Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Report
Date
Info
Category
31 March 2008
Illum tard wara nofs in-nhar ghal habta tas-sebgha u kwart fil-Wied ta’ l-Imsida, l-Imsida fid-direzzjoni lejn B’Kara kien sehh incident stradali.
Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni sewwieq ta’ 21 sena minn B’Kara, ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura tieghu tat-tip Peugeot bil-konsegwenza li baqa’ diehel f’arblu tad-dawl. Passiggier fil-vettura kien hemm tfajla ta’ 24 sena minn San Gwann.
Fuq il-post isejhet ambulanza fejn hadet liz-zewg persuni l-isptar Mater Dei fejn il-guvni kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi minhabba xi ksur li sofra izda mhux fil-periklu li jitlef hajtu, fejn ghadu qiegehd jinghata l-assistenza medika. It-tfajla ma sofriet l-ebda griehi.
Membri tal-Korp tal-Pulizija dilettanti tal-muturi illum il-Hadd 30 ta’ Marzu, 2008 se jorganizzaw Charity Ride li d-dhul minnha se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.
Il-membri tal-Pulizija akkompanjati minn dilettanti hbieb taghhom se jiltaqghu illum fid-disgha u nofs ta’ filghodu (0930hrs) hdejn il-Garaxx tal-Pulizija, Floriana sabiex tinghata bidu ghal din ic-Charity Ride. Is-sena l-ohra kien gew organizzati zewg charity rides ohra mill-Pulizija fejn id-dhul minnhom ukoll mar ghal istituzzjonijiet filantropici.
Il-Charity Ride tal-lum ser tintemm fil-grounds tad-Dar tal-Providenza ghal habta tal-hdax u nofs (1130hrs) fejn hemmhekk ser issir ukoll il-prezentazzjoni tal-flus migbura lid-Direttur ta’ din id-dar.
Police - Social Activity
Report
Date
Info
Category
30 March 2008
Stqarrija ohra tghid li filghodu kompliet l-operazzjoni sabiex jittellghu t-tankijiet u l-isplussivi li kienu fil-bahar. Minn aktar tfittxijiet li saru, inkluz f’qiegh il-bahar, b’kollox instabu 18-il tank pero dawn irrizultaw kollha vojta. Izda vicin dawn it-tankijiet fil-bahar instab numru konsiderevoli ta’ materjal splussiv. Dan il-materjal ittella` kollu mill-bahar mill-membri ta’ l-EOD.
Aktar investiagzzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Illegal Fireworks Factories
Report
Date
Info
Category
29 March 2008
Il-bierah wara nofsinhar il-Pulizija waqqfet numru ta’ persuni go vettura li kienu fil-pussess ta’ arma tan-nar u balaklavi u b’hekk x’aktarx li gie sfrattat reat kriminali.
Il-Pulizija rceviet telefonata anonima li minn go triq f’Hal Qormi ghaddiet karozza b’erba’ persuni suspettuzi go fiha. Immedjatament Pulizija mill-Iskwadra Mobbli u mid-Distrett ta’ Hal Qormi bdew tfittxijiet fit-toroq ta’ l-inhawi. Ftit tal-hin wara l-karozza msemmija b’erba’ persuni go fiha giet mwaqqfa` mill-Pulizija ta’ l-Iskwadra Mobbli f’Hal Qormi stess.
Fil-karozza kien hemm tliet guvintur u tfajla li etajiet taghhom ivarjaw bejn l-24 u t-30 sena. Fil-karozza instabet arma tan-nar u numru ta’ balaklavi. L-erba’ persuni gew arrestati mill-Pulizija ghal aktar stharrig. Il-vettura ukoll giet mizmuma mill-Pulizija bhala parti mill-investigazzjoni.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Fit-30 ta' Marzu, il-Pulizija ressqet lil dawn l-erba` individwi l-Qorti ghal habta tas-siegha ta’ wara nofsinhar (1300hrs) quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Miriam Hayman LLD. L-erba’ persuni huma :
Mariano Pirrone, ta’ 30 sena, mwieled }’Attard u residenti n-Naxxar;
Joseph Muscat, ta’ 24 sena, mwieled il-Pieta’ u residenti }al-Luqa;
Maria Claudine Camilleri, ta’ 29 sena, mwielda il-Pieta’ u residenti \-|urrieq;
Joswa Fenech, ta’ 24 sena, mwieled il-Pieta’ u residenti }al-Qormi;
Huma [ew akku\ati fost akku\i o]ra talli nhar it-28 ta’ Marzu 2008 g]all-]abta tas-2pm u/jew fil-jiem ta’ qabel f’}al-Qormi u/jew fi bnadi o]ra talli:
Asso`jaw rwie]hom bil-g]an li jag]mlu serqa aggravata u b’sekwestru ta’ persuna fi stabbiliment fi Triq il-Kardinal Sciberras, }al-Qormi;
Bil-]sieb li jag]mlu delitt urew dan il-]sieb b’atti esterni u taw bidu g]all-e\ekuzzjoni tad-delitt, liema delitt ma [iex esegwit min]abba xi ]a[a a``identali u indipendenti mill-volonta’ tag]hom;
Irrendew ru]hom re`idivi;
Kellhom fill-pusses tag]hom arma tan-nar u munizzjon;
Fenech [ie akku\at ukoll talli wara li [ie ikkundannat f’Malta g]al-serq jew g]al-re`itazzjoni nstab fil-pusses ta’ o[[etti li ma humiex tal-kondizzjoni tieg]u, ming]ajr ma ta kont sodisfa`enti ta’ kif [ew le[ittimament g]andu.
L-erba’ persuni wie[bu li mhux ]atja g]all-akku\i mi[juba kontrihom, huma talbu il-]elsien mill-arrest liema talba [iet mi`]uda mill-Qorti u b’hekk [ew skortati lejn il-Fa`ilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca u Malcolm Bondin.
Potential Hold-Up Thwarted
Report
Date
Info
Category
28 March 2008
Kmieni dalghodu ghal habta tas-siegha (1.00) l-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq Strickland, Haz Zabbar.
Mill-ewwel informazzjoni li ghandha l-Pulizija jirrizulta li tlett irgiel, li kienu maghmmda u mhux armati, dahlu fuq anzjana li ghandha 73 sena, fejn serqulha ammont ta’ flus kontanti li ma jecedux l-erba’ mitt ewro. F’din is-serqa l-anzjana ma sofriet l-ebda griehi ghalkemm ittiehdet il-Poliklinika minhabba li kienet qed isofri minn xokk.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr A Vella LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar dan il-kaz.
Hold-Up - Theft from Residence
Report
Date
Info
Category
27 March 2008
Il-bierah wara nofsinhar il-Pulizija rceviet rapport ta’ serqa f’stabbiliment f’Haz-Zabbar.
Minn l-ewwel stharrig fuq il-post irrizulta li ragel mghammad dahal go stabbiliment mghammar b’amusement machines u talab il-flus lil impjegata. Il-halliel li kien fil-pussess ta’ turnavit, seraq ammont ta’ flus kontanti u wara harab minn fuq il-post. Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.
B’dan il-kaz giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Scerri Herrera fejn din hatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.
Hold-Up
Report
Date
Info
Category
27 March 2008
L-Ufficjal Principali ta’ l-Immigrazzjoni javza lil pubbliku in generali li wara d-dhul ta’ Malta fiz-zona Schengen f’Dicembru 2007, nhar il-Hadd 30 ta’ Marzu 2008, kontrolli fuq titjiriet interni (tijiriet Schengen) li jitilqu minn jew jaslu f’Malta ser jigu aboliti f’nofsilejl (0000 hours) hin lokali.
Skond regolamenti taht Kapitlu 217, l-Ufficjal Principali ta’ l-Immigrazzjoni javza li dokumenti ta’ l-ivvjaggar accetati skond il-ligi huma dawk stipulati f’Direttiva 2004/38 Artiklu 5. Din tghid li cittadini ta’ l-Unjoni Ewropea jinghataw permess jidhlu f’territorju ta’ stati membri permezz ta’ Karta ta’ l-Identita’ valida jew Passport validu. Cittadini ta’ stati li mhumiex membri jinghataw permess jidhlu fit-territorju permezz ta’ passaport validu. Naturalment f’dan l-ahhar kaz, vizi, dokumenti ta’ residenza u certifikati ikunu mehtiega skond il-bzonn u skond il-proceduri kurrenti.
Skond l-artiklu 6(a) ta’ l-Att dwar il-Karta ta’ l-Identita’, karti ta’ l-identita’ validi ghall-ivvjaggar huma dawk li m’ghandhomx struzzjonijiet specifici fuq wara, precizament il-kliem ‘FOR USE IN MALTA ONLY – NOT VALID FOR TRAVEL’. Dan japplika ghal cittadini Maltin u ghal dawk li mhumiex. F’dan l-ahhar kaz din l-informazzjoni diga’ ingiebet ghall-attenzjoni tal-persuni koncernati, permezz ta’ riklam fuq il-gazzetti lokali nhar is-26 ta’ Awissu, 2006.
Ta’ min ifakkar li rigward karti ta’ l-identita’ skaduti, skond Stqarrija ghall-Istampa mahruga fis-7 ta’ Jannar 2008, cittadini Maltin li bi hsibhom juzaw il-karta’ ta’ l-identita’ bhala dokument ta’ l-ivvjaggar, ghandhom igedduha qabel ma jsiefru, specifikament jekk ser isiefru f’pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
______________
The Principal Immigration Officer notifies the public that following Malta’s accession to the Schengen area in December 2007, on the 30th March 2008, checks on internal flights (Schengen flights) leaving from and arriving to Malta will be abolished from 0000 hours local time.
In line with the requirements under Chapter 217, the Principal Immigration Officer notifies that travel documents acceptable at law are those as also stipulated in Directive 2004/38 Article 5. This stipulates that EU citizens are granted leave to enter the territory of member states with a valid identity card or passport. Nationals of non-member states shall be granted leave to enter their territory with a valid passport. Obviously in the latter case visas, residence cards and certificates will be required wherever necessary, as per current procedures.
In line with Article 6(a) of the Identity Cards Act, identity cards valid for travel are those which do not contain any specific instructions at the back, to be precise the words ‘FOR USE IN MALTA ONLY – NOT VALID FOR TRAVEL’. This applies to Maltese nationals and non-Maltese nationals. In the latter case information has already been brought to the attention of all, following an advert in local newspapers on the 26th August 2006.
You are also reminded that in so far as expired identity cards of Maltese nationals are concerned and in line with the Press Release of the 7th January 2008, Maltese citizens intending to use their identity card as a travel document, should have it substituted prior to going abroad, specifically to the EU.
Schegen - Travel
Report
Date
Info
Category
26 March 2008
Illum ghal habta ta’ l-ghaxra ta’ filghodu l-Pulizija kienet infurmata li fil-Qasam Industrijali tal-Marsa persuna kienet ghadha kif weggghet.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel, li ghandu 49 sena u huwa mill-Kalkara, kien qieghed f’fabbrika tal-pasticerija, ghal xi raguni wegga’ idejh ma wahda mill-magni li hemm. Ir-ragel ma kienx jahdem f’din il-fabbrika.
Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi, imma mhux fil-periklu li jitlef hajtu.
Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr C Scerri Herrera LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Tard il-bierah ghal-habta tal-hdax u kwart (23.15) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq Aldo Moro fil-Marsa kien sehh incident stradali.
Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni is-sewwieq ta’ vettura Ford Ka li ghandu 19-il sena u li huwa mill-Imsida, ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura hekk kif qabad il-bankina. Fil-karozza kien hemm ukoll tfajla, li ghandha 19-il sena u hija minn San Lucija, li kienet passiggiera.
Fuq il-post isejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili fejn assistew lit-tfajla sabiex tohrog mill-vettura, kif ukoll ambulanza li hadet liz-zewg persuni l-isptar Mater Dei. It-tfajla kienet iccertifikata li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi u li tinsab fil-periklu li titlef hajjietha minhabba l-griehi li garbet, waqt li l-guvni ghadu qieghed jinghata l-kura medika.
Bil-kaz kienet infurmata l-magistrat ta’ l-Ghassa Dr Audrey Demicoli LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
F’dawn l-ahhar granet il-Pulizija kompliet ghaddejja b’aktar spezzjonijiet in konnessjoni ma’ loghob tan-nar mahzun illegalment.
Fil-fatt dal-ghodu l-Pulizija ghamlet spezzjoni f’kamra fil-Mellieha (fl-inhawi ta’ Popeye Village) fejn hemmhekk instab ammont konsiderevoli ta’ materjal splussiv kif ukoll xi oggetti ohra relatati mal-produzzjoni tal-loghob tan-nar.
Il-Pulizija qed izzomm ragel mill-Mellieha stess ghal aktar investigazzjonijiet.
B’din is-sejba giet infurmata l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Scerri Herrera fejn din hatret numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar din is-sejba ghadhom ghaddejjin fil-waqt li r-ragel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li gejjin.
Illegal Fireworks Factories
Report
Date
Info
Category
22 March 2008
Illum ghal habta ta’ nofs in-nhar neqsin kwart il-Pulizija rciviet informazzjoni li f’vettura fi Triq Tas-Surg, ix-Xaghra, Ghawdex, seta’ kien hemm xi materjal in-konnessjoni mal-loghob tan-nar.
Minn investigazzjoni li ghamlet il-Pulizija fuq il-post irrizulta li fi trukk ta’ l-ghamla Ford kien hemm ammont konsiderevoli ta’ materjal relatat mal-loghob tan-nar.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Anthony Ellul LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar din is-sejba ghadhom ghaddejjin.
Fit-23 ta' Marzu, il-Pulizija ressqet lil Joseph Spiteri ta’ 48 sena mix-Xaghra b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Paul Coppini Ll.D. u akkuzatu talli fit-22 ta’ Marzu, 2008 u fi zminijiet ta’ qabel minn gewwa trukk tal-ghamla Ford:
a) kellu ghandu xi sustanza esplosiva ghal hsieb mhux lecitu;
b) fl-istess data, hin, lok u cirkostanza dahhal f’Malta porvli ta’ l-isparar jew esplusivi ohra, fetah jew zamm fabbrika tal-porvli jew xogholijiet tan-nar minghajr il-licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija;
c) fl-istess data, hin, lok u cirkostanza zamm ghal bejgh jew hazen materjal esplussiv minghajr il-licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija; u
d) fl-istess data, hin, lok u cirkostanza halla li l-fond li tieghu detentur jigi wzat sabiex jinzamm jew jinhadem xogholijiet tan-nar.
L-imputat ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u gie moghti multa ta’ €209 u konfiska tal-vettura.
Illegal Fireworks in transit
Report
Date
Info
Category
21 March 2008
Il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 31 sena mill-Fgura l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Apap Bologna LLD f’nofs in-nhar (12.00hrs), in konnessjoni ma’ kaz ta’ attentat omicidju.
Court
Report
Date
Info
Category
19 March 2008
Tard il-bierah ghal habta ta’ nofs il-lejl il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Misrah il-Bjar gewwa z-Zejtun kien hemm argument bejn zewgt irgiel.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li kien inqala’ argument bejn ragel ta’ 37 sena u guvni ta’ 19-il sena, it-tnejn mill-Fgura fejn ir-ragel kien intlaqat minn arma li taqta’ u bil-ponta.
Ir-ragel ittiehed l-Isptar permezz ta’ ambulanza fejn kien iccertifikat li kien qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi, fejn ghal xi hin kien fil-periklu li jitlef hajtu. Wara intervent mediku r-ragel kien iccertifikat li jinsab f’qaghda stabbli u mhux fil-periklu li jitlef hajtu.
Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.
Grevious Bodily Harm
Report
Date
Info
Category
18 March 2008
Fil-granet li ghaddew il-Pulizija baqghet tircievi bosta telefonati b’informazzjoni rigward susspett ta’ prezenza ta’ materjal splussiv f’diversi siti madwar Malta. Il-Pulizija qed taghmel spezzjonijiet ghal kull rapport li tircievi.
Fil-fatt il-bierah wara nofsinhar fuq informazzjoni li rceviet, il-Pulizija ghamlet spezzjoni f’residenza Marsaskala fejn hemmhekk instabu ammont zghir ta’ materjal splussiv kif ukoll xi materjal iehor li jintuza fil-produzzjoni tal-loghob tan-nar. Persuna qed tghin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet taghha
Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-membri ta’ l-E.O.D. tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar din is-sejba ghadhom ghaddejjin.
Illegal Fireworks Factories
Report
Date
Info
Category
18 March 2008
Kmieni wara nofs in-nhar ghal-habta tas-siegha u ghaxra (13.10hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm kadavru max-xatt fl-inhawi maghrufa Taht it-Torri, f’ Tas-Sliema. Il-katavru li huwa ta’ ragel ghadu ma giex identifikat, u gie ccertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat Dr Antonio Mizzi LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Kull min ghandu xi informazzjoni rigward dan ir-ragel huwa mitlub jaghmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 21 221 111.
The victim was later that day identified as being a 66 year old man from St Julians.
Dead Person Found
Report
Date
Info
Category
17 March 2008
Ghada t-Tlieta 18 ta’ Marzu, 2008 f’nofs in-nhar ser isir il-ftuh ufficjali tal-Crime Museum li jinsab fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, il-Furjana.
Jattendu ghall-ftuh tal-muzew ser ikun hemm il-Vici Prim Ministru Dr Tonio Borg LL.D. u l-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern Dr Carmelo Mifsud Bonnici LL.D. flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo.
Il-membri ta’ l-Istampa huma kordjalment mistiedna sabiex jattendu.
Crime Museum Inauguration
Report
Date
Info
Category
17 March 2008
Referenza qed issir ghall-istqarrija li harget nhar it-13 ta’ Marzu, 2008 rigward sejba ta’ materjali splussiv go karma f’ghalqa fin-Naxxar.
Dal-ghodu ghal habta tal-hdax (1100hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 38 sena min-Naxxar il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. M. Mallia LL.D. in konnessjoni mall-kaz imsemmi hawn fuq.
Court - Illegal Fireworks Factories
Report
Date
Info
Category
15 March 2008
Illum, il-Pulizija ressqet taht arrest lil Francis Dalli ta’ 46 sena mill-Gudja, il-Qorti quddiem il-Magistrat T. Micallef Trigona LLD u akkuzatu fost akkuzi ohra talli nhar l-14 ta’ Marzu u fix-xhur ta’ qabel gewwa il-Gudja :
Ghamel jew xjentement zamm jew kellu taht kontroll tieghu sustanza espolossiva taht dawk ic-cirkostanzi illi jaghtu ghaliex wiehed ghandu bir-ragun jahseb illi hu ghamilha jew kienet ghandu ghal hsieb mhux lectu;
Dahhal f’Malta porvli jew esplossivi ohra inkella fetah jew zamm fabbriki tal-porvli jew xogholijiet tan-nar inkella fabbriki ohra fejn jinhadmu porvli jew esplossivi ohra minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija;
Zamm ghal bejgh jew hazen porvli tal-isparar jew esplossivi minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
L-imputat inghata l-helsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2000 u bil-kundizzjoni illi jiffirma l-Ghassa taz-Zejtun kull nhar ta’Gimgha.
Court - Illegal Fireworks Factories
Report
Date
Info
Category
15 March 2008
Matul il-lejl li ghadda, ftit qabel nofs il-lejl, il-Pulizija kienet infurmata li kien ghadu kif sehh incident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, Pembroke.
Minn stharrig preliminari rrizulta li mutur tat-tip BMW ghal xi raguni kien involut f’kolluzzjoni ma’ karozza tat-tip Volkswagen Polo. Iz-zewg vetturi kienu qed jigu misjuqa f’direzzjonijiet opposti u garbu hsarat estensivi. Il-mutur kien misjuq minn ragel ta’ 32 sena residenti n-Naxxar fil-waqt li l-karozza kienet misjuqa minn ragel ta’ 45 sena mill-Belt Valletta.
Is-sewwieq tal-mutur gie mehud l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-karozza ma sofriex griehi.
Dwar dan l-incident infethet inkjesta mill-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Vella LL. D.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Traffic Accident
Report
Date
Info
Category
15 March 2008
Ftit qabel l-erbgha ta’ fil-ghodu, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bieb ta’ residenza qed jaqbad fi Triq il-Qoton, Naxxar.
Mill-ewwel informazzjoni li l-Pulizija gabret minn fuq il-post irrizulta li xi girien indunaw li kien hemm bieb ta’ residenza qed jaqbad u huma stess irnexxielhom jitfu n-nar permezz ta’ l-ilma. Il-faccata tad-dar garbet diversi hsarat.
Hadd mir-residenti tad-dar u l-girien ma wegga` f’dan l-incident.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Arson
Report
Date
Info
Category
15 March 2008
Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest sitt zghazagh wara sejba ta’ droga kannabis fil-pussess taghhom, f’hidma mill-istess skwadra matul il-gurnata tal-bierah.
Il-hidma tal-Pulizija saret waqt attivita` li kien hemm gewwa l-Msida (fl-inhawi tal-Junior College), fejn minn hemmhekk gew arrestati hames zghazagh li fil-pussess taghhom instabet d-droga raza tal-kannabis. Tnejn minn dawn ser jigu akkuzati wkoll bi traffikar ta’ l-istess sustanza. L-eta` taghhom tvarja bejn is-16 u l-20 sena u huma minn Hal Safi, Sliema, San Pawl il-Bahar u Rabat (Malta).
F’hidma ohra mill-istess skwadra, aktar tard matul il-gurnata, din id-darba fiz-Zurrieq, zaghzugh ta’ 23 sena mill-Imqabba instab fil-pussess ta’ ammont ta’ droga raza tal-kannabis li kienet lesta sabiex tinbiegh. L-ewwel ammont ta’ droga nstab fil-vettura tieghu, u aktar tard ammont iehor instab gewwa r-residenza tieghu, flimkien ma’ ammont sostanzjali ta’ flus Ewro.
Il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Anthony Vella kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-iknjesta.
Il-persuni qed jinzammu taht arrest fil-waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin.
Drugs
Report
Date
Info
Category
14 March 2008
Dalghodu ghal-habta tat-tmienja u ghoxrin (08.20hrs), il-Pulizija kienet infurmata li li fi Triq Valletta, Hal-Luqa persuna kienet waqghet gholi u sfat feruta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 30 sena mix-Xghajra kien qed jaghmel xi xoghol u ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ madwar tliett sulari.
Huwa gie moghti l-ewwel ghajnuna minn xi haddiema ohra li kienu fuq il-post sakemm giet l-ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Hu gie mehud l-Isptar Mater Dei fejn gie iccertifikat li ma jinsabx fil-periklu li jitlef hajtu u li garrab griehi ta’ natura gravi minhabba ksur.
Bejn il-bierah u llum il-Pulizija rciviet diversi telefonati anonimi in konnessjoni ma’ rapporti ta’ kmamar tan-nar illegali.
Il-Pulizija investigat it-telefonati kollha, fejn saru spezzjonijiet f’diversi nhawi. F’kaz minnhom rrizulta li go kamra f’ghalqa fi Triq Santa Marija, fin-Naxxar kien hemm materjal splussiv. Fuq il-post issejhu l-membri tal-Explosives Ordinance Disposals (EOD) tal-Forzi Armati ta’ Malta biex elevaw il-materjal splussiv.
Il-Pulizija qed izzomm ragel ta’ 38 sena min-Naxxar biex jghinha fl-investigazzjonijiet.
Il-Pulizija qed taghmel appell lil kull min ghandu xi informazzjoni biex icempel fuq in-numru 119.
Illegal Fireworks Factories
Report
Date
Info
Category
13 March 2008
Ghal darb’ohra membri tal-Korp tal-Pulizija hejjew Wirja tal-Gimgha l-Kbira gewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Florjana.
Il-ftuh ufficjali ser issir ghada l-Gimgha 14 ta’ Marzu 2008, fejn fin-nofs siegha (1230hrs) ser tkun celebrata quddiesa fil-Kappella tal-Korp, imbaghad ghal-habta tas-siegha tinfetah ufficjalment il-Wirja tal-Gimgha l-Kbira.
Jattendu ghall-ftuh tal-Wirja tal-Gimgha l-Kbira ser ikun hemm il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern Dr Carmelo Mifsud Bonnici LL.D. u l-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo.
Wara l-ftuh tal-Wirja tal-Gimgha l-Kbira ser ikun hemm ukoll il-ftuh tal-Crime Museum.
Il-membri ta’ l-Istampa huma kordjalment mistiedna sabiex jattendu.
Il-ftuh tal-Wirja tal-Gimgha l-Kbira ser ikunu kif gej:
Mis-Sibt 15 ta’ Marzu, 2008 sa’ l-Erbgha 19 ta’ Marzu l-ftuh ser ikun mit-8.00am sa nofsinhar u mill-5.00pm sat-8.30pm
Il-Hamis 20 ta’ Marzu, 2008 l-ftuh ser ikun mit-8.00am sa nofs il-lejl
Il-Gimgha 21 ta’ Marzu, 2008 l-ftuh ser ikun mit-8.00pm sat-8.00pm
Is-Sibt 22 ta’ Marzu, 2008 l-ftih ser ikun mit-8.00am sa nofsinhar u mill-5.00pm sat-8.30pm
Il-Hadd 23 ta’ Marzu, 2008 l-ftih ser ikun mit-8.00am sa nofsinhar u mill-5.00pm sat-8.30pm.
Social - Last Supper Ehibition Police
Report
Date
Info
Category
12 March 2008
Ftit tal-minuti ilu, ghal habta tal-hdax (1100hrs), sehh incident fi Vjal 21 ta’ Settembru, Naxxar.
F’dan l-incident sehhet xi tip ta’ spluzzjoni fejn iggarraf xi bini u hemm numru ta’ nies feruti.
Fuq il-post hemm il-Pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u ambulanzi mill-Isptar Mater Dei.
Aktar informazzjoni tinghata aktar ‘il quddiem.
Referenza qed issir ghall-istqarrija li harget aktar kmieni llum rigward spluzzjoni fin-Naxxar.
L-incident sehh fi Triq Hal Dghejf, ftit qabel il-hdax ta’ filghodu. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq il-post, irrizulta li f’garaxx fl-imsemmija triq sehhet spluzzjoni x’aktarx rizultat ta’ materjal splussiv. Ragel li ghandu 57 sena u li kien fil-garaxx gie ccertifikat mejjet fuq il-post.
Fuq il-post ta’ l-incident immedjatament bdiet hidma intensiva bejn il-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, il-Forzi Armati ta’ Malta u paramedici mill-Isptar Mater Dei. Kawza ta’ l-ispluzzjoni iggarfu tliet residenzi filwaqt li propjetajiet fil-vicin garbu hsarat konsiderevoli. L-inhawi ta’ madwar il-post fejn sehh l-incident gew evakwati minnufih.
Intant bhal issa ghaddejja tfittxija ghal mara li kienet f’wahda mir-residenzi li ggarfu fil-waqt li tliet persuni femminili ittiehdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanzi. Minn dawn, wahda ma sofritx griehi fil-waqt li t-tnejn l-ohra mhumiex fil-periklu tal-mewt.
Dwar dan l-incident qed issir ukoll Inkjesta Magisterjali mmexxija mill-Magsitrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Hayman LL. D.
Aktar investigazzjonijiet fuq il-post bhalissa ghadhom ghaddejjin.
Reference to Press Releases issued earlier in connection with the explosion in Naxxar, please be informed about the condition of the three females who have been treated at Mater Dei Hospital :-
1) a 35 year old female from Mellieha has been certified that she suffered no injuries;
2) a 61 year old female from Naxxar has been certified as suffering from slight injuries save complications;
3) a 44 year old female from Naxxar has been certified as suffering from grievous injures per durata.
Fit-13 ta' Marzu, kmieni filghodu instabet il-mara li kienet ghadha nieqsa, wara li matul il-lejl kompla jinqala’ l-gebel u xi materjal iehor li kien baqa’ fil-lok fejn sehhet l-ispluzzjoni fi Triq id-Dghejf.
Il-mara ta’ 35 sena instabet mejta.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejin.
Death - Explosion
Report
Date
Info
Category
12 March 2008
Dalghodu, ghal-habta ta’ l-ghaxra u nofs (10.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kienet sehhet habta bejn vettura tat-tip Kia Mentor u mutur tat-tip Triumph. Iz-zewg vetturi kienu ghaddejjien minn Rahal il-Gdid direzzjoni lejn il-Hamrun, fejn ghal xi raguni dawn habtu u s-sewwiq tal-mutur, ragel ta’ 45 sena minn Santa Lucija sofra xi griehi u gie mehud l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Huwa gie ccertifikat li mhux qieghed fil-periklu li jitlef hajtu. Il-vettura Kia kienet qed tigi misjuqa minn tfajla li ghandha 23 sena u hija mill-Hamrun ma garrbet ebda griehi.
Illum wara nofsinhar il-Pulizija qabdet zewg persuni waqt li kienu qed jisirqu minn vettura fi Triq Sarria, Floriana.
Zewg pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku li kienu fl-inhawi gew infurmati minn xi persuni li kien hemm zewg individwi li kienu qed jippruvaw jisirqu mill-karozzi pparkjati fl-imsemmija triq. Meta dawn il-pulizija ghamlu tfittxija fl-imsemmija triq sabu ragel go karozza li kien qed jipprova jaqla` stereo b’turnavit. Ma’ genb l-istess karozza instab ragel iehor li ukoll kien fil-pussess ta’ turnavit u bicca minn stereo ta’ karozza. L-irgiel ghandhom 34 sena u 42 sena rispettivament.
Iz-zewgt irgiel gew mizmuma mill-Pulizija ghal aktar stharrig.
Theft from Vehicle - solved
Report
Date
Info
Category
10 March 2008
Julian Mary Agius ta’ 42 sena minn Hal Luqa kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Julian huwa ta’ statura medja, xaghar qasir ta’ kulur kannella u l-ahhar li deher kien liebes qmis chequered hamra, jeans u zarbun iswed.
Kull min ghandu informazzjoni dwar Julian Agius huwa mitlub sabiex jghaddiha lill-Pulizija fuq in-numru 119 jew icempel l-eqreb Ghassa tal-Pulizija
Fl-14 ta' Marzu, ir-ragel Julian Mary Agius ta’ 42 sena minn Hal Luqa li kien irrapurtat nieqes mill-Pulizija nhar it-Tnejn 10 ta’ Marzu, 2008 instab u ghaldaqstant ma ghadux ikkunsidrat bhala persuna nieqsa.
Missing person
Report
Date
Info
Category
09 March 2008
Illum ghal habta tas-siegha ta’ wara nofs in-nhar l-Pulizija kienet infurmata li fid-Dwejra, Ghawdex, mara sabet ruhha f’diffikulta’ waqt li li kienet qed tghoddos ma grupp ta’ nies.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li mara, li hija ta’ nazzjonalita’ Pollakka, kienet qed tghoddos ma persuni ohrajn gewwa d-Dwejra, inqabdet f’diffikulta’ u kienet mghejjuna mill-instructor taghha sabiex jitilghu f’wicc l-ilma. Kien f’dan il-hin li huma kienu migjuba x-xatt permezz ta’ dghajsa li kienet fil-vicin.
Sakemm waslet l-ambulanza fuq il-post, saru diversi tentattivi sabiex il-mara tinghata l-ewwel ghajnuna medika (CPR), fejn sfortunatament dan kien kollu ghalxejn. Il-mara kienet iccertifikata mejta fuq il-post.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Paul Coppini LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Kmieni dalghodu il-Pulizija kienu infurmati li sehhet serqa x-Xatt ta’ San Gorg, f’San Giljan.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li guvni ta’ 20 sena mill-Imsida, kien fit-triq imsemmija gie allegetament aggredit u misruq ammont ta’ flus kontanti liema ammont huwa inqas minn € 100. Il-guvni ma garrab ebda griehi.
Intant, ftit tal-hin wara l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm ragel ferut fi Triq San Gorg, San Giljan.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjoni rrizulta li ragel ta’ 30 sena ta’ nazzjonalita` Libjana kien ghadu kemm gie ferut wara li allegatament qala daqqa ta flixkun. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei, fejn gie ccertifikat li kien jinsab fil-periklu tal-mewt, izda wara xi hin qeleb ghall-ahjar.
B’referenza ghall-konferenza stampa moghtija minn Dr Harry Vassallo aktar kmieni illum 5 ta’ Marzu 2008, rigward zewg mandati ta’ arrest mahruga mill-Qorti nhar s-27 ta’ Settembru 2007, dwar multi ta’ kazi ta’ V.A.T. li gew konvertiti fi prigunerija.
Il-Kummissarju tal-Pulizija jixtieq jikkjarifika li hija l-prassi normali li mandati bhal dawn, li bhalhom ikun hemm hafna matul is-sena, jintbaghtu lid-Distretti tal-Pulizija sabiex jigu ezegwiti minn hemm.
Minn indagini preliminari li saru jidher illi llum ghall-habta ta’ l-4.00pm, surgent tal-pulizija stazzjonat l-Ghassa ta’ Tas-Sliema, kien informa lill-Dr Vassallo sabiex jirregolarizza ruhu dwar dawn il-mandati.
L-allegazzjonijiet ta’ Dr Harry Vassallo huma totalment differenti minn dak li qed jigi rrapurtat mis-Surgent.
Ghaldaqstant, il-Kummissarju tal-Pulizija ordna investigazzjoni immedjata sabiex tigi stabbilita l-verita’ kollha dwar dan il-kaz.
Political leader imprisonment case
Report
Date
Info
Category
05 March 2008
Il-Pulizija ghadha kemm giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li dalghodu ghal habta tal-ghaxra u nofs (10.30hrs) kienet waqet persuna fi Triq il-Marbat, Swieqi.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel li kien qed jaghmel xi xogholijiet f’bini fl-imsemmija triq ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ zewg sulari. Huwa gie mehud l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Il-vittma huwa ragel mis-Sudan li l-eta` tieghu ghadha trid tigi stabbilita.
Investigazzjonijiet dwar il-kaz ghadhom ghaddejja u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ San Giljan.
Death
Work-related
Report
Date
Info
Category
04 March 2008
Kmieni wara nofs in-nhar ghal-habta tan-nofs siegha (12.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident fi Triq il-Macina, l-Isla.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kienet ghadha kemm sehhet kolluzjoni bejn karozza tal-linja u vettura privata tat-tip Hyundai Accent. B’dan l-incident kienu infurmati l-Gwardjani Lokali peress li hadd min-nies involuti ma kienu feruti. Waqt li kien qed isir ir-rapport tal-kollizjoni ghal xi raguni is-sewwieq tal-Hyundai, ragel ta’ madwar 75 sena minn Haz Zabbar, hassu hazin u sfortunatament tilef hajtu.
B’dan il-kaz gie nfurmat il-Magistrat Dr Michael Mallia LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta, u mistennija issir awtopsja fuq il-kadavru.
Kmieni wara nofs in-nhar ghal-habta tan-nofs siegha (12.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident fi Triq Panzavecchia, fl-Isla.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li kienet ghadha kemm sehhet kolluzjoni bejn karozza tal-linja u vettura privata tat-tip Hyundai Accent. B’dan l-incident kienu infurmati l-Gwardjani Lokali peress li hadd min-nies involuti ma kienu feruti. Waqt li kien qed isir ir-rapport tal-kollizjoni ghal xi raguni is-sewwieq tal-Hyundai, ragel ta’ madwar 75 sena minn Haz Zabbar, hassu hazin u sfortunatament tilef hajtu.
B’dan il-kaz gie nfurmat il-Magistrat Dr Michael Mallia LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta, u mistennija issir awtopsja fuq il-kadavru.
Dalghodu ghall-habta tas-saghtejn u nofs (02.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm incident stradali fix-Xatt ta’ San Gorg, f’San Giljan.
Il-Pulizija mill-Iskwadra Mobbli marru minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari irrizulta li mutur ta’ l-ghamla Kymco ghal xi raguni baqa’ diehel f’vettura tat-tip Chevrolet Matiz. Fl-incident hadd ma wegga’.
Is-sewwieq tal-mutur, guvni ta’ 17-il sena mis-Siggiewi, malli ra l-prezenza tal-Pulizija ghal xi raguni prova jahrab minn fuq il-post. Huwa gie imwaqqaf immedjatament mill-Pulizija fejn wara investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija rrizulta li l-mutur kien insteraq ftit tal-hin qabel.
Il-Pulizija qed izomm zewg guvintur ta’ 17 u 19-il sena biex jghinuha fl-istharrig.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjien.
Traffic-Related
Report
Date
Info
Category
01 March 2008
Kmieni dalghodu iddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’HayWharf wara li gew salvati ‘l barra minn Malta.
Il-grupp ta’ 24 kien jikkonsisti f’17-il ragel, 4 nisa u 3 itfal li kollha nstabu li kienu f’kundizzjoni ta sahha tajba.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Illegal Immigration
Report
Date
Info
Category
01 March 2008
Kmieni dalghodu ghal-habta tas-siegha u kwart (1.15) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq ta’ Hamet, ix-Xaghra f’Ghawdex kien sehh incident stradali.
Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni s-sewwieq ta’ vettura Opel Corsa li ghandu 19-il sena u li huwa minn Ghajnsielem, tilef il-kontroll tal-vettura, bil-konsegwenza li habat ma’ hajt u baqa’ diehel f’arblu tad-dawl. Fil-vettura kien hemm ukoll passiggiera.
Fuq il-post isejhet l-ambulanza fejn hadet lill-guvni u t-tfajla l-Isptar ta’ Ghawdex fejn it-tfajla kienet iccertifikata li qieghda ssofri minn griehi ta’ natura gravi u li tinsab fil-periklu li titlef hajjitha. Attenzjoni medika ghadha qed tinghata lil guvni pero’ fl-ebda hin ma kien fil-periklu tal-mewt.
Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Anthony Ellul LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassituh fl-inkjesta.