The Police Force CMRU's information service

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

31 March 2009

 

Dalghodu waqt ic-cerimonja ufficjali ta’ Jum il-Helsien fil-Birgu, grupp zghir ta’ persuni qabzu l-barriers tal-Pulizija u ntefghu ma’ l-art.

       

Il-Pulizija hadet azzjoni mmedjata billi qajmet lil dawn il-persuni u akkumpanjathom sa wara l-barriers.  Ic-cerimonja kompliet minghajr ebda incidenti.

 

Ma saru l-ebda arresti in konnessjoni ma’ dan il-kaz.

  Disturbance

 

Report Date   Info   Category

31 March 2009

 

Illum il-Pulizija ressqet ragel Rumen il-Qorti taht arrest quddiem il-Magitsrat ta’ l-Ghassa Dr. Silvio Meli LL. D.

       

Ir-Rumen, li huwa residenti l-Germanja, gie akkuzat li fit-30 ta’ Marzu 2009 u l-granet ta’ qabel importa d-drogi kokajina u eroina, b’pussess bi skop ta’ importazzjoni u li assocja ruhu ma’ terzi persuni sabiex jimporta dawn l-istess drogi.

 

L-imputat ma nghatax liberta’ provizorja u ntbaghat fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.

 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Dennis Theuma.

  Court

 

Report Date   Info   Category

31 March 2009

 

Kmieni dalghodu ghal habta ta’ l-erbgha u kwart, waqt li l-Pulizija ta’ l-Iskwadra Mobbli kienu fuq ronda f’Ta’ Qali, innutaw vettura qed taqbad.

       

Fuq il-post immedjatament issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li tfew in-nar.   Minkejja dan, il-vettura ta’ l-ghamla Ford Escort, kienet kompletament meqruda bin-nar. Il-vettura allegatament kienet ipparkjata l-Hamrun qabel dak l-incident.

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Consuelo Scerri Herrera LL. D giet infurmata b’dan il-kaz.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Fire

 

Report Date   Info   Category

31 March 2009

 

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel barrani wara sejba ta’ kilo droga eroina u 900 gramma ta’ droga kokajina matul l-lejl ta’ bejn il-Hadd u t-Tnejn li ghadda gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

       

F’hidma bejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, wara informazzjoni li kienet tindika li persuna barranija kienet ser iddahhal id-droga f’Malta, gie mwaqqaf ragel ta’ 25 sena ta’ nazzjonalita` Rumena pero residenti l-Germanja li kien ghadu kif wasal Malta fuq titjira diretta minn Amsterdam, l-Olanda.

 

Mohbija f’qiegh falz fil-bagalja tieghu nstabu mohbija zewg pakketti kbar bid-droga msemmija.

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Miriam Hayman LL. D kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

L-istharrig tal-Pulizija intensifika u filfatt gew identifikati l-persuni li ghalihom kienet iddestinata d-droga misjuba. Gew arrestati wkoll zewgt irgiel mill-Kosta ta’ l-Avorju, ta’ 27u 30 sena residenti Haz-Zabbar u l-Qawra.

 

F’residenza ta’ wiehed minhom fil-Qawra wara tfittxija intensiva mill-Pulizija nstabet aktar droga, madwar 80 gramma eroina, kif ukoll oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga.

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C. Scerri Herrera LL. D kienet infurmatha b’din is-sejba u hatret diversi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.    

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjin, u r-ragel ta’ nazzjonalita` Rumena u li kien mizmum gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mistenni li jitressaq il-Qorti llum ghall-habta ta’ nofsinhar.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

30 March 2009

 

Illum, il-Pulizija mit-Taqsima ta' Kontra r-Reati Ekonomici rnexxielha twettaq b'success raid f’tas-Sliema fejn elevat numru ta’ oggetti ffalsifikati.

      

Waqt dan ir-raid il-pulizija mill-istess taqsima elevat madwar 700 DVD films, computer games u audio CDs ikkuppjati.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig u xi persuni mistennija jittresqu l-Qorti fil-jiem li gejjin.

  Economic Crimes

 

Report Date   Info   Category

30 March 2009

 

Kmieni dalghodu ghal habta tal-hamsa u hamsa (5:05) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Kbira San Guzepp gewwa Santa Venera kien sehh incident stradali.

      

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post indikat fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li ghal xi raguni zewg vetturi li kienu gejjin mid-direzzjoni opposta - vettura tat-tip Hyundai u vettura tat-tip Nissan, misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena minn B’Kara u ragel ta’ 57 minn B’Bugia rispettivament, dawn habtu.

 

Iz-zewg xufiera ttiehdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn it-tfajla kienet iccertifikata li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi, izda mhux fil-periklu li titlef hajjitha, waqt li r-ragel kien iccertifikat li qed isofri minn griehi hfief.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

29 March 2009

 

Illum wara nofsinhar ghal habta ta’ l-erbgha (1600hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 38 sena minn Santa Venera l-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Miriam Hayman LL. D in konnessjoni ma’ traffikar ta’ eroina u kokajina.   

     
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

29 March 2009

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest ragel wara sejba ta’ droga kokajina l-bierah gewwa Marsaskala.

      

L-investigazzjoni bdiet meta l-Pulizija rceviet informazzjoni li appartament fil-lokalita` msemmija kien qed jintuza sabiex tinheba u tigi ttraffikata d-droga. 

 

F’hidma mill-Pulizija kmieni wara nofsinhar, gie mwaqqaf ragel ta’ nazzjonalita` Nigerjana, residenti Marsaskala, li kien fil-kumpanija ta’ ragel Malti mir-Rabat (Malta). Fuq in-Nigerjan nstabet kapsola bil-kokajina kif ukoll xi flus kontanti.

 

Sussegwentament saret ukoll tfittxija fl-appartament tan-Nigerjan, fejn mohbija f’cupboard fil-kcina nstabu 37 kapsola ohra bil-kokajina, kif ukoll ammont iehor ta’ kokajina f’boroz separati.

 

B’kollox nstabu madwar 600 gramma ta’ droga kokajina.

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin u r-ragel Nigerjan mistenni li jitressaq il-Qorti ghada filghodu b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga. 

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

28 March 2009

 

Illum, il-Pulizija ressqet lill Daren Alfred Vassallo La Rosa, ta’ 36 sena, imwieled l-Ingilterra u residenti San Pawl il-Bahar il-Qorti quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr Doreen Clarke LLD.  Vassallo La Rosa gie mressaq il-Qorti in konnessjoni ma European Arrest Warrant (EAW).

      

Ir-ragel ma kkonsentiex ghall-estradizzjoni u ghamel talba biex jinghata l-liberta` provizorja.  It-talba ma gietx milqugha u gie skortat fil-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur J J Fenech u l-Ispettur Dr M Cuschieri assistiti minn Dr D Frendo Dimech u Dr E Rizzo mill-Ufficcju tal-Avukat Generali.

  Court

 

Report Date   Info   Category

28 March 2009

 

Dalghodu ghal habta tal-hdax (1100hrs), il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 36 sena l-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D. in konnessjoni ma’ European Arrest Warrant.

     
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

28 March 2009

 

Il-Pulizija tixtieq tavza li hekk kif wiehed johrog mill-mini ta' Santa Venera direzzjoni lejn San Giljan, hemm materjal jizloq ma' l-art. Fil-post sehhew xi kolluzzjonijiet izda hadd ma safa` ferut. Ghalhekk is-sewwieqa huma mitluba juzaw aktar prudenza fis-sewqan jew juzaw toroq alternattivi.

Grazzi tal-ko-operazzjoni.

     
  Traffic Notice

 

Report Date   Info   Category

27 March 2009

 

Illum wara nofsinhar tressqu tliet persuni l-Qorti taht arrest quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Antonio Mizzi LL. D.

      

Prince Kwadwo Mensah ta’ 18-il sena mwieled Offinso, Ghana izda residenti San Pawl il-Bahar gie akkuzat bi traffikar ta’ persuna/i kif ukoll li iffalsifika karta ta’ l-identita` u residence permit card jew uza jew kellu fil-pussess tieghu dawn id-dokumenti li hu jaf li gew ffalsifikati.

 

L-imputat gie misjub hati u gie ssentenzjat ghal seba’ xhur prigunerija.

 

Rose David ta’ 18-il sena mwielda Delta State, Nigerija u tfajla ohra ta’ 16-il sena mwielda n-Nigerija wkoll u t-tnejn residenti Hal Far, gew akkuzati li ffalsifikaw passaporti jew uzaw jew kellhom ghandhom passaporti li huma jafu li gew ffalsifikati.

 

Rose David giet ikkundannata seba` xhur prigunerija sospizi ghal sena, filwaqt li t-tfajla l-ohra giet ikkundannata sena prigunerija sospiza ghal sena.

 

Il-prosekuzzjonijiet fil-kazijiet kollha gew immexxija mill-Ispettur Joseph Hersey.

  Court

 

Report Date   Info   Category

26 March 2009

 

Illum ghal habta tas-siegha u nofs (13:30) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq l-Imdina, Qormi kien sehh incident stradali.

     

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li ghal xi raguni tliet karozzi, li kienu fl-istess karrigjata, habtu bil-konsegwenza li wahda minnhom baqghet diehla f’zewg vetturi li kienu pparkjati.

 

It-tliet xufiera, li kienu qed isuqu vetturi tat-tip Lada, Honda u Fiat, ittiehdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ghadhom qed jinghataw il-kura mehtiega.  Aktar zvillupi rigward il-kundizzjoni taghhom tinghata iktar ’il quddiem.

F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li x-xufiera tal-vetturi Lada u Fiat intbaghatu d-dar, waqt li x-xufier tal-Honda inzamm l-isptar Mater Dei ghal aktar kura. Ix-xufier ma jinsabx u qatt ma kien fil-periklu li jitlef hajtu.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet taghha.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

25 March 2009

 

Dalghodu il-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra r-Reati Ekonomici wettqet b'success raid f’hanut f’Santa Venera fejn kienu elevati madwar erbat elef (4,000) DVD li allegatament huma kkuppjati.  Ma dawn id-DVDs kien hemm ukoll ammont minimu ta’ CDs tal-istess tip.

    

In konnessjoni ma’ dan il-kaz persuna ghandha titressaq l-Qorti aktar il-quddiem.

 

Investigazzjonijiet min-naha tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Economic Crimes

 

Report Date   Info   Category

24 March 2009

 

Ghal habta tal-hdax u nofs ta’ dal-ghodu (1130hrs), il-Pulizija kienet infurmata li persuna kienet waqghet minn gholi fi Triq Zerafa, Gharghur

   

Il-Pulizja marru fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li ragel ta’ 63 sena minn Hal Luqa kien qed jahdem fuq sit ta’ kostruzzjoni u ghal xi raguni waqa’ go xaft gholi ta’ madwar 3 sulari.

 

Ir-ragel gie mehud l-isptar Mater Dei fejn jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A. Mizzi LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Stqarrija mahruga mill-pulizija fl-24 ta' Marzu infurmat li l-persuna tilfet hajjitha.

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjoni taghha.

  Health-Related: Work

 

Report Date   Info   Category

24 March 2009

 

Ghal habta tal-hamsa u ghaxra (0510hrs) il-Pulizija kienet infurmata illi kienet ghadha kif sehhet serqa fuq mara fi Triq il-Wilga, San Giljan.

                 

Mill-ewwel investigazzjonijiet rrizulta illi waqt li mara ta’ 33 sena ta’ nazzjonalita Ceka u residenti San Pawl il-Bahar kienet mixja flimkien ma mara Maltija ta’ 24 sena minn Hal Qormi gewwa l-imsemmija triq, zewg persuni mghammda u armati b’sikkina, hebbu ghal mara Ceka, fejn ghamlulha s-sikkina m’ghonqa. Huma rnexxilhom jisirqulha l-handbag li kien fih ammont ta’ flus kif ukoll dokumenti u ogetti personali.

 

Hadd ma wegga f’dan l-incident.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

   

 

Report Date   Info   Category

24 March 2009

 

Matul il-lejl (0150hrs), l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm xi nirien fi Triq Tumas Fenech, Qormi.

   

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn gie kkonfermat ir-rapport. Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta illi xi nies mhux maghrufa kienu poggew tyre u xi tip ta’ likwidu fjammabbli ma’ bieb ta’ residenza. In-nirien kienu diga’ gew kkontrollati mal-wasla tal-Pulizja, u hadd ma wegga’ f’dan l-incident. 

 

Bl-incident gie infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L. Quintano LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jghinuh fl-inkjesta.

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Arson

 

Report Date   Info   Category

23 March 2009

 

L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ 30 sena mill-Hamrun wara sejba ta’ droga eroina, kokajina u raza tal-kannabis.

  

Is-sejba saret tard il-bierah filghodu fil-presenza tieghu gewwa r-residenza tal-genituri tieghu fil-Hamrun. Filfatt nstabu zewg boroz kbar, kif ukoll ohrajn zghar b’aktar minn 80 gramma eroina, madwar 30 gramma ta’ raza tal-kannabis u ammont zghir ta’ kokajina.

 

Gew elevati wkoll aktar minn €19,000 fi flus kontanti, mizien, u oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga.

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Michael Mallia LL. D kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin u l-persuna mistennija li titressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga. 

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

22 March 2009

 

Il-Pulizija illum ipprezentat taht arrest lil Silvano Cilia ta’ 33 sena residenti Hal-Ghaxaq / Hal-Safi, il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Michael Mallia LLD.  Hu gie akkuzat talli f’dawn il-Gzejjer fil-21 ta’ Marzu 2009 u matul is-sitt xhur ta’ qabel din id-data :

 
  • Kellu fil-pussess tieghu d-droga erojina, liema droga instabet f’tali cirkustanzi li juru li ma kinitx ghall-uzu personali tieghu;
  • Ikkommetta l-imsemmi reat fi jew gewwa distanza ta’ mitt metru mill-perimetru ta’ skola, club jew centru taz-zaghzagh jew xi post iehor fejn normalment jilttaqghu iz-zaghzagh.
 

L-akkuzat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu.  Huwa ma nghatax il-liberta’ provizorja u gie skortat fil-Facilita` Korretiva ta’ Kordin.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur J J Fenech.

  Court

 

Report Date   Info   Category

22 March 2009

 

Il-bierah, 21 ta’ Marzu 2009, fil-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Giovanni Grixti LL. D tressqet tfajla ta’ 16-il sena u giet akkuzata li fl-20 ta’ Marzu, 2009 ghal habta ta’ l-ghaxra ta’ filghaxija fi Triq Santu Wistin, Zejtun:

 
  • Ingurjat, heddedt jew ghamlet offiza fuq Kuntistabbli mara;
  • Iddenunzjat lil Pulizija Ezekuttiva reat li taf li ma sarx;
  • Kissret il-mistrieh tan-nies b’ghajjat u glied;
  • Hebbet ghall-istess Kuntistabbli mara;
  • Imbuttat l-istess Kuntistabbli;
 

Il-Qorti sabet lill-imputata hatja ta’ l-akkuzi kollha fil-konfront taghha u fuq ammissjoni ta’ l-imputata fi stadju bikkri, il-Qorti illiberatha bil-kundizzjoni li ma taghmilx reat iehor fi zmien sena.

 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carlos Cordina.

 

__________

 

Illum, 22 ta’ Marzu 2009, tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Michael Mallia LL. D, Simon Cassar ta’ 30 sena mill-Belt Valletta. Hu gie akkuzat li nhar il-21 ta’ Marzu, 2009 fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali:

 
  • Attakka jew ghamel resistenza bi vjolenza fuq zewg Kuntistabbli tal-Pulizija;
  • Hedded jew ghamel offiza fuq l-istess Kuntistabbli;
  • Ghamel hsara fuq vettura ta’ persuna ohra;
  • Ma obdiex l-ordinijiet legittimi tal-Pulizija;
  • Hebb ghall-istess membri tal-Korp;
  • Imbotta l-istess membri tal-Korp.
 

L-imputata ammetta l-akkuzi migjuba kontrieh u gie ssentenzjat ghal tliet xhur prigunerija sospizi ghal sentejn u sospensjoni milli jattendi jew jidhol fi kwalunkwe ground sportiv ghal sitt xhur.

 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ramon Mercieca.

  Court

 

Report Date   Info   Category

22 March 2009

 

Dalghodu f’hidma f’waqtha mill-Pulizija inqabdu xi persuni jisirqu minn mahzen f’Marina Street, Msida.

 

Il-kaz beda ghal habta tad-disgha neqsin kwart ta’ dalghodu meta l-Pulizija rceviet informazzjoni li x’aktarx kienet ghaddejja serqa f’fond li jintuza’ bhala mahzen.  Peress li dan il-post ghandu zewg entraturi, wahda fl-Msida u ohra fil-Hamrun, Pulizija mill-Mobile Squad u mid-Distretti tal-Hamrun u l-Msida, ghalqu z-zewg entraturi.  Wara, il-Pulizija dahlet fil-fond u hemmhekk instabu tlett irgiel.  Apparat u makkinarju li kien fil-mahzen u li jiswa eluf ta’ ewro nstab diga` mcaqlaq minn postu, fil-waqt li qrib il-mahzen instab vann b’high-up ta’ wiehed mill-persuni li nstabu gewwa. L-apparat u l-makkinarju jintuza’ fix-xoghol tal-hadid fost affarijiet ohra.  It-tlett irgiel gew arrestati fuq il-post. L-etajiet taghhom ivarjaw bejn is-27 u l-53 sena.

 

B’dan il-kaz gie nfurmat ukoll il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Michael Mallia LL. D u dan hatar xi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet fuq il-post bhalissa ghadhom ghaddejjin.

  Theft: Caught red-handed

 

Report Date   Info   Category

22 March 2009

 

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga f’dawn l-ahhar granet kienet impenjata f’zewg hidmiet separati kontra t-traffikar tad-droga gewwa Marsakala u Hal Safi, fejn b’kollox gew arrestati sitt (6) persuni.

 

L-ewwel hidma saret nhar il-Hamis li ghadda, fejn gew arrestati erbgha (4) persuni, Malti ta’ 35 sena residenti Wied il-Ghajn, u tlett irgiel ta’ nazzjonalita` Nigerjana, ta’ bejn is-26 u l-34 sena, residenti Marsaskala, Marsaxlokk, u z-Zejtun. Filfatt il-Pulizija bdiet il-hidma taghha wara li kienet waslet informazzjoni li persuna minnhom ta’ nazzjonalita` Nigerjana x’aktarx kienet involuta fit-traffikar ta’ droga u ghaldaqstant bdiet issegwi l-passi tieghu.

 

Filfatt il-persuna giet intercettata meta dahlet f’post ta’ divertiment gewwa Marsaskala u giet innotata tarmi mal-art zewg pakketti kontenenti d-droga kokajina. Saru aktar tfittxijiet fejn gewwa l-vettura tieghu kif ukoll gewwa r-residenza tieghu, il-Pulizija sabet kapsoli bid-droga kokajina, mwiezen elettronici, u flus kontanti.

 

Saru aktar tfittxijiet f’zewg appartamenti ohra, f’Marsaxlokk u f’Marsakala fejn gew misjuba mizien iehor elettroniku sofistikat, aktar flus kontanti u oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga, fosthom sustanza li kienet qedgha tithallat mad-droga kokajina qabel l-kokajina tinbiegh.

 

B’kollox gew sekwestrati aktar minn €36,000 fi flus kontanti.

 

Wiehed min-Nigerjani tressaq il-Qorti l-bierah (PR131).

 

It-tieni hidma saret il-bierah fil-ghodu gewwa Hal Safi wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija illi fl-inhawi kien qed isir traffikar ta’ droga eroina.

 

Filfatt ghall-habta tal-disgha ta’ filghodu l-Pulizija waqfet ragel ta’ 33 sena minn Hal Ghaxaq, u meta saret tfittxija gew ir-residenza tat-tfajla tieghu li wkoll ghanda 33 sena, gewwa Hal Safi nstabu madwar 25 pakkett bid-droga eroina lesti sabiex jinbieghu. Iz-zewg persuni kienu arrestati ghal aktar stharrig.

Filfatt ir-ragel li ghandu 33 sena ser jitressaq il-Qorti illum fil-ghodu quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Michael Mallia LL. D b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga eroina bl-intenzjoni ta’ traffikar.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin u xi whud mill-persuni l-ohra msemmija mistenijja li wkoll jitressqu l-Qorti b’akkuzi varji, fil-granet li gejjin.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

22 March 2009

 

Il-bierah tressqu l-Qorti dawn il-persuni quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Giovanni Grixti LL. D dwar l-istess kaz:-

 

Peter Michael King, Ingliz, ta’ 37 sena;

Michael Lawson, Ingliz, ta’ 35 sena

 

Huma gew akkuzati li fil-lejl ta’ bejn it-18 u d-19 ta’ Marzu, 2009 ghal habta tas-saghtejn u nofs ta’ filghodu fi stabbiliment fi Triq Ball, San Giljan u/jew fil-vicinanzi,

 
  • Minghajr il-hsieb li joqtlu jew li jqieghdu l-hajja f’periklu car, ikkagunaw feriti ta’ natura gravi fuq persuna ohra;
  • Volontarjament kissru l-buon ordni jew il-kwiet pubbliku, b’ghajjat u glied.
 

Peter Michael King wahdu gie akkuzat ukoll li fl-istess cirkostanzi ikkaguna fertii ta’ natura gravi fuq persuna ohra (li hija differenti mill-ewwel vittma).

 

Iz-zewg imputati ammettew l-akkuzi li ngiebu kontrihom u gew issentenzjati ghal tliet snin liberta’ ikkondizzjonata.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.

  Court

 

Report Date   Info   Category

21 March 2009

 

Illum il-Pulizija ressqet lil dawn il-persuni l-Qorti quddiem il-Magsitrat ta’ l-Ghassa Dr. Giovanni Grixti LL. D rigward kazijiet separati:

 

Pierre Saliba ta’ 29 sena residenti l-Hamrun, referee ta’ l-MFA, gie akkuzat li fit-28 ta’ Frar 2009, bћala uffiċjal ipprova jikseb, mingћand xi persuna gћalih innifsu jew gћal xi persuna oћra tkun min tkun, xi rigal jew kumpens sabiex jinfluwenza t-tmexxija jew ir-riżultat ta’ xi logћba jew sport.

 

Huwa ammetta l-akkuzi migjuba kontra tieghu u gie ssentenzjat ghal sitt xhur prigunerija sospizi ghal sentejn kif ukoll gie ordnat ihallas multa ta’ €500.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Angelo Gafa’.

 

_____________

 

Ugo Marius Nwankwo ta’ 30 sena imwieled in-Nigerja izda residenti z-Zejtun, gie akkuzat li fid-19 ta’ Marzu 2009 u qabel, kellu fil-pussess tieghu d-droga kokajina f’cirkostanzi li jindikaw li ma kinitx ghall-uzu personali tieghu.

 

Huwa m’ammettiex l-akkuzi dedotti kontrieh u nghata l-liberta’ provizorja taht numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom depozitu u garanzija personali ta’ €2,000 u li jiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija.

 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Victor Aquilina.

  Court

 

Report Date   Info   Category

21 March 2009

 

Illum ghal habta ta’ nofsinhar il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga ser tressaq b’arrest persuna il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A G Grixti LL. D. inkonnessjoni ma’ droga.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

20 March 2009

 

Ghal-loghob tal-futbol tal-Premier League bejn

Hibernians kontra Floriana  u Valletta kontra Birkirkara

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghall-loghob tal-futbol tal-Premier League bejn Hibernians kontra Floriana u Valletta kontra Birkirkara li ser jintlaghbu fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali nhar is- Sibt 21 ta’ Marzu, 2009, ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
    • Is-supporters ta’ Birkirkara kif ukoll dawk ta’ Hibs ser jiddahhlu fl-istadium nazzjonali fl-istand fl-Enclosure Westside A, filwaqt li ‘s-supporters tal-Floriana ser jiddahhlu fl-istadium nazzjonali  fil-Millenium Stand  side C. Is-supporters tal-Valletta, ser jiddahhlu fl-istadium nazzjonali fl-Enclosure West Side C kif ukoll fil-Millenium Stand  side A;
    • Ser isiru tfittxijiet fid-dhul ghall-Istadium. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahlu fog horns, u smoke canisters tal-kulur, jew xi forma ta’ fireworks ohra ikunu kif ikunu;
    • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahlu l-Istadium oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli;
    • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi;
    • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-istadium u li ikunu taht l-influwenza ta’ l-alcohol mhux ser jithallew jidhlu fl-istadium;
    • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
 
  Police Notice: Recreation

 

Report Date   Info   Category

20 March 2009

 

Dalghodu, l-Pulizija ressqet b’urgenza quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Anthony Ellul LLD lil Dorianne Sciberras ta’ 24 sena imwielda l-Pieta` u residenti l-Victoria, Ghawdex. 

    

Hi giet akkuzata talli f'dawn il-Gzejjer, nhar it-18 ta Marzu 2009, gewwa l’Ghassa tal-Pulizija tar-Rabat Ghawdex ghal habta tas-siegha u hamsa u ghoxrin (0125hrs) ta' filghodu,

 
  1. Talli bil-hsieb li taghmel hsara, akkuzat persuna quddiem awtorita` kompetenti b’reat, filwaqt li kienet taf li dik il-persuna hija innocenti;
 
  1. Talli fl-istess data hin lok u cirkostanzi iddenunzjat lill-Pulizija ezekuttiva reat li taf li ma sarx inkella bil-qerq holqot it-tracci ta' reat b'mod li jistghu jinbdew proceduri kriminali sabiex jizguraw li dak ir-reat kien sar.
 
 

L-akkuzat wiegbet li mhux hatja ghall-akkuzi migjuba kontriha u l-kaz ikompli nhar it-2 ta’ April 2009.

  Court

 

Report Date   Info   Category

20 March 2009

 

Tard il-bierah filghaxija ghall-habta ta’ nofs il-lejl (00.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Gifen, San Pawl il-Bahar kien hemm persuna feruta.

    

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li tfajla kienet go skola fl-imsemmija triq ghal xi raguni waqat gholi u giet fuq bejt.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika.  Aktar tard hi giet iccertifikata li ghandha griehi serji u tinsab fil-periklu tal-mewt.  It-tfajla, li hi ta’ nazzjonalita` Russa ghandha 16-il sena.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Silvio Meli LLD li hatar diversi esperti sabiex jassituh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig fuq il-kaz.

  Health-Related: Education: Fall

 

Report Date   Info   Category

19 March 2009

 

Quddiesa fl-10 Anniversarju mill-mewt ta’ EX-PC 525 Mark Farrugia

 
 

Il-Korp tal-Pulizija b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Hal-Tarxien ser jorganizzaw quddiesa li ser tfakkar l-ghaxar snin mill-mewt ta’ EX-PC 525 Mark Farrugia li nqatel nhar l-20 ta’ Marzu tal-1999, fi Triq it-Tempji Neolitici, Hal-Tarxien, fl-eta` ta’ 21 sena.

 

Il-quddiesa ser issir ghada, il-Gimgha 20 ta’ Marzu 2009 fl-ghaxra ta’ filghodu fil-Knisja tac-Cimiterju tal-Erwieh, f’Hal-Tarxien.

 

   
  Police Activity: Religious

 

Report Date   Info   Category

19 March 2009

 

Dalghodu l-Pulizija giet infurmata li kien hemm vettura f’Hal Far li kienet qed tinstaq b’manjiera perikoluza hafna.

    

Pulizija mill-Mobile Squad marru fil-lokalita’ sabiex ifittxu din il-vettura. Wara tfittxijiet li saru fil-lokalita`, din il-vettura nstabet u filfatt is-sewwieq beda jsuq b’velocita` qawwija fid-direzzjoni tal-vetturi tal-Pulizija kif ukoll ta’ xi nies li nzertaw fl-inhawi.  Il-Pulizija baqghu isegwu l-vettura u taw diversi ordnijiet lis-sewwieq sabiex jieqaf, izda is-sewwieq, ragel ta’ 29 sena residenti l-Mosta, fl-ebda hin ma kkopera mal-Pulizija u baqa’ jsuq b’mod perikoluz. Eventwalment il-Pulizija rnexxielha twaqqaf il-vettura, pero` is-sewwieq ma riedx johrog mill-vettura.  Il-Pulizija prezenti ppruvaw jikkonvincu lis-sewwieq sabiex johrog mill-vettura izda fl-ahhar wara li nghata twissja, intuza l-pepper spray u s-sewwieq hareg wahdu.  Huwa gie arrestat izda dan sar aggressiv u anke beda jaghti bis-sieq fuq il-vettura tal-Pulizija. 

 

Il-Pulizija mid-Divizjoni ta’ B’Bugia u mis-Sezzjoni tal-ALE assistew waqt dan il-kaz.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjoni fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related: Road Rage

 

Report Date   Info   Category

19 March 2009

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga qed izzomm taht arrest erba’ (4) persuni wara hidma matul il-lejl li ghadda gewwa post ta’ divertiment f’Paceville, fejn kien organizzat party.

    

Id-droga misjuba hija kokajina u ecstasy, u l-persuni arrestati huma lkoll irgiel li l-eta` taghhom tvarja bejn l-20 u s-27 sena u huma residenti Victoria (Ghawdex), Siggiewi, Msida u Marsaskala.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin u l-individwi mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjin.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

16 March 2009

 

Dalghodu waqt li l-Pulizija mis-sezzjoni tal-Administrative Law Enforcment (ALE) kienu qeghdin fuq ronda f’Delimara innutaw nassab li meta ra l-prezenza tal-Pulizija harab minn fuq il-post.  Dan qajjem suspett lill-Pulzija li segwewh sabiex jigi stabbilit ghala kien harab. 

   

Meta l-Pulizija avvicinawh, ir-ragel hedded lis-Surgent bi flixkun tal-hgieg, il-Kuntistabbli pprova jwaqqaf lill-anzjan izda dan offra rezistenza, ghedded lis-Surgent bi flixkun tal-hgieg u gidem lill-Pulizija.  L-anzjan, li ghandu 72 sena u ragel iehor ta’ 55 sena, it-tnejn miz-Zejtun gew mizmuma mill-Pulizija. 

 

Waqt il-kaz issejhet l-assitenza tal-membri tal-Mobile Squad.  Kemm l-anzjan kif ukoll l-Kuntistabbli tal-Pulizija sofrew griehi u gew iccertifikati li qed isofru minn slight injuries save complications.

 

Mill-investigazzjonijiet fuq il-kaz, l-anzjan ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati ma’ theddid, resitenza lill-Pulizija, talli kkaguna feriti hfief fuq Pulizija, u akkuzi relatati ma nsib.  Ir-ragel l-iehor ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati ma’ theddid.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjoni fuq il-kaz.

  Bird-Trapping: Slight Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

15 March 2009

 

Illum il-Pulizija ressqet l-Qorti lil Joe Darwin Sarratt, Amerikan ta’ 34 sena quddiem il-Magistrat ta’ Ghassa Dr. Edwina Grima LL. D.

  

L-imputat gie akkuzat li nhar l-14 ta’ Marzu 2009 kif ukoll matul il-gurnata ta’ qabel f’diversi postijiet madwar Malta, kellu fil-pussess tieghu l-pjanta cannabis kollha jew bicca minnha.

 

L-imputat ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u wara li gie misjub hati, il-Qorti ordnatlu li ma jaghmilx reat iehor fi zmien sena.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Jesmond Borg u Edmond Cuschieri.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

15 March 2009

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest erba’ (4) persuni wara sejba ta’ droga f’hidma waqt zewg parties li saru f’lukanda fl-inhawi tal-Mellieha u f’post iehor ta’ divertiment fl-inhawi ta’ Hal Luqa.

  

Il-persuni li huma lkoll irgiel u li l-eta` taghhom tvarja bejn it-18 u l-34 sena huma residenti San Giljan, Sliema u Birgu, kif ukoll DJ ta’ nazzjonalita` Amerikana. Huma nstabu fil-pussess ta’ droga raza tal-kannabis u haxixa.  Il-guvni ta’ 18-il sena nstab fil-pussess ta’ 6 pakketti kokajina lesti sabiex jinbieghu waqt party minnhom, kif ukoll oggetti ohra relatati mat-traffikar ta’ droga gewwa r-residenza tieghu.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin, u c-cittadin ta’ nazzjonalita` Amerikana mistenni li jitressaq il-Qorti llum.

 

Il-persuni l-ohra ser jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

15 March 2009

 

Ilbierah fil-ghaxija ghall-habta tal-hdax u nofs (2330) il-Pulizija giet infurmata li l-Bahrija, f’post maghruf bhala l-Blata tal-Melh kien ghadu kemm sehh incident fejn zewg persuni kienu waqghu minn gholi.

  

Il-Pulizija mill-ewwel talbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Civili minhabba li l-persuni feruti kienu waqghu minn fuq irdum.

 

Mill-ewwel investigazzjonijiet rrizulta li grupp ta’ zaghzagh kienu fl-imsemmija nhawi u f’hin minnhom tfajla ta’ 16-il sena minn Hal Qormi u guvni ta’ 25 sena minn Had Dingli marru jimxu fil-vicinanzi u ghall xi raguni dawn waqghu ghall-isfel minn fuq l-irdum gholi ta’ madwar erba’ sulari. Kellha tissejjah ukoll l-ghajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta biex permezz tal- helicopter il-vittmi jittiehdu l-isptar Mater Dei ghall-kura.

 

Kemm il-guvni kif ukoll it-tfajla, jinsabu fil-perikulu tal-mewt u qeghdin jinzammu fit-taqsima tal-kura intensiva gewwa l-isptar Mater Dei.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Anthony Vella LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet.

  Health-Related: Cliff Fall

 

Report Date   Info   Category

14 March 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tad-disa’ (09.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien intlemah kadavru fil-bahar fl-inhawi tax-Xaghjra.

  

Il-Pulizija talbet l-assistenza tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jitella l-kadavru peress li kien jinstab madwar 2.5 mili nawtici l-boghod mix-xatt.  Il-kadavru, li huwa ta’ sess maskili u fi stat avvanzat ta’ dekompozizzjoni ddahhal f’Haywharf ghall-habta tad-disa u nofs (09.30hrs).

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Anthony Vella LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.  Awtopsja fuq il-kadavru mistennija ssir nhar it-Tnejn.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig fuq il-kaz.

  Body at Sea

 

Report Date   Info   Category

13 March 2009

 

Kmieni dalghodu ghal habta tal-erbgha,  il-Pulizija kienet infurmata li fic-Centru ta’ Detenzjoni gewwa Hal Safi kien hemm glieda bejn xi detenuti.

  

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn gie stabbilit li kien inholoq argument bejn tlett detenuti, tnejn mill-Ghana u wiehed minn Nigerja.

 

Waqt dan l-argument, ragel mill-Ghana safa’ ferut gravi, izda mhux fil-periklu li jitlef hajtu, wara li nlaqat f’ghonqu minn hgiega, filwaqt li z-zewgt irgiel l-ohra sofrew griehi ta’ natura hafifa.

 

In-Nigerjan u l-Ganiz inzammu l-isptar ghall-aktar osservazzjoni.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhalissa ghadhom ghaddejijn.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

13 March 2009

 

Kmieni dalghodu ghal habta tas-saghtejn u nofs il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq San Frangisk, Floriana kien hemm hanut qed jaqbad.

  

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn gie stabbilit li bieb ta’ bar kien ha n-nar.  Dak il-hin xi residenti li joqghodu fil-vicinanzi kienu qed jipprovaw jitfu n-nirien.  Fuq il-post xorta gew imsejha l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li kkontrolaw is-sitwazzjoni.  Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija bhalissa ghadu ghaddej.

  Arson

 

Report Date   Info   Category

13 March 2009

 

Dalghodu ftit qabel is-sebgha, il-Pulizija kienet infurmata li dar fi Trejqa ta’ Majza, Nadur, Ghawdex kienet hadet in-nar.

 

Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza marru fuq il-post.  Wara li gew ikkontrollati n-nirien, il-Pulizija dahlu fid-dar fejn fuq sodda instab gisem minghajr hajja u mahruq.  Il-vittma huwa anzjan ta’ 79 sena.  Fil-hin ta’ l-incident il-vittma kien wahdu fid-dar.

 

B’dan il-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Paul Coppini LL. D fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija bhalissa ghadu ghaddej.

  Fire: Residential: Fatal

 

Report Date   Info   Category

12 March 2009

 

Reklutagg fil-Korp tal-Pulizija

Il-Pulizija tixtieq tavza li nfethu l-applikazzjonijiet ghal dhul fil-kors ta’ tahrig ghal Kuntistabbli rgiel u nisa.

Il-kandidati jridu jkunu:

a) ghalqu t-tmintax (18)-il sena izda mhux it-tletin (30) sena fis-7 ta’ April, 2009;

b) twal fil-kaz tal-irgiel, mhux anqas minn 1.70m u fil-kaz tan-nisa, mhux anqas minn 1.65m meta jitkejlu hafjin ;

c) ikollhom ta’ l-anqas grad D jew 6, f’mhux inqas minn 3 suggetti f’livell Ordinarju ; tnejn minnhom iridu jkunu fil-Malti u fl-Ingliz jew ikollhom BTEC/MCAST first diploma jew diploma minn universita` rikonoxxuta. Jigu kkunsidrati wkoll dawk l-applikanti li jkollhom ‘pass’ fl-Livell 2 tas-City & Guilds fi kwalunkwe suggett.

d) medikament b’sahhithom f’kull rispett, fizikament u mentalment, skond l-istandard mediku ta’ sahha fil-Korp biex ikunu jistghu jaqdu d-doveri kollha ta’ Pulizija ;

e) ikunu ta’ karattru morali tajjeb ;

f) cittadini ta’ Malta ;

Dawk l-applikanti li jkunu qed jistennew il-pubblikazzjoni tar-rizultati fil-livell Ordinarju u/jew Avvanzat u/jew City and Guilds, jistghu japplikaw provizorjament izda jkunu mehtiega li jipprezentaw ic-certifikati necessarji sad-data ta’ l-intervista.

Il-kandidati li jikkwalifikaw jkunu mehtiega li joqoghdu ghal :

a) ezami mediku preliminari;

b) test ta’ efficjenza fizika (1 Mile Run, Push-Ups, Sit-Ups);

c) intervista selettiva;

d) ezami mediku iehor.

Il-kandidati li ma jghaddux mill-intervista u/jew minn xi wiehed mill-ezamijiet medici ma jithallewx jidhlu fil-kors ta’ tahrig.

Il-perjodu ta’ tahrig jkun jikkonsisti f’kors inizjali ta’ disa’ (9) xhur tahrig komprensiv, li matulhom il-Kuntistabbli tal-Pulizija fuq tahrig ghadhom isegwu dawk il-korsijiet ta’ studju, u jaghmlu l-ezamijiet kif ikun mitlub fil-kors ta’ tahrig, skond ir-regolarmenti godda tal-kors. L-imsemmi tahrig komprensiv isir fl-Akkademja tal-Pulizija u/jew f’lokalijitajiet u/jew postijiet ohra skond il-htiega.

L-applikazzjonijiet jinkisbu mit-Taqsima tar-Rizorsi Umani, fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, Floriana, u ghandhom jittiehdu hemmhekk personalment, mimlija kif suppost, mill-applikanti nfushom sa mhux aktar tard mit-Tlieta, 7 ta’ April, 2009.

Dawk il-persuni li japplikaw ghandhom jiehdu maghhom il-karta’ ta’ l-identita’ taghhom u kopja taghha, zewg ritratti ricenti daqs tal-passaport, u certifkati originali ta’ l-ezamijiet li jkunu ghaddew minnhom u li huma riferuti aktar ‘l fuq, flimkien ma’ certifikati ta’ kwalifiki ohra li jkollhom, flimkien ma’ veri kopji taghhom.

Aktar informazzjoni tinsab fuq il-Gazzetta tal-Gvern numru 18,387 ta’ l-10 ta’ Marzu, 2009 u fuq is-siti:

http://www.doi.gov.mt/EN/employment_opp/07
04a.asp http://www.doi.gov.mt/EN/gazetteonline/2009/03/
gazts/GG%2010.3.pdf

 

           
  Police Notice: Recruitment

 

Report Date   Info   Category

12 March 2009

 

Illum wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq San Leonardu, Zabbar.

           

Mill-ewwel stharrig fuq il-post irrizulta li karozza tat-tip Honda Civic ghal xi raguni habtet go faccata ta’ bini u wara habtet ukoll ma’ makkinarju (li jintuza biex ihaffer) li kien hemm fl-imsemmija triq.  Fil-karozza kien hemm ix-xufier, guvni ta’ 22 sena minn Haz-Zabbar, u passiggier, guvni ta’ 19-il sena mill-Kalkara.  Ix-xufier ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi hfief.  Il-passiggier ma sofriex griehi.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

10 March 2009

 

Saviour Peter Charles Buttigieg ta’ 49 sena mill-Qala, Ghawdex gie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.

          

Saviour Peter Charles huwa twil 5 piedi u 8 pulzieri, ghandu xaghru qasir ta’ kulur iswed u ghajnejh suwed.

 

Kull min ghandu xi informazzjoni dwar Saviour Peter Charles Buttigieg huwa mitlub icempel lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119 jew 21221111.

Click to go to Missing     Persons' Page

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

09 March 2009

 

Tard il-bierah filghaxija ghal habta tas-saghtejn u kwart (0215hrs) il-Pulizija giet nfurmata li persuna kienet iddahlet l-isptar Mater Dei issofri minn griehi ta’ arma bil-ponta u li taqta’.

 

Il-Pulizija marret minnufih l-isptar Mater Dei fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li ragel ta’ 33 sena mill-Imsida kien gie ferut b’arma li taqta’ u bil-ponta f’sidru waqt argument li kellu f’residenza gewwa Triq Indri Grima, Msida, ma’ ragel ta’ 31 sena mill-Imsida.

 

Ir-ragel sofra griehi ta’ natura gravi u qed jinzamm l-isptar Mater Dei ghal aktar kura.

 

Bil-kaz gie nfurmat l-Magistrat tal-Ghassa Dr. A Apap Bologna LL.D fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

09 March 2009

 

Illum fil-Qorti t’Ghawdex, quddiem il-Magistrat Dr. Paul Coppini LL. D, il-Pulizija ressqet taht arrest lil Mario Cardona ta’ 30 sena mir-Rabat, Ghawdex.

       

Cardona gie akkuzat bi traffikar u pussess tad-droga kokajina matul is-sena 2008.

 

L-imputat m’ammettiex l-akkuzi migjuba kontra tieghu. Huwa ma nghatax il-liberta’ provizorja u ser jinzamm taht arrest preventiv fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud.

  Court

 

Report Date   Info   Category

09 March 2009

 

Illum saret l-awtopsja fuq il-katavru li nstab il-bierah filghodu fil-bahar fl-inhawi tal-Belt Valletta.

      

Ir-rizultat ta’ l-awtopsja huwa consistent with drowning.  Ir-rizultat huwa wiehed provizorju minhabba li ser isiru ukoll testijiet tossikologici u testijiet fuq is-snien.

 

Il-katavru ghadu ma giex identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dikompozizzjoni.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Body at Sea: Autopsy

 

Report Date   Info   Category

08 March 2009

 

Illejla ghal habta tal-hamsa u kwart (1715hrs) il-Pulizija giet nfurmata li gewwa Sqaq il-Mithna Nru.2, Siggiewi, kien hemm persuna qeghda tghajjat ghall-ghajjut.

     

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li ragel ta’ 44 sena mis-Siggiewi kien qed jaghmel xi xoghol gewwa r-residenza tieghu u waqt li kien fuq cint ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ madwar sular.

 

Fuq il-post issejhet l-ambulanza li hadet r-ragel l-isptar Mater Dei biex jinghata l-kura. Ir-ragel li fl-ebda hin ma kien fil-periklu tal-mewt garrab griehi ta’ natura gravi minhabba ksur.

 
 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Health-Related: Residential

 

Report Date   Info   Category

08 March 2009

 

Illum, ghall-habta ta’ nofs in-nhar (12.00hrs), il-Pulizija ser tressaq il-Qorti ragel ta’ 27 sena mill-Gzira quddiem il-Magistrat Dr Apap Bolognia LLD.

       

Ir-ragel ser jigi akkuzat b’akkuzi relatati mad-droga.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

08 March 2009

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-seba’ neqsin kwart (06.45hrs) il-Pulizija rciviet informazzjoni anonima li fl-inhawi tal-pixxkerija fil-Belt Valletta kien hemm kadavru fil-bahar.

      

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn giet ikkonfermata l-informazzjoni, b’hekk issejhet l-ghajnuna tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.  Aktar tard, ghall-habta tat-tmienja u nofs (08.30hrs) il-kadavru ttella u ttiehed Haywharf.

 

Il-kadavru jidher li huwa ta’ sess maskili u jinsab fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr S Meli LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.  Awtopsja fuq il-kadavru mistennija ssir matul il-jum ta’ ghada.

  Body at Sea

 

Report Date   Info   Category

06 March 2009

 

Illum, fil-Qorti t’Ghawdex, quddiem il-Magistrat Dr. Anthony Ellul LL. D, tressaq Melvin Barbara ta’ 26 sena miz-Zejtun.

    

Hu gie akkuzat li fil-lejl ta’ bejn il-21 u t-22 ta’ Frar, 2009 gewwa n-Nadur Ghawdex, b’gesti jew b’xi mezz iehor vizibbli kasbar pubblikament ir-religjon Kattolika Appostolika Rumana, illi hija r-religjon ta’ Malta, inkella offenda l-istess religjon billi kasbar lil dawk li huma ta’ l-istess religjon jew lill-ministri taghha, jew kull haga li tkun oggett ta’ devozzjoni ta’ l-istess religjon jew li tkun ikkonsagrata jew iddestinata biss ghad-devozzjoni ta’ din ir-religjon. Hu gie akkuzat ukoll li minghajr permess jew kontra l-projbizzjoni ta’ l-awtorita’ kompetenti, libes abiti sagri.

 

Barbara ammetta l-akkuzi migjuba kontra tieghu u gie ssentenzjat ghal xahar habs sospizi ghal 18-il xahar.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Josric Mifsud u Frank Tabone.

  Court

 

Report Date   Info   Category

06 March 2009

 

Loghba tal-futbol ta’ l-FA Trophy (Semi-final) bejn B’Kara u Valletta

 

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghall-loghba tal-futbol tal-FA Trophy (Semi-final) bejn B’Kara u Valletta li ser tintlghab fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar is-7 ta’ Marzu, 2009, ser isiru dawn l-arrangamenti:

 
  • Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta`Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office ta’ hdejn l-istess parking area.
  • Is-supporters ta’ B’Kara ghandhom jidhlu f’Ta`Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Millenium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office tan-North Stand u cioe taht il-bnadar.
  • Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu fog horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
  • Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadjum u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
  • Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali.

 

   
  Police Notice: Recreation

 

Report Date   Info   Category

06 March 2009

 

Il-bierah filghaxija ghall-habta tal-ghaxra u nofs (2230hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fit-Triq tal-Barrani, Zejtun.

    

Mill-ewwel indikazzjonijiet tal-Pulizija jirrizulta li l-kolluzzjoni sehhet bejn karozza tat-tip Isuzu misjuqa minn ragel ta’ 39 sena mill-Marsa u karozza tat-tip Maruti misjuqa minn mara ta’ 45 sena mill-Isla u li kienu qed jigu misjuqa f’direzzjonijiet opposti. Is-sewwieq tal-vettura Maruti kif ukoll zewg passiggiera, ragel ta’ 53 sena mill-Isla u tfajla ta’ 19-il sena minn Hal Ghaxaq garbu griehi gravi u gew mehuda l-isptar Mater Dei.

 

It-tfajla giet iccertifikata li kienet fil-periklu tal-mewt u qeghda tinzamm fit-taqsima tal-kura intensiva.

 

Bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Mallia LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

05 March 2009

 

Tard wara nofs in-nhar ghall-habta tal-hamsa (17.00hrs), il-Pulizija giet infurmata li fl-inhawi ta’ Wied is-Sewda, f’Hal-Qormi kien hemm tfajla feruta.

    

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li tfajla kienet qieghda horse riding ghal xi raguni waqat u garrbet xi griehi.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei ghall-kura.  Aktar tard hi giet iccertifikata li kienet tinsab fil-periklu tal-mewt.  It-tfajla ghandha 23 sena u hija residenti il-Pieta’.

 
 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr M Mallia LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 
 

Investigazzjonjiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejja.

  Health-Related: Recreation

 

Report Date   Info   Category

05 March 2009

 

B’referenza ghall-istqarrija kongunta li harget illum mill-Arcisqof ta’ Malta Paul Cremona u l-Isqof t’Ghawdex Mario Grech rigward il-komportament u ilbies ta’ kostumi fil-karnival tan-Nadur ta’ din is-sena, il-Pulizija tixtieq tinforma li hadet il-passi necessarji rigward dan. 

    

Fil-fatt disa’ persuni, ilkoll Maltin li l-eta’ taghhom tvarja bejn l-ghoxrin u l-hamsa u tletin sena sejrin jitressqu l-Qorti fejn ser jigu akkuzati bi ksur tal-artiklu 338 (o) tal-Kodici Kriminali li jistupula : “minghajr permess jew kontra l-projbizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, jilbes uniformi civili, navali, militari jew tal-forzi ta’ l-ajru, inkella lbies ta’ qassisin jew abiti sagri”.

 

Barra dan, il-Pulizija harget numru ta’ citazzjonijiet ohra relatati ma’ ksur ta’ kontravenzjonijiet ohra li sehhew tul il-jiem tal-karnival gewwa n-Nadur.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar abbuzi ohra li sehhew fil-jiem tal-karnival ghadhom ghaddejien.

  Religious Offences

 

Report Date   Info   Category

05 March 2009

 

Investigazzjonijiet intensivi min-naha tal-Iskwadra dwar ir-Reati Ekonomici tal-Korp tal-Pulizija wasslu biex jigi solvut kaz li jinvolvi frodi ta’ diversi elfu ta’ Euros permezz ta’ credit cards.

    

Banek lokali rrappurtaw numru ta’ transazzjonijet permezz tal-istess credit cards kemm ghal xiri minn hwienet kif ukoll transazzjonijiet effetwati minn ATMs, liema transizzjonijiet jammontaw ghal eluf kbar ta’ Euros.

 

In konnessjoni ma’ dan il-kaz il-Pulizija elevat madwar 60 credit card, passaport falz, computers u ghodod teknologici ohra relatati sabiex jiffabrikaw dawn it-tip ta’ cards minn fond sitwat gewwa l-Imsida.

 

Il-Pulizija qed izzomm zewg guvintur ta’ 27 u 20 sena u tfajla ta’ 25 sena, ilkoll ta’ nazzjonalita’ Rumena, biex jghinuha fl-istharrig.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Fraud

 

Report Date   Info   Category

05 March 2009

 

Wara investigazzzjoni intensiva mid-Dipartiment ta’ l-Investigazzjoni Kriminali, il-Pulizija irnexxhielha ssolvi erba’ hold-ups li sehhew f’diversi hwienet matul ix-xhur ta’ Frar u Marzu ta’ din is-sena.

    

Konsegwenza ta’ dan, il-Pulizija qieghda zzom persuna ta’ 26 sena u ta’ nazzjonalita’ Maltija ghall-aktar stharrig.  Hu mahsub li fil-jiem li gejjin, din l-istess persuna titressaq il-Qorti u tigi akkuzata bit-twettiq ta’ dawn il-hold-ups.

  Hold-Up-Related

 

Report Date   Info   Category

02 March 2009

 

Illum ghal habta tas-sebgha u kwart ta’ filghaxija (1915hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq il-Pitkali, Attard.

   

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija jirrizulta li individwu mghammad u armat b’arma tan-nar dahal f’dolcerija u talab il-flus lit-tfajla li dak il-hin kienet qeghda xoghol fil-post imsemmi.  Huwa seraq ammont ta’ flus li ma’ jeccediex €50 u wara harab minn fuq il-post.  Fil-hin tas-serqa fil-hanut ma kienx hemm klijenti u l-vittma ma sofrietx griehi.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A Micallef Trigona LL. D fejn dan hatar xi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig bhalissa ghadu ghaddej.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

02 March 2009

 

Tard il-lejl li ghadda, ghall-habta tal-hdax (23.00hrs) il-Pulizija rciviet informazzjoni li f’pub fi Triq San Bastjan, f’Hal Qormi kien hemm xi muzika gholja kif ukoll xi persuni suspettuzi.

  

Il-Pulizija tad-Distrett, bl-assistenza tal-membri tal-Mobile Squad marru minnufih fuq il-post.  Malli l-Pulizija dahlet fil-hanut sabiex jigi investigat ir-rapport intlemah guvni ta’ 28 sena jarmi pakkett bi trab abjad, suspettat droga.  Minn spezzjoni li saret fil-hanut, instabu ukoll zewg pakketti ohra suspettati droga, kif ukoll bosta oggetti ohra relatati mad-droga.   Minn tfittxija li saret fuq vettura ta’ guvni ta’ 19-il sena, instabet blokka suspettata li hija droga.  Minn aktar stharrig tal-Pulizija, saret tfittxija f’garage fi Triq San Edwardu, Hal-Qormi, fejn fil-fond instabu aktar oggetti relatati mad-droga.

 

Iz-zewg zghazagh qed jghinu l-Pulizija fl-investigazzjoni.

 

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Hal-Qormi u tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ghadhom ghaddejjin.

  Noise Nuisance & Drugs

 

Report Date   Info   Category

01 March 2009

 

Il-bierah filghaxija, il-Pulizija giet infurmata li gewwa residenza privata fiz-Zebbug, Ghawdex kien hemm bzonn l-assistenza.

 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, u mill-ewwel stharrig irrizulta li guvni ta’ 25 sena miz-Zebbug stess allegatament waqa’ tarag u sofra xi griehi.  Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lil guvni l-Isptar Generali t’ Ghawdex fejn gie iccertifikat li sofra griehi u jinsab fil-periklu tal-mewt.   Aktar tard huwa ngieb Malta l-Isptar Mater Dei.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Ellul LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

  Health-Related: Residential

 

Report Date   Info   Category

01 March 2009

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tas-siegha neqsin ghoxrin (1240hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq Manuel Magri, Hamrun.

 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija jirrizulta li individwu mghammad u armat b’arma tan-nar dahal f’dolcerija u talab il-flus lis-sid.  Huwa seraq ammont ta’ flus kontanti u wara harab minn fuq il-post.  Fil-hin tas-serqa fil-hanut ma kienx hemm klijenti u l-vittma ma sofrietx griehi. L-ammont misruq ma jeccediex €350.

 

Bil-kaz gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L. Quintano LL. D fejn dan hatar xi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig bhalissa ghadu ghaddej.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

01 March 2009

 

Dal-ghodu l-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra r-Reati Ekonomici wetqet rejd fuq il-monti ta’ Marsaxlokk wara xi hin ta’ osservazzjoni.

 

F’dan ir-rejd il-Pulizija sabet aktar minn 1,000 CD u DVD li allegatament huma kkupjati.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin u qed jitmexxew mill-Iskwadra ta' Kontra r-Reati Ekonomici tal-Pulizija.  Xi nies qed jghinu lill-Pulizija fl-istharrig.

  Economic Crimes
 
     

 

 
COPYRIGHT (C) 2009, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US