Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Report
Date
Info
Category
31 July 2008
Illum ghall-habta tas-sebgha u nofs (19.30hrs), lejn nofs it-tieni taqsima tal-partita tal-football mill-UEFA Cup bejn B’kara F.C. u HNK Hjaduk Split (Croatia) gewwa l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, xi partitarji Kroati taw in-nar lill diversi seats fiz-zona ta’ fejn kienu.
Membri tal-Korp tal-Pulizija intervenew sabiex ma tkomplix issir il-hsara, pero’ dawn il-Pulizija gew aggrediti mill-istess partitarji Kroati. Kif raw dan, Pulizija ta’ l-S.A.G. li kienu fuq xoghol fl-Istadium Nazzjonali, intervenew sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Waqt dan l-intervent il-Pulizija gew kostretti juzaw forza minima sabiex jirristringu lill dawn il-partitarji, li f’dak il-hin kienu qed jaggredixxu lill-membri tal-Korp, barra hsara ohra li kienu qed jaghmlu.
Fi tmiem il-loghoba, ghall ragunijiet ta’ sigurta`, il-partitarji Kroati inzammu fil-ground sakemm hargu il-partitarji l-ohra. Wara il-Pulizija hadet hsieb sabiex tipprovdi trasport lill-partitarji Kroati, peress li dawn ma’ kellhom ebda mezz ta’ trasport sabiex imorru lejn l-ajruport u anke sabiex tassigura li ma jinqalghux incidenti ohra.
Il-Pulizija qed tkompli tghasses lill-dawn il-partitarji Kroati fl-ajruport sakemm dawn itiru lura lejn pajjizhom permezz ta’ titjira chartered.
B’konsegwenza ta’ dan l-incident, il-Pulizija arrestat 7 partitarji Kroati sabiex jghinuha fl-investigazzjoni. Huwa mistenni li dawn jitressqu quddiem il-Qorti.
F’dan l-incident wegghu xi membri tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll xi partitarji.
Football Incidents
Report
Date
Info
Category
31 July 2008
Matul il-lejl li ghadda, ghal habta tal-kwarta, idahhlu numru ta’ immigranti illegali mill-Forzi Armati ta’ Malta gewwa Xatt it-Tiben.
Fil-fatt il-bierah fil-ghaxija patrol boat tal-Forzi Armati salvat zewg dghajjes b’immigranti llegali. Fuq dawn id-dghajjes b’kollox kien hemm 81 persuna, 53 fuq dghajsa u 28 fuq dghajsa ohra. Minn dawn, sitta kienu nisa fil-waqt li l-kumplament kienu rgiel.
Aktar stharrig qed jitmexxa mill-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Il-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kienet intalbet l-assistenza taghhom fi Triq it-Torri, Tas Sliema.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stahhrig irrizulta li mara ta’ 31 sena minn Ta Giorni sabet ruhha f’diffikulta waqt li kienet qed tghum.
Hija ttiehdet l-isptar Mater Dei fejn wara li nghatat l-attenzjoni kollha medika sfortunatament il-mara mietet.
Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Silvio Meli kien infurmat fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Drowning
Report
Date
Info
Category
29 July 2008
Illum fl-erbgha ta’ wara nofs in-nhar (16:00) quddiem il-Magistrat Dr Silvio Meli LL.D. l-Pulizija ser tressaq guvni ta’ 17-il sena ta’ nazzjonalita’ Awstrijaka l-Qorti b’konnessjoni hsara volontarja.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
29 July 2008
Illum ghal habta tan-nofsiegha l-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq iz-Zebbiegh, Ghajn Tuffieha.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irizulta li ghal xi raguni xufier, li huwa minn Haz Zabbar u ghandu 31 sena, tilef il-kontroll tal-vettura u spicca f’ghalqa. Passiggiera fil-vann Isuzu (light goods vehicle) kien hemm tifel ta’ tlett snin u ragel ta’ 60 sena minn Haz Zabbar.
Fuq il-post isejjhet ambulanza fejn it-tifel kien iccertifikat mejjet fuq il-post waqt li x-xufier sofra griehi ta’ natura hafifa, ghalkemm kienu qed isofri minn xokk. Il-passiggier ta' 60 sena sofra griehi ta' natura gravi.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Silvio Meli LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Ghall-habta tas-saghtejn (14.00hrs) il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li persuna kienet waqat gholi fi Triq il-Kbira, is-Siggiewi.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li guvni kien qed jaghmel xi xogholijiet f’residenza privata fit-triq imsemmija waqa` minn gallarija ghal go swimming pool (vojt); gholi ta’ madwar sular u nofs u kien midrub. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lill-guvni l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Hu gie ccertifikat li sofra griehi ta’ natura gravi u li kien jinsab fil-periklu tal-mewt. Aktar tard il-lejla huwa qaleb ghall-ahjar u jinsab f’qaghda stabbli. Il-guvni huwa ta’ nazzjonalita` barranija ta’ madwar 20 sena.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Ewdina Grima LLD.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Health-Related: Work
Report
Date
Info
Category
27 July 2008
Tard il-lejla ddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’Wied il-Buni, B’Bugia wara li gew salvati ‘l barra minn Malta.
Il-grupp ta’ 95 kien jikkonsisti fi 80 ragel u 15-il mara li kollha nstabu li kienu f’kundizzjoni ta sahha tajba.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Illum il-Pulizija resqet b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A Mizzi LL.D guvni ta’ 15-il sena li ismu ma jistax’ jissemma’ fuq ordni tal-Qorti u lil Emanuel Ellul ta’ 48 sena mill-Fgura.
Il-guvni kien akkuzat talli fis-26 ta’ Lulju, 2008 u matul dawn l-ahhar hames xhur:
a) kellu fil-pussess tieghu medicina psikotropika u ristretta (ecstacy);
b) ipprokura jew offra li jforni jew ipprokura d-droga kokaija lill-persuna jew persuni jew ghal uzu ta’ persuna/i;
c) sar ricediv b’sentenza tal-Qorti tal-Magistrati
L-imputat kien mehlus mill-arrest taht il-kundizzjoni li ma johrogx minn gewwa r-residenza fejn jabita hlief f’kaz ta’ mard jew sabiex jattendi ghall-appuntamenti mal-Probation Officer.
Emanuel Ellul kien akkuzat talli fil-26 ta’ Lulju, 2008:
kellu fil-pussess u l-kontroll tieghu arma tan-nar u munizzjon u ballal ta’ diversi kalibri u ghamla minghajr ma kellu licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija;
gie fil-pussess ta’ armi tan-nar u munizzjon u naqas milli jirrapporta minnufih lil Pulizija;
talli fl-istess cirkostanzi ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija, persuna nkarigata mis-Servizz pubbliku waqt il-qadi ta’ d-dmirijiethom;
talli fl-istess jum, lok u cirkostanzi ingurja u hedded persuni u li kiser il-bon ordni;
L-imputat wiegeb mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu fejn inghata l-liberta’ provizorja b’garanzija personali ta’ €2,000 u jiffirma l-Ghassa.
Court
Report
Date
Info
Category
27 July 2008
Illum il-Pulizija resqet b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A Mizzi LL.D lil Lawrence Caruana ta’ 31 sena u Kevin Saliba ta’ 33 sena, it-tnejn minn Tas Sliema, lil Andre’ Francois Buhagiar ta’ 28 sena u Russell Buhagiar ta’ 26 sena, it-tnejn minn Hal Luqa, lil Emaad Khalifa Beleed Zweitt ta’ 35 sena, Libjan li jghix il-Mosta u lil Charles Debono ta’ 43 sena mill-Imsida.
Lawrence Caruana u Kevin Saliba kienu akkuzati talli fis-26 ta’ Lulju, 2008:
a) bil-hsieb jikkommettu serq minn gewwa vettura;
b) fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi volontarjament hassru, gharqu hwejjeg haddiehor mobbli jew immobbli, meta ghamlu hsara fuq vettura, liema hsara ma tiskorriex l-elf mija u erbgha u sittin euro u disghin u sittin centezmu (€1,164.69).
L-imputati ammettaw l-akkuzi migjuba kontrihom u kienu kkundanat sena prigunerija sospiza ghal sena u jhallsu d-dani fi zmien 6 xhur mil-lum.
Andre’ Francois Buhagiar u Russell Buhagiar kienu akkuzati talli fil-25 ta’ Lulju, 2008 u f’dawn l-ahhar tlett snin gewwa Hal Luqa u f’inhawi ohra f’dawn il-Gzejjer:
fornew jew offrew li jfornu jew li jipprokuraw id-droga kokaina lil persuna jew persuni;
talli fl-istess data, hin u cirkostanzi kellhom fil-pussess taghhom d-droga kokaina;
Lil Andre’ Francois Buhagiar wahdu kien akkuzat talli:
sar ricediv ai termini ta’ l-Artikolu 49 u 50 tal-Kap 9 tal-Kodici Kriminali;
kiser il-kundizzjonijiet imposta fuqu b’sentenza moghtija mill-Qrati tal-Magistrati ta’ Malta nhar il-11 ta’ Gunu, 2008.
Lil Russell Buhagiar wahdu kien akkuzat talli:
sar ricediv ai termini ta’ l-Artikolu 49 u 50 tal-Kap 9 tal-Kodici Kriminali.
Andre’ Francois Buhagiar ma inghatax il-liberta’ provizorja u ntbaghat il-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin, waqt li Russell Buhagiar inghata l-liberta’ provizorja fuq depozitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €10,000.
Emaad Khalifa Beleed Zweitt kien akkuzat talli fis-26 ta’ Lulju, 2008 minn fond fil-Mosta:
ikkometta serq ta’ ghasafar, stereo ta’ karozza, driller u chaser li kumplessivament jaqbez il-valur ta’ mitejn u tnejn u tletin ewro u erbgha u disghin centezmu (€232.94);
talli fl-istess dati, lok, hin u cirkostanzi u fi granet qabel laqgha ghandu jew xtara hwejjeg misruqa, mehuda b’serq jew akkwistati b’reat.
L-imputat gie michud il-liberta’ provizorja u ntbaghat il-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Charles Debono kien akkuzat talli nhar it-23 ta’ Lulju, 2008:
kien komplici flimkien ma persuni ohra mhux maghrufa u kkommeta serq minn fuq persuna;
talli fl-istess data, lok, hin u cirkostanza bla ordni skond il-ligi ta’ l-awtorita’ kompetenti u barra mill-kazijiet li fihom il-ligi taghti seta’ lil privat li jarrestta lill-hati, zamm jew issekwestra persuna;
talli fl-istess data, lok, hin u cirkostanza uza’ l-vjolenza sabiex igieghel lil xi hadd jaghmel, ihalli jsir, jew jonqos milli jaghmel xi haga;
talli fl-istess data, lok, hin u cirkostanza garr il-barra minn xi fond sikkina jew instrument li jaqta’ jew bil-ponta ta’ liema xorta tkun minghajr am kellu licenzja jew permess minghand il-Kummissarju tal-Pulizija;
talli fl-istess data, lok, hin u cirkostanza kellu fuq il-persuna tieghu xi arma regolari jew munizzjon jew xi imitazzjoni ta’ dawk l-oggetti;
L-imputat wiegeb mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu fejn gie michud il-liberta’ provizorja u ntbaghat il-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Court
Report
Date
Info
Category
27 July 2008
B’referenza ghall-Istqarrija li harget aktar kmieni rigward prezentati fil-Qorti, il-Pulizija ser tressaq ukoll:-
Zewgt irgiel ser jigu akkuzati b’pussess u traffikar ta’ droga.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
27 July 2008
Illum ghal habta ta’ nofsinhar neqsin kwart (1145hrs) il-Pulizija ser tressaq numru ta’ persuni b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Mizzi LL. D. rigward kazijiet separati. Dawn il-persuni ser jigu akkuzati b’dawn l-akkuzi fost ohrajn:-
Ragel ser jigi akkuzat b’attent ta’ feriti gravi fuq persuna ohra u pussess ta’ arma tan-nar minghajr licenzja necessarja;
Zaghzugh ser jigi akkuzat b’pussess ta’ drogi;
Ragel ser jigi akkuzat b’serq u sekwestru ta’ persuna kontra l-volonta’ taghha;
Zewgt zghazagh ser jigu akkuzati b’attentat ta’ serq minn vettura.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
27 July 2008
Il-bierah tard wara nofsinhar l-Pulizija tad-Distrett ta’ San Giljan sabet numru ta’ oggetti allegatment misruqa.
Il-kaz sehh waqt li l-Pulizija kienet fuq xoghol iehor f’Pembroke, gew innutati zewg guvintur taht sigra u dawn dehru suspettuzi. Meta l-Pulizija avvicinat lil dawn il-guvintur wiehed minnhom harab izda nqabad ftit wara u l-iehor gie mizmum fuq il-post. Vicin taghhom instab baskett kbir b’numru ta’ oggetti fosthom digital cameras, mobile phone, MP3 player, arlogg u nuccalijiet fost affarijiet ohra fil-waqt li hdejn il-baskett instab ukoll turnavit. Saret tfittxija fuq iz-zewg persuni u nstabu numru ta’ SIM cards, zewg turnaviti u oggetti ohra.
Minn investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li hafna mill-affarijiet misjuba kienu ta’ turisti li allegatament kienu gew misruqa aktar kmieni matul il-gurnata.
Iz-zewg guvintur inzammu arrestati mill-Pulizija ghal aktar stharrig.
Theft - solved
Report
Date
Info
Category
26 July 2008
Illejla wara d-disgha, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm grupp ta’ immigranti illegali fuq dghajsa f’Ghar Lapsi.
Fuq il-post marret il-Pulizija fejn irrizulta li l-grupp kien jikkonsisti f’28 persuna. Minn dawn 26 huma rgiel u tnejn huma nisa.
Aktar stharrig mill-Pulizija bhalissa ghadu ghaddej.
Illum il-Pulizija ressqet b’arrest lil Charles Tabone ta’ 24 sena, imwieled l-Awstralja u prezentament residenti f’Marsalforn, fil-Qorti t’Ghawdex quddiem il-Magistrat Dr. P. Coppini LL.D.
Huwa gie akkuzat li bi hsieb li jikseb ghalih innifsu jew ghal haddiehor il-hlas ta’ flus ta’ sigurta` kontra r-riskji, jew xi qliegh iehor mhux misthoqq, iddistrugga jew gharraq b’xi mod jew iehor hwejjeg tiehu kif ukoll li ghamel rapport falz.
L-imputat ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u gie sentenzjat ghal xahar prigunerija sospizi ghal tliet xhur.
Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest guvni ta’ 23 sena mill-Gudja wara sejba ta’ pillolli ecstasy fil-pussess tieghu gewwa tas-Sliema l-bierah fil-ghaxija.
Membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija ghamlu tfittxijiet fuq persuni li kienu ser jattendu ghal boat-party li kien ser jitlaq mix-xatt ta’ tas-Sliema. Dan iz-zaghzugh hekk kif induna bil-presenza tal-Pulizija rema` bott li kien fih pilloli ecstasy li madankollu kien innutat mill-ewwel mill-Pulizija prezenti. Id-droga kienet immedjatament elevata filwaqt li l-persuna giet arrestata ghall-aktar stharrig.
Mill-istharrig tal-Pulizija jidher li d-droga kienet ser tinbiegh waqt dan il-party.
Sadanittant fl-istess hin, ufficjali tad-Dwana mis-Sezzjoni tal-Infurzar, fil-hidma kontinwa taghhom kontra l-kuntrabandu, wettqu tfittxijiet fuq din il-lanca u ohrajn li kienu sorguti max-Xatt tas-Sliema. F’dawn it-tfittxijjiet nstabu kwantita’ ta’ fliexken tax-xorb alkoholiku li fuqhom ma thallsux it-taxxi dovuti. Dan ix-xorb gie elevat u aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.
Drugs and Contraband
Report
Date
Info
Category
26 July 2008
Illum ghall-habta tas-sebgha neqsin kwart (06.45hrs) il-Pulizija kienet infurmata li sehh incident stradali fi Triq is-Sebh, Hal Qormi.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li mara ta’ 48 sena minn Hal Qormi kienet mixja fl-imsemmija triq ghal xi raguni intlaqtet minn vettura tat-tip Toyota misjuqa minn ragel ta’ 23 minn Haz Zebbug.
Fuq il-post isejhet ambulanza fejn hadet lil mara l-isptar Mater Dei fejn kienet certifikata li tinsab fil-periklu li titlef hajjitha.
Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Doreen Clarke LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Dal-ghodu l-Pulizija kienet infurmata fi Triq Dun Gorg Zammit, Birzebbuga kien hemm garaxx qed jaqbad.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn gie stabbilit li waqt li zewgt irgiel kienu qed jaghmlu xi xoghol f’garaxx, dan il-garaxx ghal xi raguni ha n-nar. In-nar infirex u saret hsara f’diversi garaxxijiet ohra li jinsabu ma’ genb xulxin. Saru xi hsarat ukoll f’xi vetturi li kien hemm fil-garaxxijiet u fuq xi cables tad-dawl. In-nar gie kkontrollat mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fil-waqt li fuq il-post gew msejha ukoll haddiema ta’ l-Enemalta. Wiehed mill-irgiel li kien hemm fil-garaxx, li ghandu 64 sena u huwa B’buga stess, sofra griehi f’saqajh u gie mehud l-Isptar Mater Dei. Huwa gie certifikat li sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt. Ir-ragel l-iehor ma weggax.
B’dan il-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. D. Clarke LL.D fejn din ordnat li ssir inkjesta Magisterjali.
Aktar stharrig ghadu ghaddej.
Fire
Report
Date
Info
Category
25 July 2008
Dal-ghodu ghal habta tas-sitta u ghaxra l-Pulizija kienet infurmata li ftit qabel kien sehh incident tat-traffiku fi Triq Swieqi (kantuniera ma’ Triq l-Ilqugh), Swieqi.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li karozza tat-tip Hyundai Accent misjuqa minn tfajla, ghal xi raguni dahlet f’hajt ta’ parapett ta’ residenza privata. It-tfajla ittiehdet l-Isptar Mater Dei fejn giet iccertifikata li sofriet griehi serji u li tinsab fil-periklu tal-mewt. It-tfajla ghandha 26 sena u hija mis-Swieqi stess.
Bl-incident giet infurmata l-Magistrat Dr. J. Padovani LL.D fejn din hatret diversi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar stharrig bhalissa ghadu ghaddej.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
24 July 2008
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed iżżomm taħt arrest raġel Malti ta’ 56 sena, iżda residenti ir-Rabat, Għawdex wara sejba ta’ droga eroina fil-pussess tiegħu.
Is-sejba saret mill-Iskwadra matul il-jum wara xi ġranet ta’ osservazzjoni f’Għawdex, fejn kien ġie stabbilit li r-raġel kien qiegħed ibiegħ d-droga eroina ġewwa Għawdex stess. Meta il-Pulizija waqfitu, kemm fuq il-persuna tiegħu kif ukoll ġewwa razzett li huwa għandu fil-limiti tal-Munxar Għawdex, nstabu pakketti bl-eroina, li kienu lesti sabiex jinbiegħu.
Waqt il-ħidma ġew elevati ukoll miżien, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
Investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-kaz għadhom għaddejjien.
Drugs
Report
Date
Info
Category
23 July 2008
Illum għal ħabta tat-tlieta (15:00) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq il-Gallina, San Gwann kien għadu kif waqa’ persuna.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irrizulta li fil-ħin ta’ l-inċident raġel ta’ 60 sena minn San Gwann waqa’ għoli ta’ sular meta kien qiegħed jgħin lil xi ħaddiema itellgħu xi affarjiet mit-taraġ.
Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġriehi ta’ natura gravi u li jinsab fil-periklu li jitlef ħajjitu.
Bil-każ kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Għassa Dr Micallef Trigona LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jasistuh fl-inkjesta.
Illum ghall-habta tal-hdax ta’ dalghodu (11.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li sehh incident stradali fi Triq it-Tlett Ibliet, Bormla.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li zewg vetturi, Hyundai misjuqa minn ragel barrani u bowser tal-konkos misjuq minn ragel ta’ 40 sena li huwa minn Hal Qormi, ghal xi raguni dawn habtu hekk kif kienu fil-mina. Fuq wara tal-vettura kien hemm zewgt itfal bhala passiggiera.
Fuq il-post isejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza li hadet lil persuni riekba fil-Hyundai l-isptar Mater Dei fejn iz-zewgt itfal, li l-eta’ taghhom hi ta 12 il-sena mil-Marsa u 15 il-sena (barrani) rispettivament, kienu ccertifikati li jinsabu fil-periklu li jitilfu hajjithom. Is-sewwieq tal-vettura sofra griehi ta’ natura hafifa izda mhux fil-periklu li jitlef hajtu, waqt li x-xufier tal-bowzer sofra minn xoff.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Micallef Trigona LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Ghal habta tas-sitta u nofs il-Pulizija giet infurmata mill-Forzi Armati ta’ Malta li kienu qed jeskortaw zewg dghajjes b’numru ta’ immigranti illegali lejn Wied il-Buni, Birzebbuga.
Fil-fatt madwar siegha wara, ghal habta tas-sebgha u nofs, iz-zewg dghajjes iddahhlu l-art. Irrizulta li l-immigranti kienu kollha irgiel. B’kollox kien hemm 54 ragel, 27 fuq kull dghajsa.
Il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni qed tistharrag dan il-kaz.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
22 July 2008
Kmieni dal-ghodu ghal habta tat-tlieta l-Pulizija rceviet informazzjoni anonima li kien hemm ragel li sgassa store fi Triq il-Kanun, Hal Qormi u li kien qed jisraq minnu.
Il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk mill-Iskwadra Mobbli marru fit-triq indikata u hemmhekk gie nnutat ragel miexi fit-triq u li dan beda jagixxi b’mod suspettuz meta nduna bil-prezenza tal-Pulizija. Il-Pulizija kellmet lil dan ir-ragel u wara baqghet issegwieh. Ftit wara gie innutat javvicina vettura. Ir-ragel gie mwaqqaf u fil-vettura instabu diversi oggetti fosthom ghodod, cilindri tal-gass u kaxxi tal-luminata. Ir-ragel ma ta l-ebda spegazzjoni lill-Pulizija u gie arrestat fuq il-post.
Il-Pulizija ghamlet tfittxija fit-triq fejn gie nnutat bieb ta’ garaxx (store) sgassat. Fil-garaxx instab hafna taqlib u gie nnutat li wara l-bieb kien hemm pogguti diversi oggetti fosthom xorb u prodotti ta’ l-ikel li dawn kienu jidhru lesti sabiex jinhargu mill-post.
Ir-ragel li ghandu 35 sena inzamm mill-Pulizija ghal aktar stharrig.
Theft
Report
Date
Info
Category
21 July 2008
Illum ghal habta tal-hdax il-Pulizija kienet infurmata li fi’Wied il-Buni kienet ghadha kif dahlet dghajsa bil-klandestini rregolari.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ B’Bugia flimkien ma ta’ l-Iskwadra Mobbli marru mmedjatament fuq il-post fejn instab li grupp ta’ kien jikkonsisti f’29 ragel.
L-immigranti rregolari kollha nstabu li kienu f’kundizzjoni ta sahha tajba.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
21 July 2008
Ghal habta tas-sebgha (7:00) l-Pulizija kienet infurmata li kien iddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’Wied il-Buni, B’Bugia wara li gew salvati ‘l barra minn Malta.
Il-grupp kien jikkonsisti f’28 ragel u zewg nisa.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
21 July 2008
Kmieni dalghodu ghal habta tat-tlieta (3:00) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Burmarrad, Burmarrad kienet ghadha kemm sehhet serqa.
Minn stharrig preliminari li ghamlet il-Pulizija rrizulta li waqt li membru tal-Korp tal-Pulizija kien ghaddej minn fejn il-post indikat (post fejn hemm mizmuma affarijiet li ghandhom x’jaqsmu ma materjal ta’ kostruzzjoni) induna li xi persuni kienu qed jisirqu.
Fuq il-post issejhu l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ta’ l-Iskwarda Mobbli fejn irrizulta li zewg persuni, guvni ta’ 22 sena u iehor ta’ 13-il sena, it-tnejn minn Naxxar, kienu allegatament ghadhom kif serqu ammont ta’ rollijiet tal-membrane.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin, fejn iz-zewg persuni qed jghinu l-Pulizija fl-istharrig taghha
Theft
Report
Date
Info
Category
20 July 2008
Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest erba’ persuni ta’ nazzjonalita` barranija wara sejba ta’ droga fil-pussess taghhom matul il-lejl li ghadda gewwa Paceville.
Il-hidma saret minn membri ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u Pulizija mill-ghassa ta’ San Giljan li kienu fuq xoghol gewwa Paceville. F’kaz minnhom gie arrestat ragel ta’ madwar 25 sena mill-Etijopja residenti il-Marsa li fuq il-perusna tieghu nstabu diversi bicciet ta’ raza tal-kannabis lesti sabiex jinbieghu. Gie arrestat ukoll ragel ta’ 31 sena ta’ nazzjonalita` Libjana residenti gewwa s-Siggiewi li dak il-hin kien fil-kumpanija tieghu. Inkonessjoni ma’ din is-sejba kienet infurmata l-Magistrat tal-ghassa Dr. C. Scerri Herrera li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar droga nstabet fil-pussess ta’ zewg studenti ta’ nazzjonalita` Franciza ta’ sbatax-il sena, li nstabu qed ipejpu d-droga kannabis. Huma wkoll gew mizmuma ghall-aktar stharrig.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.
Il-persuni misternnija jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien.
Drugs
Report
Date
Info
Category
20 July 2008
Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta (03.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li ddahhal kadavru li kien instab fil-bahar aktarx ta’ wiehed mill-irgiel irrapurtati nieqsa waqt li kienu qeghdin jistadu fl-ibhra boghod mill-gzejjer Maltin.
Ftit tal-hin ilu l-kadavru gie identifikat bhala dak ta’ Abdulrahman Abdala Gedi, Somalu ta’ 21 sena li kien jinsab fuq id-dghajsa flimkien ma’ erba persuni ohra.
Awtopsja fuq il-kadavru taz-zaghzugh ghandha ssir ghada filghodu. Investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejin.
Fil-21 ta' Lulju, saret l-awtopsja fuq il-katavru u r-rizultat kien asphyxia due to drowning u burns.
Body Found at Sea - Simshar Trawler Tragedy
Report
Date
Info
Category
20 July 2008
Ghal habta tad-disa’ u kwart (21.15hrs) tal-bierah filghaxija l-Pulizija kienet infurmata li dahhlu xi immigranti illegali abbort dghajsa gewwa Wied iz-Zurrieq, limiti tal-Qrendi.
Il-Pulizija kemm tad-Distrett kif ukoll dawk mill-Iskwadra Mobbli marru fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti f’28 persuna lkoll irgiel.
Ghall-habta tas-sitta u nofs ta’ filghaxija (18.30hrs) il-Pulizija giet infrumata li kienet waqghet vettura fil-bahar fi Triq Santa Marija, Marsalforn limiti taz-Zebbug, Ghawdex.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, u mill-ewwel stharrig irrizulta li ghal xi raguni vettura tat-tip Kia Picanto kienet waqghet gholi ta’ madwar erba’ sulari u spiccat fil-bahar li kien jinsab taht il-parking area li fiha l-vettura kienet tinsab. Meta waslet fuq il-post il-Pulizija sabet li s-sewwieq tal-vettura, ragel ta’ nazzjonalita` Olandiza, kien hareg mill-vettura u tela fuq il-blat. Hu gie mehud l-Isptar Generali t’Ghawdex ghall-kura medika, fejn wara li gie ccertifikat li kien qed isofri minn griehi ta’ natura hafifa hu gie rrilixat. Kawza tal-incident, cint li jinsab bejn il-parking area u l-bahar garrab xi hsarat.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjoni dwar dan il-kaz.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
19 July 2008
Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Scerri Herrera LLD lil Joseph Zahra, ta’ 55 sena, imwieled Birzebbuga, li joqghod Hal Far.
Hu gie akkuzat tallifid-19 ta’ Lulju 2008 ghal habta tal-11:30am gewwa l-Ghassa tal-Pulizija ta’ Birzebbuga u fl-inhawi vicin:
attakka jew ghamel rezistenza bi vjolenza jew b’hebb ta’ xort’ohra li ma titqiesx vjolenza pubblika kontra Surgent u 3 Kuntistabbli tal-Pulizija, persuni nkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku, waqt li kienu qed jagixxu ghall-esekuzzjoni tal-Ligi jew ta’ ordni moghti skond il-Ligi mill-awtorita’ kompetenti;
talli fl-istess data, lok u hin ingurja, jew hedded jew ghamel offiza fuq Spettur, zewg (2) Surgenti u sitt (6) Kuntistabbli tal-Pulizija, persuni nkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku, waqt li kienu qed jaghmlu jew minhabba li kienu ghamlu dan is-servizz, jew bil-hsieb li jbezzghu jew li jinfluwixxi fuqhom kontra l-ligi fl-ezekuzzjoni ta’ dak is-servizz;
talli fl-istess data, lok u hin ikkaguna griehi ta’ natura hafif fuq Kuntistabbli, u dan skond kif iccertifikat mit-tabib tal-Poliklinika ta’ Rahal Gdid;
talli fl-istess data, lok u hin ta’ l-attakk jew tar-rezistenza, uza arma regulari jew ikun ha fuqu minn qabel din l-arma bil-hsieb li jghin dak l-attakk jew rezistenza u jinqabad b’dik l-arma fuqu;
talli fl-istess data, lok u hin zamm fuqu arma bil-ponta u li taqtgha minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija;
talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi m’obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija, jew ma hallihomx jew fixkilhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, jew b’xi mod iehor, bla jedd, indahal fi dmirijiethom, billi ma halliex lil haddiehor jaghmel dak li b’Ligi jkun ordnat jew jista’ jaghmel, jew billi jgib fix-xejn jew ihassar dak li haddiehor ikun ghamel skond il-Ligi;
talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi volontarjament hassar, ghamel hsara jew gharraq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobbli u cioe nuccali tal-vista u qmis ta’l-uniformi, liema ammont ta’ hsara ma jkunx jiskorri l-elf, mija u erbgha u sittin euro u disgha u sittin centezmu (1,164.69), imma jkun izjed minn mija u sittax-il euro u sebgha u erbghin centezmu (116.47) ghad-detriment tal-Kuntistabbli u ghad dannu tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Gvern ta’ Malta;
talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi kiser il-bon ordni u l-paci pubblika b’ghajjat, glied jew mod iehor, u talli qal kliem oxxen li jikkonsisti f’dagha fil-pubbliku bi ksur ta’ l-art. 338 (dd) u 338 (bb) tal-Kap. 9 tal-Ligijiet ta’ Malta, u
u aktar talli saq vettura ta’ l-ghamla Nissan Micra ta’ kulur abjad minghajr licenzja tas-sewqan, kif ukoll il-vettura ma’ kinitx licenzjata mill-Awtorita’ tat-Trasport ta’ Malta biex tintuza fit-triq u mhux inxurjata ghal terzi persuni.
L-akkuzat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjub kontrih. Huwa gie michud mill-liberta’ provizorja u gie mehud il-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Pulizija ser tressaq zewgt irgiel il-Qorti fis-sitta u nofs (18.30hrs) quddiem il-Magt Dr Scerri Herrera fuq zewg kazijiet differenti.
L-ewwel kaz jittratta dwar incident li nholoq dalghodu fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ B’Bugia filwaqt li t-tieni kaz ir-ragel ser jigi akkuzat b’attentat vjolenti ghal-pudur kif ukoll li kkorompa tifla.
Court
Report
Date
Info
Category
19 July 2008
Ghall-habta tas-saghtejn u kwart ta’ wara nofs in-nhar (14.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Raheb Kurradu, in-Naxxar kien hemm haddiem li safa ferut.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li kienu qed isiru xi xoghlijiet fuq sit ta’ kostruzzjoni ghal xi raguni cediet parti minn opra morta ta’ bini, b’konsegwenza li giet fuq haddiem li kien hemm fl-inhawi. Ir-ragel, li huwa mill-Imgarr, gie mehud l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Huwa gie ccertifikat li sofra xi griehi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Health-Related: Work
Report
Date
Info
Category
19 July 2008
Wara li l-bierah fil-ghaxija instab ragel haj fil-bahar ‘il barra minn Malta, aktar kmieni dalghodu ghal habta tas-saghtejn u nofs iddahhal katavru li nstab ukoll fil-bahar.
Ir-ragel li nstab haj, li ghandu 34 sena u huwa minn Marsaxlokk, qed jinzamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar Mater Dei.
Intant dal-ghodu saret l-awtopsja fuq il-katavru u r-rizultat kien asphyxia due to drowning. Il-katavru gie identifikat bhala ta’ Carmel Bugeja ta’ 61 sena minn Marsaxlokk.
Body Found at Sea - Simshar Trawler Tragedy
Report
Date
Info
Category
19 July 2008
Please be informed that the male person who was hurt in Raheb Kurradu Street, Naxxar is 44 years old and was certified as suffering from grievious injuries.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
18 July 2008
Illum wara nofsinhar ghal habta ta’ l-erbgha ddahhal grupp ta’ immigranti illegali gewwa Wied il-Buni, Birzebbuga.
Il-grupp ta’ immigranti illegali kienu nstabu aktar kmieni fuq dghajsa ftit ‘il barra minn Malta. Huma gew skortati lejn Birzebbuga minn patrol boat tal- Forzi Armati ta’ Malta. Fuq id-dghajsa b’kollox kien 28 persuna, kollha irgiel.
Il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni qed tinvestiga l-kaz.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
18 July 2008
Ghal habta tas-saghtejn ta filghodu katavru ittella` mill-bahar ghal fuq lanca tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn iddahhal gewwa Xatt it-Tiben. Il-katavru, li huwa ta’ ragel, kien fi stat qawwi ta’ dikompozizzjoni u ma kellux dokumenti ta’ identifikazzjoni fuqu.
Ir-rizultat ta’ l-awtopsja huwa asphyxia due to drowning. Il-katavru gie identifikat bhala ta’ Noel Carabott ta’ 33 sena minn Marsaxlokk.
Body Found at Sea - Simshar Trawler Tragedy
Report
Date
Info
Category
18 July 2008
Illum il-Pulizija ressqet hames persuni ohra l-Qorti b’arrest in konnessjoni ma’ incidenti li sehhew din il-gimgha waqt azzjonijiet mill-operaturi tat-trasport. B’hekk s’issa l-Pulizija ressqet 22 persuna l-Qorti rigward dawn l-incidenti.
Il-hames persuni li tressqu llum, tressqu quddiem il-Magistrat Dr. L. Quintano LL. D u dawn huma:
Silvio Borg ta’ 39 sena residenti l-Mellieha,
Paul Cardona ta’ 31 sena residenti l-Mellieha,
George Psaila ta’ 42 sena residenti l-Mellieha,
Dennis Desira ta’ 38 sena resdienti Bugibba, u
Wayna Desira ta’ 18-il sena residenti Bugibba.
Dawn gew akkuzati li fil-15 ta’ Lulju 2008 ghal habta tal-11 ta’ filghodu fil-Belt Valletta:-
ffurmaw f’gemgha ta’ tliet persuni jew aktar jew baqghu flimkien, ghal kull hsieb li jkun, b’mod tali u taht cirkostanzi tali ta’ vjolenza, theddid, rewwixti, ghadd ta’ nies, wiri ta’ armi jew xort’ohra, li setghu jgibu twerwir u biza’ fost in-nies f’Malta;
hadu parti attiva f’gemgha ta’ ghaxar min-nies jew aktar, migburin bil-hsieb li jaghmlu reat, ghalkemm dik il-gemgha ta’ nies ma kienet giet imxewxa minn hadd in partikulari, u li l-istess reat li kien mahsub fil-fatt sar;
ffurmaw f’parti minn gemgha ta’ tnax-il persuna jew aktar, migmughin flimkien kontra l-ligi bi ksur tal-paci pubblika, wara li gew formalment imwissija jew mitluba minn awtorita` kompetenti biex jixxerrdu u bil-kwiet imorru lejn darhom jew fuq xogholhom, baqghu jew issoktaw flimkien kontra l-ligi f’numru ta’ tnax jew aktar, ghal madwar ghaxar minuti wara li kienet giet maghmula dik it-twissija pubblika;
Paul Cardona wahdu gie akkuzat ukoll talli fl-istess data, lok, hin u cirkostanzi b’vettura ingumbra l-passagg liberu ghal traffiku iehor jew persuni fit-triq.
Il-Qorti ordnat li dawn il-hames persuni kollha jinzammu taht arrest preventiv gewwa l-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Anthony Portelli u mill-Ispettur James Grech.
Court - Transport Strike-Related
Report
Date
Info
Category
18 July 2008
Kmieni dalghodu l-Pulizija kienet infurmata li gewwa Delimara kien dahal grupp ta’ klandestini rregolari.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat lilha fejn sabet grupp ta’ 26 klandestin irregolari li kien jikkonsisti fi 21 ragel u 5 nisa.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
17 July 2008
Matul il-lejl u l-ġurnata tal-lum, il-Pulizija kompliet għaddeja b’investigazzjonijiet intensivi in konnessjoni ma’ inċidenti li seħħew waqt l-azzjonijiet mill-operaturi tat-trasport. Wara li matul l-aħħar jumejn tressqu tnax-il persuna (12) l-Qorti, illum il-Pulizija ressqet ħames (5) persuni oħra b’arrest quddiem il-Magistrat Dr J Apap Bologna LL.D.. Dawn il-persuni huma:
Anthony Zerafa ta’ 48 sena minn Santa Venera,
Vincent Spiteri ta’ 48 sena minn Ħal Qormi,
Jason John Desira ta’ 35 sena miż-Żejtun,
Aaron Charles Zahra ta’ 27 sena minn Ħal Qormi, u
Shawn Tabone ta’ 25 sena mill-Marsa.
Anthony Zerafa ta’ 48 sena kien akkużat talli fis-16 ta’ Lulju, 2008:
Għal ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, f’Ħaż-Żebbug, bla ordni skond il-liġi ta’ l-awtorita’ kompetenti, u barra mill-każijiet li fihom il-liġi tagħti s-setgħa lill-privat li jarresta lil ħati, arresta, zamm, jew issekwestra lil xi persuna kontra l-volonta’ tagħha; (Art 86 tal-Kap 9);
U aktar talli fl-istess dati, ħinijiet, lok u ċirkostanzi, l-imġieba tiegħu ikkaġunat biża’ lil Mario Muscat u grupp ta’ studenti li ser tintuża’ vjolenza kontrih jew kontrihom jew kontra l-propjeta’ tiegħu jew kontra l-persuna jew il-propjeta’ ta’ xi ħadd mill-axxendenti, dixxendenti, aħwa subien jew bniet, jew xi persuna imsemmija fl-Art 222 (1) (Art 251B tal-Kap 9);
talli fl-istess data, lok, ħin u ċirkostanzi ikkaġuna feriti ta’ natura ħafifa fuq il-persuna ta’ Mario Muscat hekk kif ċċertifikat Dr J Agius Muscat MD minn Paola Health Centre; (Art 221 (1) tal-Kap 9)
talli fl-istess data, lok, ħin u ċirkostanzi pubblikament xewwex lil persuna oħra sabiex tikser il-liġi; (Art 70 tal-Kap 9)
U aktar talli fl-istess dati, ħinijiet, lok u ċirkostanzi, ħebbew kontra l-persuna ta’ Mario Muscat sabiex jinġurjah, idejqu jew jagħmel ħsara lil din il-persuna jew lil ħaddiehor; (Art 339 (d) tal-Kap 9)
U aktar talli fl-istess dati, ħinijiet, lok u ċirkostanzi, inġurja jew hedded lil Mario Muscat jew jekk kien pprovokat, inġurjah b’mod li joħroġ barra mill-limiti tal-provokazzjoni
U aktar talli fl-istess dati, ħinijiet, lok u ċirkostanzi qalu kliem oxxen fil-pubbliku li jikkonsisti f’dagħa
L-imputat wieġeb li mhux ħati ta’ l-akkużi miġjuba kontra tiegħu fejn ma ngħatax il-liberta’ proviżorja u ntbagħat il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Intant, Vincent Spiteri, Jason John Desira, Aaron Charles Zahra, Shawn Tabone kienu akkużati talli:
Fis-16 ta’ Lulju 2008 għal ħabta tan-12.30 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Labour Marsa, bla ordni skond il-liġi ta’ l-awtorita’ kompetenti, u barra mill-każijiet li fihom il-liġi tagħti s-setgħa lill-privat li jarrestaw lill-ħati, arrestaw, żammew jew issekwestraw lil Roberto Dimech li huwa xufier ta’ coach flimkien ma’ diversi passiġieri ta’ nazzjonalita’ barranija kontra l-volonta’ tagħhom;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi, ngħaqdu flimkien f’ġemgħa ta’ tlett persuni jew aktar jew baqgħu flimkien, għal kull ħsieb li jkun, b’mod tali u taħt ċirkostanzi tali ta’ vjolenza, theddid, rewwixti, għadd ta’ nies, wiri ta’ armi jew xort’oħra, li setgħu jġibu twerwir u biża’ fost in-nies f’Malta.
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi, ħadu parti attiva f’ġemgħa ta’ għaxra minn nies jew aktar, miġburin bil-ħsieb li jagħmlu reat, għalkemm dik il-ġemgħa ta’ nies ma kienetx ġiet imxewxa minn ħadd in partikolari li l-istess reat li kien maħsub fil-fatt sar.
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi, ngħaqdu flimkien f’ġemgha ta’ tnax-il persuna jew aktar li nġemgħu flimkien kontra l-liġi bi ksur tal-paċi pubblika, wara li ġew formalment imwissija jew mitluba minn awtorita’ kompetenti biex jixxerdu u bil-kwiet imorru lejn darhom jew fuq xogħolhom, baqgħu jew issoktaw flimkien kontra l-liġi, f’numru ta’ tnax jew aktar għal żmien siegħa wara li tkun ġiet magħmula dik it-twissija pubblika.
Lil Shaun Tabone waħdu talli:
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi, kkommetta l-imsemmija reati waqt il- perjodu operattiv ta’ sentenza ta’ tmien xhur priġunerija sospizi għal tlett snin mgħotija mill-Qorti ta’ l-Appell fil-15 ta’ Diċembru 2006.
Lil Shaun Tabone waħdu talli:
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi, talli sar reċidiv ai termini ta’ l-Artikoli 49, 50 u 289(1) tal-Kap. 9 tal-liġijiet ta’ Malta.
Lil Jason John Desira waħdu talli:
Fl-14 ta’ Lulju 2008 għal ħabta tal-11.30 ta’ filgħaxija fix-Xatt ta’ Pinto fil-Furjana flimkien ma’ persuni oħra mhux magħrufa, volontarjament ħassar, għamel ħsara jew għarraq ħwejjeg ħaddieħor, mobbli jew immobbli, u ċioe’ ikkommetta ħsara fuq il-vettura ta’ l-għamla ‘Suzuki Vitara’ għad-dannu ta’ Kenneth Debono, liema ħsara hija aktar minn elf, mija u erbgħa u sittin Ewro u disgha u sittin ċentezmu.
Lil Jason John Desira waħdu talli:
Fl-14 ta’ Lulju 2008 għal ħabta tal-11.30 ta’ filgħaxija fix-Xatt ta’ Pinto fil-Furjana flimkien ma’ persuni oħra mhux magħrufa, bla ordni skond il-liġi ta’ l-awtorita’ kompetenti, u barra mill-każijiet li fihom il-liġi tagħti s-setgħa lill-privat li jarresta lill-ħati, arresta, żamm jew issekwestra lill-istess Kenneth Debono flimkien ma’ passiġieri oħra kontra l-volonta’ tagħhom.
Lil Jason John Desira waħdu talli:
Fl-14 ta’ Lulju 2008 għal ħabta tal-11.45 ta’ filgħaxija fil-Furjana flimkien ma’ persuna oħra mhux magħrufa ħebb għal Godwin Spiteri u Vincent Cesare sabiex jinġurjhom, idejjaqhom jew jagħmilhom ħsara.
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi, bi vjolenza jew b’theddid ġiegħel lil Godwin Spiteri u Vincent Cesare jagħmlu, jħallu jsir jew jonqsu milli jagħmlu xi ħaġa.
L-imputati wieġbu li mhux ħatja ta’ l-akkuzi miġjuba kontra tagħhom fejn ma ngħatawx il-liberta’ proviżorja u ntbagħatu il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjonijiet tmexxew mill-Ispetturi Carmelo Magri, Daniel Zammit u Silvio Valletta
Court - Transport Strike-Related
Report
Date
Info
Category
16 July 2008
Illum għal ħabta tad-disgħa u kwart (21:15) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq it-Torri Tas Sliema kien għadu kif seħħ inċident stradali.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn l-ewwel stħarriġ irriżulta li ġuvni ta’ 19-il sena minn San Gwann li kien qiegħed isuq vettura tat-tip Landrover waqaf meta sema’ daqqa mal-vettura. Fil-vettura kien hemm tfajla ta’ 18-il sena minn San Gwann.
Kien f’dan il-ħin li l-ġuvni nduna li kien hemm persuna ma l-art. Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei fejn wara intervent mediku kienet iċċertifikata mejta.
Il-mara li sfortunatament mietet l-Isptar Mater Dei kienet iddentifikata iktar tard il-bieraħ bħala li toqgħod Tas Sliema u li għandha 80 sena.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat ta’ l-Għassa Dr Silvio Meli LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Traffic-Related: Fatality
Report
Date
Info
Category
16 July 2008
Matul il-lejl u l-gurnata tal-lum il-Pulziija kompliet ghaddejja b’investigazzjonijiet intensivi in konnessjoni ma’ incidenti li sehhew waqt l-azzjonijiet mill-operaturi tat-trasport. Wara li l-bierah tressqu erba` persuni l-Qorti, illum wara nofsinhar il-Pulizija ressqet tmien (8) persuni ohra b’arrest quddiem il-Magistrat Dr. Silvio Meli LL. D. Dawn il-persuni huma:
Paul Vella ta’ 48 residenti x-Xwieki, l/o Gharghur,
Jason Vella ta’ 35 residenti l-Hamrun,
Johann Spiteri ta’ 28 sena residenti B’kara,
James Grech ta’ 25 sena residenti Haz-Zebbug,
Raymond Pace ta’ 49 sena residenti St Venera,
Paul Borg ta’ 21 sena residenti H’Attard,
Johan Cauchi ta’ 28 sena residenti Hal Qormi, u
Martin Cauchi ta’ 33 sena residenti San Gwann.
Paul Vella, Jason Vella u Johan Spiteri gew akkuzati li fl-14 ta’ Lulju, 2008 filghodu fil-Belt Valletta quddiem Kastilja:
iffurmaw f’gemgha ta’ tliet persuni jew aktar jew baqghu flimkien, ghal kull hsieb li jkun, b’mod tali u taht cirkostanzi tali ta’ vjolenza, theddid, rewwixti, ghadd ta’ nies, wiri ta’ armi jew xort’ohra, li setghu jgibu twerwir u biza’ fost in-nies f’Malta;
hadu parti attiva f’gemgha ta’ ghaxra min-nies jew aktar, migburin bil-hsieb li jaghmlu reat, ghalkemm dik il-gemgha ta’ nies ma kienet giet imxewxa minn hadd in partikulari, u li l-istess reat li kien mahsub fil-fatt sar;
ffurmaw f’parti minn gemgha ta’ tnax-il persuna jew aktar, migmughin flimkien kontra l-ligi bi ksur tal-paci pubblika, wara li gew formalment imwissija jew mitluba minn awtorita` kompetenti biex jixxerdu u bil-kwiet imorru lejn darhom jew fuq xogholhom, baqghu jew issoktaw flimkien kontra l-ligi, f’numru ta’ tnax jew aktar, ghal zmien siegha wara li kienet giet maghmula dik it-twissija pubblika;
attakkaw jew ghamlu rerezistenza bi vjolenza jew b’hebb ta’ xorta ohra li ma titqiesx vjolenza pubblika, kontra persuna inkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku, fil-waqt li tkun tagixxi ghal esekuzzjoni tal-ligi jew ta’ ordni moghti skond il-ligi mill-awtorita` kompetenti;
ma obdewx l-ordnijiet legittimi ta’ l-awtorita’ jew ta’ wiehed li jkun inkarigat minn servizz pubbliku, jew ma hallewhx jew fixkluh waqt li jkun jaghmel id-dmirijiet tieghu jew b’xi mod iehor, bla jedd, indahlu fi dmiru, billi ma hallewx lil haddiehor jaghmel dak li b’ligi jkun ordnat jew jista’ jaghmel, jew billi gabu fix-xejn jew hassru dak li haddiehor ikun ghamel skond il-ligi jew b’xi mod iehor li jkun.
James Grech gie akkuzat li fl-14 ta’ Lulju, 2008 ghal habta ta’ nofsilejl fi Triq Sant’ Anna, Floriana:
iffurma f’gemgha ta’ tlett persuni jew aktar jew baqa’ flimkien, ghal kull hsieb li jkun, b’mod tali u that cirkostanzi tali ta’ vjolenza, theddid, rewwixti, ghadd ta’ nies, wiri ta’ armi jew xort’ohra, li setghu jgibu twerwir u biza’ fost in-nies f’Malta; u
ha parti attiva f’gemgha ta’ ghaxra min-nies jew aktar, migburin bil-hsieb li jaghmlu reat, ghalkemm dik il-gemgha ta’ nies ma kienet giet imxewxa minn hadd in partikulari, u li l-istess reat li kien mahsub fil-fatt sar.
Raymond Pace u Paul Borg gew akkuzati li fil-15 ta’ Lulju, 2008, fil-ghodu fil-Belt Valletta quddiem Kastilja:
iffurmaw f’gemgha ta’ tlett persuni jew aktar jew baqghu flimkien, ghal kull hsieb li jkun, b’mod tali u taht cirkostanzi tali ta’ vjolenza, theddid, rewwixti, ghadd ta’ nies, wiri ta’ armi jew xort’ohra, li setghu jgibu twerwir u biza’ fost in-nies f’Malta;
hadu parti attiva f’gemgha ta’ ghaxra min-nies jew aktar, migburin bil-hsieb li jaghmlu reat, ghalkemm dik il-gemgha ta’ nies ma kienet giet imxewxa minn hadd in partikulari, u li l-istess reat li kien mahsub fil-fatt sar;
ffurmaw f’parti minn gemgha ta’ tnax-il persuna jew aktar, migmughin flimkien kontra l-ligi bi ksur tal-paci pubblika, wara li gew formalment imwissija jew mitluba minn awtorita` kompetenti biex jixxerdu u bil-kwiet imorru lejn darhom jew fuq xogholhom, baqghu jew issoktaw flimkien kontra l-ligi, f’numru ta’ tnax jew aktar, ghal zmien siegha wara li kienet giet maghmula dik it-twissija pubblika;
ma obdewx l-ordnijiet legittimi ta’ l-awtorita’ jew ta’ wiehed li jkun inkarigat minn servizz pubbliku, jew ma hallewhx jew fixkluh waqt li jkun jaghmel id-dmirijiet tieghu jew b’xi mod iehor, bla jedd, indahlu fi dmiru, billi ma hallewx lil haddiehor jaghmel dak li b’ligi jkun ordnat jew jista’ jaghmel, jew billi gabu fix-xejn jew hassru dak li haddiehor ikun ghamel skond il-ligi jew b’xi mod iehor li jkun.
Johan Cauchi u Martin Cauchi gew akkuzati li nhar il-15 ta’ Lulju, 2008, ghal habta tas-sebgha ta’ filghaxija, fil-konfini ta’ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta:
attakkaw jew ghamlu rezistenza bi vjolenza jew b’hebb, kontra l-persuni ta’ l-Assistent Kummissarju Paul Sammut, is-Surgent Silvio Magro u s-Surgent John Tabone, persuni nkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku, filwaqt li kienu jagixxu ghal esekuzzjoni tal-ligi jew ta’ ordni moghtija skond il-ligi;
ma obdewx l-ordnijiet legittimi ta’ l-awtorita’ jew ta’ wiehed li jkun inkarigat minn servizz pubbliku, u cioe membri tal-Korp tal-Pulizija, jew ma hallewhomx jew fixkluhom waqt li kienu jaghmel id-dmirijiet taghhom, jew b’xi mod iehor, bla jedd, indahlu fi dmirhom, billi ma hallewhomx jaghmlu dak li b’ligi jkun ordnati jew jistghu jaghmlu, jew billi gabu fix-xejn jew hassru dak li kienu ghamlu skond il-ligi jew b’xi mod iehor li jkun.
Johan Cauchi wahdu gie akkuzat ukoll talli fl-istess data, hin, lok u cirkostanzi hebb kontra persuna ohra (xufier ta’ vettura tal-garr tal-passiggieri), sabiex jingurjah, idejqu jew jaghmillu hsara.
Il-Qorti ordnat li dawn t-tmien persuni kollha jinzammu taht arrest preventiv gewwa l-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjonijiet tmexxew mill-Ispetturi Michael Mallia, Chris Pullicino, Silvio Valletta u Jeffrey Cilia.
Court - Transport Strike-Related
Report
Date
Info
Category
16 July 2008
Matul il-lejl, ghal habta tas-saghtejn, il-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kienet iddahlet mara wara li kienet waqghet minn gholi fir-residenza taghha fl-Mgarr (Malta).
Il-Pulizija marret fuq il-post ta’ l-incident u mill-ewwel stharrig irrizulta li fir-residenza kien qed isir xi xoghol ta’ kostruzzjoni u ghal xi raguni l-mara waqghet gholi ta’ madwar sular. L-incident gara ghal habta tal-hdax ta’ fil-ghaxija. Il-mara, li ghandha 60 sena, ttiehdet l-Isptar fejn giet ccertifikata li sofriet griehi serji u li tinsab fil-periklu tal- mewt.
Bl-incident giet nfurmata l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. J. Padovani LL. D. fejn din hatret xi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar stharrig ghadu ghaddej.
Health-Related: Home & Work
Report
Date
Info
Category
15 July 2008
Dal-ghodu tressqu zewgt irgiel b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. J. Padovani LL. D u gew akkuzati b’hold-up fost akkuzi ohra. Dawn huma:-
Charles Cutajar, 45 sena, minghajr indirizz fiss; u
Leandross Cutajar, 23 sena, minn Bormla
Huma gew akkuzati li fis-7 ta’ Gunju, 2008 ghal habta tat-3pm gewwa M.C. Sims Pastizzeria, Triq Ghajn Dwieli, Paola:-
ikkommettew serq ta’ flus u/jew oggetti ohra, liema serq hu kwalifikat bil-vjolenza, bil-mezz u bil-valur li ma jeccedix €2,329;
issekwestraw lil zewg persuni;
li waqt li kienu qed jaghmlu delitt ta’ serq kellhom fuqhom arma tan-nar; u
li heddew bil-fomm lil persuna ohra.
Kienu akkuzati ukoll li fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ Mejju, 2008 mill-akwata tal-venda ta’ Bormla:-
ikkommettew serq ta’ vettura, liema serq huwa kwalifikat bil-mezz, bil-valur li jeccedi €2,329.37;
saqu l-imsemmija vettura minghajr polza ta’ assigurazzjoni kontra r-riskji ta’ terzi persuni;
laqghu ghandhom jew xtraw hwejjeg misruqa; u
rrendew rwiehom recedivi.
Leandross Cutajar wahdu gie akkuzat talli kkommetta reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiza kif ukoll kiser il-provediment ta’ l-Art. 7 tal-Kap. 446 (ordni ta’ probation).
Iz-zewg imputati wiegbu li ma kinux hatja ta’ l-akkuzi migjuba kontrihom. Huma ma nghatawx il-helsien mill-arrest u gew skortati lejn il-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Mercieca.
Court
Report
Date
Info
Category
15 July 2008
Azzjoni mill-Pulizija fl-interess tal-buon ordni waqt l-azzjonijiet minn operaturi tat-trasport pubbliku
Diversi Sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija dalgħodu kienu involuti f’ħidma biex jinfetaħ l-aċċess lejn il-Belt Valletta li kien ingħalaq minn persuni li kienu qed jieħdu sehem f’azzjonijiet minn operaturi tat-trasport pubbliku.
F’din il-ħidma il-Pulizija neħħiet numru ta’ ostakoli li twaqqfu f’toroq ewlenin. Matul din l-azzjoni il-Pulizija ħadet ħsieb tarresta numru ta’ persuni li ma kienux qed jikkollaboraw magħha. Dawn issa qed jgħinuha fl-istħarriġ tagħha.
Ġew arrestati wkoll 3 persuni oħra f’lokalitajiet differenti in konnessjoni ma’ inċidenti fejn persuni li kienu qed jieħdu sehem fl-istess azzjonijiet minn operaturi tat-trasport pubbliku waqqfu vannijiet tal-passiġġieri li ma kienux qed jieħdu sehem f’dawn l-azzjonijiet, ħebbew għas-sewwieqa ta’ dawn il-vetturi u serqulhom iċ-ċwievet.
Twettqu wkoll numru ta’ arresti oħra b’rabta ma’ inċidenti li seħħew il-bieraħ waqt dawn l-azzjonijiet minn operaturi tat-trasport pubbliku.
F’dan il-kaz il-Pulizija qed tuża’ r-riżorsi kollha tagħha kif mitlub minnha sabiex tieħu ħsieb sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr ma twaqqaf l-operat normali tagħha.
L-inċidenti kollha li ġew irrapportati s’issa qed jiġu nvestigati, fejn diversi persuni qed jassistu l-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha.
Transport Strike-Related
Report
Date
Info
Category
15 July 2008
Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr J Padovani Grima LL.D. lil Joseph Buttigieg ta’ 48 sena mill-Marsa, Carmel Axiak ta’ 55 sena mis-Swatar u John Attard ta’ 65 sena minn Santa Venera u akkużathom talli fil-15 ta’ Lulju, 2008:
Għall-ħabta ta’ l-għaxra ta’ filgħodu (10.00) fil-Floriana, ffurmaw f’ġemgħa ta’ tlett persuni jew aktar jew baqgħu flimkien, għal kull ħsieb li jkun b’mod tali u taħt ċirkostanzi tali ta’ vjolenza, theddid, rewwixti, għadd ta’ nies, wiri ta’ armi jew xort’oħra, li setgħu jġibu twerwir u biża’ fost in-nies f’Malta;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi ffurma immedjatament hawn fuq imsemmija, ħadu parti attiva’ f’ġemgħa ta’ għaxra minn nies jew aktar, miġburin bil-ħsieb li jagħmlu reat, għalkemm dik il-ġemgħa ta’ nies ma kienet ġiet imxewxa minn ħadd in partikolari, u li l-istess reat li kien maħsub fil-fatt sar;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi bla ordni skond il-liġi ta’ l-awtorita’ kompetenti, u barra mill-każijiet li fihom il-liġi tagħti s-setgħa lill-privat li jarresta lil ħati, arrestaw, żammew, jew issekwestraw lil diversi persuna kontra l-volonta’ tagħhom;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi ffurmaw f’parti minn ġemgħa ta’ tnax-il persuna jew aktar, miġmugħin flimkien kontra l-liġi bi ksur tal-paċi pubblika, wara li ġew formalment imwissija jew mitluba minn awtorita’ kompetenti biex jixxerdu u bil-kwiet imorru lejn darhom jew fuq xogħolhom, baqgħu jew issoktaw flimkien kontra l-liġi, f’numru ta’ tnax jew aktar, għal żmien siegħa wara li kienet ġiet magħmula dik it-twissija pubblika.
L-imputati wieġbu li mhux ħatja ta’ l-akkuzi miġjuba kontra tagħhom fejn ma ngħatax il-liberta’ u ntbagħat il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Court - Transport Strike-Related
Report
Date
Info
Category
15 July 2008
Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr J Padovani Grima LL.D. lil Francis Cassar ta’ 42 sena minn Bormla u akkużatu talli fl-14 ta’ Lulju, 2008:
Fi Triq Sant’Anna, Floriana, volontarjament, ħassar, għamel ħsara jew għarraq ħwejjeġ ħaddieħor mobbli jew immobbli, liema ħsara taċċedi l-elf, mija u sittin ewro u li saret għad-dannu ta’ Soċjeta’ ta’ karozzi tal-kiri u/jew ta’ persuni u/jew entitajiet oħra;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi ffurma f’ġemgħa ta’ tlett persuni jew aktar għal kull ħsieb li jkun, b’mod tali u taħt ċirkostanzi tali ta’ vjolenza, theddid, rewwixti, għadd ta’ nies, wiri ta’ armi jew xort’oħra li setgħu jgibu twerwir u biża’ fost in-nies f’Malta;
U aktar tall- fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi ħa parti attiva f’ġemgħa ta’ għaxra minn nies jew aktar, miġburin bil-ħsieb li jagħmlu reat, għalkemm dik il-ġemgħa ta’ nies ma kienet ġiet imxewxa minn ħadd in partikolari, u li l-istess reat li kien maħsub fil-fatt sar;
Talli fl-14 ta’ Lulju, 2008 fit-Telgħa tal-Kurċifiss, Floriana, volontarjament, ħassar, għamel ħsara jew għarraq ħwejjeġ ħaddieħor mobbli jew immobbli, liema ħsara taċċedi l-elf, mija u sittin ewro u li saret għad-dannu ta’ Soċjeta’ ta’ karozzi tal-kiri u/jew ta’ persuni u/jew entitajiet oħra;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi bla ordni skond il-liġi ta’ l-Awtorita’ kompetenti, u barra mill-każijiet li fihom il-liġi tagħti setgħa lil privat li jarresta lil ħati, arresta, żamm jew issekwestra lil xi persuna kontra l-volonta’ tagħha;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi bla ordni skond il-liġi ta’ l-awtorita’ kompetenti, u barra mill-każijiet li fihom il-liġi tagħti setgħa lil privat li jarresta lil ħati, arresta, żamm jew issekwestra lil persuni kontra l-volonta tagħhom;
Iktra minn hekk, talli fl-istess data, f’xi ħin filgħodu fi Pjazza Kastilja fil-Belt Valletta ffurma f’parti minn ġemgħa ta’ tnax-il persuna jew aktar, miġmugħin flimkien kontra l-liġi bi ksur tal-paċi pubblika, wara li ġew formalment imwissija jew mitluba minn awtorita’ kompetenti biex jixxerdu u bil-kwiet imoru lejn darhom jew fuq xogħolhom, baqgħu jew issoktaw flimkien kontra l-liġi f’numru ta’ tnax jew aktar għal żmien siegħa wara li kienet ġiet magħmula dik it-twissija pubblika;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi mmedjatament hawn fuq imsemmija ħa parti attiva’ f’ġemgħa ta’ għaxar minn nies jew aktar miġburin bil-ħsieb li jagħmlu reat, għalkemm dik il-ġemgħa ta’ nies ma kienet ġiet imxewxa minn ħadd in partikolari, u li l-istess reat li kien maħsub fil-fatt sar;
Fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi mmedjatament haw fuq imsemmija, attakka jew għamel reżistenza bi vjolenza, jew ħebb, ta’ xorta li ma titqies vjolenza pubblika kontra diversi persuni inkarigati minn servizz pubbliku skond il-liġi filwaqt li huma kienu qed jaġixxu għall-esekuzzjoni tal-liġi jew ta’ ordni mogħti skond il-liġi mill-awtorita’ kompetenti.
L-imputat wieġeb li mhux ħati ta’ l-akkuzi miġjuba kontra tiegħu fejn ma ngħatax il-liberta’ u ntbagħat il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Court - Transport Strike-Related
Report
Date
Info
Category
14 July 2008
Tard il-lejla, wara d-disgha, iddahhal grupp ta’ immigranti illegali gewwa Xatt it-Tiben.
Il-grupp huwa maghmul minn 28 immigrant illegali – 27 ragel u mara wahda.
Aktar stharrig bhalissa qed jitmexxa mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
13 July 2008
Ghal habta tad-disa’ u kwart (21.15hrs) il-Pulizija kienet infurmata li dahhlu xi immigranti illegali abbort dghajsa gewwa x-Xlendi, f’Ghawdex.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti f’28 persuna, 26 ragel u 2 nisa.
Il-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni kif ukoll mid-Distrett t’Ghawdex ghadhom ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
13 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada t-Tnejn 14 ta’ Lulju, 2008, ser tinzamm Open Day fl-Ghassa ta’ Victoria, Ghawdex bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ fil-ghaxija (0900hrs – 1700hrs).
Fis-sitta ta’ fil-ghaxija ser ikun hemm quddiesa ghall-Pulizija Ghawdxin u pensjonanti fil-kappella tac-cimiterju ta’ Santa Marija, Ghawdex. Wara servizz fuq l-oqbra tal-Pulizija u tqeghid ta’ kuruni.
Fit-tmienja ta’ fil-ghaxija gewwa Marsalforn ser titella’ wirja mill-Precision Drill Team, iddoqq il-Banda tal-Pulizija u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb. Prezenti ser ikun hemm zewgt izwiemel tal-Kavallerija u mutur mit-Taqsima tat-Traffiku.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jattendi.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
12 July 2008
Illum wara nofsinhar il-Pulizija ressqet lil Joseph Pace ta’ 59 sena mill-Marsa il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. D. Clarke LL. D.
Pace gie akkuzat b’diversi akkuzi ta’ vjolenza domestika u ta’ reat kontinwat.
Il-Qorti ordnat li l-imputat jinzamm taht arrest preventiv fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Agius u l-Ispettur Ramon Mercieca.
Court: Domestic Violence
Report
Date
Info
Category
12 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada l-Hadd 13 ta’ Lulju, 2008 fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (2030hrs) gewwa Wied il-Ghajn ser iddoqqu l-Banda tal-Pulizija ta’ Malta u l-Hampshire Police Band fi programm kongunt, ser tittella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija.
Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dawn l-attivitajiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
12 July 2008
Tard il-bierah wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li kien ghadu kif iddahal ragel l-Isptar Mater Dei wara li dan kien qieghed jaghmel xi xoghol fi Triq San Pawl, San Pawl tat-Targa limiti tan-Naxxar.
Minn investigazzjoni li ghamlet il-Pulizija rrizulta li r-ragel, li ghandu 37 sena u li huwa mis-Siggiewi, ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ seba’ filatti.
Ir-ragel ittiehed l-Isptar fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi u li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu, u li sal-lum huwa jinsab f’qaghda kritika.
B’referenza ghal kaz li sehh il-bierah fi Triq is-Sajjieda, l-Marsa, llum fl-erbgha ta’ wara nofsinhar (16:00) quddiem il-Magistrat Dr D Clarke LL.D. il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 59 sena mill-Marsa.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
12 July 2008
Illum ghal habta tas-sebgha u nofs iddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’Wied il-Buni, gewwa B’Bugia wara li gew salvati ‘l barra minn Malta.
Il-grupp ta’ 28 kien jikkonsisti fi 22 ragel u 6 nisa.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
12 July 2008
Il-bierah ghal habta tad-disgha neqsin ghoxrin (20:40) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq is-Sajjieda gewwa l-Marsa kien hemm persuna mejta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li mara ta’ 59 sena mill-Marsa kienet instabet ma l-art hdejn is-sodda.
Fuq il-post isejhet assistenza medika fejn il-mara giet iccertifikata mejta.
Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Edwina Grima LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Mill-awtopsja li saret dalghodu rrizulta li l-vittma mietet kawza ta’ attakk ta’ qalb.
Għall-ħabta tas-siegha u nofs (13.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li ddaħħlu grupp ta’ immigranti illegali ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 27 persuna, lkoll irgiel.
Il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
11 July 2008
Kmieni dalghodu ghal habta tas-siegha u nofs (1.30) waqt li l-Pulizija kienet ghaddeja b’ronda fi Triq Sant’Andrija, l-Imsida kien innutat li kien hemm ghalqa qed taqbad.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn ġie nnutat li numru ta’ balal tat-tiben kienu qed jaqbdu. Fuq il-post kienu msejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, ghalkemm ghal xi hin in-nar deher li rega’ beda jiehu. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Fire
Report
Date
Info
Category
10 July 2008
Għall-ħabta tas-seba neqsin kwart (18.45hrs) il-Pulizija kienet infurmata li ddaħħlu grupp ta’ immigranti illegali ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 100 persuna, 67 kienu rġiel u 29 mara u 4 itfal. Mal-grupp iddahhlu ukoll 3 kadavri ta’ nisa.
Bil-kaz (tal-kadavri) kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Micallef Trigona LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh bl-inkjesta.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
10 July 2008
Għall-ħabta tal-ħdax u nofs (11.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li ddaħħlu grupp ta’ immigranti illegali ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li fuq id-dgħajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 85-il persuna, 82 kienu rġiel u 3 nisa.
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Fl-okkazjoni tal-194 Anniversarju mit-it-Twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ghada, l-l-Gimgha 11 ta’ Lulju, ser issir Quddiesa Pontifikali fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghodu (0830hrs).
Fl-ghaxra ta’ fil-ghodu (1000hrs) ser tibda’ l-parata fi Pjazza San Gorg, fil-Belt Valletta. Fil-parata ser tiehu sehem il-Gwardja ta’ l-Unur, u ser issir defile’ mid-diversi taqsimiet tal-Pulizija, kif ukoll ser ikun hemm wirjiet mill-Banda tal-Pulizija, mill-Precision Drill Team, mis-Sezzjoni tal-Kavallerija, mis-Sezzjoni tal-Klieb kif ukoll wirja mill-Hampshire Police Band mir-Renju Unit.
Il-President tar-Repubblika ta’ Malta, il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, u diversi personalitajiet ohra distinti ser jattendu ghal din il-Parata.
Il-pubbliku huwa kordjalment mistieden sabiex jattendi.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
09 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada l-Hamis 10 ta’ Lulju, 2008 l-Ghassa ta’ tas-Sliema ser tkun miftuha ghal pubbliku bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ wara nofsinhar (0900hrs - 1700hrs).
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
09 July 2008
Tard il-bierah fil-ghaxija, ghal habta tal-hdax, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm xi persuni feruti f’Hal Far.
Il-Pulizija marret fuq il-post indikat lilha u rrizulta li zewgt irgiel mis-Somalja kellhom xi griehi, wiehed f’sidru u l-iehor f’rasu wara li dawn allegatament kienu nvoluti f’xi argument. Fl-argument jista’ jkun li ntuzat xi arma li taqta’ u bil-ponta. Intant aktar instab ragel iehor ferut fl-istess inhawi. Irrizulta li dan ir-ragel, mis-Somalja ukoll, kellu xi griehi f’wiccu.
It-tliet irgiel ittiehdu l-Isptar Mater Dei fejn ir-ragel li kellu griehu f’sidru ghall-ewwel gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt minhabba li kellu jigi operat. Il-kundizzjoni tieghu issa hija ahjar. Ir-ragel li kellu griehi f’rasu gie ccertifikat li sofra griehi hfief. Dawn it-tnejn inzammu l-Isptar ghall-osservazzjoni. It-tielet ragel, dak li sofra griehi f’wiccu, meta kien l-Isptar irrifjuta l-kura medika.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Grevious Bodily Harm
Report
Date
Info
Category
09 July 2008
Illum ghal habta tal-hamsa u kwart il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq it-Torri kienet ghadha kif dahlet dghajsa x’aktarx bil-klandestini rregolari.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Tas Sliema flimkien ma ta’ l-Iskwadra Mobbli marru mmedjatament fuq il-post fejn instab li grupp ta’ 27 ragel kien diga’ niezel l-art.
L-immigranti rregolari kollha nstabu li kienu f’kundizzjoni ta sahha tajba.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
08 July 2008
Illum tard wara nofsinhar ghal habta hamsa ta’ wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li x-Xlendi, Ghawdex kienet dahlet dghajsa u li fuqha kellha numru ta’ allegat immigranti illegali.
Il-Pulizija tad-Distrett t’Ghawdex marru immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li l-grupp ta’ immigranti illegali kienu diga` nizlu l-art. Il-grupp b’kollox kien maghmul minn 27 persuna – 23 maskili u 4 femminili.
Erba’ irgiel inghataw attenzjoni medika u jista’ jkun li dawn ser jinzammu fl-Isptar Generali t’Ghawdex. Il-kumplament ta’ l-immigranti (23) ser jigu trasferiti lejn Malta ghal aktar stharrig mill-Pulizija mis-s-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Izjed informazzjoni tinghata aktar ‘il quddiem.
L-erba’ irgiel li kellhom bzonn kura medika inzammu l-Isptar Generali t’Ghawdex, fil-waqt li l-kumplament (23) issa jinsabu Malta.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
08 July 2008
Illum tard wara nofsinhar ghal habta tas-sitta l-Pulizija kienet infurmata li x-Xlendi, Ghawdex kienet dahlet dghajsa u li fuqha kellha numru ta’ allegat immigranti illegali.
Il-Pulizija tad-Distrett t’Ghawdex marru immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li l-grupp ta’ immigranti illegali kienu diga` nizlu l-art. Il-grupp b’kollox kien maghmul minn 27 persuna – 23 maskili u 4 femminili.
Erba’ irgiel inghataw attenzjoni medika u jista’ jkun li dawn ser jinzammu fl-Isptar Generali t’Ghawdex. Il-kumplament ta’ l-immigranti ser jigu trasferiti lejn Malta ghal aktar stharrig mill-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Izjed informazzjoni tinghata aktar ‘il quddiem.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
08 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada l-Erbgha 9 ta’ Lulju, 2008 l-Ghassa tal-Mosta ser tkun miftuha ghal pubbliku bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ wara nofsinhar (0900hrs - 1700hrs).
Fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (2030hrs) gewwa l-Mosta stess ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, tittella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija. Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dawn l-attivitajiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
08 July 2008
Referenza qed issir ghall-Istqarrija li harget il-bierah filghodu rigward sitt persuni li nstabu fuq dghajsa ‘il barra minn Malta u wara ddahhlu Wied il-Buni. Dal-ghodu dawn il-persuni tressqu l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. C. Scerri Herrera LL. D.
Abdul Salem Mohamed Ab Xlifa Selwa ta’ 30 sena, nazzjonalita` Libjana gie akkuzat bi traffikar ta’ persuni u li assocja ruhu sabiex jaghmel delitt f’Malta.
L-imputat ma ammettiex l-akkuzi migjuba kontrih u nzamm taht arrest preventiv fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Intant tressqu ukoll hames irgiel Egizzjani li huma Hamed Hamis Nader, Nema Hamis Badux, Mohamed A A Ubusaneb, Subhi Atija Ranem Junis u Mohamed F Al Fithjani u dawn gew akkuzati li dahlu f’Malta bla passaport/minghajr permess.
Dawn il-hames imputati ammettew l-akkuza migjuba kontrihom u ntbaghtu xahar prigunerija.
Dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax (11.00hrs) il-Pulizija ser tressaq persuni l-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr C Scerri Herrera LLD in konnessjoni ma’ kaz li ġara l-bieraħ rigward immigrazzjoni.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
07 July 2008
Bhala parti mill-attivitajiet in konnessjoni ma’ l-194 Anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, dal-ghodu fis-Sala Frederick Sedley, Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana infethet il-Hobbies Exhibition.
Din il-Hobbies Exhibition qed tittella’ ghad-disa’ sena konsekuttiva u fiha jigu ezebiti delizzji ta’ uhud mill-membri tal-Korp tal-Pulizija. Din l-ezibizzjoni llum infethet mill-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi u s-Supretendent Mario Spiteri. F’din l-ezibizzjoni qed jippartecipaw 12-il ezibitur li huma membri jew ex-mambri (pensjonanti) tal-Korp tal-Pulizija, u tinkludi mudelli u ritratti ta’ vetturi tal-Pulizija prezenti u passati, brieret ta’ Pulizija minn madwar id-dinja, xwabel, etc.
Din l-esebizzjoni ser tibqa’ miftuha ghall-pubbliku sa nhar is-Sibt 12 ta’ Lulju, 2008 meta dakinhar ser ikun hemm Open Day tal-Kwartieri Generali tal-Pulizija. L-gheluq ser isir mill-Ministru tal-Guztizzja u l-Intern Dr. Carmelo Mifsud Bonnici u l-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo u ser jigu mqassma certifikati ta’ partecipazzjoni lil kull ezibitur li ha sehem f’din l-esebizzjoni.
Anness ma’ din l-email ghandkhom issibu ritratti ta’ din l-ezibizzjoni.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
07 July 2008
Dal-ghodu ghal habta tas-sitta u ghoxrin il-Pulizija kienet infurmata li kienet diehla dghajsa bi immigranti illegali gewwa Wied il-Buni, Birzebbuga.
Mill-ewwel stharrig li ghamlet il-Pulizija rrizulta li d-dghajsa ntlemhet aktar kmieni minn patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta ftit ‘il barra min-nofsinhar ta’ Malta. Fuq id-dghajsa kien hemm sitt persuni, kollha irgiel, izda wiehed minnhom qabez il-bahar. Dan ittella’ fuq il-patrol boat fil-waqt li d-dghajsa bil-kumplament tal-persuni (hamsa) giet skortata lejn Wied il-Buni.
Il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni qed tinvestiga dan il-kaz.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
07 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, illum ser tinfetah il-Hobbies Exhibition imtella’ minn membri tal-Korp tal-Pulizija. Il-ftuh ser isir fil-hdax ta’ fil-ghodu gewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana. Il-membri ta’ l-istampa huma mistiedna jattendu.
Intant, ghada t-Tlieta 8 ta’ Lulju, 2008 l-Ghassa taz-Zurrieq ser tkun miftuha ghal pubbliku bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ wara nofsinhar (0900hrs - 1700hrs).
Fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (2030hrs) gewwa z-Zurrieq stess ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, tittella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija. Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dawn l-attivitajiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
06 July 2008
Illum wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li aktar kmieni kienet gherqet persuna waqt li kienet qed tghum l-Armier.
Minn stharrig preliminari li ghamlet il-Pulizija rrizulta li l-incident sehh ftit qabel it-tlieta ta’ wara nofsinhar meta l-vittma, mara Maltija ta’ 59 sena, kienet qed tghum fil-bajja ta’ Dahlet il-Qortin. Il-mara ttellghet mill-bahar minn xi familjari u nghatat l-ewwel ghajnuna fuq il-post izda hija giet ccertifikata mejta mit-tabib ta’ l-ambulanza.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Scerri Herrera LL. D fejn din hatret diversi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-kaz.
Drowning
Report
Date
Info
Category
06 July 2008
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul il-gurnata tal-bierah arrestat 12-il persuna inkonnessjoni ma’ sejbiet ta’ droga f’zewg hidmiet separati gewwa Bormla u Hal Luqa.
L-ewwel hidma saret kmieni wara nofsinhar gewwa Bormla, fejn minn tfittxija li saret gewwa residenza nstabu oggetti relatati mal-abbuz u traffikar ta’ droga eroina. Inkonnessjoni ma’ din s-sejba gew arrestati guvni ta’ 30 sena, u zewg tfajliet ta’ 25 u 34 sena rispettivament. Aktar tard mill-istess inhawi gew arrestati guvni ta’ 20 sena minn Hal Tarxien, u tfajla ta’ 16-il sena mill-Isla wara li nstabet aktar droga eroina fil-pussess taghhom, liema droga kienet intenzjonata sabiex tigi traffikata.
Hidma ohra separata saret matul il-lejl li ghadda gewwa post ta’ divertiment li jinsab fil-limiti ta’ Hal Luqa, fejn kien qed jigi organizzat party. B’kollox gew mizmuma seba’ persuni, sitt guvintur u tfajla li l-eta` taghhom tvarja bejn is-16 u 30 sena u huma residenti Marsaskala, Bormla u l-Isla. Fil-pussess taghhom nstabet d-droga amfetamina, ecstasy u raza tal-kannabis.
Aktar stharrig fiz-zewg hidmiet ghadu ghaddej mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija, u xi persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien, xi whud minnhom b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga eroina u ecstasy.
Drugs
Report
Date
Info
Category
06 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, illum l-Hadd 6 ta’ Lulju, 2008 fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (2030hrs) gewwa Rahal Gdid ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, tittella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija. Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dawn l-attivitajiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
06 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada t-Tnejn 7 ta’ Lulju, 2008 l-Ghassa tan-Naxxar ser tkun miftuha ghal pubbliku bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ wara nofsinhar (0900hrs - 1700hrs).
Fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (2030hrs) gewwa Hal Lija ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, tittella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija. Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dawn l-attivitajiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
06 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, illum l-Hadd 6 ta’ Lulju, 2008 fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (2030hrs) gewwa Rahal Gdid ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, tittella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija. Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dawn l-attivitajiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
06 July 2008
Il-Pulizija tixtieq tavvza il-pubbliku in generali sabiex jevita Triq id-Durumblat, il-Mosta peress li din tinsab maghluqa habba xi xogholijiet li qed isiru fiha.
Fi Triq il-Fortizza, il-Mosta (mill-bridge tal-Mosta sat-Triq maghrufa bhala t-Telgha ta’ Alla u Ommu) qed isiru xi xogholijiet ghalhekk il-pubbliku huwa mheggeg biex isuq b’aktar prudenza u kawtela.
It-triq infethet fit-8 ta' Lulju.
Traffic-Related Notice
Report
Date
Info
Category
06 July 2008
Kmieni dalghodu ghall-habta tas-saghtejn u nofs (02.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Durumblat, il-Mosta.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li zewg vetturi; Mercedes Benz u Skoda kienu ghaddejjien mit-triq minn direzzjonijiet opposti ghal xi raguni habtu head-on. Is-sewwieq tal-iSkoda, ragel ta’ 48 sena mill-Mosta, kellu jinhareg mill-vettura bl-ghajnuna mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Kemm hu, kif ukoll il-passigier tal-Mercedes, ragel ta’ 41 sena mill-Marsa, ttiehdu l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Huma gew iccertifikati li qed isofru minn griehi gravi u jinsabu fil-periklu tal-mewt. Kawza ta’ l-incident il-vetturi garrbu hsarat estensivi.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Giovanni Grixti LLD. Hu hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
05 July 2008
Ghall-habta ta’ nofs in-nhar (12.00hrs) il-Pulizija ressqet b'arrest quddiem il-Magistrat ta' l-Ghassa Dr. G. Grixti lil:
Krisztina Dobos, ta’ 22 sena u nazzjonalita` Ungeriza;
Zuzsa Veres, ta’ 23 sena u nazzjonalita` Ungeriza;
Andrea Balogh ta’ 32 sena u nazzjonalita` Ungeriza;
Maria Petro ta’ 33 sena u nazzjonalita` Ungeriza;
Joanna Dzienia ta’ 20 sena u nazzjonalita` Pollakka;
Daniela Cenusa ta’ 22 sena u nazzjonalita` Rumena;
Karolina Varga ta’ 30 sena ta’ nazzjonalita` Ungeriza;
Huma gew akkuzati talli nhar it-3 ta’ Lulju 2008 u fil-gimghat ta’ qabel f’dawn il-gzejjer ikkommettew offiza ghall-pudur jew ghall-morali maghmula f’post pubbliku (Kap 9 Art 209)
Huma ammettew l-akkuza migjuba kontrihom. Huma inghataw il-liberta kundizzjunata ghall-perjodu ta’ tlett xhur u € 25 f’multa.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Louise Calleja.
Court - Morals
Report
Date
Info
Category
05 July 2008
Ghall-habta ta’ nofs in-nhar (12.00hrs) il-Pulizija ressqet b'arrest quddiem il-Magistrat ta' l-Ghassa Dr. G. Grixti lil:
John Saliba, ta’ 45 sena, residenti gewwa in-Naxxar;
Samuel Ritchie, ta’ 48 sena, residenti gewwa l-Kappara;
Jonathan Gilson, ta’ 27 sena residenti gewwa Paola;
Huma gew akkuzati :
John Saliba u Samuel Ritchie wehidhom :
Talli fit-3 ta' Lulju 2008 u fil-gimghat ta' qabel, bi vjolenza jew theddid, inkluz is-serq ta' persuna, b'qerq jew ingann, uzu influenza jew pressjoni, u billi ta jew ircieva hlasijiet jew beneficcji sabiex jottjenu l-kunsens tal-persuna li kellu l-kontroll fuq persuna ohra, ittraffika persuna bil-ghan li din il-persuna tigi sfruttata ghall-prostituzzjoni
John Saliba, Samuel Ritchie u Jonathan Gilson :
Talli fit-3 ta' Lulju 2008 u matul ix-xhur precedenti, f'dawn il-Gzejjer, b'diversi atti maghmulin minnhom, ukoll jekk fi zminijiet differenti u li jiksru l-istess dispozizzjoni tal-ligi, u li gew maghmula b`rizoluzzjoni wahda :
Xjentement ghexu ghal kollox jew in parti mill-qliegh tal-prostituzzjoni ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija;
Zammew jew ezercitaw jew kellhom sehem ma' ohrajn fl-ezercizzju ta' burdell jew ta' dar, hanut jew lokal iehor jew ta' xi parti minnhom li huma ffrekwentati jew maghduda bhala li huma ffrekwentati ghal skop ta prostiuzzjoni jew ghal skopijiet ohra immorali;
Bhala persuni responsabbli minn hanut, allogg jew lukanda jew appartament privat hallew jew ippermettew li dak il-hanut, allogg, lukanda jew appartament jew xi parti taghhom jigu wzati bhala post ta' laqgha ghal skop ta' prostituzzjoni jew ghal skopijiet ohra immorali.
John Saliba u Jonathan Gilson wehidhom :
Talli fit-3 ta' Lulju 2008 u matul ix-xhur precedenti, f’fond jinsab gewwa Triq Ghar il-Lembi, Sliema u fi bnadi ohra f'dawn il-Gzejjer, b'diversi atti maghmulin minnhom, ukoll jekk fi zminijiet differenti u li jiksru l-istess dispozizzjoni tal-ligi, u li gew maghmula b`rizoluzzjoni wahda;
Talli bhala s-sidien jew li ghandhom taht idejhom l-amministrazzjoni ta' dar jew fond li jinsab gewwa Triq Ghar il-Lembi, Sliema xjentement taw b' kiri, jew ipermettew l-uzu ta' dawn il-post ghal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet ohra immorali;
Impjegaw jew taw xoghol lill-persuni li ma kienux persuni ezenti u la ma kellhomx licenzja moghtija lilhom ghal dak l-impjieg jew xoghol skond id-disposizzjonijiet tal-Att Dwar l-Immigrazzjoni, Kap. 217 tal-Ligijiet ta' Malta, jew b'mod iehor ghent jew assistejt lil xi persuna li ma tkunx persuna ezent fl-ghemil ta' reat mahsub fl-Artikolu 23 tal-istess Att u dan bi ksur ta’ l-Artikolu 32 (1) (b) tal-istess Att. Bhala principali impjegajtu xi persuna li ma kienetx cittadin ta' Malta, liema persuna ma kelliex permess tax-xoghol u dan bi ksur ta' l-artiklu 7 Avviz legali 193.
Samuel Ritchie wahdu:
Talli, f'dawn il-Gzejjer, fit-3 ta' Lulju 2008 u fil-gimghat ta' qabel :
Bla ordni skond il-ligi ta' awtorita` kompetenti u barra mill-kazijiet li fihom il-ligi taghti s-setgha lil privat li jarresta lill-hati, arresta, zamm jew issekwestra lil vittma kontra l-volonta' taghha, jew tal-post biex din il-persuna tigi arrestata, mizmuma jew sekwestrata u dan bhala mezz biex l-imsemmija tigi mgieghla taghmel xi haga jew toqghod ghal xi haga li toffendi l-misthija tas-sess taghha;
Talli sar recediv a termini tal-Artikoli 49 u 50 tal-Kodici Kriminali billi ikkommetta reat, wara diversi sentenzi li saru definittivi.
L-akkuzati wiegbu mhux hatja ta' l-akkuzi migjuba kontrihom u l-Qorti taghtom il-helsien mill-arrest bil-kundizzjonijiet li jiffirmaw l-Ghassa tad-Distretti rispettivi taghhom, jirrinkazaw bejn 8pm u 10am (ta' l-Ghada), depozitu ta' € 5 000, garanzija personali ta' € 5 000 u kundizzjonijiet ohra.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Louise Calleja.
Court - Prostitution
Report
Date
Info
Category
05 July 2008
Illum ghal habta tal-hdax u nofs iddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’Hay Wharf wara li gew salvati ‘l barra minn Malta.
Il-grupp kien jikkonsisti f’26 u li huma kollha rgiel.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
05 July 2008
Illum f’nofsinhar (12:00) quddiem il-Magistrat Dr Apap Bologna LL.D. l-Pulizija ser tressaq 10 persuni, fejn 7 nisa ser ikunu akkuzati b’atti immorali fil-pubbliku waqt li t-3 irgiel ser ikunu akkuzati bi prostituzzjoni.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
04 July 2008
Dal-ghodu ghal habta tad-disgha l-Pulizija kienet infurmata li kienet ghadha kemm sehhet serqa f’Ta’ Qali.
Minn stharrig preliminari tal-Pulizija rrizulta li hekk kif ragel kien diehel fil-Pitkali gie mwaqqaf minn ragel iehor li kien f’karozza fejn dan hataflu basket li kien fih ammont sostanzjali ta’ flus kontanti u wara harab minn fuq il-post. Il-halliel s’issa ma jirrizultax li kien armat u lanqas mghammad. Il-vittma ghandu ta’ 72 sena.
B’dan il-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Apap Bologna LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa ghadhom ghaddejjin.
Hold-Up
Report
Date
Info
Category
04 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada s-Sibt 5 ta’ Lulju, 2008 l-Ghassa tal-Belt Valletta ser tkun miftuha ghal pubbliku bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ wara nofsinhar (0900hrs - 1700hrs).
Fl-ghaxra ta’ fil-ghodu (1000hrs) ser titella’ wirja ta’ pets mill-membri tal-Korp tal-Pulizija fi Pjazza Helsien, fil-Belt Valletta.
Fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (2030hrs) gewwa Bugibba ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, tittella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija. Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dawn l-attivitajiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
03 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada l-Gimgha 4 ta’ Lulju, 2008 l-Ghassa ta’ San Giljan ser tkun miftuha ghal pubbliku bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ wara nofsinhar (0900hrs - 1700hrs).
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
03 July 2008
Dal-ghodu ghal habta ta’ l-erbgha (0400hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna mejta (ragel x’aktarx barrani) fil-bahar fl-inhawi ta’ San Pawl il-Bahar.
Bhalissa l-Pulizija ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha u aktar informazzjoni tinghata izjed ‘il quddiem.
Referenza qed issir ghall-Istqarrija li harget aktar kmieni llum rigward is-sejba ta’ katavru fil-bahar.
Ghal habta ta’ l-erbgha (0400hrs) il-Pulizija kienet infurmatha minn ragel li kien ghadu kif lemah gisem wiccu l’isfel fil-bahar fl-inhawi ta’ Dawret il-Gzejjer, San Pawl il-Bahar. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li l-katavru kien ta’ ragel. Il-katavru ma kienx fi stat ta’ dikompozizzjoni u lanqas ma kellu sinjali ta’ vjolenza fuqu. Ir-ragel huwa ismar, irqiq, twil madwar hames piedi u tmien pulzieri, xaghru qasir iswed u kien liebes flokk abjad u iehor iswed tahtu, qalziet (tat-tracksuit) iswed bir-rigi bojod fil-genb u papocc abjad bl-iswed.
B’din is-sejba giet infurmata l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Padovani fejn din hatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. Awtospja fuq il-katavru ser issir dal-ghodu stess.
Aktar investigazzjoni mill-Pulizija bhalissa ghadhom ghaddejjin.
Kull min ghandu xi tip ta’ informazzjoni fuq dan ir-ragel huwa mitlub jghaddiha lil Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119.
Body found at Sea
Report
Date
Info
Category
02 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada l-Hamis 3 ta’ Lulju, 2008 l-Ghassa ta’ Birkirkara ser tkun miftuha ghal pubbliku bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ wara nofsinhar (0900hrs - 1700hrs).
Fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (2030hrs) gewwa Birkirkara stess ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, tittella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija. Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dawn l-attivitajiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
01 July 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ghada l-Erbgha 2 ta’ Lulju, 2008 l-Ghassa ta’ Hal Qormi ser tkun miftuha ghall-pubbliku bejn id-disgha ta’ fil-ghodu u l-hamsa ta’ wara nofsinhar (0900hrs - 1700hrs).
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
01 July 2008
Il-bierah, it-Tnejn 30 ta’ Gunju, 2008, il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni kompliet b’aktar spezzjonijiet fi stabbilimenti varji rigward persuni barranin impjegati minghajr il-permessi necessarji.
Il-Pulizija ghamlet numru ta’ spezzjonijiet fi stabbilimenti f’tas-Sliema u Marsaskala. Il-maggoranza ta’ dawn l-istabbilimenti nstabu konformi mal-ligijiet. Pero zewg stabbilimenti f’Marsaskala nstab li kienu qed jimpjegaw persuna barranija kull wiehed minghajr il-permessi necessarji. Iz-zewg barranin huma mill-Polonja u mic-Cina. Il-persuna mic-Cina kienet ukoll qed tghix f’Malta illegalment (overstaying). Is-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti tressqu l-Qorti llum fil-waqt li l-persuna mic-Cina nhargitilha ordni ta’ tnehhija (removal order).
Is-sidien ta’ l-istabbilimenti li tressqu l-Qorti llum quddiem il-Magistrat Dr. A. Mizzi LL.D. huma John Mangion u Jesmond Mangion. Dawn gew immultati €1,200 kull wiehed, wara li huma ammettew l-akkuzi dedotti kontra taghhom.