 |
| |
Information published by the CMRU Press Releases:
Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt |
|
| |
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
30 June 2009 |
|
Attivitajiet fl-okkazjoni tal-195 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Bhala parti mil-195 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, minn ghada 1 ta’ Lulju, 2009, mistennija jibdew numru ta’ attivitajiet marbuta ma’ dan l-anniversarju, u jibqaw sejrin sa nhar it-13 ta’ Lulju 2009.
Ghada l-Erbgha 1 ta’ Lulju, 2009, l-Ghassa ta’ Bormla ser tkun miftuha ghall-pubbliku mid-disgha ta’ filghodu sal-hamsa ta’ wara nofs in-nhar (09:00-17:00).
Fis-sebgha u nofs ta’ fil-ghaxija (19:30hrs) gewwa r-residenza ta’ San Vincenz De Paule ser iddoqq il-Banda tal-Pulizija, ser titella’ wirja mill-Precision Drill Team kif ukoll wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija.
Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jattendi. |
|
Police Force Activity: Social |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 June 2009 |
|
Ghall-habta tas-saghtejn ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija giet infurmata illi gewwa Fleur – De – Lys, kienet ghadha kemm sehhet serqa.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li “hawker” kienet fi Triq Notabile, zewg persuni, li ma kienux mghammda, avvicinawha u ppuntawlha arma tan-nar. Dawn iz-zewg persuni fuq il-post bil-vann tal-vittma.
Minn investigazzjonijiet intensivi tal-Pulizija, l-vann kif ukoll zewg persuni nstabu fl-inhawi ta’ l-Imriehel. Il-persuni qeghdin jghinu lill-Pulizija fl-istharrig. Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien.
Bil-kaz gie nfurmat l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Silvio Meli LL.D fejn hatar l-esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet dwar dan il-kaz bhalissa ghadhom ghaddejjin. |
|
Hold-Up: Suspects Apprehended |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 June 2009 |
|
Dalghodu ghal habta tal-hdax waqt li l-Pulizija ta’ l-Mobile Squad kienu fuq ronda f’Bahar ic-Caghaq innutaw ragel go karozza qed jagixxi b’mod suspettuz.
Kif dan ir-ragel induna bil-prezenza tal-Pulizija, dan hareg mill-karozza u harab jigri. Fil-karozza tieghu u hdejha gew innutati numru ta’ laptops, monitors, computers, cameras, stereos, ecc. Il-Pulizija bdiet issegwi lis-suspettat u hin minnhom gie sparat tir ta’ twissija peress li dan kompla jahrab minkejja l-ordni tal-Pulizija sabiex jieqaf. Wara xi hin dan ir-ragel instab mistohbi qalb xi haxix u gie arrestat minnufih. L-oggetti misjuba huma allegatament misruqa.
Aktar investigazzjonijiet dwar dan il-kaz bhalissa ghadhom ghaddejjin. |
|
Theft: Caught with Goods |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
29 June 2009 |
|
Tard il-bierah filghaxija ghal habta tal-hdax u kwart (2315hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm dar qed taqbad fi Triq San Frangisk, Rahal il-Gdid.
Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn giet infurmata li god-dar kien ghad hemm ragel. Fuq il-post diga kien hemm il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li kienu bdew hidma sabiex jfittxu lil dan ir-ragel. Din l-operazzjoni kienet wahda kemmxejn difficli peress li gor-residenza kien hemm ammont kbir ta’ duhhan. Filfatt aktar kmieni xi girien ppruvaw jidhlu fid-dar sabiex johorgu lir-ragel izda minhabba d-duhhan ma setghux.
Ir-ragel, li ghandu 72 sena, instab mill-membri tad-Dipartment tal-Protezzjoni Civili u nhareg mid-dar u ttiehed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Fil-hin ta’ l-incident kien hemm ukoll mart il-vittma fid-dar izda din harget wehidha u ma sofrietx griehi. Il-mara ghandha 68 sena. Zewg membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili nghataw ghajnuna medika fuq il-post.
Intant ftit qabel is-siegha ta’ filghodu, il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar li l-vittma sfortunatament tilef hajtu. Ghalhekk b’dan il-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. J. Padovani LL. D, fejn inhatru xi esperti sabiex issir inkjesta magisterjali.
Il-Pulizija ghaddejja b’aktar stharrig.
F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li n-nar huwa wiehed accidentali. Ghada mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru. Ir-residenza garbet hsarat konsiderevoli.
|
|
Fire: Residential |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
27 June 2009 |
|
Illum wara nofsinhar ghal habta tas-siegha (1300hrs) il-Pulizija ser tressaq tfajla ta’ 20 sena l-Qorti quddiem il-Magsitrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D u ser tigi akkuzata b’numru ta’ reati fosthom serq, frodi, misapproprijazzjoni, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u reati ohra in konnessjoni mal-ligi dwar il-posta.
|
|
Court Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
26 June 2009 |
|
Dalghodu ghall-habta tal-hdax u nofs (1130hrs) il-Pulizija giet infurmata li aktar kmieni kienet sehhet serqa f’Paceville.
Il-Pulizija giet infurmata bil-kaz meta zaghzugh ta’ 24 sena ta’ nazzjonalita` Svediza, u bhalissa residenti f’Tas-Sliema, ghamel rapport gewwa l-Ghassa tal-Pulizija ta’ San Giljan. Il-kwerelant allega li waqt li kien fl-inhawi ta’ St. Rita Steps, f’Paceville, aktar kmieni ghall-habta tal-erba (0400hrs) gie avvicinat minn tliet persuni li allegatament kienu armati b’arma li taqta’ u bil-ponta u talbuh biex jigbed somma flus f’kontanti minn ATM, liema somma ma teccediex il-€200.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr. M. Mallia LL. D, fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
26 June 2009 |
|
Dalghodu ghall-habta ta’ nofs in-nhar (12.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta fil-bahar fil-limiti tal-Ahrax tal-Mellieha.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li guvni ta’ 26 sena miz-Zurrieq kien qieghed jghum fl-inhawi msemmija allegatament gie milqut minn dghajsa u sofra xi griehi. Iz-zaghzugh talab l-assistenza lill persuna li kienet tinsab fuq dinghi u li kien fil-vicinanzi. Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-vittma gie mehud l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika permezz tal-helicopter. Aktar tard gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz. |
|
Health-Related: Sports |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
25 June 2009 |
|
Matul il-lejl ghal habta tan-nofsiegha (0030hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm nar f’garaxx fi Triq is-Sajjeda, Mellieha.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post fejn hemmhekk sabu garaxx miftuh f’hafna duhhan hiereg minnu. Xi nies li kienu fit-triq infurmaw lill-Pulizija li kien hemm persuna gol-garaxx. Membru tal-Korp flimkien ma’ zewg persuni li kien hemm fuq il-post dahlu fil-garaxx u hemmhekk sabu tfajla ma’ l-art mitlufa minn sensieha. It-tfajla, li ghandha 27 sena, inharget barra u bdiet tinghata l-ewwel ghajnuna. Ftit tal-minuti wara waslu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li ukoll taw l-ewwel ghajnuna, kif ukoll tabib li nzerta kien ghaddej mill-inhawi. Fuq il-post waslet ambulanza li hadet lit-tfajla lejn l-Isptar. Tlieta min-nies li kien hemm fit-triq inghataw medikazzjoni fuq il-post peress li belghu xi duhhan.
Ghalkemm fuq il-post ma nstabx nar, mill-ewwel stharrig deher li xi hin qabel, apparat li jahdem bl-elettriku ghal xi raguni kien inharaq b’mod accidentali.
Il-vittma nzammet l-Isptar ghall-osservazzjoni u fl-ebda hin ma kienet fil-periklu tal-mewt. |
|
Fire |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
23 June 2009 |
|
Tard il-bierah filghaxija ghal habta ta’ l-ghaxra u ghoxrin (2220hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienet ghadha kemm sehhet serqa fi Triq it-Tigrija, Marsa.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post sabiex tibda l-investigazzjonijiet dwar dan il-kaz. Filfatt mill-ewwel stharrrig fuq il-post irrizulta li l-vittma tas-serqa kien ragel ta’ 45 sena mill-Pieta`, li kien ghadu kemm ghalaq in-negozju fejn jahdem. Waqt li hu kien fil-karozza tieghu, gie mwaqqaf minn zewgt irgiel mghammda. Wiehed minnhom kellu oggett f’idejh li jixbah arma tan-nar u ordna lill-vittma sabiex itieh kull ma kellu. Il-vittma tah ammont ta’ flus li kellu fuqu u wara z-zewg hallelin harbu minn fuq il-post. L-ammont misruq ma jeccediex it-€8,000. Ir-ragel ma sofriex griehi f’dan l-incident.
Dwar din is-serqa infethet inkjesta mill-Magistrat tal-Ghassa Dr. Anthony Vella LL. D. meghjun minn numru ta’ esperti tal-Qorti.
Il-Pulizija ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar din is-serqa. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
22 June 2009 |
|
Illum wara nofsinhar il-Pulizija ressqet il-Qorti b’arrest lil Christopher Ellul ta’ 41 sena residenti l-Belt Valletta quddiem il-Magsitrat tal- Ghassa Dr. Anthony Ellul LL. D u akkuzatu li nhar id-19 ta’ Gunju 2009 gewwa l-Belt Valletta:
- Offenda l-pudur jew il-morali ta’ zewg persuni femminili (f’kazijiet separati) b’eghmil li sar f’lok pubbliku;
- Fl-istess cirkostanzi qal kliem oxxen jew ghamel gesti oxxeni fil-pubbliku;
- Irrenda ruhu recediv b’diversi sentenzi tal-Qorti tal-Magistrati ta’ Malta.
L-imputat ammetta l-akkuzi dedotti kontra tieghu. Il-Qorti sabet lill-imputat hati u kkundannatu sena (1) prigunerija.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur James Grech. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
21 June 2009 |
|
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest 7 persuni wara sejbiet ta’ droga, f’zewg hidmiet separati matul il-lejl li ghadda.
Fl-ewwel hidma Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga ghamlu tfittxijiet fuq persuni li kienu qed jattendu ghall-party li kien organizzat f’post ta’ divertiment fl-inhawi ta’ Hal Luqa. B’kollox gew arrestati 4 persuni, ilkoll irgiel li l-eta’ taghhom tvarja bejn it-18 u l-21 sena u huma residenti l-Mgarr (Malta), San Gwann, Rabat (Ghawdex) u San Giljan. Jirrizulta li huma kienu abbuzaw mid-droga kannabis jew instabu fil-pussess tal-istess droga kif ukoll d-droga kokajina.
Hidma ohra saret f’Hal Tarxien wara li l-Pulizija tal-ghassa tar-Rahal il-Gdid ircevew rapport illi f’appartament tal-Gvern f’Hal Tarxien kien hemm xi storbju. Meta l-Pulizija mill-istess ghassa marru fuq il-post it-tlett persuni li nstabu gewwa dehru jagixxu b’mod suspettuz. Filfatt minn tfittxijiet li saru bl-assistenza tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga nstabu diversi pakketti bid-droga eroina lesti sabiex jinbieghu kif ukoll oggetti ohra relatati mal-abbuz u traffikar ta’ droga. Il-persuni mizmuma huma zewg irgiel li l-eta’ taghhom hija ta’ ta’ 20 u 25 sena u t-tnejn huma residenti Hal Tarxien, kif ukoll tfajla ta’ 18 il-sena mill-Fgura.
Aktar stharrig ghadu ghaddej, u l-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti b’akkuzi ta’ pussess ta’droga, filwaqt li wiehed minnhom ser jitressaq b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga eroina, fil-granet li gejjien. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
21 June 2009 |
|
Il-bierah il-Pulizija ressqet il-Qorti b’arrest lil Keith Pace ta’ 28 sena residenti l-Marsa quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Miriam Hayman LL. D u gie akkuzat li:
- Nhar it-2 ta’ Jannar 2009 minn gewwa hanut ta’ l-antikita’ fi Triq il-Wied ta’ l-Msida, Msida ikkommetta serq aggravat, liema serq jeccedi l-€2,329.37;
- Fl-istess cirkostanzi volontarjament ghamel hsara f’hwejjeg haddiehor, liema hsara hija bejn €116.47 u €1,164.69;
- Nhar it-12 ta’ Frar 2009 minn gewwa hanut ta’ l-antikita’ fi Triq il-Providenza, Balzan ikkommetta serq aggravat, liema serq jeccedi l-€2,329.37;
- Fl-istess cirkostanzi volontarjament ghamel hsara f’hwejjeg haddiehor, liema hsara hija bejn €116.47 u €1,164.69;
- Bejn il-25 u s-26 ta’ April 2009 minn gewwa fond fi Triq Fra Diegu, Hamrun ikkommetta serq aggravat, liema serq jeccedi l-€2,329.37;
- Fl-istess cirkostanzi volontarjament ghamel hsara f’hwejjeg haddiehor, liema hsara hija bejn €116.47 u €1,164.69;
- Bejn id-29 u t-30 ta’ April 2009 minn gewwa fond fi Triq San Tumas, Floriana ikkommetta serq aggravat, liema serq jeccedi l-€2,329.37;
- Fl-istess cirkostanzi volontarjament ghamel hsara f’hwejjeg haddiehor, liema hsara hija bejn €116.47 u €1,164.69;
- Nhar is-6 ta’ Mejju 2009 minn gewwa fond fi Triq ix-Xatt, Pieta’ ikkommetta serq aggravat, liema serq huwa bejn l-€232.94 u l-€2,329.37;
- Fl-istess cirkostanzi volontarjament ghamel hsara f’hwejjeg haddiehor, liema hsara hija bejn €116.47 u €1,164.69;
- Bejn ix-xhur ta’ Jannar u Mejju 2009, xjentament laqa’ ghandu hwejjeg misruqa jew akkwistati b’reat;
- Sar recediv b’diversi sentenzi moghtija mill-Qrati ta’ Malta;
- Kiser il-provedimenti ta’ l-Art. 7 ta’ Kapitlu 446 (Att Dwar il-Probation) tal-Ligijiet ta’ Malta.
L-imputat wiegeb li huwa hati ghall-akkuzi migjuba kontrih u baqa’ jinzamm taht arrest preventiv gewwa l-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Nhar l-Erbgha 24 ta’ Gunju 2009 ser tinghata s-sentenza mill-istess Magistrat Dr. Miriam Hayman LL. D.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Keith Arnaud. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
20 June 2009 |
|
Illum ghal habta tal-hamsa ta’ wara nofsinhar (17.00hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. M Hayman LL. D.
Ir-ragel, li ghandu 28 sena u huwa mill-Marsa, ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati ma’ serq. |
|
Court Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
20 June 2009 |
|
Tard il-bierah filghaxija l-Pulizija giet infurmata li kien hemm glieda fil-Ponta ta’ l-Isla u li kien hemm xi hadd ferut.
Il-Pulizija marret fuq il-post indikat lilha fejn hemm sabet zaghzugh mixhut ma’ l-art u li kien qed jigi mdewwi mill-paramedici. Sadanittant mill-ewwel stharrig irrizulta li f’xi hin qabel kien inqala’ argument bejn dan iz-zaghzugh u zaghzugh iehor. L-argument kiber u mal-hin kienu nvoluti numru ta’ nies fi glieda. L-ewwel zaghzugh imsemmi ghandu 20 sena u huwa mill-Isla u gie ccertifikat li sofra griehi gravi. Guvni iehor ta’ 22 sena minn Bormla ukoll sofra griehi gravi filwaqt li zaghzugh iehor ta’ 18-il sena minn Bormla sofra griehi hfief. Hadd mill-persuni nvoluti ma kien jew huwa f’qaghda kritika.
B’dan l-incident giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. Audrey Demicoli LL. D. Il-Magistrat fethet inkjesta dwar dan il-kaz.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar dan l-incident. |
|
Grevious Bodily Harm |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
19 June 2009 |
|
Illum wara nofsinhar ghal habta tas-siegha u nofs (1330hrs), zaghzugh barrani talab l-ghajnuna tal-Pulizija meta allega li kienu ghadu kemm safa’ misruq fi Triq Dragunara, San Giljan.
Minn stharrig preliminari tal-Pulizija rrizulta li waqt li zaghzugh ta’ 24 sena kien miexi fl-imsemmija triq, huwa gie mwaqqaf minn ragel. Dan ir-ragel kellu sikkina f’idejh u talab lill-vittma sabiex itieh il-laptop li kellu fuqu. Filfatt iz-zaghzugh tah il-laptop u l-halliel telaq jigri minn fuq il-post. Il-vittma ma garrabx griehi ghalkemm kien qed isofri minn shock. Il-vittma huwa mill-Isvezja.
Il-Pulizija nfurmat lill-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Audrey Demicoli LL. D b’din is-serqa. Il-Magistrat fethet inkjesta dwar dan il-kaz.
Aktar stharrig mill-Pulziija ghadu ghaddej. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
19 June 2009 |
|
Ghal-loghob tal-futbol tal-Euro Cup Competition
bejn Birkirkara vs Sliema u Valletta vs Hibernians li ser jintlghab fis ‘Centenary Stadium’ nhar it-Tnejn 22/6/09 u ‘l-loghob li ser isir nhar l-Erbgha 24/6/09 li ser jiehdu sehem l-istess timijiet.
Il-Kummissarju tal-Pulizija javvza li ghall-loghob tal-futbol tal-Euro Cup Competition bejn Sliema u Birkirkara u Valletta u Hibernians li ser jintlghabu fis- ‘Centenary Stadium’, Ta’ Qali nhar it 22 ta’ Gunju 2009, kif ukoll il-loghob li ser isir nhar l-Erbgha 24 ta’ Gunju 2009 li se jkunu involuti l-istess timijiet ser isiru dawn l-arrangamenti:
- Is-supporters tas- Sliema u Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure ta’ I-iStadium Nazzjonali. Id-dhul tal-imsemmija supporters ser isir minn Side ‘A’ u ‘l-hrug isir mill istess post.
- Is-supporters ta’ Birkirkara u Hibernians ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Millennium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Id-dhul tal-imsemmija supporters ser isir minn Side ‘B’ u ‘l-hrug isir mill istess post.
- Peress li il-biljetti ghad-dhul fil-Ground tac-Centinarju hu dak ‘Pre Sale’, il-Pulizija qieghda tavza li mhux ser thalli persuni javvicinaw u jidhlu fil-Ground minghajr biljett approvat mill MFA.
- Mhux ser jithalla ‘parking’ u/jew tragitt b’vetturi jew bil-mixi quddiem fil-kurva tas ‘Centenary Stadium’.
- Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu for horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
- Waqt it-tfittxijjiet maghmula mill-Pulizija kull supporter ghandu juri il- ‘Pre Sale Ticket’ tad-dhul ghal-loghob rispettiv. Dawk il-persuni li mhux ser jkollhom fil-pussess taghhom l-imsemmi biljett, qieghed jerga jigi enfasizzat li dawn mhux ser jithallew jidhlu mill-Pulizija
- Kulhad huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
- Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadjum u fil-vicinanzi.
- Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkohol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
|
|
Police Notice: Sports |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
18 June 2009 |
|
L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest 4 persuni wara zewg sejbiet separati ta’ droga matul dawn l-ahhar jumejn.
L-ewwel sejba ta’ droga saret nhar it-Tlieta li ghaddew wara nofsinhar gewwa ic-Cirkewwa, meta twaqqfet vettura minn membri tal-iskwadra ta’ kontra d-droga, liema vettura kienet fi triqitha lejn Ghawdex. Fiha kien hemm ragel Malti ta’ 57 sena li huwa residenti Ghawdex, flimkien ma’ mara Ghawdxija ta’ 40 sena. Mohbija sewwa fuq il-persuna tal-mara nstabet kwantita ta’ droga kokajina li kienet ser titellgha Ghawdex sabiex eventwalment tinbiegh.
Sejba ohra ta’ droga, din id-darba eroina, saret illum fil-ghodu gewwa l-Gzira, fl-inhawi tal-Iskola Sekondarja tal-Gvern, wara informazzjoni li wasslet ghand il-Pulizija illi koppja residenti go appartament kienu qed ibieghu d-droga eroina. Minn tfittxija li saret minn membri tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija, nstabu diversi pakketti lesti sabiex jinbieghu kif ukoll oggetti ohra relatati mat-traffikar u abbuz ta’ droga. Aktar investigazzjonijiet f’dan il-kaz ghadhom ghaddejin. Inkonessjoni ma’ din is-sejba l-Pulzija qed izzomm taht arrest ragel ta’ 38 sena li huwa diga maghruf sewwa mal-Pulizija, u tfajla ta’ 27 sena.
Il-persuni mistennija li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien. Aktar stharrig fiz-zewg kazijiet ghadu ghaddej. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
17 June 2009 |
|
Kmieni dalghodu ghal habta tal-hamsa, il-Pulizija kienet infurmata li kien waqa’ ragel minn gholi fi Triq Dragunara, San Giljan.
Il-Pulizija, il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru immedjatament fuq il-post. Mill-ewwel stharrig irrizulta li ghal xi raguni ragel kien waqa’ mit-triq ghal go sit ta’ kostruzzjoni, gholi ta’ madwar sitt sulari. Ir-ragel huwa Ingliz izda bhalissa residenti Malta. Huwa mhuwiex haddiem f’dan is-sit.
Ghal xi hin il-vittma kien fil-periklu tal-mewt izda issa qaleb ghall-ahjar u m’ghadux f’kundizzjoni kritika. Izda peress li fil-bidu r-ragel kien jinsab fil-periklu tal-mewt, infethet inkjesta mill-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej. |
|
Health-Related: Worksite |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
17 June 2009 |
|
Illum ghal habta ta’ nofsinhar u ghaxra l-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq l-Indipendenza, Haz-Zebbug.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li hekk kif ragel kien sejjer jiddepozita ammont ta’ flus il-bank zewgt irgiel armati b’armi tan-nar waqqfuh u talbuh il-pouch li kellu. Huma hadu l-pouch bil-flus u harbu minn fuq il-post b’vettura li fiha kien hemm ragel iehor qed jistennihom. L-ammont misruq ma jeccediex l-€20,000. Ftit wara l-Pulizija sabet vettura s-Siggiewi li taqbel mad-deskrizzjoni tal-vettura li allegatament ntuzat fis-serqa.
B’dan l-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. G. Grixti LL. D fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjn. |
|
Hold-Up |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
16 June 2009 |
|
Illum wara nofsinhar ghal habta tal-hamsa neqsin kwart (1645hrs), il-Pulizija giet infurmata b’kullizjoni li sehhet fi Triq il-Karwija, Hal Safi.
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li zewg vetturi li kienu qed jigu misjuqa f’direzzjonijiet opposti, ghal xi raguni kienu nvoluti f’habta head on. Wahda mill-vetturi hija Renault Megane misjuqa minn mara ta’ 48 sena minn Hal Safi u l-vettura hija Maruti misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena miz-Zurrieq. Iz-zewg sewwieqa ttiehdu l-Isptar Mater Dei wara li nhargu mill-vetturi bl-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Fiz-zewg vetturi ma kienx hemm passiggiera.
It-tfajla ta’ 22 sena giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Il-mara l-ohra ghada qed tinghata l-kura fl-Isptar u l-kundizzjoni taghha ghalissa ghadha mhiex maghrufa pero aktar tard giet iccertifikata li sofriet griehi hfief.
B’dan l-incident giet nfurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D fejn din hatret numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa ghadhom ghaddejjin. |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
16 June 2009 |
|
B'referenza ghall informazzjoni li ghaddejna ftit ilu rigward hsarat fil-linji tat-telefon tal-Pulizija, nixtiequ ninfurmawkom illi persuni li jixtiequ jaqbdu mal-Pulizija ingenerali huma mitluba li jaghmlu dan fuq in-numru 21226184. Naghmlu appell illi kemm jista' jkun it-telefonati jkunu ta' bzonn minhabba l-fatt li qeghdin fuq linja wahda.
In-numra ta' l-emergenza 112 ghadu attiv u jista' jintuza mill-pubbliku f'kazijiet t'emergenza.
Aktar tard inharget stqarrija li n-numri gew lura ghan-normal. In-numru generali tal-Pulizija 21224001 ukoll qed jiffunzjona normali.
Grazzi tal- koperazzjoni |
|
Police Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
15 June 2009 |
|
Ghall-habta tal-erbgha (1600hrs), il-Pulizija giet infurmata li f’terrazzin ta’ residenza go Triq Domenico Cachia, Birkirkara kien hemm persuna feruta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel kien qed jaghmel xi xogholijiet go residenza tieghu ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ madwar sular. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika.
Ir-ragel ghandu 65 sena u huwa residenti Birkirkara, sofra griehi ta’ natura gravi u mhuwiex fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz. |
|
Health-Related: Residential |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
15 June 2009 |
|
Illum fis-saghtejn u nofs (1430hrs), il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Edwina Grima LLD, akkuzat b’akkuzi relatati ma’ rapport falz.
|
|
Court Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
15 June 2009 |
|
Referenza qed issir ghall-Istqarrija mahruga mill-Azzjoni Nazzjonali datata 14 ta’ Gunju 2009 rigward in-nuqqas ta’ apparat ta’ air-condition fil-vetturi tal-Mobile Squad.
Mhuwiex veru li l-Pulizija tal-Mobile Squad ‘qed jithallew jinqlew’ f’karozzi tas-servizz, ghax ghalkemm dawn il-vetturi m’humiex mghammrin b’air-conditon dawn xorta ghandhom ventilazzjoni tajba hafna u l-mudell fornut prezenti hu mibni b’tali mod li joffri inzulazzjoni tajba mir-raggi tax-xemx.
Il-vetturi tal-Mobile Squad jqattghu hafna hin fuq patrol madwar il-Gzejjer Maltin illi minnu nnifsu jiggenera ventilazzjoni adegwata gewwa l-vettura li zzomm it-temperatura f’livelli accetabbli.
Hu fatt ukoll li vettura b’air-condition jahdem, tuza parti sostanjali mill-qawwa tal-magna generata (20-30%) u ghalhekk tipproduci inqas accellarazzjoni u propulsion li hi haga rikjesta ghal dan it-tip ta’ xoghol qabel u fuq kollox.
Hu fatt maghruf ukoll illi vettura b’air-condition attivat ikollha tigi mizmuma bil-hgieg mtella u m’hemmx dubju li dan inaqqas is-smiegh tal-Pulizija tal-Mobile minn dawk il-hsejjes li jkunu qed jiggeneraw barra l-karozza, bhal kif ta’ spiss jigri jkun hemm sejhiet ghall-ghajnuna maghmulin verbalment minn persuni hekk kif titfacca vettura tal-Pulizija, jew xi hsejjes ohra konnessi ma xi attivita’ illegali.
Id-decizjoni li jinxtraw vetturi minghajr air-condition ma kinitx tal-Kummissarju wahdu pero kienet tal-Bord Intern tal-Aggudikazzjoni illi jirrakkomanda l-veduti tieghu skond it-tenders mitfugha u dan wara li jara x’inhu l-aktar ta’ siwi ghall-esigenzi tas-servizz. |
|
Police Force Media Clarification: Azzjoni Nazzjonali |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
14 June 2009 |
|
Dalghodu ghal habta ta’ l-ghaxra u nofs, intalbet l-assistenza tal-Pulizija fil-venda tal-karozzi tal-linja tal-Belt Valletta peress li kienet ghadha kemm sehhet serqa u attentat ta’ serqa minn go karozzi tal-linja.
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija jidher li xufier li kien fil-venda induna li hemm persuna suspettuza f’xarabank minnhom. Dan ix-xufier u x-xufier ta’ l-istess xarabank telghu fuq ix-xarabank u sabu lil persuna suspettuza qed jipprova jisraq l-istereo. X’hin induna bix-xufiera, dan il-persuna harab, kisser tieqa u qabez minnha. X’hin qabez mit-tieqa, dan il-persuna waqawlu numru ta’ muniti ma’ l-art.
Dak il-hin intalbet l-assistenza ta’ Pulizija tat-Traffiku li kien xoghol fil-venda u dan arresta lil persuna suspettuza. Ftit wara waslu l-Pulizija ta’ l-Iskwadra Mobbli sabiex jaghtu l-assistenza. L-arrestat huwa ragel ta’ 30 sena ta’ cittadinza Maltija izda mwieled il-Libja.
Mill-ewwel xarabank ma nstab xejn nieqes, izda minn xarabank li kienet tinstab biswit, instabu ammont zghir ta’ flus kontanti nieqsa.
Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija mid-Distrett tal-Belt Valletta. |
|
Theft: Caught red-handed |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
13 June 2009 |
|
Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti permezz ta’ arrest lil Owen Cucciardi ta’ 24 sena residenti Hal Qormi quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D. u gie akkuzat li fil-lejl ta’ bejn il-11 u t-12 ta’ Gunju 2009 hewwa San Giljan:
- Garr barra minn xi fond xi sikkina jew strument li jaqta’ u bil-ponta ta’ liema xorta li jkun, minghajr ma kellu licenzja jew permess tal-Kummissarju tal-Pulizija;
- Bl-imgieba tieghu kkaguna lil terzi persuni, biza` li ser tintuza vjolenza kontrihom jew kontra l-propjeta’ taghhom.
L-imputat wiegeb hati ta’ l-akkuzi u gie kkundannat tliet xhur prigunerija sospizi ghal sena u multa ta’ €116.47.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Martin Sammut. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
13 June 2009 |
|
Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti taht arrest lil Ismael Obssa Hussein ta’ 27 sena, imwieled l-Etijopja u residenti l-Marsa Open Centre quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D. u gie akkuzat li nhar it-12 ta’ Gunju 2009 ghal habta ta’ 0400hrs fil-Marsa Open Centre:
- Volontarjament ghamel hsara fuq hwejjeg haddiehor, u cioe’ ghamel hsara fil-hgieg u t-twieqi ta’ l-istess kumpless;
- Kellu fil-pussess tieghu arma (sikkina) minghajr il-licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija;
- Wegga’ bil-kliem, gesti jew b’mod iehor lil terzi persuni;
- Volontarjament kiser il-bon ordni jew paci pubblika b’ghajjat u bi glied;
- Hebb kontra persuni ohra sabiex jingurjhom, idejjaqhom jew jghamillhom hsara;
- Sar ricediv b’diversi sentenzi moghtija mill-Qrati ta’ Malta, liema sentenzi saru definittivi
L-imputat instab hati ta’ l-akkuzi u gie kkundannat 13-il xahar prigunerija u multa ta’ €116.70.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alexander Grech. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
13 June 2009 |
|
Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti b’arrest lil Julian Genovese ta’ 48 sena residenti San Gwann quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D. u gie akkuzat li nhar it-13 ta’ Gunju 2009 ghal habta ta’ 0245hrs gewwa San Gwann:
- Volontarjament ghamel hsara fuq hwejjeg haddiehor;
- Bl-imgieba tieghu kkaguna lil terzi persuni, biza` li ser tintuza vjolenza kontrihom jew kontra l-propjeta’ taghhom;
- Volontarjament kiser il-bon ordni jew paci pubblika b’ghajjat u bi glied;
- Ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija, jew fixkilhom fid-dmirjiet taghhom jew b’xi mod iehor indahal fi dmirijiethom;
- Qal kliem indicenti li jikkonsisti f’dagha fil-pubbliku.
Il-Qorti kienet mitluba li tittratta l-imputat bhala ricediv.
L-imputat wiegeb mhux hati ta’ l-akkuzi u t-talba ghall-liberta’ provizorja giet michuda. Ghaldaqstant l-imputat gie eskortat lejn il-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Martin Sammut. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
12 June 2009 |
|
Illum ghall-habta tal-hamsa u nofs (17.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fl-inhawi ta’ St James Ditch, il- Furjana.
Mill-ewwel stharrig li ghamlet il-Pulizija rrizulta li ragel ta’ 49 sena mill-Furjana, allegatament gie misruq minn persuni mhux maghrufa u armati b’arma li taqta’ u bil-ponta. Waqt is-serqa nsterqu dokumenti personali, kif ukoll ammont ta’ flus, liema ammont ma jaccedix €1.100.
Ir-Ragel sofra xi griehi, u gie mehud gewwa c-Centru tas-Sahha biex jigi ikkurat. Huwa gie ccertifikat li sofra griehi hfief.
Bil-kaz giet infurmata il-Magistrat tal-Ghassa Dr M Hayman LLD, li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejin.
F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li rrizulta minn l-investigazzjonijiet tal-Pulizija illi dan kien rapport falz. |
|
Hold-Up: False Report |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
12 June 2009 |
|
Ftit tal-hin ilu, ghall-habta tas-sebgha (19.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li gewwa Triq Blue Grotto, Zurrieq kien ghadu kif sehh incident stradali.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, fejn irrizulta li waqt li tifel ta’ 9 snin miz-Zurrieq kien qed isuq ir-rota go Sqaq Blue Grotto, kif wasal fix-xifer ta’ l-isqaq li jaghti ghall go Triq Blue Grotto, kienet gejja karozza ta’ tip Fiat Punto misjuqa minn ragel ta’ 33 sena minn Haz-Zabbar u ghal xi raguni dan it-tifel intlaqat minn din il-vettura.
Fuq il-post issejhet l-ambulanza fejn hadet lit-tifel l-isptar Mater Dei, fejn ghadu qed jinghata l-kura mehtiega.
Sa dan il-hin it-tifel ghadu qed jinghata l-kura gewwa l-isptar Mater Dei. Fl-ebda hin l-vittma ma' kien fil-periklu tal-mewt.
Dettalji tal-kundizzjoni tat-tifel tinghata aktar il-quddiem.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
11 June 2009 |
|
Illum fil-Qorti t’Ghawdex tressaq ragel Ghawdxi b’urgenza quddiem il-Magistrat Dr. Anthony Ellul LL. D.
L-imputat huwa Joseph Sultana ta’ 61 sena, fejn gie akkuzat li nhar id-9 ta’ Gunju 2009:
- Offenda l-pudur u l-morali f’lok pubbliku
- Gab ruhu b’mod li ta fastidju lill persuni ohra
- Sar recediv b’sentenza tal-Qorti tal-Magistrati moghtija fl-24 ta’ Gunju 2008
L-imputat wiegeb mhux hati ta’ l-akkuzi migjuba kontra tieghu
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
11 June 2009 |
|
Il-bieraħ għal ħabta tas-sebgħa neqsin għaxra l-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident stradali fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Mill-investigazzjonijiet preliminary li għamlet il-Pulizija jidher li żewġ vetturi, Nissan Primera misjuqa minn raġel ta’ 30 sena min-Naxxar u BMW misjuqa minn raġel ta’ 50 sena minn San Pawl il-Baħar, għal xi raġuni ħabtu bil-konsegwenza li l-vetturi baqgħu deħlin f’xi siġar li hemm fl-inħawi. Fil-vettura Nissan kien hemm tlett passiġġieri oħra.
Fuq il-post isejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn assistew sabiex jinħareġ is-sewwieq tan-Nissan Primera. Fuq il-post waslu ukoll żewġ ambulanzi fejn ħadu lil persuni li kienu fil-vettura Nisssan l-isptar Mater Dei. Is-sewwieq tal-BMW ma sofriex ġrieħi.
Kien tard fil-għaxija li r-raġel kien iċċertifikat li għal xi ħin kien fil-periklu tal-mewt, iżda dalgħodu l-kundizzjoni tiegħu hija waħda stabbli. It-tliet persuni l-oħra, fosthom żewġt itfal, kienu ċċertifikati li kienu qed isofru minn ġrieħi ħfief.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat ta’ l-Għassa Dr A Micallef Trigona li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejin. |
|
Traffic-Related |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
09 June 2009 |
|
Illum ghal habta ta 2.30pm il-Pulizija gew infurmati li fi Triq G.Borg Olivier, Sliema, kien hemm mara mejta f’garaxx.
Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija ghal xi raguni jidher l-imsemmijha mara ta madwar 64 sena, min Tas-Sliema,
inqabded bejn il-vettura taghha, u ohra li kienet ipparkjata fl-istess garaxx, bil konsegwenza li tilfet hajjieta fuq il-post.
Bil-każ kienet infurmat l-Magistrat ta’ l-Għassa Dr A.Vella LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar stħarriġ għadu għaddej.
|
|
Person Found Dead in Garage |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
07 June 2009 |
|
Illum ghal habta tal-hdax u nofs (11:30hrs) il-Pulizija ser tressaq tliet persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Michael Mallia LL. D.
Zewg persuni ser jitressqu in konnessjoni ma’ l-incident taz-Zejtun (PR 264) u persuna ohra ser titressaq in konnessjoni mas-serqa ta’ tas-Sliema (PR 261). |
|
Court Notice |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
06 June 2009 |
|
Illum ghall-habta tat-tlieta u nofs (1530hrs) sehh argument bejn xi partitarji politici barra l-iskola Carlo Diacono, Zejtun. Gie rrapurtat li partitarju tal-Partit Nazzjonalista sofra griehi ta’ natura hafifa.
Il-Pulizija hadet passi immedjati billi arrestat xi persuni u qed tinvestiga dan l-incident. |
|
Slight Bodily Harm |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
06 June 2009 |
|
Dalgħodu l-Pulizija kienet infurmata li fuq it-taraġ tal-Kappella li tinsab fl-Irdum ta’ Ħad Dingli kien jidher li ntefa’ xi materjal.
Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija jidher li persuna jew persuni mhux magħrufa kienu tefgħu dak li jidher żejt maħruq fuq it-taraġ u parti miż-żuntier.
Bil-każ kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Għassa Dr C Scerri Herrera LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar stħarriġ għadu għaddej. |
|
Vandalism: Historic |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
06 June 2009 |
|
Kmieni dagħodu għal ħabta tal-erbgħa neqsin kwart (3:45hrs) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Kbira, f’Tas Sliema aktarx kienet qed iseħħ serqa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel (li mal-wasla tal-Pulizija tad-Distrett kien diġa’ fil-kustodja tal-membri tat-Taqsima Mobbli li kienu fuq ronda fl-inħawi) kien kisser ħġieġa ta’ Uffiċju fl-imsemmija triq u fil-pussess tiegħu instabu ammont ta’ flus, numru ta’ dokumenti, u affarijiet oħra. Instabu wkoll materjal relatat ma’ serq.
Ir-raġel ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa peress li kien innutat li kellu xi ġrieħi f’saqajh u qiegħed jinżamm sabiex jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha.
Aktar stħarriġ għadu għaddej. |
|
Theft: Caught Red-Handed |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
06 June 2009 |
|
Referenza qed issir ghall-Istqarrija PR 257-09 rigward Anthea Borg li kienet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija.
Il-Pulizija tixtieq tavza li Anthea Borg instabet illum.
Click to go to Missing
Persons' Page |
|
Missing Person |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
05 June 2009 |
|
Sheerse Callus, giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija l-bierah.
Hija ghandha 12-il sena, xagharha qasir sa spallejha, ghajnejha ta’ kulur kannella u ta’ statura medja. L-ahhar li dehret Sheerse Callus kienet liebsa qalziet iswed b’linji bojod fil-gnub u t-shirt abjad bl-ghonq iswed.
Kull min ghandu informazzjoni dwar Sheerse Callus huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.
F'stqarrija mahruga aktar tard matul il-gurnata ntqal li l-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji fi hdan il-Korp tal-Pulizija tixtieq tirringrazzja kemm lil media kif ukoll lill-pubbliku in generali tal-assistenza moghtija minn-naha taghhom.
Click to go to Missing
Persons' Page |
|
Missing Person |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
05 June 2009 |
|
Loridana Bonello, giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija l-bierah.
Hija ghandha 14-il sena, xagharha twil kannella, ghajnejha ta’ kulur kannella u ta’ statura irqiqa. L-ahhar li dehret Loridana Bonello kienet liebsa qalziet iswed b’linji bojod fil-gnub u t-shirt abjad bl-ghonq iswed.
Kull min ghandu informazzjoni dwar Loridiana Bonello huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.
F'stqarrija mahruga aktar tard matul il-gurnata ntqal li l-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji fi hdan il-Korp tal-Pulizija tixtieq tirringrazzja kemm lil media kif ukoll lill-pubbliku in generali tal-assistenza moghtija minn-naha taghhom.
Click to go to Missing
Persons' Page |
|
Missing Person |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
04 June 2009 |
|
Anthea Borg ta’ 20 sena minn Haz-Zebbug giet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.
Anthea hija twila madwar 5 piedi u 5 pulzieri u ghandha xagharha skur. L-ahhar li dehret Anthea kienet liebsa flokk ahmar skur, jeans iswed u karkur.
Kull min ghandu xi informazzjoni dwar Anthea Borg huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri 119 jew 21221111.
Click to go to Missing
Persons' Page |
|
Missing Person |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
04 June 2009 |
|
Il-bieraħ fil-għaxija wasal rapport għand il-Pulizija li persuna kienet waqqgħet f’fond fi Triq B’Kara, f’San Ġiljan.
Il-Pulizija bdiet mill-ewwel bl-investigazzjonijiet tagħha biex jiġi stipulat x’kien ġara peress li l-ewwel rapport daħal għand il-Protezzjoni Ċivili li minn naħa tagħhom kienu nfurmaw l-isptar Mater Dei sabiex tintbagħat ambulanza.
Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija rriżulta li raġel ta’ nazzjonalita’ barranija kien fuq bejt, fejn għal xi raġuni dan sfronda bih bil-konsegwenza li spiċċa fis-sular ta’ isfel. Huwa sofra ġrieħi ta’ natura gravi minħabba ksur f’partijiet ta’ ġismu. Ir-raġel mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejin. |
|
Health-Related: Residential |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
04 June 2009 |
|
Fil-Qorti t’Ghawdex quddiem il-Magistrat Dr. Edwina Grima LL. D., il-Pulizija ressqet taht arrest lil Christian Cutajar ta’ 19-il sena mill-Fgura.
Christian Cutajar gie akkuzat li nhar l-1 ta’ Gunju 2009 gewwa x-Xewkija, Ghawdex, ikkommetta s-serq (aggravat) ta’ vettura, li kkaguna hsara fuq l-istess vettura, li saq il-vettura minghajar licenzja u minghajr polza ta’ assigurazzjoni. Huwa gie akkuzat ukoll li saq l-imsemmija vettura b’manjiera traskurata, perikoluza, bla kont u b’giri aktar milli jmiss. Cutajar gie akkuzat ukoll li naqas li jkollu kontroll shih tal-vettura u vista shiha tat-triq u tal-vetturi.
Il-Qorti giet miltuba li f’kaz ta’ htija tissospendi l-licenzja tas-sewqan ta’ l-imputat ghal perjodu ta’ mhux inqas minn 6 xhur.
L-imputat gie mghoti l-liberta’ provizorja fuq numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom garanzija personali ta’ €5,000 u li jiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija .
Il-kaz ikompli jinstema’ nhar it-23 ta’ Lulju 2009.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mil-Ispettur Josric Mifsud. |
|
Court |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
02 June 2009 |
|
Kmieni wara nofs in-nhar ghall-habta tas-saghtejn (14.00hrs) il-Pulizija giet infurmata permezz ta’ telefonata anonima li persuna kienet waqat gholi f’ Wied il-Mielah, fil-limiti tal-Gharb, Ghawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li mara kienet qieghda fuq irdum fil-post imsemmi, ghal xi raguni din ghelbet u waqat gholi. Il-mara, li ghandha 40 sena u hija ta’ nazzjonalita` Ingliza, waqat gholi konsiderevoli u giet gol-bahar. Fuq il-post issejhet l-ghajnuna tal- membri tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex tinghata l-assistenza u l-mara tittella mill-bahar. Aktar tard ghal habta tal-erba u nofs (16.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li l-mara ttellat mill-bahar. Sfortunatament, il-mara tilfet hajjitha.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr P Coppini LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz. |
|
Health-Related: Leisure |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
02 June 2009 |
|
Dalghodu ghal habta tal-hdax, il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Santa Margerita, Sliema kien hemm residenza qed taqbad.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn gie kkonfermat ir-rapport. Fil-hin ta’ l-incident fir-residenza kien hemm anzjana ta’ 86 sena u din inharget mill-Pulizija tad-Distrett. Hija nghatat ghajnuna medika fuq il-post minhabba li belghet xi duhhan u wara ttiehdet l-Isptar Mater Dei ghall-osservazzjoni. Fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Il-kawza tan-nirien ghalissa ghadha mhix maghrufa.
Aktar stharrig fuq il-post bhalissa ghadu ghaddej. |
|
Fire: Residential |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
02 June 2009 |
|
L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest zewgt irgiel wara zewg sejbiet ta’ droga eroina matul il-gurnata tal-bierah.
L-ewwel sejba saret filghodu gewwa Ta’ Giorni, fejn gie mwaqqaf ragel ta’ 34 sena u minn tfittxija li saret fuq il-persuna tieghu nstabu pakketti bl-eroina lesti sabiex jinbieghu, kif ukoll borza ohra b’ammont iehor ta’ eroina. Huwa gie arrestat ghal aktar stahhrig.
It-tieni sejba saret tard wara nofsinhar gewwa San Pawl il-Bahar fil-pussess ta’ ragel li ghandu 38 sena li huwa minn Hal Qormi izda residenti San Pawl il-Bahar, fejn instab ammont ta’ droga eroina, li huwa mahsub li kienet fil-pussess tieghu ghal skop ta’ traffikar.
L-istharrig tal-Pulizija f’dawn iz-zewg kazijiet ghadu ghaddej u l-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti b’akkuzi ta’ pussess u traffikar ta’ droga. |
|
Drugs |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
01 June 2009 |
|
Illum ftit qabel nofsinhar, il-Pulizija kienet infurmata li kien waqa’ saqaf fi Triq Fuq il-Gonna, Swieqi u li kien hemm xi nies midruba.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li kien qed isir xi xoghol ta’ kostruzzjoni fuq residenza, ghal xi raguni waqa’ saqaf (bejt). Konsegwenza ta’ dan, sfronda saqaf iehor taht dan il-bejt. Tim mediku mill-Isptar Mater Dei beda jaghti l-kura fuq il-post lil zewg haddiema li ndarbu fl-incident. Wara huma ttiehdu l-Isptar fejn aktar tard il-Pulizija giet infurmata li wiehed minnhom kien fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-iehor sofra griehi hfief. Il-haddiem li ndarab gravi ghandu 29 sena u huwa minn Hal Tarxien filwaqt li l-haddiem l-iehor ghandu 22 sena u huwa minn Birkirkara.
Fuq il-post gew imsejha ukoll membri mill-Awtorita` tas-Sahha u s-Sigurta` fuq il-post tax-Xoghol u haddiema ta’ l-Enemalta sabiex inehhu xi periklu li seta’ kien hemm mill-elettriku.
B’dan l-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Mizzi LL. D. fejn hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. |
|
Health-Related: Work |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
01 June 2009 |
|
Il-bierah ghall-habta tal-erba ta’ wara nofs in-nhar (16.00hrs) il-Pulizija giet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Sahha li kienet ghadha kemm intalbitilhom l-assistenza fi Pretty Bay, Birzebbugia peress li kien hemm persuna feruta.
Minn stharrig preliminarju li sar irrizulta li waqt li ragel qabez jghum ghal xi raguni wara ftit intilef minn sensih. Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika fejn aktar tard gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Ir-ragel ghandu 44 sena u huwa residenti l-Kalkara.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjoni. |
|
Health-Related: Leisure |
|
| Report Date |
|
Info |
|
Category |
01 June 2009 |
|
L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija matul tmiem il-gimgha investigat hdax-il persuna inkonessjoni ma’ diversi sejbiet ta droga f’hidmiet separati kontra t-traffikar u abbuz ta’ droga.
L-ewwel hidma saret is-Sibt wara nofsinhar gewwa r-Rabat (Malta) fejn go appartament nstabu aktar minn 50 gramma droga kokajina, kif ukoll oggetti ohra relatati mal-abbuz u traffikar ta’ droga. Waqt it-tfittxija instab ukoll laptop li jirrizulta li fih kienet idahhlet d-droga mohbija. Minn aktar investigazzjonijiet irrizulta li fl-appartament kien hemm persuni li kienu ghadhom kemm wasslu Malta filghodu stess minn Gerona (Spanja), u d-droga ddahlet dakinhar stess.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Silvio Meli LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Hidma ohra saret tard is-Sibt wara nofsinhar gewwa l-Gzira, fejn gie arrestat guvni ta’ 32 sena wara li fl-appartament tieghu kif ukoll f’garaxx fl-istess blokk fejn huwa residenti nstabu pakketti bid-droga eroina lesti sabiex jinbieghu kif ukoll oggetti ohra relatati mal-abbuz u traffikar ta’ droga.
Hidma ohra saret matul il-lejl li ghadda fit-tramuntana ta’ Malta waqt party li kien organizzat minn kmieni wara nofsinhar. B’kollox gew arrestati sitt persuni, ilkoll irgiel li l-eta` taghhom tvarja bejn is-17 u 26 sena. Fil-pussess taghhom nstabet id-droga ecstasy, kokajina u kannabis. Guvni minnhom, li ghandu 26 sena u huwa minn Hal-Qormi nstab fil-pussess ta’ 85 pillolla tal-ecstasy.
L-istharrig tal-Pulizija f’dawn il-kazijiet ghadu ghaddej u l-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ pussess u traffikar ta’ droga. |
|
Drugs |
|
|
|
| |
|
|
|
 |
 |
|
 |
Police Notice: Mosta
Mosta Police Station can only be reached through telephone numbers 2141 4106 or 2294 2427 until further notice. |
 |
|
 |