The Police Force CMRU's information service

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

30 November 2008

 

Illum wara nofsinhar il-Pulizija ressqet lil Noel Spiteri ta’ 42 sena mill-Imtarfa l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A Vella LL. D..

                

Spiteri gie akkuzat talli l-bierah ikkorrompa tfal taht l-eta’ gewwa Had Dingli.

 

L-imputat wiegeb li mhux hati tal-akkuzi migjuba kontrih.  Huwa ser jinzamm taht arrest preventiv fir-residenza tieghu u johrog biss sabiex jassisti medikament lil ommu filghodu u wara nofsinhar, u garanzija personali ta’ €5,000

 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Agius.

 

____________

 

Intant, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija f’dawn l-ahhar jumejn zammet taht arrest ragel ta’ 34 sena wara sejba ta’ droga kokajina fil-pussess tieghu.

 

Matul l-ahhar gimghat tkompliet il-hidma kongunta bejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabiex jigu ddentifikati persuni li jistghu jkunu qed idahlu d-droga f’Malta, partikolarment swallowers.

 

Filfatt din il-hidma regghet waslet ghall-qabda ohra matul il-lejl ta’ bejn il-Gimgha u s-Sibt li ghadda, meta membri mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana waqfu ragel imwieled il-Guinnea Bissau, izda detentur ta’ karta tal-identita’ Portugiza,  li kien ghadu kif wasal Malta minn Frankfurt, wara suspett li huwa setgha kien qed igorr xi kapsoli bid-droga.

 

Ghalkemm ghall-bidu huwa cahad dan kollu, minn ezami mediku gewwa l-Isptar Mater Dei irrizulta li kien qed igorr madwar 60 kapsola kontenenti d-droga kokajina. B’kollox jidher li kien qed igor fl-istonku tieghu mas-600 gramma ta’ droga kokjaina.

 

Il-Magistat tal-Ghassa Dr. Antonio Mizzi LL.D. kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Ir-ragel tressaq il-Qorti illum wara nofsinhar quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Anthony Vella b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga kokajina. Huwa wiegeb li ma’ kienx hati tal-akkuzi migjuba kontrih u ma’ nghatax il-liberta’ provisorja u gie eskortat lejn il-Facilita Korrettiva ta’ Kordin.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejien.

 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Norbert Ciappara.

  Court

 

Report Date   Info   Category

30 November 2008

 

Illum ghal habta ta’ tlieta ta’ wara nofsinhar (1500hrs) il-Pulizija ser tressaq ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A. Vella LL. D. u ser jigi akkuzat fost l-ohrajn li kkorrompa u ta fastidju lil tliet minuri u li offenda l-morali.

               
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

27 November 2008

 

Kmieni wara nofs in-nhar ghall-habta tas-saghtejn u nofs (14.30hrs) il-Pulizija giet infurmata mill-Awtoritajiet tas-sahha li kien ghadu kif iddahhal ragel l-Isptar Mader Dei isofri minn hruq.

               

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li waqt li ragel kien fuq il-post tax-xoghol (f’ufficju) fi Vjal Sir Paul Boffa, Paola, allegatament inharaq minn xi fjammi li kienu gejjien minn fireplace li kien hemm fl-istess ufficju. 

 

Ir-ragel ittiehed l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika fejn aktar tard gie iccertifikat li sofra griehi ta’ natura gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.  Ir-ragel ghandu 30 sena u huwa residenti Birzebbugia.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr A Demicoli LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Health-Related: Work - Burns

 

Report Date   Info   Category

23 November 2008

 

Tard il-bierah filghaxija ghall-habta tal-hdax u kwart (23.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq ir-Rghajja, il-Fgura.

              

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li allegatament waqt li ragel ta’ 72 sena mill-Fgura, kien qed idahhal il-vettura tieghu fil-garage fl-imsemmija triq dahlu tlett persuni, mghammda u wiehed minnhom armat b’arma tan-nar.  Il-hallelin rabtu lill-anzjan u talbuh xi flus.  Huma serqu ammont ta’ flus kontanti li ma jeccediex € 300 u ammont ta’ gojjellerija li ma teccediex € 1 500.   Ir-ragel sofra xi griehi u gie invistat minn tabib fuq il-post.

 

Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr M Hayman LLD, u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Stharrig mill-Pulizija fuq dan il-kaz ghadu ghaddej.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

22 November 2008

 

Ghall-habta tal-hamsa (17.00hrs), il-Pulizija ressqet ragel iehor quddiem il-Magistrat Dr M Hayman LLD, il-Qorti. 

             

George Camilleri ta’ 44 sena minn Paola u residenti Santa Venera gie akkuzat, fost akkuzi ohra, talli nhar it-22 ta’ Novembru ghall- habta tat-08.30hrs fi Gwardamangia Hill, fill-Pieta’:

 
  • minghajr il-hsieb li joqtol jew li jqieghed il-hajja ta’ haddiehor f’periklu car, ikkaguna hsara fil-gisem jew fis-sahha, billi tefa fid-direzzjoni ta’ ragel minn Hal-Luqa armi, strumenti, u ghodod ohra li f’dan il-kaz jissejhu armi irregolari, liema delitt ma giex ezegwit minhabba xi haga accidentali;
  • attakka jew ghamel resitenza ta’ xorta ohra bi vjolenza lill-istess ragel;
  • ghamel offiza ta’ natura hafifa fuq il-vittma;
  • ghamel hsarat fuq diversi oggetti propjeta’ tal-Gvern ta’ Malta, liema hsara hija ta’ iktar minn € 116.47 izda inqas minn € 1164.69;
  • hedded serjament lir-ragel;
  • qal kliem oxxen jew indicenti, jew ghamel gesti oxxeni offenda l-morali, l-imgieba xierqa jew id-deicenza fil-pubbliku.
 

L-akkuzat wiegeb li mhux hati ghall-akuzi migjuba kontra tieghu.  L-imputat gie moghti l-liberta’ provizorja taht is-solitu kundizzjonijiet tal-Qorti, fosthom li jiffirma fl-Ghassa tal-Hamrun u garanzija personali ta’ € 2 500.

  Court

 

Report Date   Info   Category

22 November 2008

 

Ghall-habta tal-hamsa (17.00hrs), il-Pulizija ressqet ragel quddiem il-Magistrat Dr M Hayman LLD, il-Qorti.  Ismael Obassa Hussein, ta’ 26 sena mill-Etjopja u residenti fl-Open Centre tal-Marsa gie akkuzat, fost akkuzi ohra, talli nhar il-21 ta’ Novembru ghall-habta tal-05.00hrs gewwa l-Marsa:

            
  • irrezista lil Surgent u zewg Kuntistabbli tal-Pulizija,
  • kkaguna ferita fuq il-persuna ta’ wiehed mill-Kuntistabbli;
  • volontarjament ghamel hsara fuq vettura tat-tip Fiat Punto, ghad-dannu ta’ persuna mill-Marsa;
  • talli kemm fil-21 kif ukoll fl-24 ta’ Novembru hedded lil Kuntistabbli (imsemmi aktar il-fuq) li jaf fejn joqghod u li ser isib il-familjari tieghu; dan sabiex itellfu milli jaghmel xoghlu;
  • talli f’dati differenti kiser l-ordnijiet legittimi li taghtu il-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijietha.
 

Huwa gie akkuzat ukoll talli, fl-24 ta’ Novembru ghall-habta tas-07.00hrs fil-Marsa u l-Hamrun:

 
  • irrezista bi vjolenza lil Spettur, zewg Surgenti u erba Kuntistabbli tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;
  • f’diversi hwienet gewwa l-Marsa kif ukoll fl-Ghassa tal-Pulizija tal-Hamrun u fit-Taqsima tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei, kiser il-paci pubblika b’ghajjat u glied;
  • fil-vettura tas-servizz attakka Kuntistabbli iehor u tellfu milli jkollu kontroll assolut tal-vettura li kien qieghed isuq b’periklu ghal min kien fl-istess vettura u l-pubbliku u sewwieqa u vetturi ohra li kien hemm fit-triq;
  • ghamel hsara volontarja fl-Ghassa tal-Hamrun.
 

L-imputat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih.  Huwa ma nghatax il-liberta’ provizorja u qieghed jinzamm fil-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.  Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Agius.

  Court

 

Report Date   Info   Category

22 November 2008

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tal-hamsa (1700hrs) il-Pulizija ser tressaq zewg persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Hayman LL.D. dwar kazijiet separati.

           

Individwu minnhom huwa mill-Eritrea u ser jigi akkuzat bi hsarat volontarji u li wegga’ u hedded pulizija, fost akkuzi ohra.  L-akkuzi huma relatati ma’ numru ta’ incidenti differenti.

 

Il-persuni l-iehor huwa Malti u ser jigi akkuzat fost akkuzi ohra b’attentat ta’ griehi gravi fuq persuna ohra u bi hsara volontarja. 

 
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

20 November 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta (03.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li ragel kien safa ferut fil-Marsa, fl-inhawi tal-Open Centre.

          

Il-Pulizija tal-Ghassa tal-Hamrun gew infurmati bil-kaz meta ragel barrani ta’ nazzjonalita’ Sudaniza rrikorra ghall-ghajnuna tal-Pulizija.  Ir-ragel, dahal l-Ghassa u gie nnutat li kellu ferita f’ghonqu.  Meta mistoqsi mill-Pulizija, ir-ragel allega li waqt li kien miexi lejn l-open centre kellu argument ma’ persuna ohra li allegatament hija ukoll residenti fic-centru.  Waqt l-argument, is-Sudaniz gie milqut b’arma li taqta u bil-ponta.  Il-vittma gie mehud l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, u wara gie iccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi u ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt dwar il-kaz ghadu ghaddej.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

17 November 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ nazzjonalita’ Liberjana wara sejba ta’ droga kokajina fil-pussess tieghu.

         

Is-sejba saret f’hidma ohra kongunta bejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana matul il-lejl li ghadda. Ir-ragel li ghandu 21 sena kien ghadu kif wasal Malta fuq titjira li telqet minn Brussell. Kien hemm suspett li huwa seta’ kien qed igorr xi droga, u ghalkemm huwa cahad dan kollu, minn ezami mediku gewwa l-Isptar Mater Dei rrizulta li kien qed igorr mad-90 kapsola kontenenti d-droga kokajina. B’kollox jidher li kien qed igorr mad-900 gramma ta’ droga kokjaina fl-istonku tieghu.

 

Ir-ragel huwa mwieled il-Liberja pero huwa detentur ta’ dokument tal-ivjaggar mahrug ir-Rumanija peress li jgawdi minn status ta’ refugjat f’dak il-pajjiz.

 

Il-Magistat tal-Ghassa Dr. Giovanni Grixti LL. D. kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.

  Drugs

 

 

Report Date   Info   Category

16 November 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest erbgha persuni wara hidma matul il-lejl li ghadda kif ukoll l-Hadd fil-ghodu gewwa Paceville, Marsaskala u l-Fgura.

        

Filfatt membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ghamlu tfittxijiet f’diversi stabbilimenti ta’ divertiment gewwa Paceville u aktar tard anke f’Marsaskala. Filfatt minn Paceville gie arrestat guvni ta’ 16 il-sena li nstab fil-pussess ta’ droga raza tal-kannabis.

 

Minn diskoteka gewwa Marsaskala gie arrestat guvni ta’ 17 il-sena li nstab fil-pussess ta’ diversi pakketti bil-kokajina lesti sabiex jinbieghu u guvni iehor ta’ 26 sena minn Haz-Zebbug li nstab fil-pusssess tad-droga kokajina ghall-uzu personali tieghu.

 

Il-hidma kompliet il-Hadd fil-ghodu u wara nofsinhar gewwa il-Fgura fejn saru diversi tfittxijiet fuq persuni f’postijiet pubblici, inkluz gonna pubblici. Filfatt fuq il-persuna ta’ guvni ta’ 29 sena mill-Fgura nstabu zewg pakketti bl-eroina.

 

Il-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga raza tal-kannabis, kokajina u eroina u wiehed minnhom anke b’akkuzi ta’ trafffikar tad-droga kokajina.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

16 November 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest erbgha persuni wara hidma matul il-lejl li ghadda kif ukoll l-Hadd fil-ghodu gewwa Paceville, Marsaskala u l-Fgura.

        

Filfatt membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ghamlu tfittxijiet f’diversi stabbilimenti ta’ divertiment gewwa Paceville u aktar tard anke f’Marsaskala. Filfatt minn Paceville gie arrestat guvni ta’ 16 il-sena li nstab fil-pussess ta’ droga raza tal-kannabis.

 

Minn diskoteka gewwa Marsaskala gie arrestat guvni ta’ 17 il-sena li nstab fil-pussess ta’ diversi pakketti bil-kokajina lesti sabiex jinbieghu u guvni iehor ta’ 26 sena minn Haz-Zebbug li nstab fil-pusssess tad-droga kokajina ghall-uzu personali tieghu.

 

Il-hidma kompliet il-Hadd fil-ghodu u wara nofsinhar gewwa il-Fgura fejn saru diversi tfittxijiet fuq persuni f’postijiet pubblici, inkluz gonna pubblici. Filfatt fuq il-persuna ta’ guvni ta’ 29 sena mill-Fgura nstabu zewg pakketti bl-eroina.

 

Il-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga raza tal-kannabis, kokajina u eroina u wiehed minnhom anke b’akkuzi ta’ trafffikar tad-droga kokajina.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

15 November 2008

 

Otman Ouhmane ta’ 12-il sena residenti San Pawl il-Bahar gie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.

       

Otman ghandu xaghru qasir u iswed u ghajnejh suwed ukoll.

 

Kull min ghandu xi nformazzjoni dwar Otman Ouhmane huwa mitlub jghaddiha lil Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.

 

Click to go to Missing     Persons' Page

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

15 November 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tat-tlieta u nofs (03.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq l-Imgarr, fl-Imgarr (Malta).

      

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li sewwieq ta’ BMW kien ghaddej mit-triq imsemmija, direzzjoni mill-Mosta lejn l-Imgarr, ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura u kellu impatt ma’ hajt tas-sejjieh.  Fuq il-post issejjhet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza sabiex tiehu lil guvni l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. 

 

Aktar tard il-guvni li ghandu 19 il sena u huwa residenti l-Imgarr stess, gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi u ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.  Kawza ta’ l-incident il-vettura garrbet hsarat estensivi. 

 
 

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga il-kaz.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

13 November 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-seba u nofs (07.30hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident fi Triq is-Salina, limiti tan-Naxxar.

     

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li waqt li ragel ta’ 40 sena residenti Haz-Zebbug, kien qieghed isuq truck tal-ghamla Seddon Atkinson (scammel) ghal xi raguni tilef il-kontroll u habat ma’ zewg vetturi li kienu ipparkjati fit-triq imsemmija.  Konsegwenza tal-impatt it-truck baqa diehel go hajt tas-sejjieh.  Sfortunatament ir-ragel tilef hajtu u gie ccertifkat mejjet fuq il-post. 

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Mizzi LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aptopsja fuq il-kadavru mistennija ssir ghada filghodu.

 

Aktar stharrig fuq il-kaz ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

12 November 2008

 

Illum ghall-habta tal-kwarta ta’ wara nofsinhar (1215hrs), il-Pulizija giet nfurmata li sehh incident gewwa Triq Dun Karm Psaila, Haz-Zebbug.

    

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li waqt li zewg haddiema kienu fuq sit ta’ kostruzzjoni, waqghet parti mill-faccata tal-bini. Iz-zewg haddiema garbu xi griehi u ttiehdu l-isptar Mater Dei. Wiehed mill-haddiema ghandu 33 sena u huwa minn Tas-Sliema filwaqt li l-haddiem l-iehor ghandu 17-il sena u huwa mis-Swieqi.

 

Il-kundizzjoni taz-zewg haddiema tinghata iktar ‘il quddiem. Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejin.

 
 
 
 

Dalghodu saret l-awtopsja fuq il-katavru li nstab ‘il bierah f’dar f’Had-Dingli.        Ir-rizultat ta’ l-awtopsja huwa wiehed provizorju u ghandhom isiru aktar testijiet tossikologici.

  Health-Related: Work

 

Report Date   Info   Category

11 November 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-sitta neqsin kwart (05:45) il-Pulizija giet infurmata mill-awtoritajiet tas-Sahha li kienet weggghet persuna f’nirien li hakem garage fi Triq il-Merhba, Fgura.

   

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li waqt li ragel ta’ 44 sena u huwa mis-Siggiewi kien fil-garage jaghmel xi xoghol, liema garage jintuza’ bhala forn, ghal xi raguni dan ha n-nar u konsegwenza ta’ hekk ir-ragel sofra griehi u ttiehed l-isptar Mater Dei ghal kura, fejn ghadu qed jigi kkurat.  Ir-ragel qatt ma kien fil-periklu li jitlef hajtu.

 

Bil-kaz kienu nfurmati l-membri tas-Sahha u s-Sigurta’ fejn marru fuq il-post ghal aktar stharrig.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Fire: Residential

 

Report Date   Info   Category

11 November 2008

 

Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra u kwart (10.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna mejta fi Triq il-Knisja, Had- Dingli.

  

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li f’residenza privata kien hemm ragel bla hajja.  Ir-ragel li ghandu 33 sena  huwa minn Had-Dingli u gie ccertifikat mejjet fuq il-post.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr J. Apap Bologna LLD fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Awtopsja fuq il-katavru mistennija ssir ghada fil ghodu sabiex tigi stabbilita` l-kawza tal-mewt.

 
 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Dead Person: Residential

 

Report Date   Info   Category

10 November 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest erbgha persuni wara sejba ta’ droga eroina f’hidma kontra t-traffikar ta’ droga fin-Naxxar.

 

Il-hidma bdiet il-bierah wara nofsinhar u kompliet dalghodu. Wara informazzjoni u osservazzjoni minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija kienet innutata attivita` ta’ traffikar ta’ droga minn gewwa residenza fin-Naxxar.

 

Il-persuni arrestati huma erbgha irgiel, li l-eta taghhom tvarja bejn 29 u 36 sena. Fil-pussess taghhom instabu pakketi bl-eroina.

 

Filfatt fuq il-persuna tar-ragel ta’ 36 sena min-Naxxar nstabu diversi pakketti bl-eroina lesti sabiex jinbieghu.

 
 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

 

Drugs

 

Report Date   Info   Category

9 November 2008

 

Illum il-Pulizija ressqet zewg persuni b’arrest il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. G. Grixti LL. D.  Iz-zewgt persuni huma:      

     

  • Walid Bashir Mohammed ta’ 31 sena, mis-Sudan, residenti Hal Far; u
  • Adam Salih Mohammed ta’ 27 sena, mis-Sudan, residenti l-Marsa.
 

Huma gew akkuzati li nhar is-7 ta’ Novembru, 2008 ghal habta tal-2300hrs gewwa l-Marsa u/jew bnadi ohra fil-gzejjer Maltin:

 
  • bla ordni skond il-ligi zammew lil zewg nisa kontra l-volonta’ taghhom u dan bhala mezz biex jigu mgieghla jaghmlu jew joqghodu ghal xi haga li toffendi l-misthija tas-sess taghhom;
  • ikkagunaw feriti ta’ natura hafifa fuq l-istess zewg nisa;
 

Walid Bashir Mohammed wahdu gie akkuzat li:

 
  • kkommetta attentat vjolenti ghall-pudur ta’ persuna ohra (mara);
  • hebb ghal persuna ohra (mara) sabiex jingurjha jew idejjaqha;
  • attakka jew ghamel rezistenza bi vjolenza li ma titqiesx vjolenza pubblika, kontra persuni nkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku.
 

L-imputati wiegbu mhux hatja ghall-akkuzi migjuba kontrihom u qed jinzammu fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

 

L-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Louise Calleja u l-Ispettur Pierre Micallef Griamud.

 

Court

 

Report Date   Info   Category

9 November 2008

 

Illum wara nofsinhar il-Pulizija numru ta’ persuni inkonnessjoni ma’ attentati ta’ serq minn vetturi.

         

Kaz minnhom sehh fl-inhawi ta’ Qasam Industrijali ta’ Kordin.  Hemmhekk instabet vettura bi hgiega mkissra u hsara fuq il-bibien.  Biswit il-vettura nstabet bicca ghodda kif ukoll oggett li wara rrizulta li kien fil-vettura.  In konnessjoni ma’ dan ir-reat gew arrestati mara u ragel li nstabu fil-vicinanzi.

 

It-tieni kaz sehh f’Telghet il-Kurcifiss, Floriana. Hemmhekk gie arrestat ragel fuq suspett ta’ attentat ta’ serq minn vetturi.  Wahda mill-vetturi pparkjati nstabet miftuha, bi hsara fuq bieba minnhom.

 

Aktar stharirg mill-Pulizija ghadu ghaddej.

 

Thefts from Vehicles

 

Report Date   Info   Category

8 November 2008

 

Illum ghal habta tas-siegha u nofs ta’ wara nofs in-nhar (13.30) il-Pulizija kienet infurmata illi sehh incident stradali fi Triq l-Imgarr, Xewkija, Ghawdex..

           

Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li fil-hin tal-incident kien ghaddej argument bejn zewgt irgiel, wiehed ta’ 42 sena u l-iehor ta’ 48 sena u t-tnejn mix-Xewkija, fejn ir-ragel ta’ 42 sena ttajjar minn vettura li din baqghet sejra.

 

Ir-ragel ittiehed l-Isptar Generali ta’ Ghawdex fejn ftit tal-hin wara kien iccertifikat mejjet konsegwenzi tal-griehi li sofra.

 

Bl-incident kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Paul Coppini LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

 

Traffic Related: Hit and Run Fatal - following fight

 

Report Date   Info   Category

7 November 2008

 

Charlene Farrugia giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija.

        

Charlene ghandha 25 sena u tirrisjedi l-Qawra.  Hija twila madwar 5 piedi u 3 pulzieri u ghandha ghajnejha kannella.  Ghandha xagharha kannella u twil sa spalleja. L-ahhar li dehret Charlene kienet liebsa flokk iswed, jeans blu u jogging shoes abjad.

 

Kull min ghandu xi nformazzjoni dwar Charlene Farrugia huwa mitlub jghaddiha lil Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.

 

Click to go to Missing     Persons' Page

 

Missing Person

 

Report Date   Info   Category

7 November 2008

 

Carmel Bugeja gie rrapurtat nieqes lill-Pulizija.

       

Carmel ghandu 40 sena u huwa mis-Siggiewi.  Huwa twil madwar 5 piedi u 7 pulzieri u huwa rqiq.  Ghandu xaghru iswed u ghajnejh kannella.

 

Kull min ghandu xi nformazzjoni dwar Carmel Bugeja huwa mitlub jghaddiha lil Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.

 

Person was found on the 9th November 2008

Click to go to Missing     Persons' Page

 

Missing Person

 

Report Date   Info   Category

6 November 2008

 

Dalghodu ddahhal grupp ta’ klandestini gewwa Malta. Il-grupp iddahhal minn vapur barrani gewwa Pinto Wharf.

     

Il-grupp kien maghmul minn 66 persuna, inkluza tarbija ta’ ftit jiem. Intant il-bierah iddahlet Malta mara u minuri ta’ sitt snin peress li l-mara kienet ser twelled. Filfatt din il-mara weldet tewmin.

 

Aktar investigazzjonijiet bhalissa ghadhom ghaddejjin u qed jitmexxew mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni.

Go to Frontex Watch Page

 

Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

5 November 2008

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tas-saghtejn u ghoxrin il-Pulizija kienet infurmata li fil-bahar qrib Xorb l-Ghagin, B’Bugia, kien intlemah oggett f’wicc l-ilma li seta’ kien ta’ katavru.

    

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat fejn wara li gew ikkuntatjati l-AFM irrizulta li dan kien ta’ bniedem fejn instab fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni.

 

Il-katavru mistenni jiddahhal f’Xatt it-Tiben, il-Belt ftit tal-hin iehor.

 

Body Found at Sea

 

Report Date   Info   Category

3 November 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija f’dawn l-ahhar granet investigat zewg sejbiet importanti ta’ droga kokajina gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

   

Il-hidma kongunta kontra l-importazzjoni ta’ droga bejn il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga u l-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, wasslet sabiex b’kollox gew maqbuda mal-kilo u tlett mitt gramma droga kokajina  li kienu jinsabu f’132 kapsola.

 

L-ewwel sejba saret tard il-Gimgha bil-lejl meta gie mizmum ragel ta’ 35 sena imwieled Santo Domingo, pero detentur ta’ passaport Olandiz. Huwa twaqqaf hekk kif kien ghadu jasal Malta fuq titjira diretta minn Amsterdam ghall-habta ta’ nofs il-lejl. Minn aktar stharrig irrizulta li huwa kien qed igorr ammont ta’ kapsoli fl-istonku tieghu. Dan gie konfermat minn ezamijiet medici li saru fl-Isptar Mater Dei.  Jidher li r-ragel kien qed igorr madwar 700 gramma ta’ droga kokajina maqsuma f’70 kapsola li l-persuna irnexxilha tibla qabel giet Malta.  Il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera LLD kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.

 

Investigazzjoni ohra tal-Pulizija wasslet sabiex jigu identifikati u arrestati aktar persuni.  Matul il-gurnata tal-Hadd gew arrestati erbgha persuni ohra, Malti ta’ 29 sena minn San Pawl il-Bahar, ragel iehor ta’ 32 sena minn Burkina Faso, u zewg t’irgiel ohra ta’ 29 sena u 31 sena mill-Ivory Coast.

 

Ir-ragel minn Santo Domingo ta’ 35 sena tresssaq b’arrest il-Qorti il-Hadd wara nofsinhar quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Miriam Hayman LLD akkuzat b’ assocjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga kokajina. Ir-ragel wiegeb li hu hati ghall-akkuzi migjuba kontra tieghu izda ma’ nghatax il-liberta provizorja u kien eskortat lejn il-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.

 

It-tieni sejba ta’ droga saret is-Sibt wara nofsinhar, meta twaqqfet mara ta’ 32 sena ta’ nazzjonalita` Nigerjana izda residenti fi Spanja li kienet ghadha kif waslet Malta fuq titjira diretta minn Valencia, Spanja. 

 

Fl-istonku taghha kienet qed igorr mat-58 kapsola li kien fihom d-droga kokajina kif ukoll nstabu hames kapsoli ohra fil-bagalja taghha  li jammontaw ghal kwazi 600 gramma. Il-Magistrat tal-Ghassa Dr Audrey Demicoli LLD kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Il-mara tressqet dalghodu b’arrest quddiem il-Qorti preseduta mill-Magistrat Dr. Lawrence Quintano LLD b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga kokajina. L-imputata wiegbet li kienet hatja tal-akkuzi izda ma’ nghatatx il-liberta provizorja u giet eskortata lejn il-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.

 

Aktar stharrig fuq il-kazijiet ghadu ghaddej.

 

Drugs

 

Report Date   Info   Category

3 November 2008

 

Tard il-bierah filghaxija ghal habta tal-ghaxra u nofs (22:30) il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Gdida f’Hal Qormi kien hemm nar f’dar residenzjali.

 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li persuna/i kienu taw in-nar bieb ta’ residenza bil-konsegwenza li dan lahaq infirex sa wara l-bieb ta’ barra.  Ghalkemm fil-hin tal-incident kien hemm familja rieqda, hadd ma wegga’.

       

Fuq il-post isejjhu l-membri tal-Protezzjoni Civili fejn tfew in-nirien.

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Miriam Hayman LL.D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

 

Arson

 

Report Date   Info   Category

2 November 2008

 

Illum fil-hamsa (17:00) quddiem il-Magistrat Dr Hayman LL.D. il-Pulizija ser tressaq zewgt irgiel u ser takkuzhom bi glied gewwa Bormla.

 
 

Court Notice

 

Report Date   Info   Category

2 November 2008

 

Illum wara nofsinhar ghal habta tat-tlieta il-Pulizija kienet infurmata li fil-bahar gewwa Delimara kien intlemah oggett f’wicc l-ilma li seta’ kien ta’ katavru.

 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat fejn wara li gew ikkuntatjati l-AFM irrizulta li dan kien ta’ bniedem fejn instab fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni.

 

Il-katavru ser jiddahhal f’Xatt it-Tiben, il-Belt iktar tard illum.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

 

Body Found at Sea

 

Report Date   Info   Category

1 November 2008

 

Cerimonja Annwali Ghad Unur il-Pulizija Mejtin

 

Il-membri ta’ l-Istampa huma mistiedna jattendu ghac-cerimonja annwali ghad unur tal-Pulizija mejtin li ser issir ghada il-Hadd 2 ta’ Novembru, 2008.

 

Ghal din l-okkazjoni ser tigi iccelebrata quddiesa fic-Cimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fid-disgha ta’ fil-ghodu (09.00hrs) u wara issir cerimonja ta’ tqeghid ta’ kuruni fuq il-qabar tal-Pulizija.

 

Celebrazzjoni simili ser issir f’Ghawdex, nhar il-Hadd 23 ta’ Novembru, 2008, fic-Cimiterju ta’ Santa Marija. F’din ic-celebrazzjoni l-quddiesa tibda fl-ghaxra ta’ fil-ghodu (10.00hrs) u wara issir cerimonja ta’ tqeghid ta’ kuruni fuq il-qabar tal-Pulizija.

 

Il-Pulizija Pensjonanti, ex-membri tal-Korp, kif ukoll il-pubbliku ingenerali huma mistiedna jattendu.

 

Police Force Activity

 

Report Date   Info   Category

1 November 2008

 

Dalghodu il-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra r-Reati Ekonomici wettqet b'success raid fuq il-monti, il-Belt Valletta fejn kienu elevati sitt mitt (600) DVD’s li allegatament huma kkuppjati.  Persuni qeghdin jghinu lil Pulizija fl-investigazzjoni.

   

Stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

 

Economic Crimes

 

Report Date   Info   Category

1 November 2008

 

Kmieni dalghodu ghal habta tat-tmienja u kwart il-Pulizija kienet infurmata li fil-bahar gewwa Delimara kien intlemah oggett f’wicc l-ilma li seta’ kien ta’ katavru.

  

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post indikat fejn wara li gew ikkuntatjati l-AFM irrizulta li dan kien ta’ bniedem fejn instab minghajr ras u fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni.

 

Il-katavru ddahhal f’Xatt it-Tiben, il-Belt, u l-awtopsja fuq il-katavru ser issir nhar it-Tnejn filghodu.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

 

Body Found at Sea

 

Report Date   Info   Category

1 November 2008

 

Kmieni l-lejla ghall-habta tat-tmienja u ghoxrin (20.20hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet serqa fi Triq il-Qalb ta’ Gesu`, il-Qawra.

 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li zewg persuni mghammdin u armati b’arma tan-nar waqqfu erba haddiema f’confectionary u talbuhom il-flus.  Il-haddiema tawhom il-flus u l-hallielin harbu minn fuq il-post, permezz ta’ vettura, li wara irrizultat mal-Pulizija li kienet misruqa.  Is-somma tal-flus misruqa ghadha trid tigi stabbilita.  Fil-hin tas-serqa fil-hanut barra l-haddiema kien hemm zewg klijenti.  Waqt is-serqa, il-hallilien sparaw tir/i li fortunament ma laqtu lil-hadd.  Hadd ma wegga’ f’dan l-incident.

 

B’dan l-incident giet infurmata il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Audrey Demicoli LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija bhal issa ghadu ghaddej.

Fi stqarrija li harget fit-2 ta Novembru, intqal li ghalkemm persuni li kienu fil-hanut ma soffrew ebda griehi, uhud minnhom ittiehdu ic-Centru tas-Sahha tal-Mosta peress li sofrew shock.

 

Intant, il-vettura li ntuzat waqt is-serqa, instabet kmieni dalghodu mill-Pulizija fil-Qawra.  Il-vettura hija tat-tip Opel.  Is-somma misruqa waqt din is-serqa ma teccediex € 2 000.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

 

Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

1 November 2008

 

Illum ghal-habta ta’ l-hdax neqsin ghaxra (10:45) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq is-Siggiewi, Haz Zebbug kien sehh incident stradali.

 

Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li l-incident sehh meta ghal xi raguni sewwieq ta’ vettura Toyota Tercel, li ghandu 36 sena u li huwa minn Haz Zebbug, tilef il-kontroll tal-vettura tieghu bil-konsegwenza li baqa’ diehel f’Xarabank, misjuqa minn guvni ta’ 23 sena minn Santa Venera, li kienet gejja mid-direzzjoni opposta.

 

Fuq il-post isejhet l-ambulanza fejn hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura hafifa, izda fl-ebda hin ma kien jew qieghed fil-periklu li jitlef hajtu.  Huwa ser jinzamm l-isptar ghal aktar osservazzjonijiet.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

 

Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

1 November 2008

 

Illum fis-siegha (13:00) quddiem il-Magistrat Dr D Clarke LL.D. il-Pulizija ser tressaq zewgt irgiel u ser takkuzhom b’erq u ricettazzjoni rispettivament.

                     
 

Court Notice

 
     

 



 

 

 
COPYRIGHT (C) 2008, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US