Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Report
Date
Info
Category
29 June 2008
L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest 16-il persuna wara sejba ta’ droga fil-pussess taghhom matul il-lejl li ghadda waqt party li kien organizzat fi stabbiliment ta’ divertiment fl-inhawi tar-Rabat Malta.
Is-sejbiet ta’ droga ecstasy, kokajina u raza tal-kannabis saru wara diversi tfittxijiet u sorveljanza li saret minn diversi membri ta’ l-iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija. Il-persuni arrestati, 10 guvintur u 6 tfajliet, li l-eta’ taghhom tvarja bejn is-17 u 30 sena, huma residenti l-Floriana, Birkirkara, San Pawl il-Bahar, il-Gzira, Ghajnsielem Ghawdex, Birzebbugia, Zejtun, Swieqi, Bahar ic-Caghaq, San Giljan, il-Mosta kif ukoll ragel ta’ nazzjonalita’ Skocciza.
Huma nzammu arrestati ghall-aktar stharrig u xi whud minnhom ser jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga, wara li nstabu fil-pussess ta’ ammont ta’ droga li kienet intiza sabiex tigi traffikata jew irrizulta li kienu qed ibieghu d-droga wara dan il-party.
Aktar indagini mill-Pulizija ghadhom ghaddejjien.
Drugs
Report
Date
Info
Category
29 June 2008
Illum wara nofs in-nhar il-Pulizija ressqet diversi persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr D Clarke LLD.
Il-Pulizija ressqet lil Kaba Konate ta’ 26 sena u akkuzatu talli matul il-lejl ta’ bejn is-27 u t-28 ta’ Gunju, 2008 gewwa Triq San Gorg, San Giljan:
attakka jew ghamel resistenza bi vjolenza, ingurja, hedded jew ghamel offiza kontra Ufficjali tal-Pulizija, persuni inkarigati skond il-Ligi minn servizz pubbliku filwaqt li kienu qed jagixxu ghall-esekuzzjoni tal-ligi;
volontarjament hassar, ghamel hsara jew gharaq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobli u cioe’ uniformi u vettura tal-Pulziija ghad-dannu tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Gvern ta’ Malta;
volontarjament kiser il-bon ordni jew il-kwiet pubbliku b’ghajjat u glied u li kien jinsab fis-sakra b’mod li ma setghax jiehu hsieb tieghu nnifsu; u li
ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija, persuni nkarigati minn servizz pubbliku jew ma halliex jew fixkilhom waqt li kien qed jaghmlu d-dmirijiet taghhom.
L-imputat wiegeb hati ta’ l-akkuzi u l-Qorti kkundanatu ghal prigunerija ta’ tmien xhur, sospizi ghal sentejn.
F’kaz iehor, il-Pulizija ressqet il-Qorti lil Rita Cassar ta’ 54 sena u li hija mill-Marsa u akkuzatha talli:
fit-28 ta’ Gunju, 2008 minn lukanda fil-Gzira ikkommettiet serq ta’ flus ghad-detriment ta’ persuni ta’ nazzjonalita’ barranija; u li
bejn ix-xhur ta’ Frar u Mejju 2008 minn gewwa lukanda ohra ikkomettiet serq ta’ oggetti.
Rita Cassar ammettiet l-akkuzi migjuba kontra taghha u ssentenzjatha bi probation ghal sentejn, kif ukoll tpoggiet taht l-attenzjoni ta’ probation officer.
F’kaz iehor il-Pulizija ressqet il-Qorti lil guvni ta’ 17-il sena ta’ nazzjonalita’ Ingliza u akkuzatu talli fid-29 ta’ Gunju, 2008:
bl-intenzjoni wettaq reat b’arma li taqta’ u bil-ponta fuq persuna ohra;
fid-data, hin u cirkostanza hedded u kkommetta griehi ta’ natura hafifa fuq persuna ohra;
kiser il-bon ordni jew il-kwiet pubbliku; u
fid-data, hin u cirkostanza kellu fil-prezenza tieghu strument li jaqta’ u bil-ponta minghajr il-licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Il-guvni ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u kien ikkundanat tmintax-il xahar habs sospizi ghal erba’ snin.
Court
Report
Date
Info
Category
29 June 2008
Matul il-lejl li ghadda l-Pulizija giet mghajjta ghall-assistenza waqt erba argumenti li sehhew f’San Giljan, San Pawl il-Bahar u l-Marsa.
Kmieni dalghodu ghall-habta tan-nofs siegha (00.30hrs) il-Pulizija gew infurmati li kien hemm bzonn l-assistenza taghha fi Triq San Gorg, f’San Giljan wara li kien hemm argument quddiem club.
Mill-ewwel investigazzjoni li saret fuq il-post irrizulta li waqt li ragel ta’ 26 sena mill-Kosta tal-Ivorju kien qieghed quddiem il-club kellu argument ma xi bouncers tal-istess club. Meta l-Pulizija ppruvat tikkalma is-sitwazzjoni ir-ragel ghal xi raguni tilef aktar il-kontroll u beda jghid kliem oxxen kif ukoll beda jipprova jhebb ghall-ufficjali tal-Pulizija.
Ir-ragel qed jinzamm mill-Pulizija biex jghinha fl-investigazzjoni.
____________________
Ftit minuti wara, ghall-habta tas-siegha (01.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm argument iehor quddiem club fi Triq San Gorg, f’San Giljan.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li zewgt irgiel kellhom argument bejnithom u wiehed minnhom sofra xi griehi minhabba li kienu ntuzaw xi flixken. L-irgiel huma t-tnejn ta’ nazzjonalita` Eritrea, ghandhom 25 u 28 sena u jirrisjedu B’Kara u Hal-Far (Tent Centre) rispettivament. Il-guvni ta’ 25 sena gie mehud l-Poliklinika tal-Gzira ghall-kura, fejn gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura hafifa.
___________________
Intant, ftit hin wara, ghall-habta tas-siegha u kwart (01.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li ragel safa ferut go bar fi Triq it-Tamar, San Pawl il-Bahar.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li guvni ta’ 17-il sena ta’ nazzjonalita` Ingliza dahal go bar li jinsab fl-imsemmija triq u ghal xi raguni fera lil barman bi strument li jaqta` u bil-ponta. Il-barman li ghandu 38 sena huwa ta’ nazzjonalita` Ingliza u residenti San Pawl il-Bahar. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Huwa gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura hafifa.
Il-Pulizija qieghda zzomm lil guvni biex jghinha fl-investigazzjonijiet taghha.
Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr Edwina Grima LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
_________________
Ghall-habta tas-siegha u nofs (01.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm argument iehor quddiem il-Marsa Open Centre.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn hemm gie innutat li fuq il-post kien hemm numru konsiderevoli ta’ immigranti lkoll iharsu lejn Pjazza fil-vicin fejn kien hemm ragel Somalu li aktarx kien fis-sakra u beda jikser il-buon ordni u l-paci. Waqt li l-Pulizija kienu qed izommu lis-Somalu biex jikkallmaw is-sitwazzjoni, tlett immigranti ohra pruvaw ihebbu ghall-Pulizija. Tnejn mill-irgiel kellhom hwejjighom b’ammont ta’ demm, izda meta l-Pulizija offritilhom biex tissejjah ambulanza fuq il-post huma rrifjutaw l-assistenza medika u bdew jheddu lill-membri tal-Korp tal-Pulizija. Wiehed mill-immigranti tela fuq il-vettura tal-Iskwadra tal-Mobile u beda jobzoq lejn il-Pulizija. L-immigranti gew mizmuma mill-Pulizija biex jghinuha fl-investigazzjonijiet.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazjonijiet dwar il-kaz u mhux esklus li jitressqu xi persuni l-Qorti.
Distrurbances
Report
Date
Info
Category
29 June 2008
Kmieni wara nofs in-nhar il-Pulizija ressqet il-Qoti quddiem il-Magistrat Dr D Clarke LLD lil Paul Magro ta’ 35 sena minn Birzebbugia u akkuzatu talli fis-26 ta’ Gunju 2008 u fix-xhur ta’ qabel din id-data :
Ikkommetta serq ta’ flus kontanti minn hotel sitwata fi Triq Borg Olivier, il-Mellieha, liema serq huwa kkwalifikat bil-vjolenza u bil-mezz u li sar ghad-detriment ta’ l-amministraturi ta’ l-istess fond u/jew persuni ohra;
Bla ordni skond il-ligi ta’ l-awtorita’ kompetenti u barra mill-kazijiet li fihom il-ligi taghti is-setgha lill-privat li jarresta lill-hati, arresta, zamm jew issekwestra ragel kontra l-volonta’ tieghu;
Fil-Qawra nhar il-5 ta’ Ottubru 2007 ghall-habta tas-saghtejn ta’ wara nofs inhar, ikkommetta serq ta’ madwar € 140 fi flus kontanti minn hotel sitwatafi Triq il-Qawra, liema serq huwa kkwalifikat bil-mezz u li sar ghad-detriment ta’ l-amministraturi ta’ l-istess fond u/jew persuni ohra;
fil-Mellieha fil-perijodu ta’ bejn Novembru 2007 u Jannar 2008, F’xi hin matul il-jum, ikkommetta serq ta’ flus kontanti minn hotel sitwata fi Triq Adenau, liema serq huwa kkwalifikat bil-valur li jeccedi s-somma ta’ € 233 izda inqas minn € 2330 u bil-mezz u li sar ghad-detriment ta’ l-amministraturi ta’ l-istess fond u/jew persuni ohra;
L-akkuzat ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u wehel sentejn habs sospizi ghal erba snin bil-kundizzjoni li jsegwi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga kif ukoll ordni ta’ supervizjoni ghal-erba’ snin.
F’kaz iehor, il-Pulizija ressqet lil Suleiman Ismail Abubaker ta’ 27 sena minn San Pawl il-Bahar quddiem il-Magistrat Dr D Clarke LL.D. u akkuzatu talli matul il-lejl ta’ bejn is-27 u t-28 ta’ Gunju, 2008 gewwa Triq San Gorg, San Giljan:
attakka jew ghamel resistenza bi vjolenza, ingurja, hedded jew ghamel offiza kontra Ufficjali tal-Pulizija, persuni inkarigati skond il-Ligi minn servizz pubbliku filwaqt li kienu qed jagixxu ghall-esekuzzjoni tal-ligi;
volontarjament hassar, ghamel hsara jew gharaq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobli u cioe’ uniformi u vettura tal-Pulziija ghad-dannu tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Gvern ta’ Malta;
volontarjament kiser il-bon ordni jew il-kwiet pubbliku b’ghajjat u glied; u li
ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija, persuni nkarigati minn servizz pubbliku jew ma halliex jew fixkilhom waqt li kien qed jaghmlu d-dmirijiet taghhom.
L-imputat wiegeb hati ta’ l-akkuzi u l-Qorti kkundanatu ghal prigunerija ta’ ghaxar xhur, sospizi ghal sentejn bil-kundizzjoni li jhallas is-somma ta’ €300 fi zmien sitt xhur.
Court
Report
Date
Info
Category
29 June 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, it-Tlieta 1 ta’ Lulju, 2008, l-Ghassa ta’ Bormla ser tkun miftuha ghall-pubbliku mid-disgha ta’ filghodu sal-hamsa ta’ wara nofs in-nhar (09:00-17:00).
Fit-tmienja u nofs ta’ fil-ghaxija (20.30hrs) gewwa l-pjazza ta’ Bormla ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, titella’ wirja mill-Precision Drill Team u wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija. Prezenti ser ikun hemm ukoll zwiemel mis-Sezzjoni tal-Kavallerija u muturi mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jattendi.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
29 June 2008
Il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti fis-saghtejn u nofs (14.30hrS) quddiem il-Magt Dr D Clarke LLD, in konnessjoni mal-argument li nqala f’San Pawl il-Bahar.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
28 June 2008
Ghall-habta tas-sebgha u nofs ta’ filghaxija (19.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien qed isehh argument fil-playing field fi Triq is-Salib tal-Marsa, il-Marsa.
Il-Pulizija kemm mill-Iskwadra tal-Mobile kif ukoll mid-Distrett tal-Hamrun marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kien inqala argument bejn numru ta’ persuni ta’ nazzjonalita` Afrikana u persuna minnhom kienet sfat feruta. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet wiehed mill-irgiel l-Isptar Mater Dei ghal-kura medika. Ir-ragel gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi (minhabba ksur).
Il-Pulizija qed izzomm ragel, biex jghinha fl-investigazzjonijiet, filwaqt li l-identita` tal-vittma ghadha trid tigi stabbilita
Aktar stharrig mill-Pulizija dwar il-kaz ghadu ghaddej.
Grevious Bodily Harm
Report
Date
Info
Category
28 June 2008
Ghall-habta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofs in-nhar (15.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li ntlemah kadavru xi metres barra minn Zonqor Point, limiti ta’ Marsaskala.
Il-kadavru li kien liebes life jacket jinsab fi stat avvanzat ta’ dekompozizzjoni. Il-kadavru ddahhal f’Xatt it-Tiben, il-Floriana bl-ghajnuna tal-membri tal-AFM u tal-Pulizija mill-Iskwadra tal-ALE.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr E Grima LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Body found at Sea
Report
Date
Info
Category
28 June 2008
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mill-194 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, minn ghada l-Hadd 29 ta’ Gunju, 2008, jibdew ic-celebrazzjonijiet li jwasslu sat-12 ta’ Lulju, 2008 – Jum il-Pulizija.
L-ewwel attivita’ ser tibda b’quddiesa ghada l-Hadd fid-disgha ta’ fil-ghodu (09:00) gewwa l-Kappella tac-Cimiterju ta’ l-Addolorata fejn ser tigi ccelebrata quddiesa u wara jsir servizz fuq il-Qabar tal-Korp tal-Pulizija sabiex ikunu mfakkra l-membri mejta li servew fil-Korp matul iz-zminijiet.
Police Force Activity
Report
Date
Info
Category
27 June 2008
Il-bierah fil-ghaxija ghal habta tat-tmienja u nofs iddahhal grupp ta’ immigranti illegali gewwa Xatt it-Tiben.
Il-grupp ta’ immigranti kien gie salvat aktar kmieni minn lanca Taljana. Il-grupp kien maghmul minn 71 persuna. Dawn kienu jikkonsistu f’sitt nisa u l-kumplament irgiel. Wiehed mill-irgiel iddahhal l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata kura medika.
Is-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni qed tinvestiga dan il-kaz.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
26 June 2008
Dalghodu ghall-habta tad-disgha neqsin ghaxra, il-Pulizija kienet infurmata li f’residenza privata fi Triq il-Maghluq, M’Skala kien sehh tentattiv ta’ omicidju.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet irrizulta li ragel ta’ 40 sena ipprova jifga’ lil mara tieghu. Kien ir-ragel stess li cempel ghall-assistenza medika kif ukoll lill-Pulizija. Il-Pulizija li waslu fuq il-post taw l-ewwel ghajnuna lill-vittma sakemm giet l-ambulanza fejn wara din ittiehdet immedjatament l-Isptar Mater Dei.
Il-mara li ghandha 36 sena giet iccertifikata li tinsab fil-periklu li titlef hajjitha. Wara l-incident ir-ragel inghata l-assistenza medika fejn gie riferut ghal aktar kura fl-Isptar Monte Carmeli. Ir-ragel huwa membru fil-Korp tal-Pulizija.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Anthony Vella LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Dalghodu ghall-habta tad-disgha neqsin ghaxra, il-Pulizija kienet infurmata li f’residenza privata fi Triq il-Maghluq, M’Skala kien sehh tentattiv ta’ omicidju.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet irrizulta li ragel ta’ 40 sena ipprova jifga’ lil mara tieghu. Kien ir-ragel stess li cempel ghall-assistenza medika kif ukoll lill-Pulizija. Il-Pulizija li waslu fuq il-post taw l-ewwel ghajnuna lill-vittma sakemm giet l-ambulanza fejn wara din ittiehdet immedjatament l-Isptar Mater Dei.
Il-mara li ghandha 36 sena giet iccertifikata li tinsab fil-periklu li titlef hajjitha. Wara l-incident ir-ragel inghata l-assistenza medika fejn gie riferut ghal aktar kura fl-Isptar Monte Carmeli. Ir-ragel huwa membru fil-Korp tal-Pulizija.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Anthony Vella LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Illum wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa minn lukanda fil-Mellieha.
Minn stharrig preliminari tal-Pulizija irrizulta li ragel kien dahal f’games room ta’ lukanda u minn hemm seraq ammont ta’ flus kontanti. Impjegat li nduna bil-halliel ipprova jwaqqfu izda l-halliel heddu u harab minn fuq il-post b’vettura. Aktar tard il-Pulizija sabet lis-suspettat u l-vettura f’Birzebbuga. Is-suspettat gie arrestat mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet. Fil-vettura nstabu xi ghodod.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Theft - Solved
Report
Date
Info
Category
26 June 2008
Matul il-lejl li għadda l-Pulizija kienet infurmata b’daħla ta’ żewg dgħajjes ta’ immigranti illegali.
L-ewwel dgħajsa daħlet għal ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu (01.00hrs) f’Xatt it-Tiben, il-Floriana. Il-grupp ta’ immigranti illegali kien jikkonsisti minn 23 persuna lkoll irġiel.
It-tieni dgħajsa daħlet fil-ħamsa (05.00hrs) fil-Port ħieles limiti ta’ Birżebbugia. Il-grupp kien magħmul minn 27 persuna lkoll irġiel.
The first boat entered Haywharf, Floriana at 01.00hrs with 23 male illegal immigrants;
2) The second boat entered the Freeport, l/o B'Bugia at 05.00hrs having 27 male illegal immigrants.
Dalghodu ghall-habta tal-hdax u nofs (11.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta fi Triq Lazzru Pisani, Haz-Zebbug.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 40 sena minn Had-Dingli kien qed jaghmel xi xogholijiet ta’ tibjid ghal xi raguni waqa minn fuq sellum. Hu waqa’ gholi ta’ madwar sular. Fuq il-post issejhu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghal kura medika fejn gie ccertifikat li mhux fil-periklu li jitlef hajjtu.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Health-Related: Work
Report
Date
Info
Category
23 June 2008
Tard wara nofsinhar il-Pulizija ġiet infurmata li ddaħħlu żewġ gruppi ta’ immigranti illegali, wieħed fl-erbgħa u nofs (16.30) u l-ieħor fis-sitta (18.00) fiċ-Ċirkewwa u f’Xatt it-Tiben, Floriana rispettivament.
L-ewwel grupp li ddaħħal kien jikkonsisti f’27 persuna - 25 raġel u żewġ nisa, waqt li t-tieni grupp kien jikkonsisti f’ 28 persuna - 22 raġel, ħames nisa u minuri.
Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni għadhom għaddejin.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
23 June 2008
Għal ħabta tas-sitta u nofs il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Annunziata ġewwa Santa Venera kien ħiereġ ammont ta’ duħħan minn dar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza. Minn investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija rriżulta li n-nar zvolġa fil-kamra tal-bejt wara li kien innutat ammont ta’ duħħan.
Fil-ħin ta’l-inċident kien hemm tlett persuni li kienu ċċertifikati li qed isofru minn xokk. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Fuq il-post waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Fire
Report
Date
Info
Category
22 June 2008
Ftit qabel is-sebgha, iddahhal grupp ta’ immigranti illegali mill-Forzi Armati ta’ Malta gewwa Xatt it-Tiben.
Il-grupp huwa maghmul minn 27 persuna u dawn jikkonsistu f’19-il ragel u tmien nisa. Dawn l-immigrant gew salvati aktar kmieni minn lanca tas-sajd barranija madwar 98 mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Malta.
Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
22 June 2008
Ftit qabel it-tmienja ta’ dal-ghodu l-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fic-Cirkewwa u kien hemm sewwieq ta’ mutur mwegga’ serjament. L-incident huwa bejn mutur u vann.
Referenza qed issir ghall-Istqarrija li harget aktar kmieni rigward incident tat-traffiku fic-Cirkewwa ghal habta tat-tmienja neqsin ghaxra ta’ dal-ghodu (0750hrs).
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li l-kolluzzjoni sehhet bejn mutur u minibus. Is-sewwieq tal-mutur guvni ta’ 27 sena minn Hal Qormi tilef hajtu fuq il-post ta’ l-incident.
B’dan l-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. J. Apap Bologna LL.D fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet dwar dan l-incident bhalissa ghadhom ghaddejjin.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
21 June 2008
Illum tressqu dawn il-persuni b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. J. Apap Bologna LL. D:
Keith Cremona ta’ 20 sena mill-Belt Valletta u
Marlon Zarb ta’ 19-il sena mill-Gzira
Gew akkuzati li fil-21 ta’ Novembru, 2007 ghal habta tas-6.20pm f’banka tal-lottu fi Pjazza Lunzjata, Sliema:
Li kkommettew serq ta’ flus, telefon cellulari u xi oggetti ohra, liema serq hu kkwalifikat bil-vjolenza, mezz u valur (hold-up);
Li arrestaw, zammew jew issekwestraw lil persuna ohra kontra l-volonta` taghha;
Li kellhom fuqhom arma tan-nar/arma regolari, imitazzjoni ta’ arma tan-nar/arma regolari;
Li kellhom fil-pussess taghhom, taht il-kontroll taghhom jew garrew barra minn xi fond arma tan-nar elenkata fl-iskeda 2 tal-Kap. 480.
Keith Cremona wahdu gie akkuzat ukoll li fl-istess data ghal habta tad-9pm gewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Furjana:
Halef falz quddiem ufficjal li kellu s-setgha b’ligi li jaghti gurament;
Iddenunzja lill-Pulizija reat li jaf li ma sarx;
Irrenda ruhu recediv.
L-imputati wiegbu li ma kienux hatja tal-akkuzi dedotti kontrihom. Il-Qorti ma laqghatx it-talba ghall-helsien mill-arrest u l-imputati gew mehuda gewwa il-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Mercieca.
Illum tressaq il-Qorti ukoll Abdirahman Farah Shuriye mis-Somalja fejn gie akkuzat li dal-lejl gewwa l-Marsa stupra guvni Malti u li seraq telefon cellulari.
L-imputat m’ammettiex l-akkuzi migjuba kontrih. Huwa ma naghatx helsien mill-arrest u gie mehud fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Agius u l-Ispettur Melvin Camilleri.
Court
Report
Date
Info
Category
21 June 2008
F’dawn l-ahhar granet, il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ikkonkludiet zewg investigazzjonijiet separati, dwar importazzjoni u traffikar ta’ droga eroina u raza tal-kannabis, fejn b’kollox gew arrestati seba’ persuni.
L-ewwel sejba ta’ droga, li kienet eroina saret nhar l-erbgha 18 ta’ Gunju fil-ghodu wara li l-Pulizija segwiet il-passi ta’ ragel ta’ nazzjonalita` Ungeriza ta’ 28 sena li kien wasal Malta matul il-lejl ta’ qabel, fuq titjira minn Brussell. Il-Pulizija segwiet il-passi tieghu u meta fil-ghodu huwa kien innotat jirkeb f’vettura misjuqa minn mara Maltija ta’ 28 sena minn Hal Qormi, huma twaqqfu u fuq il-persuna tar-ragel nstabet kapsola kontenenti d-droga eroina.
Iz-zewg persuni gew arrestati u peress li kien suspettat li r-ragel seta’ kien qed igorr aktar kapsoli fl-istonku tieghu, huwa ittiehed lejn l-Isptar Mater Dei, fejn b’kollox irrizulta li huwa kien qed igorr mat-30 kapsola ohra fl-istonku tieghu. Il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Antonio Mizzi LL.D kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. Mat-tliet mitt (300) gramma ta’ droga eroina gew sekwestrati mill-Pulizija.
Ir-ragel ta’ nazzjonalita` Ungeriza tressaq il-Qorti nhar il-gimgha 20 ta’ Gunju u kien akkuzat quddiem il-Magistrat Dr. Silvio Meli LL.D b’assocjazzjoni, importazzjoni u pussess mhux ghall-uzu personali tad-droga eroina. Huwa wiegeb mhux hati izda ma nghatax il-liberta` provisorja u qed jinzamm gewwa il-Facilita` Korettiva ta’ Kordin.
It-tieni investigazzjoni waslet ghas-sejba ta’ droga raza tal-kannabis wara granet ta’ stharrig u wara li l-Pulizija bdiet issegwi l-passi ta’ xi persuni. Is-sejba inizjali f’dan il-kaz saret fl-inhawi tal-Qammiegh, limiti tal-Mellieha. Hawnhekk nstab mal-kilo u nofs droga raza tal-kannabis kemm fil-vettura kif ukoll f’ghalqa ta’ ragel ta’ 27 sena minn Naxxar. Il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Antonio Mizzi LL.D kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar tfittxijiet wasslu sabiex tinstab aktar droga raza tal-kannabis gewwa garaxx fil-Mosta. Filfatt nstabu madwar hames (5) kilogrammi ohra ta’ raza tal-kannabis. Gew arrestati inkonessjoni ma’ din l-ahhar sejba, zewgt irgiel Maltin, wiehed ta’ 32 sena minn San Pawl il-Bahar u l-iehor ta’ 40 sena mill-Mosta, ragel ta’ nazzjonalita` Egizzjana ta’ 39 sena residenti Bugibba u ragel ta’ 26 sena ta’ nazzjonalita` Libjana ukoll residenti gewwa Bugibba. Il-Magistrat Dr. Jacqueline Padovani LL.D kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Din it-tieni sejba waslet biex tressqu il-Qorti r-ragel Malti ta’ 27 sena minn Naxxar li kien akkuzat bi traffikar u pussess mhux ghall-uzu personali tad-droga raza tal-kannabis, kif ukoll r-ragel l-iehor Malti ta’ 32 sena minn San Pawl il-Bahar li kien akkuzat bil-pussess mhux ghall-uzu personali ta’ droga raza tal-kannabis. It-tnejn ma ammettewx l-akkuzi migjuba fil-konfront taghhom, izda ma nghatawx il-helsien mill-arrest u qed jinzammu taht arrest preventiv gewwa il-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.
Aktar investigazzjonijiet fiz-zewg kazijiet ghadhom ghaddejjin.
Drugs
Report
Date
Info
Category
21 June 2008
Kmieni dalgħodu għal ħabta tas-sagħtejn u nofs (2:30) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan kien seħħ inċident stradali.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni sewwieq ta’ mutur, ġuvni ta’ 26 sena minn Raħal Ġdid, tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li daħal f’central strip u ħabat ma arblu tad-dawl. Passiġġier mal-ġuvni kien hemm tfajla.
Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei fejn kienu ċċertifikati li kienu fil-periklu li jitilfu ħajjithom.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat ta’ l-Għassa Dr Silvio Meli LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta tiegħu.
Intant, stqarrija Stampa li ħarġet tard tghid li l-qagħda taż-żewġ persuni hija waħda stabbli.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
21 June 2008
Illum fin-nofsiegħa (12.30) quddiem il-Magistrat Dr J Apap Bologna LL.D. l-Pulizija ser tressaq il-Qorti raġel ta’ 32 sena minn San Pawl il-Baħar u ser takkuzah b’pussess ta’ droga.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
21 June 2008
Dalgħodu għal ħabta tat-tlieta u nofs (3.30) waqt ronda li kienu qed jagħmlu l-Pulizija fi Triq id-Dragunara, San Ġiljan, kienu nnutati żewġ ġuvintur li deheru suspettużi.
Hekk kif dawn il-ġuvintur, wieħed ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi u l-ieħor ta’ 21 sena mill-Marsa, indunaw bil-preżenza tal-Pulizija telqu jiġru fejn inqabdu ftit tal-ħin wara. Wieħed mill-ġuvintur deher jarmi basket ftit qabel inqabad mill-Pulizija. Saret tfittxija fuq iż-żewġ guvintur fejn instabu diversi oġġetti li allegatament kienu għadhom kemm insterqu.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejin.
Theft - Red Handed
Report
Date
Info
Category
20 June 2008
Il-bierah, il-Hamis 19 ta’ Gunju, 2008, il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni kompliet b’aktar spezzjonijiet f’diversi stabbilimenti rigward persuni barranin impjegati minghajr il-permessi necessarji.
Fil-fatt saru numru ta’ spezzjonijiet fi stabbilimenti f’Bugibba u fil-Qawra. Il-maggoranza ta’ dawn l-istabbilimenti nstabu konformi mal-ligijiet. Pero zewg stabbilimenti nstab li kienu qed jimpjegaw persuna barranija kull wiehed minghajr il-permessi necessarji. Is-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti tressqu l-Qorti llum fil-waqt li l-persuni barranin inhargitilhom ordni ta’ tnehhija (removal order). Iz-zewg persuni barranin huma min-Nigerja u mill-Marokk.
Is-sidien ta’ l-istabbilimenti li tressqu l-Qorti llum huma Edward Cachia u Palabiyik Zafer. Dawn gew immultati €1,200 kull wiehed, wara li huma ammettew l-akkuzi dedotti kontra taghhom.
Ghal habta tas-seba ta’ dalghodu (07.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li iddahhlu xi immigranti illegali gewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti f’26 persuna, 22 ragel u 3 nisa u tarbija.
Il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
19 June 2008
Ghall-habta tas-saghtejn nieqes kwart (13.45hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Hal-Far, Birzebbugia kien sehh incident stradali.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari irrizulta li waqt li zewg vetturi tat-tip Citroen AX u trailer tat-tip DAF kienu ghaddejien mit-triq imsemmija ghal xi raguni habtu head-on. Fuq il-post issejhu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza sabiex jaghtu l-assistenza taghhom. Is-sewwieqa tas-Citroen, tfajla ta’ 18-il sena minn B’Bugia, ittiehdet l-Isptar Mater Dei fejn giet iccertifikata li qed issofri minn griehi gravi imma mhijiex fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tat-trailer ghandu 26 sena hu huwa minn Hal-Tarxien ma garrab ebda griehi.
Ivestigazzjonijiet mill-Pulzija ghadhom ghaddeja.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
18 June 2008
Nhar it-Tnejn 16 ta’ Gunju, 2008, il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni ghamlet spezzjonijiet f’diversi stabbilimenti f’San Giljan u Paceville rigward persuni barranin impjegati minghajr il-premessi necessarji.
B’kollox saru spezzjonijiet f’26 stabbiliment. Il-maggoranza ta’ dawn l-istabbilimenti instabu konformi mal-ligijiet. Izda tliet stabbilimenti nstab li kienu qed jimpjegaw persuna barranija kull wiehed minghajr il-permessi necessarji. Is-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti tressqu llum il-Qorti fil-waqt li l-persuni barranin inhargitilhom ordni ta’ tkeccija (removal order). It-tliet barranin huma mill-Libja, mis-Serbja u mic-Cina.
Is-sidien ta’ l-istabbilimenti li tressqu l-Qorti llum huma Alfredo Spiteri De Barro, Angelo Paulini u Edward Cachia. Dawn gew immultati €1,200 kull wiehed, wara li huma ammettew l-akkuzi dedotti kontra taghhom.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sandro Zarb u l-Ispettur Nezren Grixti.
Illegal employment
Report
Date
Info
Category
17 June 2008
Dal-lejl il-Pulizija giet infurmata li ddahhlu zewg gruppi ta’ immigranti illegali f’Xatt it-Tiben, Floriana.
Id-dghajjes iddahhlu bl-ghajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta. L-ewwel grupp ddahhal ghall-habta tal-ghaxra u nofs (22.30hrs) kien jikkonsisti f’26 persuna; 25 ragel u mara wahda. It-tieni grupp ddahhal ghal-habta tas-sija ta’ filghodu (01.00hrs) kien jikkonsisti f’ 27 persuna lkoll irgiel.
Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta u kwart (03.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Depiro, Sliema kien hemm xi nirien.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn sehh l-incident u minn stharrig preliminari rrizulta li ghal xi raguni vettura tat-tip Seat Ibiza kienet qieghda taqbad. Fuq il-post issejhet l-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Intant, tlett vetturi ohra tat-tip Opel Astra, Peugeot 107 u Volkswagen Lupo, li kienu jinsabu vicin il-vettura hadu n-nar u garrbu xi hsarat. Hsarat gew ikkawzati ukoll mal-faccata ta’ zewg hwienet li jinsabu fit-triq imsemmija.
Bil-kaz giet nfurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Doreen Clarke LLD li hatret l-esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Investigazzjonijiet fuq il-kaz ghadhom ghaddeja mill-Pulizija.
Fire
Report
Date
Info
Category
16 June 2008
Kmieni dalgħodu bejn nofs il-lejl neqsin kwart u s-siegħa l-Pulizija kienet infurmata li l-Forzi Armati ta’ Malta kienu daħħlu żewġ gruppi ta’ immigranti rregolari ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li l-grupp ta’ immigranti rregolari kien jikkonsisti minn 83 persuna, 76 ragel, 6 nisa u tifel.
Intant, għal ħabta tas-sebgħa (7.00hrs) l-Pulizija kienet infurmata illi f’Wied iż-Żurrieq kienet intlemħet dgħajsa titrakka max-xatt.
Il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma dawk ta’ l-Iskwadra Mobbli marru fuq il-post fejn kien innutati li l-immigranti rregolari kienu diġa nieżlu l-art, fejn il-grupp kien jikkonsisti f’26 raġel, li kollha kienu jidhru f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.
Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’dawn l-aħħar jiem żammet taħt arrest 5 persuni wara sejbiet ta’ droga f’ħidmiet separati ġewwa Buġibba u Paceville.
Nhar il-Ħamis 12 ta’ Ġunju, saret tfittxija ġewwa appartament f’Buġibba fejn kien maħsub li kienu qed jitkabbru xi pjanti tal-kannabis. Filfatt saret tfittxija fil-preżenza tal-persuna residenti fl-istess appartament, raġel ta’ 30 sena, u hemmhekk instabu żewġ pjanti tal-kannabis li kienu jidhru li ilhom jitkabbru għal xi żmien.
Il-Magistrat ta’ l-Għassa Dr. Miriam Hayman LL.D. kienet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Ħidma oħra saret matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda ġewwa Paceville. B’kollox ġew arrestati 4 persuni li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u 35 sena u li huma residenti Birkirkara, St. Lucija, Marsaskala u l-Qawra. Fil-pussess tagħhom instabet id-droga raza tal-kannabis.
Fil-pussess ta’ wieħed minnhom, li huwa ta’ nazzjonalita’ Sudaniża iżda residenti l-Qawra, instabu diversi biċċiet ta’ raża tal-kannabis li kienu lesti sabiex jinbiegħu kif ukoll ammont ta’ flus kontanti. Fit-tfittxija li saret aktar tard ġewwa r-residenza tiegħu nstabu aktar biċċiet ta’ raża tal-kannabis.
Aktar stħarriġ għadu għaddej mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija, fejn il-persuna ta’ nazzjonalita Sudaniża mistennija titressaq il-Qorti aktar tard illum.
Drugs
Report
Date
Info
Category
14 June 2008
Kmieni dalghodu ghall-habta tas-seba u kwart (07.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Bidni, f’Marsaskala kien waqa` xi bini u kien hemm xi persuni feruti.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li zewgt irgiel kienu qed jaghmlu xi xoghlijiet f’binja fit-triq imsemmija ghal xi raguni ceda s-saqaf b’konsegwenza li waqa xi gebel fuqhom. Fuq il-post issejjhu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jinhareg wiehed mill-vittmi minn qalb it-tifrik. Fuq il-post issejhet ukoll ambulanza li hadet lill-irgiel l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika, fejn bhalissa ghadhom qed jigu ikkurati ghal xi griehi li sofrew. L-irgiel ghandhom 54 u 29 sena u huma t-tnejn minn M’Skala.
Ir-Ragel ta' 54 sena gie ccertifikat li qed isofri minn griehi gravi pero mhux fil-periklu li jitlef hajtu filwaqt li l-guvni ta' 27 sena qed isofri minn griehi hfief.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet rigward dan il-kaz.
Health-Related: Work
Report
Date
Info
Category
14 June 2008
Illum tressqu dawn il-persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Micallef Trigona LL. D.
Fontanet Silvere u Serge Antoine Jose Perez, zewgt irgiel ta’ nazzjonalita’ Franciza, gew akkuzati b’sajd illegali fl-ibhra Maltin bejn il-11 u t-12 ta’ Gunju 2008. Huma wiegbu mhux hatja u nghataw liberta’ provizorja taht garanzija personali ta’ €116,000 bejniethom. Il-kaz gie diferit ghat-22 ta’ Lulju 2008.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur James Grech.
Dionisio Borg ta’ 47 sena mill-Hamrun gie akkuzat bi frodi u misapproprijazzjoni ta’ €2,100 ghad-dannu ta’ zewg persuni. L-akkuzat wiegeb li huwa hati ta’ l-akkuzi u gie liberat taht liberta` kundizzjonata skond Kap. 446 u li jhallas lil vittmi fi zmien sitt xhur.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ivan Cilia.
Court
Report
Date
Info
Category
14 June 2008
Illum wara nofsinhar instab katavru f’wicc il-bahar f’Marsaxlokk.
Il-katavru ittella` mill-bahar ghal fuq lanca tal-Forzi Armati ta’ Malta. Ghal habta tas-sitta (1800hrs) il-katavru ddahhal gewwa Xatt it-Tiben. Il-katavru kien fi stat qawwi ta’ dikompozizzjoni u ma kellux dokumenti ta’ identifikazzjoni fuqu. Il-katavru huwa ta’ ragel.
B’din is-sejba gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Micallef Trigona LL. D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.
Body at Sea
Report
Date
Info
Category
14 June 2008
Illum tressqu dawn il-persuni l-Qorti b’arrest quddiem il-Magistrat Dr. Micallef Trigona LL. D.
Carmelo Portelli ta’ 58 sena residenti Santa Lucija; u
Stephen Portelli ta’ 30 sena residenti Hal Tarxien.
Dawn gew akkuzati li fil-lejl ta’ bejn it-12 u t-13 ta’ Gunju 2008 gewwa z-Zejtun ikkagunaw feriti ta’ natura gravi fuq ragel iehor, ikkagunaw feriti ta’ natura hafifa fuq tfajla, li hebbew ghall-istess zewg vittmi, li volontarjament kissru l-bon ordni jew il-kwiet pubbliku b’ghajjat u glied u li saru ricedivi b’diversi sentenzi tal-Qorti liema sentenzi saru defenittivi.
Stephen Portelli wahdu gie akkuzat ukoll bi hsara volontarja fuq vettura tat-tfajla msemmija hawn fuq, li saq vettura b’manjiera traskurata u perikoluza u li bl-imgieba tieghu kkaguna lil din l-istess tfajla tibza` li ser tintuza l-vjolenza kontriha, kontra propjeta’ taghha jew kontra persuni li jigu minnha.
Il-Qorti laqghet it-talba ghall-helsien mill-arrest taz-zewg persuni taht garanzija personali ta’ €1,000 kull wiehed u numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li jiffirmaw fl-Ghassa tal-Pulizija.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Arthur Mercieca.
Court
Report
Date
Info
Category
13 June 2008
Ghall-habta tal-hamsa u nofs ta’ wara nofs in-nhar (17.30hrs) il-Pulizija giet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Sahha li fi Triq it-Torri ta’ Kenuna, in-Nadur, Ghawdex kien hemm guvni imwegga’. Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li guvni ta’ 17-il sena mill-Qala kien mixhut mal art u mitluf minn sensih. Fuq il-post biswit il-guvni instabet ukoll rota (bicycle). Iz-zaghzugh gie mehud l-Isptar Generali t’Ghawdex permezz ta’ ambulanza ghall-kura medika. Aktar tard il-guvni ingieb Malta, l-Isptar Mater Dei permezz tal-helicopter tal-Forzi Armata ta’ Malta biex jinghata aktar kura. Huwa gie ccertifikat li jinsab f’qaghda stabbli.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat Dr P Coppini LLD fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Health-Related
Report
Date
Info
Category
13 June 2008
Illum 13 ta' Gunju 2008, il-Pulizija ta' Kontra ir-Reati Ekonomici ipprezentat fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) citazzjoni fil-konfront ta' Philip Azzoppardi, ta' 57 sena minn Naxxar, u Anthony Mifsud, ta' 59 sena minn Birzebbugia, dwar reati relatati ma' interess privat f'aggudikazzjoni, u citazzjoni ohra fil-konfront ta' George Micallef, ta' 48 sena minn San Giljan, dwar dikjarazzjoni falza u reati dwar l-ippjanar ta' l-izvilupp, u dan in konnessjoni ma' l-investigazzjoni dwar allegat irregolaritajiet fl-ghoti tal-permess ghall-izvillup ta' "open-air entertainment area" fil-Mistra.
Iz-zewg citazzjonijiet se jigu appuntati u assenjati lil Magistrat/i fil-jiem li gejjien.
Court - Landuse Planning
Report
Date
Info
Category
13 June 2008
Il-Pulizija tixtieq tavza lill-pubbliku li gew installati sistemi godda ta’ telfonija f’xi Ghases tal-Pulizija. Dawn huma in-numri l-godda tat-telefon:-
Lokalita'
Ghassa
Ufficju ta’ l-Ghassa
Bormla
2294 3251
2294 3255
2294 3256
Paola
2294 3201
2294 3208
2294 3209
2294 3210
2294 3211
Sliema
2294 3351
2294 3358
2294 2431
2294 3359
2294 3360
2294 3361
San Giljan
2294 3401
2294 3408
2294 2435
2294 3409
2294 3410
2294 3411
2294 3412
Qawra
2294 3601
2294 3606
2294 2430
2294 3607
2294 3608
2294 3609
Police New Telephone Numbers
Report
Date
Info
Category
13 June 2008
Dal-ghodu ghal habta tal-hdax (1100hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet spluzzjoni fil-Qasam Industrijali ta’ Hal Far.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li magna li thallat xi kimika kienet splodiet f’wahda mill-fabbriki fil-post. Fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, tim mediku mill-Isptar Mater Dei u l-membri ta’ l-Awtorita’ u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol. Kawza ta’ din l-ispluzzjoni tliet persuni wegghu hafif.
Il-Pulizija bhalissa ghadha fuq il-post sabiex isir aktar stharrig.
Explosion
Report
Date
Info
Category
13 June 2008
Fin-nofsiegha ta’ fil-ghodu (0030hrs) waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda fit-toroq tal-Fgura innuttaw xi persuni suspettuzi fi Pjazza Patri Redent Cauchi.
Il-Pulizija ghamlet tfittxija fuq il-persuni suspettuzi li huma zewg guvintur u tfajla kif ukoll f’karozza ta’ wiehed minnhom. Waqt dawn it-tfittxijiet instabet id-droga eroina, cannabis, u xi oggett ohra relatati ma’ l-abbuz tad-droga.
It-tliet persuni qed jigu nvestigati mill-Pulizija.
Drugs
Report
Date
Info
Category
13 June 2008
Ghal habta tan-nofsiegha ta’ fil-ghodu (0030hrs) l-Pulizija kienet nfurmata li kien hemm glieda f’Misrah Dicembru Tlettax, Zejtun.
Meta l-Pulizija waslet fuq il-post sabet erba’ min-nies jiggieldu, tliet irgiel u tfajla. Waqt il-glieda zewg vetturi li jappartjenu ghal tnejn mill-persuni msemmija u kiosk li hemm fil-pjazza garbu diversi hsarat.
Il-persuni involuti huma dawn - guvni ta’ 28 sena miz-Zejtun sofra griehi serji, ragel ta’ 58 sena minn Santa Lucija sofra griehi hfief u tfajla ta’ 25 sena miz-Zejtun ma sofritx griehi. Dawn it-tliet persuni gew arrestati mill-Pulizija ghal aktar stharrig. Ir-raba’ persuna huwa ragel ta’ 30 sena minn Hal Tarxien u dan sofra griehi serji u nzamm l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura.
Grevious Bodily Harm
Report
Date
Info
Category
13 June 2008
Ghal habta tal-kwarta ta’ fil-ghodu (0015hrs) l-Pulizija kienet nfurmata li kienu gew sparati xi tiri fl-Ahrax tal-Mellieha.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li waqt li ragel kien qieghed fl-inhawi msemmija, persuni mhux maghrufa allegatament sparaw tiri ta’ arma/i tan-nar vicin tieghu. Huwa ma ntlaqatx u ma sofra l-ebda griehi.
Ir-ragel huwa mir-Renju Unit u bhalissa jinsab Malta ghal xi zmien.
Shooting
Report
Date
Info
Category
13 June 2008
Ftit qabel il-hdax ta’ filghaxija (2245hrs) meta l-Pulizija kienet nfurmata li fi Triq San Nikola, Bormla kien hemm vettura qed taqbad. Il-Pulizija marret fuq il-post indikat fejn rrizulta li vettura tat-tip Ford Escort kien inharqet totalment. Minn aktar stharrig irrizulta li l-vettura allegatament kienet insterqet aktar kmieni minn triq ohra f’Bormla stess.
Dwar dan l-incident ghaddejja Inkjesta Magisterjali mmexxija mill-Magistrat Dr. C. Scerri Herrera LL.D
Fire - Arson
Report
Date
Info
Category
12 June 2008
Wolfgang Brinkkötter gie rrapurtat nieqes lill-Pulizija.
Wolfgang ghandu 45 sena u huwa ta’ nazzjonalita` Germaniza. Huwa twil madwar 1.85 metri u huwa rqiq. Wolfgang jilbes nuccali tal-vista u l-ahhar li deher kien liebes qalziet (three-quarters) cream u flok griz/celesti.
Kull min ghandu xi nformazzjoni dwar Wolfgang Brinkkötter huwa mitlub jghaddiha lil Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.
Ghall-habta tal-erba’ u nofs (16.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li l-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu grupp ta’ immigranti illegali gewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 17-il persuna, 13 kienu rgiel, 2 nisa u 2 trabi.
Dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u kwart (11.15) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq Diċembru 13, il-Marsa kien għadu kif seħħ inċident stradali.
Il-Pulizija marrest immedjatament fuq il-post fejn il-ħabta seħħet bejn vettura tat-tip Mercedes u Volkswagen li kienu misjuqa minn ragel ta’ 61 sena u l-ieħor ta’ 59 sena mill-Pieta’ rispettivament.
Fuq il-post isejħet ambulanza li ħadet ix-xufier tal-Mercedes l-Isptar Mater Dei fejn sa issa għadu qed jingħata l-assistenza medika pero’ ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu, waqt li x-xufier l-ieħor kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn xokk.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
09 June 2008
Dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u kwart (11.15) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq Diċembru 13, il-Marsa kien għadu kif seħħ inċident stradali.
Il-Pulizija marrest immedjatament fuq il-post fejn il-ħabta seħħet bejn vettura tat-tip Mercedes u Volkswagen li kienu misjuqa minn ragel ta’ 61 sena u l-ieħor ta’ 59 sena mill-Pieta’ rispettivament.
Fuq il-post isejħet ambulanza li ħadet ix-xufier tal-Mercedes l-Isptar Mater Dei fejn sa issa għadu qed jingħata l-assistenza medika pero’ ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu, waqt li x-xufier l-ieħor kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn xokk.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
08 June 2008
Il-bierah ghall-habta tad-disgha u kwart (21.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident fil-bahar f’San Giljan.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li ghal xi raguni waqt li zaghzugh kien qed isuq speedboat mill-Port il-Kbir direzzjoni lejn San Giljan ghal xi raguni habat ma’ blata li kien hemm fl-inhawi. B’rizultat tal-kollizjoni, l-ispeedboat inqelbet u kemm il-guvni li kien qed isuq id-dghajsa kif ukoll il-hames passigieri li kellu mieghu waqaw fil-bahar.
Haddiema ta’ yacht marina li tinsab fl-inhawi marru fuq il-post permezz ta’ dinghi sabiex jaghtu l-ewwel ghajnuna u jtellghu lill-vittmi mill-bahar. Fuq il-post ta’ l-incident wasslu wkoll l-AFM kif ukoll ambulanza li hadet il-vittmi l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Il-vittmi huma tliet guvintur ta’ 27 sena, ta’ nazzjonalita` Germaniza; wiehed minnhom jghix Bormla u t-tnejn l-ohra l-Ingilterra; guvni ta’ 21 sena imwieled Ghawdex u residenti Bormla; tfajla ta’ 21 sena residenti s-Siggiewi u tfajla ta’ 20 sena residenti Hal-Qormi.
Il-guvni ta’ 27 sena kif ukoll dak li ghandu 21 gew iccertifikati li qed isofru minn griehi ta’ natura gravi, filwaqt li l-ohrajn qed isofru minn griehi ta’ natura hafifa.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Mizzi LLD. Hu hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-kaz ghadu qed jigi investigat mill-Pulizija.
Boat Accident
Report
Date
Info
Category
08 June 2008
Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta (03.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm xi nirien fi Triq l-Ispiera, Ghawdex.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li ghal xi raguni vettura tat-tip Daihatsu Charade kienet qed taqbad. Fuq il-post issejhu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li kkontrollaw in-nirien. Kemm il-vettura kif ukoll faccata ta’ residenza privata qrib garrbu hsarat. Hadd ma wegga` fl-incident.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Ellul LLD. Hu hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Fire
Report
Date
Info
Category
08 June 2008
Il-Pulizija giet infurmata li fi Pjazza San Pawl, il-Hamrun kien hemm ragel mixhut fl-art.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 61 sena mill-Marsa allegatament hassu hazin u waqa` mal-art. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei. Hu tilef hajtu ftit hin wara.
Bil-kaz kien infurmat il-Magt Dr Apap Bologna. Hu hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija giet infurmata li fi Pjazza San Pawl, il-Hamrun kien hemm ragel mixhut fl-art.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 61 sena mill-Marsa allegatament hassu hazin u waqa` mal-art. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei. Hu tilef hajtu ftit hin wara.
Bil-kaz kien infurmat il-Magt Dr Apap Bologna. Hu hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Dalghodu, ghall-habta tad-disgha (09.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien waqa` ragel fl-inhawi ta’ Qui-Si-Sana, Sliema.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li zaghzugh ta’ 28 sena ta’ nazzjonalita` Norvegiza kien qieghed fit-triq jittawal lejn in-naha tal-bahar ghal xi raguni waqa` gholi ta’ madwar sular u gie fuq is-cement li hemm max-xatt. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lill-guvni l-Isptar Mater Dei ghall-kura. Hu gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura hafifa (slight save complications).
Investigazzjonijiet fuq il-kaz ghadhom ghaddeja.
Health-Related: Residential-Foreign
Report
Date
Info
Category
08 June 2008
Illum wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata minn persuna li kien hemm oggett suspettuz go ghalqa privata f’Wied Dalam (taht Borg in-Nadur), Birzebbuga.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat lilha fejn hemmhekk instab basket tal-plastik u fih kien hemm oggett mahdum u li kien jinkludi arlogg u xi wires. Ghalhekk fuq il-post issejhu l-membri ta’ l-E.O.D. tal-Forzi Armati ta’ Malta. Wara intervent min-naha taghhom rrizulta li f’dan l-oggett mahdum kien hemm ukoll porvli, bozza u xi affarijiet ohra.
B’din is-sejba gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. J. Apap Bologna LL.D fejn dan hatar xi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar stharrig dwar din is-sejba ghadu ghaddej.
Explosives
Report
Date
Info
Category
08 June 2008
Il-Pulizija ser tressaq zewgt irgiel il-Qorti f’nofs in-nhar (12.00hrS) quddiem il-Magt Apap Bologna LLD. Huwa ser jigu akkuzati b’attentat ta’qtil.
Court Notice
Report
Date
Info
Category
07 June 2008
Wara nofs in-nhar ghall-habta tat-tlieta (15.00 hrs) il-Pulizija kienet infurmata li aktar qabel kienet sehhet serqa fi Triq Ghajn Dwieli, Paola.
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li zewg persuni mhux maghrufa, mghammda u armati dahlu f’hanut tal-fast food. Il-hallielin talbu xi flus lil bejjiegh u wara harbu minn fuq il-post permezz ta’ vettura, li wara nstabet Bormla. Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.
B’dan l-incident kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. S Meli LLD fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar stharrig mill-Pulizija bhal issa ghadu ghaddej.
Hold-Up
Report
Date
Info
Category
07 June 2008
Matul il-lejl ghal habta tas-saghtejn il-Pulizija kienet infurmata li kien dahal ragel ferut fl-Isptar Mater Dei.
Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li waqt li ragel u mara kienu f’karozza fl-inhawi ta’ Paradise Bay huma gew aggrediti minn zewgt irgiel. Ir-ragel, li ghandu 28 sena, sofra diversi griehi wara li qala’ daqqiet bi strument li jaqta’ u bil-ponta. Huwa stess saq lejn l-Isptar Mater Dei sabiex jinghata l-assistenza medika. Hu gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Aktar tard it-tfajla li ghandha 24 sena giet mehuda l-Isptar ghal aktar kura medika ghalkemm ma sofritx griehi serji.
Iz-zewgt irgiel susspettati, li huma ragel ta’ 63 sena mir-Rabat u iehor ta’ 25 sena minn Had-Dingli, gew arrestati fuq il-post u qed jinzammu mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet.
Il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. J. Padovani LL.D giet infurmata bil-kaz u din hatret numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Grevious bodily harm
Report
Date
Info
Category
06 June 2008
Il-lejla ghal habta tas-sebgha, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm dghajsa b’numru ta’ persuni ftit ‘il barra minn Golden Bay.
Ftit wara din id-dghajsa dahlet l-art u rrizulta li fuqha kien hemm grupp ta’ immigranti llegali. B’kollox il-grupp kien maghmul minn 28 persuna. Dawn jinkludu 25 ragel, zewg nisa u tifel.
Aktar stharrig dwar dan l-izbark qed jitmexxa mill-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
06 June 2008
Illum wara nofsinhar ghal habta tas-saghtejn u nofs il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident fi Triq Bisazza, Sliema.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li kien waqa’ scaffolding (madwar sitt sulari) li kien hemm armat fl-imsemmija triq. Fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Tliet persuni ittiehdu l-Isptar Mater Dei (tnejn ghandhom griehi hfief u wiehed kien qed isofri minn xokk). Kawza ta’ l-incident saru xi hsarat fuq xi vetturi u propjetajiet (vetrini, faccati, etc.) ohra. Bl-incident giet nfurmata wkoll l-Awtorita’ tas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xoghol.
It-tliet persuni (irgiel) li ttiehdu l-Isptar, huma haddiema li kienu qedin fuq l-iscaffolding.
B'dan l-incident giet infurmata l-Magistrat ta' l-ghassa Dr. J. Padovani LL.D fejn din hatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet fuq il-post ghadhom ghaddejjin.
Health-Related Work
Report
Date
Info
Category
06 June 2008
Ghall-habta tat-tlieta ta’ dalghodu (03.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Kbira, Naxxar kien hemm xi nirien.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li bieb ta’ residenza privata kien qed jaqbad. In-nirien gew ikkontrollati mill-Pulizija tad-Distrett u l-MobileSquad. Fuq il-post issejhu ukoll il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Antonio Mizzi LLD. Hu hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig dwar dan il-kaz.
Fire - Private Residence
Report
Date
Info
Category
04 June 2008
A 64 year old British male residing in Qawra had just fallen in the sea some moments before being found by the Police. British male residing in Qawra
AFM took the corpse to Hay Wharf onboard a patrol boat.
The incident happened on the 4th June, 2008 at about 1pm in Qawra.
Magistrate is Dr. M. Mallia LL.D.
Body at Sea
Report
Date
Info
Category
04 June 2008
L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ 34 sena mill-Mosta wara sejba ta’ raza tal-kannabis u pjanti tal-kannabis tard matul il-lejl li ghadda.
Is-sejba saret wara li l-Pulizija segwiet il-passi ta’ dan ir-ragel fuq informazzjoni li hu kien qed ikabbar xi pjanti tal-kannabis.
Filfatt tard il-bierah fil-ghaxija hu kien osservat mill-Pulizija diehel bil-vettura tieghu f’ghelieqi fl-inhawi ta’ Ta’ Qali. Wara xi hin twaqqaf u fil-vettura tieghu nstab barmil mimli weraq tal-kannabis li kienu jidhru friski kif ukoll jerry-cans ta’ l-ilma vojta.
Aktar tard saret tfittxija f’diversi ghelieqi u fl-inhawi stess nstabu pjanti tal-kannabis li kienu qed jitkabbru go hofra kbira taht l-art u li kienet mohbija sewwa. F’kamra fl-istess akwati u li kien jaghmel uzu minnha l-istess persuna, nstabu madwar 220 gramma ta’ raza tal-kannabis li kienet lesta sabiex tinbiegh.
Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Doreen Clarke LL.D kienet infurmata bis-sejbiet u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.
Drugs
Report
Date
Info
Category
03 June 2008
Tard il-bierah fil-ghaxija l-Pulizija kienet infurmata li kienet qed issir serqa minn hanut fi Triq San Guzepp, Tarxien.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post indikat lilhom fejn dak il-hin l-allegat halliel prova jahrab minn fuq il-post izda dan inqabad mill-istess Pulizija. Dak il-hin il-hanut kien jinsab maghluq izda x-shutter u l-bieb instabu sgassati fil-waqt li biswit l-istess hanut instabet bicca ghodda. Irrizulta wkoll li ammont zghir ta’ flus kontanti nstabu nieqsa mill-cash register tal-hanut.
L-allegat halliel li ghandu 28 sena qed jinzamm mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet.
Theft
Report
Date
Info
Category
03 June 2008
Illum ghal habta tat-tlieta u nofs (15.30) ta’ wara nofs inhar il-Pulizija kienet infurmata mill-Forzi Armati ta’ Malta li kien instab katavru fil-bahar ftit mili ‘il barra minn Ghawdex.
Il-katavru ttella’ fuq lanca tal-Forzi Armati u ddahhal gewwa Xatt it-Tiben. Il-gisem instab fi stat avvanzat ta’ dikompozizzjoni.
Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. D. Clarke giet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin, waqt li l-awtopsja fuq il-katavru ser issir ghada filghodu.
Body at Sea
Report
Date
Info
Category
02 June 2008
Kmieni dalghodu ghall-habta tal-erba’ (04.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna mixhuta mal-art fi Triq l-Iljun, Bormla.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li fit-triq imsemmija kien hemm ragel mixhut mal-art bla hajja. Fuq il-post issejjah tabib sabiex jaghti l-kura medika lir-ragel. Ir-ragel li ghandu 36 sena u huwa minn Bormla gie ccertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Micallef Trigona LLD fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-awtopsja fuq il-katavru saret l-ghada filghodu fejn irrizulta li f’pulmonary eodema u mistennija jsiru aktar testijiet tossikoloġiċi.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kas.
Dead Person
Report
Date
Info
Category
02 June 2008
L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizja qed izzomm taht arrest hames persuni wara sejba ta’ droga fil-pussess taghom waqt party li kien organizzat l-bierah wara nofsinhar gewwa Paradise Bay, limiti tac-Cirkewwa.
Membri ta’ din l-iskwadra ghamlu tfittxijiet fuq persuni li attendew ghal dan il-party u li kien hemm susspett li setghu kellhom fil-pussess taghhom d-droga. Fil-fatt nstabet droga ecstasy u raza tal-kannabis fil-pussess ta’ erba’ guvintur u tfajla.
L-etajiet taghhom tvarja bejn is-17 u t-28 sena u huma residenti Hal Tarxien, St. Venera, Bormla u Pembroke.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.
Drugs
Report
Date
Info
Category
01 June 2008
Aktar tard dal-ghodu, ghal habta ta’ l-ghaxra u nofs (1030hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm dghajsa fil-bahar vicin Filfa b’xi nies fuqha.
Ftit tal-hin wara d-dghajsa dahlet Wied iz-Zurrieq u rrizulta li fuqha kien hemm 27 immigrant illegali. Minn dawn 24 huma rgiel u tlieta huma nisa.
Bhalissa aktar stharrig dwar dan il-kaz qed jitmexxa mill-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
01 June 2008
Matul il-lejl (0100hrs), l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm xi nirien fi Triq il-Gudja, Hal Ghaxaq.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn gie kkonfermat ir-rapport. Is-sit fejn kien hemm in-nirien jinkludi razzett u numru ta’ garaxxijiet. Fil-post kien hemm xi annimali, dghajjes u ingenji ohra. Bin-nirien mietu numru ta’ annimali, inqerdu zewg dghajjes u xi ingenji ohra garbu hsarat. In-nirien gew kkontrollati mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Bl-incident gie infurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. A. Vella LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Intant dal-ghodu (0730hrs) il-Pulizija kienet infurmata b’kaz iehor ta’ nar f’ghalqa fil-Qasam ta’ Pennellu, Mellieha.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li tliet kmamar f’ghalqa kien hadu n-nar. Fihom kien hemm xi annimali u xi oggetti ohra relatati mal-biedja. Dawn kollha spiccaw nqerdu bin-nirien.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin fiz-zewg kazijiet.
Arson
Report
Date
Info
Category
01 June 2008
Illum il-Pulizija ressqet zewgt irgiel quddiem il-Qorti u akkuzathom fost akkuzi ohra talli :
Fit-30 ta’ Mejju 2008 u fil-gimghat ta’ qabel bil-hsieb li jaghmlu xi qliegh ghenu, assistew, taw parir jew habirku biex persuni ohra (aktar min tlieta) johorgu minn Malta bi ksur tal-ligijiet ta’ Malta, jew li, sew f’Malta sew barra minn Malta, ikkonguraw f’dak is-sens ma’ xi persuna ohra, bi ksur tal-ligijiet.
L-irgiel huma :
Ali Fauzi Mohammed Ltetey ta’ 30 sena imwieled il-Libja u residenti s-Swieqi;
Hiethem Mohamed Shanaisheh ta’ 25 sena imwieled il-Libja u residenti San Gwann
Huma wiegbu li mhux hatja ghall-akkuzi migjuba kontrihom u ntbghatu l-Facilita` Korettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi G Azzopardi u N Grixti.
Court
Report
Date
Info
Category
01 June 2008
Ghal habta tat-tmienja tal-lejla (20.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li iddahhlu xi immigranti illegali gewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti f’27 persuna, 20 ragel u 7 nisa.
Il-Pulizija ser tressaq zewgt irgiel il-Qorti fl-erba ta’ wara nofs in-nhar (16.00hrs) quddiem il-Magistrat Dr T Micallef Trigona LLD in konnessjoni ma’ kaz ta’ traffikar ta’ persuni.