habta ta’ l-ghaxra u kwart
il-Pulizija kienet infurmata minn xufier ta’
xarabank li hafna aktar kmieni dal-ghodu allegatament
kien safa` vittma ta’ serqa.
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li
waqt li r-ragel tela’ fuq ix-xarabank sabiex
jibda jsuq, allegatament warajh tela’ ragel
mghammad u armat b’arma tan-nar u talbu
l-flus. Il-halliel ha ammont zghir ta’ flus
kontanti, liema ammont ma jaqbizx il-hamsin ewro,
u wara harab minn fuq il-post. Il-kaz sehh fi
Triq is-Salib tal-Marsa, Marsa ghal habta tal-hamsa
ta’ fil-ghodu u dak il-hin ma kienx hemm
passiggieri fuq ix-xarabank.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal
issa ghadhom ghaddejjin.
Hold-Up
Report
Date
Info
Category
17 January 2008
Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’
Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest ragel ta’
35 sena miz-Zejtun izda residenti Marsaskala,
wara sejba ta’ kwazi 7 kilogrammi ta’
raza tal-kannabis.
Is-sejba saret matul il-lejl li ghadda wara
granet ta’ stharrig mill-Iskwadra ta’
Kontra d-Droga tal-Pulizija. It-tfittxija u s-sejba
saru gewwa ghalqa fl-inhawi tal-bajja ta’
San Tumas, Marsaskala, u l-intervent tal-Pulizija
sehh hekk kif il-persuna suspettata kienet qed
tirranga d-droga fil-mohba.
Id-droga kienet maqsuma f’zewg mohbiet,
wahda kien fiha 11-il blokka u l-ohra 16-il blokka,
u ilkoll kienu mohbija fid-demel li kien hemm
fl-ghalqa.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. J. Apap Bologna
kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti
sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin
u l-persuna taht arrest mistennija li titressaq
il-Qorti fil-granet li gejjin.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Iskwadra
ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija.
Drugs
Report
Date
Info
Category
17 January 2008
Illum ghal habta ta’ nofsinhar il-Pulizija
ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat
Dr. G. Grixti in konnessjoni mas-serqa (hold up)
li kienet sehhet fis-6 ta’ Dicembru, 2007
fuq hanut tad-deheb fi Triq Santa Lucija, Belt
Valletta.
Hold-Up related
Report
Date
Info
Category
16 January 2008
Wara nofs in-nhar, ghal habta tas-saghtejn
(14.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li f’residenza
fi Triq F. Assenza, Swieqi kien hemm persuna li
aktarx kienet mejta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn ragel ta’ 31 sena ta’ nazzjonalita`
Jugoslava, li jghix Malta, kien iccertifikat mejjet
minn tabib li wasal fuq il-post. Mistennija issir
awtopsja sabiex tkun iddentifikata l-kawza tal-mewt
tar-ragel.
B’dan il-kaz kien infurmat l-Magistrat
ta’ l-Ghassa Dr Apap Bologna LLD, fejn hatar
diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar stharrig dwar il-kaz ghadu ghaddej.
Fis-17 ta' Jannar saret l-awtopsja fuq il-katavru
fejn minn rizultati provizzjonali l-vittma miet
kawza ta’ attakk ta’ qalb.
Death
Report
Date
Info
Category
15 January 2008
Kmieni dal-ghodu l-Pulizija kienet infurmata
li kien hemm vettura qed taqbad fi Triq il-Qalb
Imqaddsa, San Giljan.
Il-Pulizija u l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni
Civili marru fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet
gie stabbilit li karozza tat-tip Toyota Auris
ghal xi raguni kienet hadet in-nar. Karozza ohra
tat-tip Renault 19 li kienet ipparkjata ma’
genbha garbet xi hsarat ukoll. Hadd ma wegga`
f’dan l-incident u n-nar gie ikkontrollat
mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Dwar dan l-incident infethet inkjesta mill-Magistrat
Dr J. Padovani LL. D fil-waqt li l-istharrig tal-Pulizija
ghadu ghaddej.
Vehicle Fire
Report
Date
Info
Category
14 January 2008
Dalghodu ghal habta tad-disgha u kwart (09.15hrs)
il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Qawra,
San Pawl il-Bahar kien hemm persuna li aktarx
kienet mejta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
(lukanda li bhalissa ghaddejjin xi tiswijiet fiha)
fejn ragel ta’ 76 sena ta’ nazzjonalita`
Ingliza kien iccertifikat mejjet minn tabib li
wasal fuq il-post. Ser issir awtopsja sabiex tkun
iddentifikata l-kawza tal-mewt tar-ragel.
B’dan il-kaz kienet infurmata l-Magistrat
ta’ l-Ghassa Dr J Padovani LLD. Fejn hatret
diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar stharrig dwar il-kaz ghadu ghaddej.
Death
Report
Date
Info
Category
12 January 2008
Kmieni dal-ghodu ghal habta ta’ l-erbgha
l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm vettura
qed taqbad fi Triq Ganni Bencini, Gzira.
Il-Pulizija u l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni
Civili marru fuq il-post fejn irrizulta li karozza
tat-tip Daewoo ghal xi raguni kienet hadet in-nar.
In-nar gie kkontrollat u hadd ma wegga` f’dan
l-incident.
B’dan il-kaz kienet infurmata l-Magistrat
ta’ l-Ghassa Dr. D. Clarke fejn din hatret
diversi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar stharrig dwar dan l-incident ghadu ghaddej.
Vehicle - Fire
Report
Date
Info
Category
11 January 2008
Illum ghal habta tal-hdax neqsin ghoxrin (10.40)
il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Antonia
Maria Cumbo, il-Fgura kien hemm ragel mitluf minn
sensieh ma l-art f’residenza privata.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn sabet lil paramedici qed jaghtu l-ewwel ghajnuna
lir-ragel ta’ 34 sena u li huwa mill-Fgura,
fejn dan ittiehed l-Isptar Mater Dei permezz ta’
ambulanza. Saru diversi tentattivi sabiex ir-ragel
jigi f’sensieh, izda sfortunatament huwa
miet ftit tal-hin wara.
Minn fuq il-post ta’ l-incident il-Pulizija
elevat materjal relatat mad-droga.
Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’
l-Ghassa Dr D Clarke LL.D. fejn hatret diversi
esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Illum ghal-habta ta’ l-ghaxra u nofs
(10.30) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq
tal-Borg, Rahal Gdid kien hemm persuna li kellha
xi demm f’rasha.
Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija
jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni
mara ta’ 70 sena minn Rahal Gdid zelqet
meta kienet fuq il-bankina lesta biex taqsam it-triq
bil-konsegwenza li habtet rasha ma vettura u waqghet
ma l-art.
Fuq il-post issejhet Ambulanza fejn hadet lil
mara l-Isptar Mater Dei fejn kienet iccertifikata
li tinsab fil-periklu li titlef hajjitha minhabba
l-griehi li sofriet f’rasha.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’
l-Ghassa Dr Micallef Trigona fejn hatar diversi
esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Tard illum wara nofs in-nhar waqt ronda li
l-Pulizija mill-Iskwadra Mobbli kienet qed taghmel
in-naha t’isfel ta’ Malta twaqqfet
vettura li dehret suspettuza.
Hekk kif il-Pulizija waqfet sabiex ticcekkja
l-vettura, is-sewwieq saq b’velocita’
eccessiva u harab minn fuq il-post. Kien hawnhekk
li l-Pulizija segwit il-vettura, fejn kienu d-diversi
tentattivi sabiex titwaqqaf l-imsemmija vettura,
fejn gie sparat ukoll tir ta’ twissija fl-arja
Il-Pulizija ccirkondat l-inhawi sabiex titwaqqaf
il-vettura kif ukoll sabiex ma jinholqu ebda incidenti
ohra, fejn fi Triq il-Mina ta’ Hompesch,
Haz Zabbar, l-imsemmija vettura baqghet tieghla
f’central strip fejn f’tentattiv biex
jahrab minn fuq il-post is-sewwieq irriversja
fuq il-vettura tal-Pulizija li kienet qed tibblokah,
bil-konsegwenza li din ta’ l-ahhar garbet
xi hsarat. Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.
Il-Pulizija ghamlet tfittxija fil-vettura kif
ukoll fuq is-sewwieq, ragel ta’ 46 sena
minn San Gwann, fejn instabu xi affarijiet relatati
mad-droga. Is-sewwieq kien wahdu fil-vettura.
B’rizultat ta’ investigazzjonijiet
intensivi li kienu ghaddejjin f’dawn l-ahhar
jiem, il-Pulizija solviet erba’ serqiet
(hold-ups) li sehhew bejn ix-xahar ta’ Dicembru
2007 u dan ix-xahar.
Fid-9 ta' Jannar, ghal habta ta’ nofsinhar
(1200hrs) il-Pulizija ser tressaq zewgt irgiel
il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Edwina Grima
LL. D in konnessjoni mas-serqiet imsemmija.
Hold-Ups
Report
Date
Info
Category
8 January 2008
Tard il-bierah fil-ghaxija ghal habta tal-hdax
u nofs il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm
zewg persuni suspettuzi fil-Bajja ta’ San
Gorg, San Giljan.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn gew innutati zewg zghazagh maskili. Dawn
gew imwaqqfa mill-Pulizija u fuq wiehed minnhom
instab stereo ta’ karozza. Waqt li l-Pulizija
kienet qed ticcekja l-vetturi pparkjati fl-inhawi,
instab li wahda minnhom kienet sgassata u rrizulta
li kellha l-istereo misruq. Vettura ohra instabet
b’xi hsara fuqha u oggett li kien f’din
il-karozza wara nstab fuq wiehed miz-zghazagh.
Intant aktar tard waqt tfittxija fil-post fejn
jghixu dawn iz-zewg zghazagh instabu diversi oggetti
suspettuzi fosthom numru ta’ ghodod, mobile
phones, u stereo iehor.
Dawn iz-zghazagh, it-tnejn Rumeni, nzammu arrestati
ghal aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija.
Theft
Report
Date
Info
Category
6 January 2008
Illum wara nofs in-nhar il-Pulizija kienet
infurmata illi fi Triq Pace, gewwa Tas Sliema
xi persuni kienu ghadhom kif kissru tieqa ta’
karozza u harbu minn fuq il-post.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn minn stharrig preliminari rrizulta li vettura
tat-tip Opel Corsa kellha t-tieqa ta’ quddiem
tan-naha tal-passiggier imkissra u kien innutat
ukoll xi taqlib fil-vettura.
Il-Pulizija bdiet mill-ewwel bit-tfittxijiet
taghha fl-inhawi fejn kienu mwaqqfa zewgt irgiel
fejn instab li kellhom bosta oggetti li setghu
kienu wzati ftit tal-hin qabel. Il-Pulizija kompliet
bit-tfittxijiet taghha fejn fi Triq Tigne’
instabu xi affarijiet li kienu rrapurtati nieqsa
mill-vettura.
Aktar stharrig ghadu ghaddej fejn iz-zewgt irgiel
qed jghinu lil Pulizija fl-investigazzjonijiet
taghhom.
Illum ghal habta tal-hamsa u ghaxra (17:10)
il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq il-Kbira,
gewwa Hal Lija kienet ghadha kemm sehhet serqa.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel
li kien armat b’arma li taqta’, dahal
fi spizerija fl-imsemmija triq, talab il-flus
lil impjegata u harab minn fuq il-post. L-ammont
misruq ma jeccediex l-erba’ mitt ewro. Fil-hin
tas-serqa ma kien hemm hadd fl-ispizerija
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’
l-Ghassa Dr. G Grixti LL.D. fejn hatar diversi
esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.
Hold-Up
Report
Date
Info
Category
4 January 2008
Ghal habta tal-hdax ta’ dal-ghodu (1100hrs),
il-Pulizija kienet infurmata li f’Wied il-Ghajn
(qabel l-Impjant tar-Riciklagg) waqa’ trakk
go barriera. Fit-trakk kien hemm ragel.
Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija
jirrizulta li waqt li trakk kien qed ibattal xi
ramel ghal go barriera, il-parti ta’ taht
it-trakk cediet bil-konsegwenza li t-trakk waqa’
ghal gol-barriera bix-xuffier b’kollox.
Ix-xuffier li ghandu madwar 40 sena u huwa minn
Haz-Zabbar, gie ccertifikat mejjet fuq il-post
ftit tal-hin wara li sehh l-incident.
B’dan l-incident gie nfurmat il-Magistrat
ta’ l-Ghassa Dr. G. Grixti fejn dan hatar
numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa
ghadhom ghaddejjin.
Death
Report
Date
Info
Category
3 January 2008
Illum wara nofsinahar ghal habta ta’
l-erbgha u nofs il-Pulizija kienet infurmata li
kienet sehhet serqa fi Triq in-Naxxar, San Gwann.
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li
zewgt irgiel dahlu f’hanut taz-zraben u
talbu l-flus lill-impjegata. Wiehed mill-hallelin
kellu sikkina. Huma hadu ammont ta’ flus
kontanti f’ewro u f’liri Maltin u
wara harbu minn fuq il-post. L-ammont misruq ma
jeccedix il-mitejn u t-tletin ewro. Fil-hin tas-serqa
fil-hanut kien hemm ukoll klijenta. Hadd ma wegga’
f’dan l-incident.
Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. J. Apap
Bologna kien infurmat bil-kaz u dan ordna li ssir
inkjesta Magisterjali.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa
ghadhom ghaddejjin.
Hold - Up
Report
Date
Info
Category
1 January 2008
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga
qed izzomm taht arrest 10 zaghzagh wara sejbiet
ta’ droga Ecstasy u Kokajina matul il-lejl
li ghadda.
Filfatt diversi membri tal-Iskwadra ta’
Kontra d-Droga tal-Pulizija ghamlu tfittxijiet
fuq persuni u go diversi stabbilimenti ta’
divertiment fi nhawi differenti ta’ Malta
u minn tlett stabbilimenti gewwa Paceville gew
arrestati ghaxar persuni li fil-pussess taghhom
nstabet d-droga msemmija.
Iz-zaghzagh ilkoll irgiel u li l-eta taghhom
tvarja bejn is-16 u 22 sena huma residenti Hal
Qormi, Bormla, Isla, Zabbar, Zurrieq, Belt Valletta,
Gzira u Mellieha ghadhom qed jinzammu taht arrest
ghall-aktar stharrig. Tlieta minnhom nstabu fil-pussess
ta’ ammonti ta’ pillolli ecstasy li
kienu ntenzjonati ghat-traffikar.
Aktar indagini ghadhom qed isiru u huma mistennija
li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Iskwadra
ta’ kontra d-droga tal-Pulizija.
Drugs
Report
Date
Info
Category
1 January 2008
Dalghodu ghal-habta tas-sitta (06.00hrs) il-Pulizija
giet infurmata li kienet ghada kemm sehhet serqa
(snatch and grab) fi Triq Gorg Borg Olivier, f’San
Giljan.
Minn stharrig preliminari mill-Pulizija rrizulta
li waqt li mara ta’ 51 sena kienet miexja
fit-triq imsemmija, persuna mhux maghrufa avvicinha
u serqila l-handbag. Il-Pulizija marret minnufih
fuq il-post fejn waqt ronda intensiva ntlemah
is-suspettat, li huwa ragel ta’ 29 sena
ta’ nazzjonalita` Somala. Malli ra l-Pulizija
r-ragel telaq jigri izda nqabad ftit mumenti wara
f’Teghlet Birkirkara, f’SanGiljan.
Ir-ragel qieghed jinzamm mill-Pulizija ghal
aktar invetigazzjonijiet, fejn mistenni jitressaq
il-Qorti ghada.
Snatch and Grab
Report
Date
Info
Category
1 January 2008
Dalghodu ghal-habta tal-hamsa u kwart (05.15hrs)
il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa
fi Triq Gianpula, limiti tar-Rabat (Malta).
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post
fejn minn stharrig preliminari rrizulta li zewgt
irgiel mghammdin u armati dahlu go stabbiliment
li jinsab fl-imsemmija triq u serqu ammont konsiderevoli
ta’ flus kontanti. Il-hallelien harbu minn
fuq il-post filwaqt li hadd ma wegga fl-incident.
Dal-lejl ghal-habta tal-erbgha nieqsin kwart
(03.45hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien
sehh incident stradali fi Triq l-Ghejun, Xaghra,
Ghawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn
minn stharrig preliminari rrizulta li vettura
tal-ghamla Renault misjuqa minn guvni ta’
23 sena mir-Rabat, Ghawdex waqt li kien sejjer
lejn id-direzzjoni ta’ Triq l-Ghejun, Xaghra
ghal xi raguni mhux maghrufa tilef il-kontroll,
habat ma hajt u waqa gholi ta’ madwar zewg
sulari. Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni
Civili biex inhargu kemm ix-xufier u passigiera,
tfajla ta’ 19-il sena mix-Xaghra, Ghawdex.
Huma ttiehdu l-Isptar Generali t’Ghawdex,
fejn gew iccertifikati li ma jinsabux fil-periklu
li jitilfu hajjithom.