The Police Force CMRU's information service

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

31 January 2009

 

Illum ghall-habta ta’ l-erbgha u nofs ta’ filghaxija (16.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq L-Imdina, Qormi kien ghadu kif sehh incident stradali.

                                                                             

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li vettura tat-tip Peugeot Partner li kien qed jigi misjuq minn ragel ta’ 68 sena minn Hal Qormi u li kien sejjer lejn id-direzzjoni tal- Handaq, f’hin minnhom is-sewwieq sema’ hoss qawwi mal-bieba tan-naha tax-xellug tal-vettura tieghu.

 

Irrizulta li l-hoss kien ta’ mutur tat-tip Honda misjuq minn ragel ta’ 35 sena minn Hal Qormi u li kien sejjer fl-istess direzzjoni, fejn ghal xi raguni habat mal-vettura msemmija.

 

Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei, fejn gie ccertifikat li qed isofri minn griehi gravi minhabba ksur pero ma jinsabx fil-periklu tal-mewt

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

31 January 2009

 

Nixtiequ navzaw il-pubbliku ingenerali li minhabba xoghlijiet, it-triq li minn hdejn ic-cimiterju ta' Hal Lija taghti ghall Mosta tinsab temporanjament maghluqa, kif ukoll it-triq li tibda minn quddiem "Kinds" direzzjoni lejn ic-cimiterju ta' Hal Lija tinsab temporanjament maghluqa ukoll.

Il-pubbliku huwa gentilment mitlub sabiex juza' toroq alternattivi.

                                                                            
  Traffic-Related Notice

 

Report Date   Info   Category

31 January 2009

 

Il-bierah il-Pulizija mid-Distrett ta’ B’Bugia sabet numru ta’ tajr protett li ma kienx irregistrat gewwa residenza privata gewwa Hal Safi.

                                                                             

Minn investigazzjonijiet li ghamlet il-Pulizija rrizulta li guvni, li ghandu 21 sena kellu fil-pussess tieghu 98 tajra liema tajr huwa jew protetti jew mhux registrat.  Intalbet ukoll l-assistenza tal-Pulizija tal-ALE kif ukoll Ufficjali tal-MEPA sabiex jigi stabbilit liema tajr kien protett jew le.

 

Minn fuq il-post kien elevat ukoll materjal li jintuza’ ghall-ibbalzmar tal-ghasafar.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Protected Birds

 

Report Date   Info   Category

30 January 2009

 

Zewg persuni twaqqfu aktar kmieni llum wara nofs inhar mill-Pulizija mid-Distrett ta’ Rahal Gdid wara ronda li kienet qed issir fil-vicinanzi tal-playing fields li jinsabu fi Pjazza Patri Redent Gauci, il-Fgura.

                                                                             

Iz-zewg persuni, guvni ta’ 30 sena u residenti z-Zejtun u l-iehor ta’ 33 sena u residenti l-Fgura, qajmu suspett lill-Pulizija u ghalhekk twaqqfu fejn saret tfittxija fuq il-persuna taghhom kif ukoll fil-vettura li kienu biha.

 

Fuq ir-ragel ta’ 30 sena nstabu 3 qratas bi trab kannella, waqt li fil-vettura nstabu 16-il qartas ohra li kollha kienu mimlija bi trab kannella.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-kaz, fejn iz-zewg persuni qed jghinu l-Pulizija fl-istharrig.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

29 January 2009

 

Ghall-habta ta’ l-erbgha neqsin ghaxra ta’ dalghodu (03.50hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Kileb, Mqabba kien hemm xi nirien.

                                                                            

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li bieb ta’ residenza privata kien qed jaqbad.  In-nirien li ma kienux qawwija, gew ikkontrollati mill-ewwel.

 

Hadd ma wegga f’dan l-incident.

 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Silvio Meli LLD. Hu hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig dwar dan il-kaz.

  Arson

 

Report Date   Info   Category

27 January 2009

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest zewgt irgiel wara sejba kbira ta’ droga ecstasy u kokajina kmieni il-bierah wara nofsinhar.

                                                                           

Is-sejba ta’ aktar minn 21,000 pillolla ecstasy kif ukoll ta’ aktar minn 570 gramma ta’ droga kokajina saret wara hidma li kienet ghaddejja tul l-ahhar gimghat.

 

Tard il-bierah filghodu l-Pulizija waqfet vann Mercedes registrat Malta.  Il-vann kien ghadu kif wasal fil-Port il-Kbir fuq vapur li jgorr kemm vetturi kif ukoll passigieri.  Il-vapur kien telaq minn Genoa, fl-Italja u qabel wasal Malta kien anke waqaf f’port f’Tunez.

 

Fil-vann kien hemm zewg irgiel Maltin wiehed ta’ 52 sena mir-Rabat (Malta) u iehor ta’ 25 sena minn Santa Venera.

 

Membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija assisti minn membi tal-Enforcement Unit tad-Dwana ghamlu tfittxija intensiva fuq din il-vettura gewwa l-Kwartieri Generali tal-Puliizja.  Mohbija wara panels tal-injam fuq wara tal-vann instabu 10 boroz tal-plastik. Jirrizulta li fil-boroz kien hemm mohbija d-droga imsemmija.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Giovanni Grixti  LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Dawn l-persuni mistennija jitressqu l-Qorti matul il-jum ta’ ghada.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

27 January 2009

 

Referenza qieghda ssir ghall-istqarrija li harget il-bierah rigward tfajla li nstabet mejta f’residenza fi Triq is-Sebuqa, San Gwann.

                                                                          

Dalghodu saret l-awtopsja fuq il-kadavru tat-tfajla u r-rizultat kien pulmonary oedema.

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Dead Person: autopsy

 

Report Date   Info   Category

26 January 2009

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tan-nofsiegha (1230hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kienet instabet persuna mejta f’residenza fi Triq is-Sebuqa, San Gwann.

                                                                         

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn irrizulta li f’residenza privata kien hemm tfajla mejta.  It-tfajla ghandha 26 sena u nstabet mejta mill-familjari taghha stess.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Giovanni Grixti LL. D. fejn hatar diversi esperti sabiex jghinuh fl-inkjesta.  Awtopsja fuq il-katavru mistennija ssir ghada sabiex tigi stabbilita` l-kawza tal-mewt.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga flimkien ma’ dawk mid-Distrett ta’ San Giljan.

  Dead Person

 

Report Date   Info   Category

26 January 2009

 

Wara investigazzjoni intensiva maghmula minn ufficjali tad-Dipartiment ta’ l-Investigazzjoni Kriminali, il-Pulizija waslet biex issolvi zewg kazi ta’ hsara volontarja li kienu sehhew fic-cimiterji ta’ Hal-Kirkop u Hal-Safi fil-perjodu ta’ bejn il-21 u il-25 ta’ Dicembru 2008. 

                                                                        

Fiz-zewg kazijiet msemmija barra l-hsara volontarja, l-malviventi kienu wkoll ghamlu xi kitba dispreggattiva lejn ir-religjon Kattolika Appostolika Rumana.

 

Zewg persuni, wiehed ta’ 17- il sena u l-iehor ta’ 19-il sena, il-bierah kienu qed jghinu l-Pulizija f’din l-investigazzjoni.  Huma ser jitressqu l-Qorti dalghodu quddiem il-Magistrat Dr Giovanni Grixti LLD u ser jigu akkuzati b’dawn ir-reati kriminali.  

  Cemetries' Desecration Case

 

Report Date   Info   Category

25 January 2009

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest zewgt’ irgiel wara sejba ta’ droga kokajina, il-bierah wara nofsinhar gewwa l-Mellieha.

                                                                       

Is-sejba saret waqt hidma mill-istess skwadra fuq suspett illi minn appartament gewwa l-Mellieha kien qed isir traffikar ta’ droga. Fill-fatt f’hin minnhom kien osservat hiereg ragel mill-appartament illi meta twaqqaf mill-Pulizija huwa kien innutat jarmi pakkett, li jirrizulta li kien fih id-droga kokajina. Minn tfittxija ulterjuri fuq il-persuna ta’ dan ir-ragel ta’ 30 sena minn Naxxar irrizulta li kellu fil-pussess tieghu €7,700 fi flus kontanti u hafna karti tal-loghob tal-lottu klandestin.

 

Aktar tard saret ukoll tfittxija fl-appartament fil-Mellieha fil-presenza tal-persuna li kienet qed tghix fih, ragel ta’ 39 sena mill-Hamrun u hemmhekk nstabet aktar droga kokajina, kwazi 100 gramma li kienu f’8 kapsoli u nofs. Instab ukoll ammont iehor ta’ flus kontanti u mizien.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL.D kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjien, u dawn l-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

25 January 2009

 

Dalghodu, il-Pulizija ressqet ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr Michael Mallia LLD. 

                                                                       

Carmeli Vella ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Bahar gie akkuzat fost akkuzi ohra talli nhar l-24 ta’ Jannar 2009, ghall-habta tas-14.15hrs : -

 
  • attaka u ghamel resistenza fuq il-persuna ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • ngurja, hedded u/jew ghamel offiza fuq il-persuna tal-istess Kuntistabbli waqt il-qadi ta’ dmirijietu;
  • talli ma ghobdiex l-ordnijiet tal-Pulizija;
  • ghamel hsara fuq vettura tas-servizz tat-tip Ford Focus;
  • saq vettura meta ma kellux il-kontroll shih tal-istess vettura;
  • ghamel uzu ta’ apparat cellulari;
  • qal kliem oxxen;
  • sar recidiv. 
 

L-imputat wiegeb li mhuwiex hati ghall-akkuzi migjuba kontrih.  Hu nghata l-liberta’ provizorja fuq depositu ta’ € 1165, garanzija personali ta’ € 1500 u jiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Michael Mallia.

  Court

 

Report Date   Info   Category

25 January 2009

 

Dalghodu fil-hdax neqsin kwart il-Pulizija ser tressaq quddiem il-Qorti quddiem il-Magistrat Michael Mallia LL.D. ragel ta’ 44 sena minn San Pawl il-Bahar fejn ser takkuzah li rrezista ufficjal pubbliku kif ukoll li ghamel hsara volontarja fuq vettura tal-Gvern.

                                                                      
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

24 January 2009

 

Tard il-bierah filghaxija ghal habta ta’ l-ghaxra l-Pulizija kienet mitluba tmur fi Triq il-Knisja, Paola peress li nstemma xi hgieg jinkiser.

                                                                       

Ghalhekk il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li kienet ghada kemm sehhet serqa minn hanut (confectionery). Mill-ewwel investigazzjonijiet fuq il-post irrizulta li zewgt irgiel mghammda u armati b’armi tan-nar ressqu qrib il-hanut u sparaw tir/i bil-konsegwenza li nkiser il-hgieg tal-bieb u ta’ vetrina ta’ l-istess hanut.  Wara l-hallelin dahlu fil-hanut, fejn dak il-hin kien hemm is-sid u ragel iehor.  Minn hemm serqu wallet u wara harbu minn fuq il-post.  Iz-zewgt irgiel li kienu fil-hanut sofrew xi griehi u ghalhekk ittiehdu l-Isptar Mater Dei.  Huma gew rilaxxati mill-Isptar aktar tard matul il-lejl wara li nghataw il-kura necessarja.

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Edwina Grima LL. D giet infurmata b’dan il-kaz u ghalhekk gew mahtura numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta magisterjali.

 

Il-Pulizija ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar dan il-kaz.

 
  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

23 January 2009

 

Matul l-ahhar gimgha l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija zammet taht arrest disa’ (9) persuni wara hidma kontra t-traffikar ta’ droga f’inhawi differenti ta’ Malta.

                                                                      

L-ewwel hidma kontra traffikar ta’ droga kokajina saret nhar is-Sibt li ghadda gewwa Wied il-Ghajn. Filfatt il-Pulizija zammet taht arrest ragel ta’ 47 sena u tfajla ta’ 20 sena, it-tnejn residenti Wied il-Ghajn stess, wara li fl-appartamenti taghhom nstabet d-droga kokajina li kienet f’pakketti lesta sabiex tinbiegh, kif ukoll raza tal-kannabis u mwiezen.

 

It-tieni hidma saret nhar il-Hadd li ghadda kmieni wara nofsinhar gewwa Bugibba, wara li l-Pulizija kienet irceviet informazjoni illi ragel ta’ 34 sena mill-Mosta izda residenti Bugibba kien involut fit-traffikar tad-droga kokajina. Meta huwa gie mwaqqaf mill-Pulizija huwa pprova jahrab u f’dak il-mument rema wkoll mal-art kapsola bid-droga kokajina, izda kien innutat mill-Pulizija u gie arrestat. Aktar tard fi tfittxija li saret gewwa r-residenza tieghu nstabet aktar droga kokajina, eroina, kannabis, kif ukoll oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga. Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Consuelo Scerri Herrera LL. D. kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Aktar stharrig ghadu ghaddej.

 

Hidma ohra saret nhar it-Tnejn fil-ghodu gewwa l-Hamrun. Il-Pulizija kienet qed tosserva l-movimenti ta’ xi persuni li kienu qed jiffrekwentaw bar fl-istess lokalita`. F’din il-hidma nstabet d-droga raza tal-kannabis fil-pussess ta’ tliet persuni, ragel ta’ 38 sena mill-Marsa, u zewgt ahwa ta’ 19 u 22 sena mill-Hamrun.

 

Ir-raba hidma saret nhar l-Erbgha li ghaddew gewwa l-Msida. Il-Pulizija kienet qed tosserva residenza ta’ zaghzugh ta’ 33 sena wara informazzjoni li kienet waslet ghand il-Pulizija, li l-persuna kienet involuta fit-traffikar ta’ droga eroina. Fi tfittxija li saret fl-istess appartament instabet id-droga eroina f’ammont li juri li kienet sabiex tinbiegh, raza tal-kannabis, mwiezen, flus kontanti u diversi mobile phones. Inkonessjoni ma’ din s-sejba gew mizmuma wkoll il-mara tar-ragel imsemmi, li hija ta’ nazzjonalita` Russa u li ghandha 27 sena, kif ukoll ragel ta’ 42 sena minn tas-Sliema.  Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Anthony Vella LL. D. kien infurmat b’din is-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. Ir-ragel ta’ 33 sena tressaq il-Qorti illum quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Edwina Grima LL. D. b’akkuzi ta’ traffikar u pussess ta’ droga eroina, kif ukoll pussess ta’ droga raza tal-kannabis. Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.

 

Il-persuni l-ohra arrestati mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjin b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga kif ukoll uhud minnhom bi traffikar ta’ droga.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

23 January 2009

 

B'referenza ghax-xita li ghamlet illum, nixtiequ navzaw lill-pubbliku ngenerali biex kemm jista' jkun jevita postijiet bhal Msida, B'kara u Hal Qormi minhabba l-ilmijiet li hemm u juza' toroq alternattivi.

Nappelaw ukoll biex is-sewwieqa jkunu prudenti fis-sewqan taghhom biex kemm jista' jkun jigu evitati ncidenti mhux mixtieqa.

                                                                    
  Traffic-Related Notice

 

Report Date   Info   Category

23 January 2009

 

Il-bierah għal ħabta tal-erbgħa neqsin kwart fi Triq it-Tiben, ġewwa s-Swieqi, persuna sfat agredita minn persuna oħra.

                                                                    

L-inċident ġara meta raġel ta’ 22 sena, li huwa Filipin imma residenti Malta, kien imwaqqaf minn persuna li kienet mgħammda fejn talbitu l-flus.  Il-ġuvni rrifjuta li jagħti l-flus u kien hawnhekk li ntuża’ l-pepper spray.

                                                                                                                                             

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post bil-flus misruqa, wara intervent f’waqtu tal-ġirien, liema ammont ma jeċedix it-tlett mitt ewro.  Il-ġuvni kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

 

L-investigazzjoni tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Assault

 

Report Date   Info   Category

22 January 2009

 

Ghall-habta tal-hdax u nofs (1130hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Floriana kien sehh incident stradali.

 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari irrizulta li waqt li Surgent tal-Pulizija kien ghaddej bil-mutur tas-servizz tat-Taqsima tat-Traffiku mit-triq imsemmija, ghal xi raguni kellu impatt ma’ arblu li hemm fit-triq. Zewg membri tal-Korp li nzertaw kienu ghaddejjin mill-istess triq tawh l-ewwel ghajnuna. Fuq il-post issejhet ambulanza u s-sewwieq ittiehded l-Isptar Mater Dei fejn gie iccertifikat li qed isofri minn griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.  Is-sewwieq ghandu 33 sena u huwa residenti Birkirkara.

 

Aktar tard inharget stqarrija li tghid li s-Surgent qed jinzamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta' l-Isptar Mater Dei u l-kundizzjoni tieghu bhalissa hija wahda stabbli.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat Dr Micallef Trigona LLD fejn hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.


Investigazzjonijiet mill-Pulzija ghadhom ghaddejjin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

22 January 2009

 

Il-Pulizija tixtieq tigbed l-attenzjoni tas-sewwieqa kollha sabiex jiehdu kull prekawzjoni neccessarja fis-sewqan taghhom.  Il-kundizzjonijiet kemm tat-temp kif ukoll tat-toroq (minhabba xi zjut u fuels) huma tali li jistghu jikkagunaw incidenti.

                                                                   
  Traffic-Related Notice

 

Report Date   Info   Category

21 January 2009

 

Dalghodu l-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa f’hanut fi Triq San Gorg, San Giljan.

                                                                   

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li zewg persuni mghammda u armati bi strument li jaqta’ u bil-ponta dahlu f’hanut fejn dak il-hin kien hemm impjegat wahdu.  Il-hallelin hadu ammont zghir ta’ flus kontanti mill-cash register u wara harbu minn fuq il-post.  L-impjegat ma weggax f’dan l-incident.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L. Quintano LL. D. fejn hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig bhalissa ghadu ghaddej.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

21 January 2009

 

Il-bierah fil-Qorti t’Ghawdex tressaq zaghzugh Ghawdxi taht arrest quddiem il-Magistrat Dr. Anthony Ellul LL. D.

                                                                  

L-imputat huwa Jethro Camilleri ta’ 19-il sena u hu gie akkuzat li nhar is-16 ta’ Jannar 2009 u matul l-erba’ xhur ta’ qabel:

  • Kellu fil-pusses tieghu r-raza mehuda mill-kannabis;
  • Biegh jew b’xorta ohra ttraffika r-raza mehdua mill-pjanta tal-kannabis;
  • Ikkommetta dawn ir-reati f’post fi/jew gewwa centru/jew distanza ta’ mitt metru mill-perimetru ta’ post fejn jiltaqghu z-zghazagh;
  • Bejn il-21 ta’ Dicembru 2008 u l-1 ta’ Jannar 2009 kellu fil-pussess tieghu d-droga kokajina;
  • Nhar is-17 ta’ Jannar 2009 seraq € 105.00 fi flus ghad-detriment ta’ persuna ohra;
  • Fl-istess data u matul l-erba’ xhur ta’ qabel xjentament laqa’ ghandu hwejjeg misruqa;
  • Kiser il-kundizzjonijiet ta’ ordni ta’ probation li gew imposti fuqu mill-Qorti tal-Magistrati t’Ghawdex
  • Sar recediv b’sentenza tal-Qorti tal-Magistrati t’Ghawdex moghtija fil-31 ta’ Lulju 2008.
 

L-imputat wiegeb mhux hati ta’ l-akkuzi migjuba kontra tieghu u gie moghti diversi kundizzjonijiet fosthom house arrest, depositu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €5,000.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud.

  Court

 

Report Date   Info   Category

18 January 2009

 

Ghall-habta ta’ nofs in-nhar (12.00hrs) katavru li kien intlemah 200 metru barra minn Fifla ddahhal f’Xatt it-Tiben, il-Floriana. Il-kadavru instab fi stat avvanzat ta’ dekompozizzjoni u ghadu ma giex identifikat.

                                                                 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr C Scerri Herrera LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.  Awtopsja fuq il-kadavru ghandha ssir ghada.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Body at Sea

 

Report Date   Info   Category

17 January 2009

 

Dalghodu, ghal habta tas-sebgha u nofs (07.30hrs), il-Pulizija kienet infurmata li ragel kien waqa’ minn gholi fi Triq Bir ir-Riebu, Rabat Malta.

               

Il-Pulizija marret fuq il-post ta’ l-incident u mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li kien qed isir xi xoghol ta’ kostruzzjoni fuq bini fl-imsemmija triq, ghal xi raguni r-ragel waqa’ minn gholi ta’ madwar tlett sulari.  L-incident gara ghal habta tas-sebgha u kwart ta’ filghodu. Ir-Ragel, li ghandu 54 sena gie iccertifikat mejjet fuq il-post.

Bl-incident gie nfurmat l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. J. Apap Bologna LL. D. fejn hatar xi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig ghadu ghaddej.

  Health-Related: Work - Fatal

 

Report Date   Info   Category

15 January 2009

 

Kmieni wara nofs in-nhar ghall-habta tas-saghtejn nieqes ghaxra (13.50hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kosta, f’Bahar ic-Caghaq.

              

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li zewg vetturi tat-tip Toyota u Iveco kienu qed jigu misjuqa fit-triq imsemmija ghall xi raguni habtu head-on.  Fuq il-post issejhet l-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex ikun jista’ jinhareg ix-xufier tat-Toyota.  Is-sewwieqa taz-zewg vetturi, kif ukoll passiggier li kien fil-vann Toyota sofrew xi griehi u gew mehuda l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanzi.  Aktar tard huma gew iccertifikati li sofrew griehi gravi izda mhumiex fil-periklu tal-mewt.  Is-sewwieq tat-Toyota huwa ragel ta’ 32 sena min-Naxxar, filwaqt li l-passiggier huwa ragel ta’ 28 minn B’Kara.  Is-sewwieq tal-vann Iveco huwa ragel ta’ 42 mill-Mellieha.

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

15 January 2009

 

Il-Pulizija tixtieq tavża lil pubbliku in ġenerali li z-zewg karreggjati ta’ Triq il-Kosta, Bahar ic-Caghaq jinsabu magħluqa għat-traffiku minħabba incident li sehh ftit ilu.

             

Il-pubbliku huwa mħeġġeg jgħaddi minn toroq alternattivi.



Please be informed that a traffic accident has just occured in Bahar ic-Caghaq (near the salt pans area). Further information will be made available later.

  Traffic-Related Notice

 

Report Date   Info   Category

14 January 2009

 

Kmieni wara nofs in-nhar, il-Pulizija kienet infurmata li l-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu xi klandestini f’Pinto Wharf.

 

Il-Pulizja marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li l-grupp ta’ immigranti illegali kien jikkonsisti f’ 103 persuna, lkoll irgiel.  Fost dan il-grupp kien hemm ghaxar minuri li ghandhom bejn 7 snin u 17-il sena.

 

Il-Pulizija ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

Go to Frontex Watch Page

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

13 January 2009

 

Dalghodu tnizzlu numru ta’ klandestini rregolari minn fuq vapur li jinsab sorgut ftit il-barra minn AnchorBay.  

 

Minhabba li l-bahar kien kemmxejn imqalleb, in-numru ta’ klandestini rregolari li tnizzlu huwa ta’ 59 – 30 ragel u 29 mara, li mara minnhom tnizzlet l-art il-bierah fejn ittiehdet l-isptar Mater Dei ghal kura peress li hija tqila.

Go to Frontex Watch Page

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

13 January 2009

 

Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra u kwart (10.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li sehh incident fi Triq is-Sindku P Vella, Haz-Zebbug.

             

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li kien qed jinhatt xi materjal ta’ hgieg permezz ta’ forklifter, ghal xi raguni l-materjal waqa` u gie fuq ragel ta’ 37 sena minn Marsaskala.  Sfortunatament ir-ragel sofra griehi gravi u tilef hajtu.  Hu gie ccertifikat mejjet fuq il-post.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Mizzi LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

 
  Health-Related: Work - Fatal

 

Report Date   Info   Category

13 January 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta nieqsin ghoxrin (02.40hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Tas-Sliema, il-Gzira kien hemm xi nirien.

            

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li gewwa fond li jinsab fl-istess triq kien hemm tlett vetturi tat-tip Ghabbour (coaches) li kienu qed jaqbdu.  Minhabba periklu li seta jinholoq minn nirien li hakmu l-post xi residenzi fil-vicinanzi ta’ fejn kien hemm in-nirien gew evakwati.  Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Prottezzjoni Civili kif ukoll dawk mill-Korporazzjoni Enemalta.  It-tlett vetturi msemmija garrbu hsarat estensivi, filwaqt li gew irrapurtati ukoll xi hsarat f’xi bini.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr M Mallia LLD fejn hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Fire

 

Report Date   Info   Category

12 January 2009

 

Ghall-habta tal-hamsa ta’ filghaxija (17.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta f’residenza privata fi Triq is-Serkin, il-Marsa.

           

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li waqt li tfajla ta’ 16-il sena kienet tinsab fir-residenza imsemmija allegatament inharqet minn xi fjammi li kienu gejjien minn fireplace li kien hemm fl-istess residenza.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika fejn aktar tard giet iccertifikata li sofriet griehi ta’ natura gravi.  Tarbija li kienet qieghda fl-istess residenza giet mehuda l-Isptar Mater Dei peress li bela xi dhahen.  Ebda hsarat ma gew irrapurtati fir-residenza.

 

Bil-kaz gie infurmat l-Magistrat tal-Ghassa Dr M Mallia LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

12 January 2009

 

Dalghodu ghal habta tal-ghaxra u kwart (1015hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet ghadha hemm sehhet spluzjoni gewwa boathouse / garage fi Triq ix-Xtut, Qawra.

          

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li ghal xi raguni kienet sehhet spluzjoni u l-post ha n-nar. Fl-imsemmi post, kien hemm dghajsa li hadet in-nar ukoll. Gew msejha l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili biex jintfew in-nirien.

 

S’issa ghad m’hemmx rapporti li xi hadd wegga` f’dan l-incident.

 

Il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Michael Mallia LL. D gie nfurmat bl-incident fejn ordna li ssir inkjesta magisterjali u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija dwar dan l-incident ghadu ghaddej.

  Explosion

 

Report Date   Info   Category

11 January 2009

 

Il-Pulizija tixtieq tavza lill-pubbliku in generali li l-By-Pass ta' San Pawl il-Bahar (direzzjoni lejn ix-Xemxija biss) ser tkun maghluqa ghat-traffiku minn issa ghal madwar siegha minhabba incident tat-traffiku. Hadd ma wegga' f'dan l-incident.

         
  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

10 January 2009

 

Tressaq ukoll ragel ta’ 27 sena, mwieled il-Libja, fejn gie akkuzat li nhar         id-9 ta’ Jannar 2009 gewwa Wied iz-Zurrieq:

                    
  • Ikkommetta stupru vjolenti fuq persuna feminili,
  • Arresta, zamm jew issekwestra lil vittma kontra l-volonta taghha
  • Bi vjolenza ikkometta attentat vjolenti ghall-pudur,
  • Uza vjolenza sabiex igieghel lill vittma taghmel, thalli jsir jew tonqos milli taghmel xi haga,
  • Bl-imgieba tieghu ikkaguna biza’ lil vittma li ser tintuza vjolenza kontriha,
  • Ta’ fastidju lil vittma,
  • Offenda l-pudur jew il-morali, b’eghmil li sar f’post pubbliku,
  • Ipprova jikkorrompi lil zewg membri tal-Korp tal-Pulizija waqt li qed jaghmlu d-doveri taghhom billi offrilhom somma flus.
 
 

    Gie akkuzat ukoll li gewwa l-ghassa tal-Pulizija tas-Sliema:

 
  • Attakka jew ghamel rezistenza bi vjolenza kontra persuna inkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku,
  • Harab mill-kustodja tal-Pulizija.
 

L-imputat ma talabx ghall liberta provisorja u qieghed jinzamm gewwa l-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill- Ispettur Louise Calleja u mill- Ispettur Priscilla Caruana.

  Court

 

Report Date   Info   Category

10 January 2009

 

Illum il-Pulizija ressqet zewg persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Edwina Grima LL. D fuq kazijiet separati.

                   

Christopher Ellul ta’ 40 sena tressaq u gie akkuzat b’reati kontra l-morali u d-dicenza pubblika. L-imputat ammetta l-akkuzi migjuba kontrieh u nghata tliet xhur prigunerija.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfred Mallia.

  Court

 

Report Date   Info   Category

10 January 2009

 

With reference to the various articles appearing on the media regarding the pro-Palestinian march held in Valletta on 30 December 2008, the Police strongly rebut the fact that participants taking part were ordered to stop chanting slogans or else the activity would be stopped. As a matter of fact, the Police only took routine security measures to prevent any incidents which may arise in activities of this kind.

         

It is pointed out that during the walk, slogans in Arabic were being chanted, however police officers present could only understand the words ‘USA’ and ‘Israel’.  Hence, police officers approached one of the organizers and requested to know what was being said.  However, as the organizer replied that she was not conversant in Arabic, the Police informed her that according to law, no provocative and offensive statements or slogans could be chanted.

 

In fact the march continued without any incidents whatsoever.

 

This shows that police officers did their duty and it was never their intention to stop participants from continuing with their activity or to interfere in their right of expressing themselves as long as everything was done in accordance with domestic law.

  Police Force Clarification: Protest March

 

Report Date   Info   Category

10 January 2009

 

Il-bierah ghall-habta tas-sitta ta’ filghaxija (18.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara.

        

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post tal-incident, fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel ta’ 61 sena mill-Iklin kien ghaddej fit-triq imsemmija ghal xi raguni ntlaqat minn vettura tat-tip Toyota li kienet qed tigi misjuqa minn ragel ta’ 58 sena.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Aktar tard huwa gie ccertifikat li qed isofri min griehi gravi u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. A Micallef Trigona LL.D. kien infurmat bil-kaz u hatar diversi esperti sabiex jassitu fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

08 January 2009

 

Illum wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, Rabat.

       

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li ghal xi raguni kienet sehhet kollizjoni head-on bejn zewg karozzi - Toyota u Peugeot 206.  Iz-zewg sewwieqa ttiehdu l-Isptar Mater Dei peress li sofrew xi griehi.  Is-sewwieqa tat-Toyota hija mara ta’ 46 sena minn Had-Dingli u din giet iccertifikata li ma tinsabx fil-periklu tal-mewt u l-kundizzjoni taghha hija wahda stabbli. Is-sewwieq tal-Peugeot huwa ragel ta’ 42 sena mir-Rabat u dan bhalissa ghadu qed jinghata l-kura fl-Isptar.

It-tieni sewwieq (ragel) gie ccertifikat li sofra griehi hfief.


Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

04 January 2009

 

Illum tard wara nofsinhar, ftit qabel is-sitta, il-Pulizija kienet infurmata b’zewg argumenti separati.

      

Wiehed mill-argumenti sehh bejn zewgt irgiel f’Telghet Gwardamangia, Pieta’.  Waqt l-argument ragel ta’ 20 sena sofra ferita b’arma li taqta’ u bil-ponta.  Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei u bhalissa ghadu qed jinghata l-kura medika ghal-griehi hfief.  Il-Pulizija qed izzomm guvni ta’ 48 sena sabiex jghinha fl-investigazzjonijiet.

 

It-tieni argument sehh fi Triq D’Argens, Gzira.  L-argument ukoll sehh bejn zewgt irgiel.  Meta l-Pulizija waslet fuq il-post sabet ragel ta’ 45 sena b’ferita f’rasu.  Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi gravi. Huwa gie rilaxxat mill-Isptar. It-tieni ragel involut instab fi triq ohra fil-Gzira wara tfittxija mill-Pulizija.   Huwa ghandu 29 sena u ittiehed l-Isptar ukoll sabiex jinghata attenzjoni medika.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija fiz-zewg kazijiet ghadom ghaddejjin.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

04 January 2009

 

Illum tard wara nofsinhar, ftit qabel is-sitta, il-Pulizija kienet infurmata b’zewg argumenti separati.

      

Wiehed mill-argumenti sehh bejn zewgt irgiel f’Telghet Gwardamangia, Pieta’.  Waqt l-argument ragel ta’ 48 sena sofra ferita b’arma li taqta’ u bil-ponta.  Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei u bhalissa ghadu qed jinghata l-kura medika.  Il-Pulizija qed izzomm guvni ta’ 20 sena sabiex jghinha fl-investigazzjonijiet.

 

It-tieni argument sehh fi Triq D’Argens, Gzira.  L-argument ukoll sehh bejn zewgt irgiel.  Meta l-Pulizija waslet fuq il-post sabet ragel ta’ 45 sena b’ferita f’rasu.  Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi gravi. Huwa gie rilaxxat mill-Isptar. It-tieni ragel involut instab fi triq ohra fil-Gzira wara tfittxija mill-Pulizija.   Huwa ghandu 29 sena u ittiehed l-Isptar ukoll sabiex jinghata attenzjoni medika.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija fiz-zewg kazijiet ghadom ghaddejjin.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

04 January 2009

 

Illum tard wara nofsinhar, ftit qabel is-sitta, il-Pulizija kienet infurmata b’zewg argumenti separati.

      

Wiehed mill-argumenti sehh bejn zewgt irgiel f’Telghet Gwardamangia, Pieta’.  Waqt l-argument ragel ta’ 48 sena sofra ferita b’arma li taqta’ u bil-ponta.  Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei u bhalissa ghadu qed jinghata l-kura medika.  Il-Pulizija qed izzomm guvni ta’ 20 sena sabiex jghinha fl-investigazzjonijiet.

 

It-tieni argument sehh fi Triq D’Argens, Gzira.  L-argument ukoll sehh bejn zewgt irgiel.  Meta l-Pulizija waslet fuq il-post sabet ragel ta’ 45 sena b’ferita f’rasu.  Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi gravi. Huwa gie rilaxxat mill-Isptar. It-tieni ragel involut instab fi triq ohra fil-Gzira wara tfittxija mill-Pulizija.   Huwa ghandu 29 sena u ittiehed l-Isptar ukoll sabiex jinghata attenzjoni medika.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija fiz-zewg kazijiet ghadom ghaddejjin.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

04 January 2009

 

Kmieni dalghodu ghal habta tal-hamsa neqsin kwart (04:45) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq il-Qalliet gewwa M’Scala kienet ghadha kemm sehhet serqa.

     

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li zewgt irgiel, tnejn minnhom mghammda u wiehed minnhom armat b’arma tan-nar, dahlu f’lukanda fl-imsemmija triq billi kisru hgiega u talbu c-cwievet tal-cash register.  Minhabba l-fatt li l-impjegat ma kellux cwievet gie sparat tir lejn il-kexxun tal-cash register u nsterqu ammont ta’ flus kontanti li ma jecedux it-tlett elef ewro.  Il-hallelin harbu minn fuq il-post permezz ta’ vettura.

 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Apap Bologna LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

03 January 2009

 

Referenza qed issir ghar-rapporti li dehru fl-istampa rigward kummenti li Spettur tal-Pulizija gie rrappurtat li qal waqt prezentata fil-Qorti.

    

Il-kaz gara waqt li certu Ali Mohammed Abhukhadir, ta’ nazzjonalita’ Somala, gie mressaq il-Qorti u akkuzat b’serq minn vettura, b’arrest illegali ta’ persuna u li kkaguna feriti hfief fuq l-istess persuna. L-imputat gie mressaq quddiem il-Magsitrat ta’ l-Ghassa Dr. Michael Mallia LL.D. u ammetta l-akkuzi kontrieh.  L-avukat difensur tieghu talab lill- Qorti sabiex l-imputat jinghata ‘probation’. L-Ispettur Silvio Valletta, li kien wiehed mill-ufficjali prosekuturi, ma qabilx u qal lill-Qorti li jrid jitwassal messagg li f’Malta hawn il-ligijiet u li dawn il-ligijiet jridu jigu obduti.  L-Ispettur sostna li jekk f’pajjiz l-akkuzat ma hemmx ligijiet, l-akkuzat irid jitghallem li f’Malta hawn ligijiet u li jrid iharishom.

 

Fit-trattazzjoni tieghu, L-Ispettur qal ukoll li rridu nassiguraw li l-Maltin ma jibzghux imorru l-Marsa.  L-ufficjal prosekutur kompla jghid li ghalhekk il-Qorti ghandha tati sentenza aktar severa milli talab l-avukat difensur halli b’hekk nassiguraw li l-Maltin ma jibzghux imorru l-Marsa.  L-Ispettur kompla zied li bhala forza ta’ l-ordni huwa d-dmir tal-Pulizija li nizguraw li dan ma jsehhx.

  Police Force Clarification: Marsa Incident

 

Report Date   Info   Category

02 January 2009

 

Kmieni dal ghodu, ghal habta ta’ l-erbgha u ghaxra (04.10) waqt li l-Pulizija mid-distrett ta’ Hal Qormi kienet qeghda taghmel ir-ronda nnutat li gewwa Triq San Bastjan, Hal Qormi kien hemm xi nirien.

  

Il-Pulizija mill-ewwel hadet azzjoni fejn irnexxilha titfi n-nirien permezz     tal- fire extinguisher. Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li ghal xi raguni munzell zibel li kien magemb il-bieb ta’ hanut, li jinsab fl-istess triq, kif ukoll xi zejt hadu n-nar. Gew innotati hsarat fuq is-shutter tal-hanut.      

         

Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.

 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr J Padovani LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 
 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Arson

 

Report Date   Info   Category

02 January 2009

 

Il-bierah wara nofsinhar, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna mitlufa minn sensieha go appartament fi Triq San Gorg, Paceville.

  

Mill-ewwel stharrig irrizulta li fl-appartament kien hemm guvni ma’ l-art mitluf minn sensieh.  Fuq il-post issejjah tim mediku mill-Isptar Mater Dei u l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex johorgu lill-vittma.  Il-guvni ghandu 24 sena u huwa minn San Giljan stess.  Huwa gie iccertifikat li qed isofri minn griehi serji f’rasu u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Aktar stharrig ghadu ghaddej.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

01 January 2009

 

F’hidma li saret mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija matul il-lejl li ghadda f’diversi nhawi madwar Malta waslet sabiex jigu arrestati 13-il persuna inkonessjoni ma’ abbuz u traffikar ta’ droga.

 

Is-sejbiet ta’ droga saru f’party li kien organizzat f’Ta Qali u f’postijiet ta’ divertiment gewwa Paceville. Il-persuni mizmuma nstabu fil-pussess ta’ droga raza tal-kannabis, kokajina u ecstasy jew irrizulta li kienu abbuzaw minn xi wahda minn dawn is-sustanzi.

 

Il-persuni arrestati huma kollha rgiel li l-eta’ taghhom  tvarja bejn is-17 u 43 sena u huma residenti Zabbar, Kirkop. Qormi, Luqa, San Gwann, Mellieha, B’Kara, Pieta, Naxxar, Gharghur u Bahar ic-Caghaq.

 

Huma mistennija li jitressqu il-Qorti b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga u anke f’xi kazijiet bi traffikar ta’ droga.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

01 January 2009

 

Fil-lejl ta’ bejn l-ahhar tas-sena 2008 u l-bidu tas-sena 2009 il-Pulizija tista’ tirraporta li l-lejl kien wiehed kwiet fejn ma kienu rrapurtati l-ebda incidenti kbar ghajr xi argumenti zghar.

 

Saru numru ta’ breathalyser tests kemm waqt il-kontroll tat-traffiku kif ukoll waqt id-diversi rondi u spezzjonijiet li saru fil-postijiet ta’ divertiment fejn dawn hallew ir-rizultati mixtieqa fejn dawn saru biss sabiex id-divertiment ma jkunx imtappan b’xi mod jew iehor minn xi incident/i mhux mixtieqa.

 

Nirringrazzjaw lil kulhadd tal-koperazzjoni sabiex dan il-lejl seta’ kien wiehed kwiet u divertenti.

  New Year's Eve Actions
 
     

 



 

 

 
COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US