The Police Force CMRU's information service

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

31 May 2008

 

Il-Pulizija ghadha kemm giet infurmata li kmieni dalghodu ghall-habta tal- hamsa (05.00hrs) kien sehh incident stradali fi Triq Ghajn Dwieli, Rahal il-Gdid. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li sewwieq ta’ karozza tat-tip Lada kien ghaddej minn Triq Ghajn Dwieli, Rahal il-Gdid direzzjoni Bormla ghal xi raguni tilef il-kontroll u dahal f’vettura tat-tip Opel li kienet gejja direzzjoni lejn Rahal il-Gdid.  Kawza ta’l-incident vettura ohra tat-tip Skoda giet involuta fl-incident.  Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lis-sewwieq tal-Lada, ragel ta’ 53 minn Bormla, l-Isptar Mater Dei fejn gie iccertifikat li sofra griehi izda ma jinsabx fil-periklu li jitlef hajtu.  Is-sewwieqa ta’ l-Opel u l-Iskoda ghandhom 59 u 46 sena u huma residenti l-Birgu.   

Kawza ta’ l-incident it-triq kellha tinghalaq ghal ftit hin u issa reghat miftuha ghat-traffiku. 

Il-Pulzija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz. 

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

31 May 2008

 

Francis Rizzo ta’ 56 sena minn Birkirkara tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A. Vella LL. D u gie akkuzat li: 

  • Ikkaguna feriti hfief fuq Surgent tal-Pulizija;
  • Volotarjament hassar jew gharraq hwejjeg haddiehor, mobbli jew immobbli, propjeta’ ta’ l-istess Surgent;
  • Ingurja jew hedded persuni nkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku u cioe Surgent u tliet Kuntistabbli;
  • Attakka jew ghamel reistenza bi vjolenza kontra persuni nkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku;
  • Bi vjolenza jew b’theddid gieghel ufficjali pubblici ma jaghmlux xi haga li ghandha x’taqsam mal-kariga taghhom;
  • Naqas li jobdi l-ordnijiet legittimi moghtija lilu mill-Pulizija waqt li kienu qed jaqdu d-doveri taghhom jew ma hallhomx jew fixkielhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;
  • Volontarjament kiser il-bon ordni jew il-paci pubblika b’ghajjat u glied;
  • Pejjep gewwa bar f’B’kara meta tipjip f’dan il-post huwa projbit;
  • Naqas li jghati l-partikularitajiet meta mitlub mill-Pulizija.
 

L-imputat inghata l-liberta’ provizorja taht diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €5,000 u li jiffirma fl-ghassa tal-lokal tieghu. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kevin Farrugia. 

Dan il-kaz gara tard il-bierah fil-ghaxija f’Birkirkara waqt li l-Pulzija kienet qed taghmel spezzjonijiet f’diversi stabbilimenti.

  Court

 

Report Date   Info   Category

30 May 2008

 

Il-bierah ghall-habta tad-disa u nofs (21.30hrs) ta’ filghaxija, il-Pulizija giet infurmata li kienet ghadha kemm sehhet serqa fi Triq it-Torri, Sliema. 

Minn stharrig preliminari tal-Pulizija rrizulta li waqt li mara kienet fl-area komuni ta’ residenza privata fl-imsemmija triq, hi giet allegatament avvicinata minn persuna mhux maghrufa u armat/a b’arma tan-nar u giet mitluba xi flus.  Wara l-halliel harab minn fuq il-post. 

Il-mara li ghandha 40 sena u hija ta’ nazzjonalita` Tajlandiza imma residenti Malta ma garrbet ebda griehi. 

Il-Pulizija ghadha ghaddeja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-kaz.

  Theft

 

Report Date   Info   Category

30 May 2008

 

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest ragel ta’ 40 sena minn Hal-Qormi wara sejba ta’ madwar kilo raza tal-kannabis il-bierah wara nofinhar. 

Is-sejba saret wara investigazzjonijiet li ilhom ghaddejjien ghall-dawn l-ahhar gimghat, fuq suspett li r-ragel kien  involut fit-traffikar ta’ droga. Wara li kien ikkonfermat dan is-suspett saret tfittxija gewwa ir-residenza tieghu, u mohbija fil-kcina instabu erbgha blokok ta’ raza tal-kannabis, li parti minnha kienet diga lesta sabiex tinbiegh. 

Instab ukoll ammont zghir ta’ kokajina kif ukoll €4,490 fi flus kontanti.  

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Antonio Mizzi LLD kien  infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Aktar stharrig ghadu ghaddej mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija, u il-persuna mistennija li titressaq l-Qorti aktar tard illum wara nofsinhar. 

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

29 May 2008

 

Il-bierah fil-ghaxija ghal habta tad-disgha u kwart il-Pulizija kienet infurmata b’zewg nirien f’lokalitajiet differenti.  

Kaz minnhom sehh f’fabbrika fiz-Zona Industrijali ta’ San Gwann. Il-haddiema li dak il-hin kienu fil-fabbirka gew evakwati u fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jitfu n-nirien. Hadd ma wegga’ f’dan l-incident. 

Bl-incident giet infurmata l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. A. Demicoli LL.D fejn din hatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. 

Nar iehor sehh f’ghalqa fil-limiti ta’ Blata l-Bajda fejn xi haxix u sigar hadu n-nar. In-nar gie mitfi mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Hadd ma wegga’ f’dan il-kaz. 

Intant dal-ghodu l-Pulizija kienet infurmata li fin-Naxxar kien hemm vettura qed taqbad. Fuq il-post immedjatament marru l-pulizija kif ukoll l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Hadd ma wegga’ f’dan il-kaz. 

Aktar stharrig mill-Pulizija dwar dawn il-kazijiet ghadu ghaddej.

  Fire - Arson

 

Report Date   Info   Category

28 May 2008

 

Tard il-bieraħ filgħaxija l-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar kien hemm vettura qed taqbad. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn ġie nnutat li żewġ vetturi u numru ta’ balal tat-tiben, ħafur u silla kienu qed jaqbdu.  Fuq il-post kienu msejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.  Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. 

Bil-każ kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Għassa Dr C Scerri Herrera LL.D. fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

  Fire - Vehicle

 

Report Date   Info   Category

27 May 2008

 

Illum inghatat sentenza mill-Qorti, preseduta mill-Magistrat Dr. S. Meli LL.D, fil-konfront ta’ sitt persuni li kienu gew imressqa l-Qorti rigward incidenti li kienu nqalghu fil-festa ta’ Haz-Zabbar f’Settembru 2004.   

Huma ammettew l-akkuzi migjuba kontrihom. Il-Qorti sabithom hatja u nghataw is-sentenzi kif gej:- 

Mighel Azzopardi, Jurgen Cassar u John Cassar gew sentenzjati ghal 18-il xahar priguneija sospizi ghal tliet snin u multa ta’ €465.87 (Lm200);

Joseph Pisani u Ivan Borg gew sentenzjati ghal 18-il xahar prigunerija sospizi ghal tliet snin u multa ta’ €582.34 (Lm250);

Joseph Sciberaas gie sentenzjat ghal sentejn prigunerija sospizi ghal erba’ snin u multa ta’ €698.81 (Lm300). 

Is-sitt persuni, li huma kollha minn Haz-Zabbar, gew marbuta ukoll b’garanzija ghal tnax-il xahar. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Anthony Cassar. 

B’kollox kienu tressqu 30 persuna rigward l-incidenti msemmija. Tnax minnhom ghaddejjin kumpilazzjoni fil-waqt li l-kumplament kollha inghataw sentenza mill-Qorti.

  Court Sentencing - Festa Incident

 

Report Date   Info   Category

27 May 2008

 

Illum inghatat sentenza mill-Qorti, preseduta mill-Magistrat Dr. S. Meli LL.D, fil-konfront ta’ sitt persuni li kienu gew imressqa l-Qorti rigward incidenti li kienu nqalghu fil-festa ta’ Haz-Zabbar f’Settembru 2004.   

Huma ammettew l-akkuzi migjuba kontrihom. Il-Qorti sabithom hatja u nghataw is-sentenzi kif gej:- 

Mighel Azzopardi, Jurgen Cassar u John Cassar gew sentenzjati ghal 18-il xahar priguneija sospizi ghal tliet snin u multa ta’ €465.87 (Lm200);

Joseph Pisani u Ivan Borg gew sentenzjati ghal 18-il xahar prigunerija sospizi ghal tliet snin u multa ta’ €582.34 (Lm250);

Joseph Sciberaas gie sentenzjat ghal sentejn prigunerija sospizi ghal erba’ snin u multa ta’ €698.81 (Lm300). 

Is-sitt persuni, li huma kollha minn Haz-Zabbar, gew marbuta ukoll b’garanzija ghal tnax-il xahar. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Anthony Cassar. 

B’kollox kienu tressqu 30 persuna rigward l-incidenti msemmija. Tnax minnhom ghaddejjin kumpilazzjoni fil-waqt li l-kumplament kollha inghataw sentenza mill-Qorti.

  Court Sentencing - Festa Incident

 

Report Date   Info   Category

27 May 2008

 

Kmieni dalghodu ghal-habta tan-nofs siegha (12.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li xi immigranti illegali ddaħħlu mill-Forzi Armati ta’ Malta fix-Xatt ta’ Pinto, il-Furjana. 

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti fi ’ 13-il persuna. 

Il-Pulizija għada għaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

26 May 2008

 

Kmieni dal-ghodu, ghal habta tat-tlieta u ghoxrin, il-Pulizija kienet infurmata li dghajsa b’xi persuni fuqha kienet diehla fil-bajja ta’ Golden Sands, f’Ghajn Tuffieha. 

Fuq din l-informazzjoni l-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk mill-Iskwadra Mobbli marru fuq il-post fejn hemmhekk gie kkonfermat ir-rapport. Irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm 27-il immigrant illegali.  Minn dawn 21 huma irgiel u l-kumplament huma nisa. 

Aktar investigazzjonijiet mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni bhalissa ghadhom ghaddejjin.

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

26 May 2008

 

Tard il-bierah fil-ghaxija l-Pulizija kienet infurmata li kien waqghet persuna minn gholi fi Triq il-Knisja, Tarxien. 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li ghal xi raguni mara kienet waqghet go xaft gholi ta’ madwar sular.  Fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li tellghu l-mara minn gox-xaft. Wara din ittiehdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Il-mara ghandha 51 sena u hija mill-Bahrija.  Hija giet iccertifikata li sofriet griehi serji u li tinsab fil-periklu tal-mewt. 

B’dan l-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Silvio Meli LL.D fejn hatar xi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.

  Health-Related Home

 

Report Date   Info   Category

26 May 2008

 

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga  qed izzomm taht arrest tliet persuni wara sejba ta’ aktar minn 1,000 (elf) pillolla ta’ droga ecstasy wara hidma li saret f’dawn l-ahhar gimghat. 

L-arresti u t-tfittxijiet saru tard filghodu il-bierah meta fin-Naxxar gew imwaqqfa koppja mill-Qrendi li l-eta tghhom hija ta’ 31 u 38 sena, u li kienu fil-kumpanija ta’ ragel iehor ta’ 36 minn Haz-Zabbar. Mohbija fuq il-persuna tar-ragel mill-Qrendi nstabu kwazi elf pillola ecstasy. 

Saru tfittxijiet gewwa diversi residenzi u postijiet ohra propjeta tal-persuni arrestati u filaftt fir-residenza tal-koppja gewwa il-Qrendi kif ukoll f’garaxx fil-Marsa nstabu aktar pilloli tal-ecstasy kif ukoll oggetti relatati mat-traffikar ta’ droga. 

Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Antonio Mizzi LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Aktar stharrig ghadu ghaddej mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija, u xi persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

25 May 2008

 

Ffi Triq Garibaldi, Ħal Luqa seħħ inċident bejn trailer u mutur fejn aktar informazzjoni tiġi mgħoddija aktar tard.   

Nixtiequ navżaw lil pubbliku inġenerali li l-imsemmija Triq hija magħluqa għat-traffiku.

F’dan l-incident tliet muturi li kienu telghin it-triq imsemmija ghal xi raguni skidjaw bil-konsegwenza li t-tliet xufiera garbu xi griehi. 

Tnejn minnhom sofrew griehi hfief fil-waqt li t-tielet wiehed ghadu qed jinghata aktar kura fl-Isptar Mater Dei izda mhux fil-periklu tal-mewt. 

Aktar stharrig dwar l-incident ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

25 May 2008

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed iżżomm taħt arrest sitt persuni wara sejba ta’ droga eroina u kokajina ġewwa appartament fl-Msida nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju tard wara nofsinhar. 

Is-sejba saret wara ħidma li saret mill-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fejn kien stabbilit li l-appartment kien qed jintuża’ għal abbuż u traffikar tad-droga d-droga.  Fil-fatt b’kollox ġew arrestati kemm sid l-appartament li hija mara ta’ 43 sena mwielda Għawdex, kif ukoll tfajla oħra ta’ 22 sena mill-Belt Valletta u erbat’irġiel minn B’Kara, il-Belt Valletta, Hal Qormi u Naxxar li l-eta’ tagħhom tvarja bejn it-30 u 33 sena.  

Ġewwa dan l-appartament u fuq il-persuna tagħhom nstabet d-droga eroina u kokajina kif ukoll oġġetti oħra relatati mat-traffikar u użu ta’ droga. 

Il-Maġistrat ta’ l-Għassa Dr. Antonio Mizzi kien infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Aktar stharrig ghadu ghaddej mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija. 

Il-lejla għal ħabta tas-sitta l-Pulizija mistennija tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat A Meli LL.D. mara li ser tkun akkużata bi traffikar u pussess ta’ droga eroina u kokajina. 

_____________ 

Intant, fi Triq Garibaldi, Ħal Luqa seħħ inċident bejn trailer u mutur fejn aktar informazzjoni tiġi mgħoddija aktar tard.   

Nixtiequ navżaw lil pubbliku inġenerali li l-imsemmija Triq hija magħluqa għat-traffiku.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

24 May 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tmienja u kwart (08.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li xi immigranti illegali daħlu ġewwa il-Port ta’ l-Imgarr, f’Ghawdex. 

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti f’26 persuna, 22 raġel u 4 nisa. 

Il-Pulizija għada għaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

23 May 2008

 

Kmieni dal-ghodu l-Pulizija kienet infrumata minn xi sajjieda li kien hemm dghajsa b’numru ta’ persuni fuqha u li din kienet diehla fil-bajja ta’ Ghar Lapsi. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien 27-il immigrant illegali.  Il-grupp kien jikkonsisti f’21 ragel u sitt nisa. F'dan il-grupp kien hemm persuni minuri izda mhux trabi. 

Aktar investigazjonijiet bhalissa ghadhom ghaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tas-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

22 May 2008

 

Il-lejla ghal habta tas-sebgha l-Pulizija kienet infurmata mill-Forzi Armati ta’ Malta li kienu qed jeskortaw dghajsa b’numru ta’ immigranti illegali u li fi ftit hin kienu ser jaslu l-art. 

Fil-fatt ftit minuti wara l-Forzi Armati dahhlu dghajsa bi grupp ta’ 27–il immigrant illegali f’Wied il-Buni, Birzebbuga. Fuq il-post marru Pulizija mill-Iskwadra Mobbli, mid-Distrett ta’ Birzebbuga u mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.  Il-grupp irrizulta li kien maghmul minn 24 ragel u tliet nisa.   

Aktar investigazzjonijiet bhalissa ghadhom ghaddejin mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

21 May 2008

 

Illum għal ħabta ta’ l-għaxra u għoxrin (10:20) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq Locker, gewwa Tas Sliema kienet waqqgħet gallarija. 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irrizulta li fil-ħin ta’ l-inċident fil-gallarija kien hemm mara ta’ 85 sena minn Tas- Sliema, meta għal xi raġuni parti mill-gallarija ċediet bil-konsegwenza li l-mara ġiet fuq il-bankina. 

Fuq il-post isejħet ambulanza fejn ħadet lil mara l-isptar Mater Dei fejn kienet iċċertifikata li kienet qed isofri minn ġriehi ta’ natura gravi u li tinsab fil-periklu li titlef ħajitha. 

Bil-każ kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Għassa Dr M Mallia LL.D. fejn ħatar diversi esperti sabiex jasistuh fl-inkjesta.

  Health-Related: Home

 

Report Date   Info   Category

21 May 2008

 

Illum kmieni wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata mill-Forzi Armati ta’ Malta li aktar tard kienu ser idahhlu l-art katavru li nstab fil-bahar. 

Irrizulta li l-katavru li huwa ta’ ragel, instab minn lanca Taljana u aktar tard ghal habta ta’ l-erbgha (1600hrs) ddahhal f’Xatt it-Tiben minn lanca tal-Forzi Armati.  Il-katavru nstab fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni. 

Il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Edwina Grima LL.D giet infurmat bis-sejba fejn din hatret xi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. 

  Body Discovery

 

Report Date   Info   Category

20 May 2008

 

Dal-ghodu ghal habta tal-hamsa u kwart il-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq Garibaldi, Luqa. 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li kienet sehhet kolluzzjoni bejn karozza u trailer. Ragel (sewwieq) u mara (passiggiera) li kienu fil-karozza ittiehdu l-Isptar Mater Dei fejn irrizulta li t-tnejn sofrew griehi gravi izda l-mara tinsab ukoll fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tat-trailer ma sofriex griehi. 

Bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Micallef Trigona LL.D fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta. 

Is-sewwieq tal-karozza huwa ragel ta’ 28 sena mwieled is-Sirja. Il-passiggiera hija mara ta’ 23 sena imwielda l-Iraq. It-tnejn huma residenti f’Malta. 

Iz-zewg vittmi bhalissa jinsabu f’kundizzjoni stabbli. 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

20 May 2008

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’dawn l-ahhar granet ikkonkludiet stharrig dwar traffikar ta’ droga f’Hal Ghaxaq u Paceville. 

L-ewwel sejba ta’ droga saret tard nhar il-Hadd fil-ghodu li ghadda gewwa residenza f’Hal Ghaxaq.  Minn  osservazzjonijiet li ghamlet il-Pulizija kienet innotata attivita’ ta’ traffikar ta’ droga u wara li saret tfittxija fuq xi persuni kif ukoll gewwa l-istess residenza nstabet id-droga eroina li kienet lesta sabiex tinbiegh.  Inkonessjoni ma’ din is-sejba gew arrestati  zewgt irgiel ta’ 37 minn Hal Ghaxaq u iehor ta’ 23 minn Marsaxlokk, kif ukoll mara ta’ 33 minn Hal Ghaxaq. 

It-tieni sejba ta’ droga saret il-lejl li ghadda gewwa kamra f’lukanda f’Paceville.  Hemmhekk instabet kwantita’ ta’ droga eroina u kokajina li ukoll kienet lesta sabiex tinbiegh. 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. T. Micallef Trigona kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.  Inkonessjoni ma’ din is-sejba qed jinzammu taht arrest zewg zaghazgh ta’ 33 sena minn tas-Sliema u minn B’Kara.  

Aktar stharrig ghadu ghaddej u xi persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien. 

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

20 May 2008

 

F’dawn l-ahhar jumejn l-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomici ghamlet raids f’zewg postijiet separati kontra l-piraterija u l-ikkupjar ta’ l-affarijiet. 

Minn hanut gewwa l-Qawra kienu elevati 100 bicca li allegatament kienu kopja ta’ ditta maghrufa, waqt li minn hanut f’B’Kara kienu elevati 1,100 DVDs li allegatament huma foloz. 

  Copyright - Economic Crimes

 

Report Date   Info   Category

19 May 2008

 

Illejla ghal habta tas-sitta l-Pulizija kienet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq Kottonera, Birgu. 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li karozza tat-tip Mazda   misjuqa minn guvni ta’ 20 sena mill-Isla ghal xi raguni laqtet mara ta’ 56 sena minn Bormla. Il-mara ttiehdet l-Isptar Mater Dei fejn giet iccertifikata li sofriet griehi gravi u li tinsab fil-periklu tal-mewt.  

Bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Micallef Trigona LL.D  fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.  

Aktar stharrig mill-Pulizija fuq il-post bhalissa ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

18 May 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-siegha u ghaxra (01.10hrs) il-Pulizija giet infurmata li fi Triq Marsamxett, il-Belt Valletta kien hemm ragel ferut. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li inqala argument bejn xi zghazagh fl-imsemmija triq u guvni ta’ 23 sena mill-Belt Valletta safa` ferut.  Fuq il-post giet imsejjha ambulanza fejn hadet liz-zaghzugh l-Isptar Mater Dei ghal-kura medika fejn ghal xi hin kien jinsab fil-periklu tal-mewt, izda wara qaleb ghal ahjar.  Huwa gie ccertifikat li qed isofri minn griehi gravi.  Waqt l-argument, zewg zghazagh ohra; tfajla ta’ 22 sena miz-Zurrieq u guvni ta’ 18-il sena residenti r-Russja sofrew griehi serji. 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Consuelo Scerri Herrera LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.   

In konnessjoni mal-kaz il-Pulizija qed izzomm guvni ta’ 23 mill-Belt biex jghinha fl-investigazzjonijiet taghha. 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej. 

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

18 May 2008

 

Waqt loghba futbol li kienet qed tintlab dalghodu f’Ta Qali, inqala’ argument fejn ufficjal tal-Pulizija wegga’ waqt il-qadi ta’ dmirijietu. 

Minn investigazzjoni li saret mill-Pulizija rrizulta li wara li l-Pulizija wissiet lil ragel li kien qieghed jara l-partita sabiex igib ruhu sew meta dan kellem b’mod mhux xieraq lir-referee u talbietu jaghtiha d-dettalji tieghu, dan irrifjuta u kien f’dan il-waqt li persuna ohra zammet lill-Pulizija milli taqdi dmirijieta.  Kien f’dan l-istadju li l-Ufficjal tal-Pulizija qala’ daqqiet ta’ ponn f’rasu minn wara. 

Fuq il-post isejhet ambulanza fejn hadet lill-Pulizija l-Isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li kien qieghed isofri minn griehi ta’ natura hafifa. 

Il-Pulizija ghaddha ghaddeja bl-investigazzjonijiet taghha fejn qed jinzammu diversi persuni sabiex jassistuha fl-istharrig.

  Slight Bodily Harm - Against a Police Officer

 

Report Date   Info   Category

17 May 2008

 

Dal-ghodu ghal habta tad-disgha u nofs (0930hrs) il-Pulizija ser tressaq  ragel ta’ 44 sena minn San Giljan il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Scerri Herrera u ser jigi akkuzat bi frodi u misapproprijazzjoni fost akkuzi ohra.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

17 May 2008

 

Dal-ghodu ghal habta tad-disgha u nofs (0930hrs) il-Pulizija ser tressaq  ragel ta’ 44 sena minn San Giljan il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Scerri Herrera u ser jigi akkuzat bi frodi u misapproprijazzjoni fost akkuzi ohra.

Simon Spiteri ta’ 44 sena minn San Giljan tressaq il-Qorti b’arrest quddiem il-Magistrat Dr. C. Scerri Herrera LL. D u gie akkuzat li f’dawn il-Gzejjer, bejn April 2006 u Marzu 2007: 

  • b’qerq ghamel qligh ta’ €2,795.25 (Lm1,200) ghad-dannu ta’ 16-il persuna differenti;
  • b’misapproprijazzjoni ta’ €2,795.25 (Lm1,200) ghad-dannu ta’ l-istess 16-il persuna;
  • ikkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiza imposta fuqu mill-Qorti tal-Magistrati b’sentenza datata 6 ta’ Dicembru 2006, liema sentenza saret definittiva u ma tistax tigi mibdula.
 

Il-Qorti ordnat li Spiteri jintbaghat fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Angelo Gafa`.

  Court

 

Report Date   Info   Category

17 May 2008

 

Dal-ghodu ghal habta tad-disgha u nofs (0930hrs) il-Pulizija ser tressaq  ragel ta’ 44 sena minn San Giljan il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Scerri Herrera u ser jigi akkuzat bi frodi u misapproprijazzjoni fost akkuzi ohra.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

16 May 2008

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tal-hamsa u kwart il-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu grupp ta’ immigranti illegali gewwa Xatt it-Tiben. 

Il-grupp b’kollox kien maghmul minn 29 persuna. Dawn jinkludu 25 persuna maskili (22 adulti u 3 minuri) u 4 persuni femminili (3 adulti u tarbija wahda). 

Aktar investigazzjonijiet dwar din il-wasla ghadhom ghaddejjin u qed jitmexxew mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni tal-Pulizija.

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

15 May 2008

 

B’referenza għall-artiklu intitolat ‘Ordni Cassa’ li deher fil-ħarġa tal-lum, 15 ta’ Mejju 2008 fil-ġurnal l-Orizzont, irid jingħad li appena l-pulizija ġiet akkonjizzjoni ta’ l-ilment li t-tabib imsemmi ghamel fl-14 ta’ Mejju 2008 filgħodu li kien hemm nuqqas fid-doveri da parti ta’ membri tal-Korp li marru fuq il-post ta’ l-inċident, il-Korp tal-Pulizija ordna l-ftuħ ta’ investigazzjoni interna sabiex mingħajr dewmien jiġu stabbiliti l-fatti.

Minn dak li jirriżulta, l-Korp jidderiġi ruħu.

  Newspaper Article Reference

 

Report Date   Info   Category

13 May 2008

 

Il-Pulizija ser tressaq zewt irgiel il-Qorti quddiem il-Magistrat Giovanni Grixti LLD fit-tlieta ta’ wara nofs in-nhar (15.00hrs) in konnessjoni ma’ kaz ta’ hazna ta’ materjal ta’ loghob tan-nar f’Haz-Zebbug.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

12 May 2008

 

Il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 31 sena minn San pawl il-Bahar il-Qorti fis-sitta ta’ filghaxija (18.00hrs) quddiem il-Magistrat Dr Apap Bologna LLD in konnessjoni ma’ kaz ta’ vjolenza kontra ufficcjal pubbliku.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

12 May 2008

 

Il-bierah ghall-habta tad-disgha neqsin ghoxrin (20.40hrs) il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kien iddahhal ragel bi griehi gravi. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li waqt li ragel kien ghaddej fi Triq Birkirkara, San Giljan, ghal xi raguni allegatament safa` ferut minn persuna/i mhux maghrufa bi strument li jaqta` u bil-ponta.  Ir-ragel, li huwa mill-Uzbekistan u ghandu 38 sena gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.   

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G A Apap Bologna LLD u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

11 May 2008

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tard filghodu ghamlet sejba ta’ droga eroina gewwa residenza fil-Mosta wara xi granet ta’ stharrig. 

Dalghodu saret tfittxija gewwa r-residenza ta’ ragel ta’ 32 sena, u li huwa maghruf sewwa mal-Pulizija u filfatt sabet d-droga eroina li kienet lesta sabiex tinbiegh. Waqt it-tfittxija instabu wkoll oggetti ohra konnessi mat-traffikar ta’ droga. 

B’kollox, inkonnessjoni ma’ din is-sejba gew arrestati sitt irgiel, fosthom ir-ragel li jabita fl-istess residenza. Il-persuni arrestati huma residenti in-Naxxar, Mosta u San Pawl il-Bahar u l-eta taghhom tvarja bejn id-19 u 32 sena. 

Mill-istharrig tal-Pulizija jirrizulta li din ir-residenza kienet qed tintuza sabiex tigi traffikata d-droga eroina. 

Aktar stharrig ghadu ghaddej mill-Iskwasdra ta’ kontra d-droga tal-Pulizija.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

11 May 2008

 

Robert Frendo ta’ 47 sena gie rrapurtat nieqes lill-Pulizija. 

Frendo li ghandu 47 sena, huwa twil 5 piedi u 6 pulzieri.  Huwa ghandu xagharu qasir u kannella car.   

Kull min ghandu informazzjoni dwar Robert Frendo huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119 jew icempel l-Ghassa ta’ Rahal il-Gdid.

Click to go to Missing Persons' Page

Ernest Alfred Schomburg nstab ft-12 ta' Mejju 2008.

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

11 May 2008

 

Ghal habta ta’ l-ghaxra u kwart (1015hrs) il-Pulizija ser tressaq il-Qorti lil ragel mis-Somalja in konnessjoni mal-qabda ta’ droga Khat kmieni l-bierah fil-ghodu.

Dalghodu l-Pulizija ressqet lil Aweys Maani Khayre ta’ 31 sena u ta’ nazzjonalita` Somala u residenti l-Ingilterra l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr J Padovani Grima LLD.  Hu gie akkuzat bl-importazzjoni u pussess bl-intenzjoni li jittraffika d-droga KHAT.  L-Qorti cahdet it-talba ta’ l-akkuzat ghall-helsien mill-arrest.  Khayre gie skortat ghall-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin.

  Court

 

Report Date   Info   Category

10 May 2008

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest tlettax-il persuna wara qabdiet ta’ droga gewwa l-Ajruport ta’ Malta u waqt hidmiet ohra matul il-guranta tal-bierah. 

L-ewwel hidma saret tard il-bierah wara nofsinhar gewwa l-Pieta` fejn gew intercettati zewg persuni, wiehed ta’ 30 sena u iehor ta’ 19-il sena, t-tnejn residenti l-Pieta`, u fuq il-persuna taghhom nsatbet d-droga kokajina. Instabu ukoll mizien u ammont ta’ flus kontanti, u jidher li d-droga kienet intiza sabiex tigi traffikata. 

It-tieni sejba saret gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ghal habta tat-tlieta ta’ fil-ghodu, meta Surgent tal-Pulizija tat-taqsima tal-Immigrazzjoni u membri tat-taqsima tal-Infurzar tad-Dipartiment tad-Dwana ssuspetttaw f’passiggier li kien ghadu kif wasal Malta minn Londra. Huma fittxew fil-bagalji tal-passiggier u f’wahda minnhom nstabu madwar ghaxar kilogrammi tad-droga Khat. Il-passiggier li huwa mis-Somalja u ghandu 31 sena, kellu dokument ta’ l-ivjaggar tal-Ingilterra. Il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Michael Mallia LL. D kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

It-tielet hidma saret matul il-lejl kollu waqt party li kien organizzat gewwa stabbiliment ta’ divertiment gewwa Paceville, fejn membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija arrestaw sebat irgiel u tliet tfajliet wara sejbiet ta’ droga ecstasy u raza tal-kannabis fil-pussess taghhom. L-eta` taghhom tvarja bejn  is-16 u t-28 sena. 

Aktar investigazjonijiet ghadhom ghaddejjin u qed jitmexxew mill-Iskwasdra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

10 May 2008

 

Il-bierah fil-Qorti t’Ghawdex tressaq Anthony Said miz-Zebbug, Ghawdex u gie mixli b’dawn l-akkuzi: 

    1. b’serq aggravat minn handbag;
    2. hsara volontarja fuq hwejjeg haddiehor;
    3. sar recediv b’diversi sentenzi li saru definittivi u li ma jistghux jigu mhassra.
  Court News

 

Report Date   Info   Category

09 May 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta (03.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq Mikelang Vassallo, il-Gzira. 

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post indikat u minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li sewwieq ta’ 19-il sena mill-Mosta kien qed isuq il-vettura tieghu ta’ l-ghamla Ford Fiesta, ghal xi raguni tilef il-kontroll u habat ma’ arblu tad-dawl b’konsegwenza li l-vettura inqalbet.  Filwaqt li s-sewwieq hareg wahdu mill-vettura, passiggier, guvni  ta’  20 sena mill-Mosta, kellu jinghata l-ghajnuna mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jinhareg mill-vettura.  Iz-zghazagh gew mehuda l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn qed jinghataw l-kura medika.  Il-passiggier gie ccertifikat li qed isofri minn griehi gravi u jinsab fil-periklu li jitlef hajjtu, filwaqt li s-sewwieq qed isofri minn griehi ta’ natura hafifa.  Kawza ta’ l-incident il-vettura garrbet hsarat konsiderevoli.  It-triq kellha tinghalaq ghal xi hin, izda issa regghat giet miftuha ghat-traffku.  

Bil-kaz kienet infurmata l-Magstrat ta’ l-Ghassa Dr Doreen Clarke LLD. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonjiet fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related
         

 

Report Date   Info   Category

09 May 2008

 

Ernest Alfred Schomburg ta’ nazzjonalita Germaniza gie rrapurtat nieqes lilill-Pulizija. 

Schomburg li ghandu 46 sena, huwa twil 5 piedi u 9 pulzieri.  Huwa ghandu xagharu qasir u car.   

Kull min ghandu informazzjoni dwar Ernest Alfred Schomburg huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.

Click to go to Missing Persons' Page

Ernest Alfred Schomburg nstab ft-14 ta' Mejju 2008.

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

07 May 2008

 

Illum ghal habta ta’ nofsinhar il-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu katavru f’Xatt it-Tiben wara li kien ntlemah fil-bahar minn sajjied ftit ‘il barra minn Malta. 

Il-katavru nstab vicin Filfla u ttella’ fuq lanca tal-Forzi Armati. Il-gisem li huwa ta’ ragel, instab fi stat ta’ dikompozizzjoni. Huwa ma kellu l-ebda dokumenti ta’ identifikazzjoni fuqu. 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A.Vella LL.D gie infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. Ghada mistennija issir awtopsja fuq il-katavru. 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Body Discovery

 

Report Date   Info   Category

07 May 2008

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed izzomm taht arrest hames persuni wara qabda ta’ droga eroina u kokajina gewwa appartament f’St. Venera. 

Is-sejba saret tard il-bierah fil-ghodu wara xi jiem ta’ osservazzjoni mill-Pulizija ta’ l-istess skwadra, fejn kienet innutata attivita` ta’ traffikar ta’ droga. Filfatt tard il-bierah fil-ghodu il-Pulizija ghamlet tfittxija fl-appartment u hemmhekk nstabet kwantita` sinifikanti ta’ droga eroina u kwantita ohra ta’ droga kokajina.  

Il-Magistrat tal-ghassa Dr. A. Micallef Trigona LL. D kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

B’kollox gew arrestati tlett irgiel u zewg tfajliet li l-eta` taghhom tvarja bejn is-17 u 33 sena u huma residenti l-Msida, B’Kara u St. Venera. Il-persuni arrestati mistennija li jitressqu il-Qorti fil-granet li gejjin. 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin u qed jitmexxew mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

07 May 2008

 

Illum ghal habta tal-hdax u nofs iddahhal grupp ta’ immigranti illegali f’HayWharf wara li gew salvati ‘l barra minn Malta. 

Il-grupp ta’ 12 kien jikkonsisti f’6 irgiel, 5 nisa u tifla li kollha nstabu li kienu f’kundizzjoni ta sahha tajba. 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

06 May 2008

 

Il-bierah filghaxija l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomici flimkien ma membri mid-Dwana ghamlu spezzjoni fuq bejjiegh fil-Marsa, fejn instabu madwar 400 flixkun ta’ l-alkohol li ma kellhomx id-dazju mhallas. 

Persuna qed tghin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet taghha fejn mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li gejjin. 

 
  Contraband

 

Report Date   Info   Category

05 May 2008

 

Ghall-habta ta’ l-erbgha u nofs (16.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li fil-Port ta’ Marsamxett kien hemm xi nirien. 

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li dghajsa/yacht ghal xi raguni kien ha n-nar.  Fuq il-post issejhu membri mid-Dipartiment tal-Prottezzjoni Civili kif ukoll ambulanza li hadet ragel l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika.  Hu gie ccertifikat li qieghed fil-periklu tal-mewt. 

Ir-ragel li ghandu 58 sena u ghandu nazzjonalita Brittanika, mwieled fir-Renju Unit jghix il-Belt Valletta.

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Edwina Grima LLD, fejn hatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

Fis-17 ta' Mejju 2008, Matul il-lejl il-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li l-vittma miet. 

 


Photo: www.sagisart.info

  Fire
         

 

Report Date   Info   Category

04 May 2008

 

Illum il-Pulizija ressqet lil Raymond Abela l-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Doreen Clarke LL. D fejn kien akkuzat talli: 

- attakka jew ghamel rezistenza bi vjolenza kontra persuna inkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku waqt li tkun tagixxa ghal esekuzzjoni tal-ligi; 

- ingurja, hedded jew ghamel offiza fuq persuni inkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku waqt li tkun tagixxa ghal esekuzzjoni tal-ligi; 

- naqas li jobdi l-ordnijiet legittimi moghtija lilu minn persuna inkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku waqt li tkun tagixxa ghal esekuzzjoni tal-ligi, kif ukoll kiser il-bon ordni pubblika b’ghajjat u glied; 

- fl-istess hin, data u cirkostanzi kellu fil-pussess tieghu arma li taqta’ u bil-ponta minghajr il-licenzja jew permess tal-Kummissarju tal-Pulizija u li  volontarjament qal kliem oxxen. 

L-imputat ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u kien ikkundanat sitt xhur habs sospizi ghal sentejn. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Elton Taljana u Nicholai Sant.

  Court
         

 

Report Date   Info   Category

04 May 2008

 

Il-Pulizija ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’dawn l-ahhar granet zammet taht arrest 19-il ragel u mara wara sitt hidmiet separati f’diversi nhawi ta’ Malta, fejn instabet d-droga kannabis, kokajina u ecstasy.

L-ewwel sejba ta’ droga saret nhar is-Sibt 26 ta’ April meta l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga f’hidma mal-Pulizija tad-Disrett ta’ l-Msida arrestaw zewg zaghzagh, wiehed ta’ 28 sena mill-Marsa u iehor ta’ 20 sena minn H’Attard. Fil-pussess taghhom instabet id-droga kokajina u huma mistennija li jitressqu l-Qorti fil-jiem li gejjien. 

It-tieni sejba saret l-ghada l-Hadd 27 ta’ April wara nofsinhar gewwa gnien pubbliku f’Santa Venera minn fejn tlett zaghzagh ta’ bejn is-19 u 22 sena minn St. Venera stess kienu arrestati wara li nqabdu mill-Pulizija jabbuzaw mid-droga kannabis. 

Nhar l-1 ta’ Mejju, diversi membri mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga kienu mpenjati waqt zewg parties li saru gewwa l-Qawra u San Giljan. Mill-party tal-Qawra gew arrestati hames zaghzagh Maltin li l-eta’ taghhom tvarja bejn is-16 u 28 sena u li huma residenti Had Dingli, Hamrun, Attard, B’Kara u l-Mosta. Fil-pussess taghhom instabet id-droga raza tal-kannabis, ecstasy u kokajina. 

Mill-party li kien organizzat gewwa San Giljan, gew arrestati erbat irgiel u tfajla li l-eta’ taghom tvarja bejn il-21 sena u l-25 sena u huma residenti San Gwann, Hal Ghaxaq, San Gilajn u B’Kara. Fil-pussess taghhom instabet id-droga kokajina. Il-persuni ser jitressqu il-Qorti b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga u tnejn minnhom anke bi traffikar ta’ droga kokajina. 

Sejba ohra ta’ droga kokajina gewwa Bugibba saret nhar il-Gimgha 2 ta’ Mejju 2008 fejn ragel ta’ 39 sena nstab fil-pussess ta’ madwar 22 pakkett kontenenti d-droga kokajina, li kienu lesti sabiex jinbieghu. 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. Audrey Demicoli LL.D. kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Waqt din l-operazzjoni gie ukoll arrestat Ingliz ta’ 43 sena minn San Pawl il-Bahar li ukoll kellu fil-pussess tieghu d-droga kokajina. 

Aktar tard matul il-lejl gew arrestati zewg zaghzagh ta’ 21 u 22 sena, residenti in-Naxxar wara li gew innotati minn membri tal-Iskwasdra Mobbli tal-Pulizija fuq ronda fl-inhawi ta’ l-Irdum ta’ Had Dingli ipejjpu d-droga raza tal-kannabis. 

Il-persuni kollha gew arrestati u aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

04 May 2008

 

Illum ghal habta tan-nofsiegha (1230hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Doreen Clarke LL.D. 

Dan ir-ragel ser jigi akkuzat b’theddid, li kien fil-pussess ta’ arma li taqta’ u bil-ponta, li m’obdiex ordnijiet tal-Pulizija, u li pprova jhebb ghal Pulizija.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

04 May 2008

 

Kristina Dalli ta’ 15-il sena mill-Iklin kienet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. 

Kristina hija twila 5 piedi u 10 pulzieri u ta’ hija ta’ statura irqiqa, xagharha qasir u ta’ kulur isfar. 

Kull min ghandu informazzjoni dwar Kristina Dalli huwa mitlub sabiex jghaddiha lill-Pulizija fuq in-numru 119 jew icempel l-eqreb Ghassa tal-Pulizija 

Ritratt ta’ Kristina huwa mhemuz ma’ l-e-mail..

Click to go to Missing Persons' Page

Kristina Dalli nstabet aktar tard wara nofsinhar.

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

03 May 2008

 

Illum wara nofsinhar il-Pulizija ghamlet rejd fin-Naxxar in konnessjoni ma’ hazna illegali ta’ loghob tan-nar. 

Ir-rejd mill-Pulizija saret f’basement fil-pjazza tan-Naxxar ghal habta tas-siegha u nofs fejn hemmhekk instab ammont zghir ta’ loghob tan-nar. Fuq il-post issejhu ukoll membri tal-EOD. 

Il-Pulizija qed izzomm numru ta’ persuni ghal aktar investigazzjonijiet.  

B’din is-sejba giet infurmata l-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. M. Hayman LL.D fejn din hatret diversi esperti sabiex jghinuha fl-inkjesta. 

Aktar investigazzjonijiet bhalissa ghadhom ghaddejjin.

Fil-5 ta' Mejju, fil-hdax u nofs ta’ fil-ghodu (11.30) quddiem il-Magistrat Dr Edwina Grima LL.D. il-Pulizija ser tressaq 12-il persuna l-Qorti in-konnessjoni mas-sejba ta’ materjal splussiv fin-Naxxar is-Sibt li ghadda.

  Illegal Fireworks Factories

 

Report Date   Info   Category

03 May 2008

 

Il-lejla ghal habta tas-sitta (1800hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. M. Hayman LL.D u ser jigi akkuzat b’fastidju, biza` ta’ vjolenza u hsara volontarja fost akkuzi ohra.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

03 May 2008

 

Il-bierah ghall-habta tal-hdax u kwart ta’ bil-lejl (23.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet inqelbet karozza f’Marsaskala. 

Il-Pulizija marret immedjatament fl-area ta’ San Tumas limiti ta’ Marsaskala, fejn sehh l-incident.  Minn investigazzjoni preliminari rrizulta li vettura tat-tip Land Rover waqt li kienet fil-parking area, ghal xi raguni waqat gholi ta’ madwar sular u giet rasha l-isfel fuq il-blat.  Is-sewwieq tal-vettura, guvni ta’ 19-il sena u passigier ta’ 21 sena, it-tnejn minn Haz-Zabbar hargu mill-vettura wahedhom.  Fuq il-post issejhet ambulanza fejn hadet lil passigier l-Isptar Mater Dei, hu gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura hafifa.  Is-sewwieq ma’ garrab ebda griehi. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjoni fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

03 May 2008

 

Il-Pulizija giet infurmata ftit hin ilu li sehh incident stradali fi Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa, Luqa (direzzjoni St Lucia ghal Hal-Luqa). 

Fuq il-post marru immedjatament l-Pulizija u giet imsejjha l-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-sitta (06.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa, Hal-Luqa. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn sehh l-incident, fejn minn investigazzjoni preliminari rrizulta li vettura tat-tip Seat Ibiza li kienet qed tigi misjuqa minn guvni ta’ 24 sena miz-Zurrieq (direzzjoni St Lucija ghall Hal-Luqa) ghal xi raguni habat front-to-rear ma’ truck tat-tip Bedford (distributur tac-cilindri tal-gass).  Fuq il-post issejhu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jaghtu l-assistenza taghhom, kif ukoll ambulanza fejn hadet liz-zaghzugh l-Isptar Mater Dei, hu gie ccertifikat li qed isofri minn griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.   It-triq tinsab maghluqa ghat-traffiku. 

Bil-kaz giet inrumata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Audrey Demicoli LLD. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjoni fuq dan il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

03 May 2008

 

Illejla tressqu zewgt irgiel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. M. Hamyan LL.D. 

Orazio Puglisi ta’ 32 sena minn Sqallija izda residenti M’Skala gie akkuzat b’fastidju, biza` ta’ vjolenza, hsara volontarja, vjolazzjoni ta’ propjeta`, theddid u akkuzi ohra. 

Johann Calleja ta’ 28 sena minn Bormla gie akkuzat b’serq aggravat, reat kontinwu, estrosjoni, griehi hfief fuq persuna ohra, biza` ta’ vjolenza, hsara volontarja, theddid, ksur ta’ paci pubblika u kliem oxxen fil-pubbliku. 

L-imputati gew michuda l-liberta` provizorja u ghalhekk ittiehdu fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin. 

Iz-zewg prosekuzzjonijiet tmexxew mill-Ispettur Jesmond Borg u l-Ispettur Fabian Fleri. 

  Court Cases

 

Report Date   Info   Category

03 May 2008

 

Illum wara nofsinhar bejn is-saghtejn u nofs u tlieta l-Pulizija kienet infurmata li kien waqa’ persuna taht xi irdum fil-limiti tal-Gharghur. 

Fuq il-post immedjatament marru l-Pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, tim mediku mill-Isptar Mater Dei u helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.  Irrizulta li ragel ta’ 27 sena mis-Swieqi ghal xi raguni waqa’ gholi ta’ madwar tliet sulari taht irdum f’Dahlet Ghaxqet l-Ghajn. Huwa ittella` permezz tal-helicopter u wara ittiehed direttament lejn l-Isptar Mater Dei. Il-vittma gie ccertifikat li sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt. 

Aktar stharrig mill-Pulizija dwar dan l-incident ghadhom ghaddejjin. 

  Health-Related: Fall

 

Report Date   Info   Category

02 May 2008

 

Ghall-habta tal-erba’ neqsin kwart (15.45hrs) il-Pulizija giet infumata li fi Triq Locker, f’Tas-Sliema kien hemm ragel ferut. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li kienu qed isiru xi xogholijiet f’residenza privata, haddiem li kien qieghed isfel sofra xi griehi wara li ghal xi raguni waqa` apparat li jintuza ghax-xoghol fuqu. Ir-ragel li ghandu 60 sena u jirrisjedi Birkirkara, gie mehud l-Isptar Mater Dei permezz ta’ l-ambulanza fejn gie mghoti l-kura medika.  Hu gie ccertifikat li qed jsofri minn griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt. 

Bil-kaz kienet infurmat il-Magistrata ta’ l-Ghassa Dr Audrey Demicoli LLD fejn hatret diversi esperti sabiex jassisti fl-inkjesta. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.

  Health-Related: Work

 

Report Date   Info   Category

02 May 2008

 

Il-bierah fil-ghaxija l-Pulizija tad-Distrett t’Ghawdex fi ftit tal-hin solviet serqa mir-Rabat fejn kienu nsterqu numru ta’ affarijiet ta’ valur. 

Il-kaz sehh ftit qabel is-sebgha ta’ fil-ghaxija meta ragel induna li xi hadd kien qed jisraq mill-vettura tieghu izda l-halliel lahaq harab minn fuq il-post permezz ta’ vettura ohra. Mill-vettura nsterqu numru ta’ oggetti inkluz flus kontanti, apparat tal-computers, apparat tal-hi-fi u xi oggetti ohra personali. Minn tfittxijijiet li saru f’Ghawdex, l-allegat halliel, zaghzugh ta’ 19-il sena, kif ukoll il-vettura tieghu nstabu aktar tard fil-Fontana.  L-oggetti misruqa nstabu mohbija f’post iehor. 

Iz-zaghzugh gie arrestat ghal aktar investigazzjonijiet u fil-fatt dal-ghodu gie mressaq fil-Qorti ta’ Ghawdex. 

L-imputat Jethro Camilleri mir-Rabat, Ghawdex tressaq quddiem il-Magistrat Dr.  Anthony Ellul LL. D u gie akkuzat b’serq aggravat ta’ diversi oggetti fost akkuzi ohra. 

Huwa nghata l-liberta’ provizorja taht diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-ghassa tal-pulziija u garanzija personali ta’ €2,000. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud u l-Ispettur Frank Tabone.

  Theft from Car - Solved

 

Report Date   Info   Category

01 May 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tan-nofs siegha (00.30hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kienu dahlu xi klandestini f’Wied iz-Zurrieq. 

Il-Pulizja marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li grupp ta’ immigranti irregolari kienu dahhlu f’Wied iz-Zurrieq.  Il-grupp jikkonsisti f’ 27 persuna, 25 ragel u 2 nisa. 

Fuq il-post issejhu l-membri mill-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jaghtu l-assistenza taghhom. 

Il-Pulizija għada għaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

01 May 2008

 

Wara nofsinhar ukoll, il-Pulizija kienet infurmata minn zewg persuni li aktar kmieni kienu gew aggrediti f’San Giljan. 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li l-allegat kaz sehh bejn l-erbgha u l-hamsa ta’ dal-ghodu meta zewg zghazagh Libjani gew mwaqqfa minn ragel mhux maghruf li kien fil-pussess ta’ sikkina.  Ir-ragel talabhom il-flus u wara li baqa’ jsegwihom sas-Swieqi, aggredihom u hadilhom ammont zghir ta’ flus kontanti.  Iz-zewg Libjani sofrew griehi hfief. 

Il-Pulizija ghadha ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

01 May 2008

 

Illum tard wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li kienet iddahlet persuna feruta fl-Isptar Mater Dei. 

Investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jindikaw li ragel mill-Libja izda residenti f’H’Attard kien qala’ daqqa ta’ arma li taqta` u bil-ponta fir-residenza tieghu stess.  Huwa ittiehed l-Isptar Mater Dei b’mezzi privati fejn gie ccertitifkat li jinsab fil-periklu tal-mewt. 

Il-Pulizija qed izzomm ragel Malti, residenti H’Attard, ghal aktar investigazzjonijiet. 

B’dan il-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Micallef Trigona LL.D fejn dan hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.  

Il-Pulizija ghadha ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

  Grevious Bodily Harm

 

 

 
     

 



 

COPYRIGHT (C) 2008, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US