The Police Force CMRU's information service

 

Information published by the CMRU Press Releases:

Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt

 
 

 

Report Date   Info   Category

31 October 2008

 

Illum il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomici rnexxiela twettaq b’success diversi raids f’lokalitajiet differenti ta’ Malta fejn kienu elevati 3,460 f’oggetti ffalsifikati li jikkonsistu f’DVDs, loghob tal-Playstation u CDs.

                     

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej fejn pesuni mistennija jittresqu l-Qorti fil-jiem li gejjin.

 

Economic Crimes

 

Report Date   Info   Category

29 October 2008

 

Il-bierah filghodu l-Ufficju ta’ l-Interpol fi hdan il-Korp tal-Pulizija gie nfurmat mill-awtoritajiet Rumeni li individwu li huwa mfittex minnhom kien jinsab Malta u li aktar tard kien ser jaqbad titjira lejn l-Irlanda.

                    

L-individwu, ta’ 31 sena ta’ nazzjonalita’ Rumena huwa mfittex rigward traffikar ta’ persuni u rejati relatati.  Filfatt kien hemm European Arrest Warrant mahrug kontra dan l-individwu.

 

Mill-ewwel stharrig li sar mill-Pulizija Maltija, irrizulta li l-individwu kien jinsab l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jistenna biex jaqbad it-titjira tieghu.  Ghalhekk Pulizija mill-Interpol Malta marru fl-Ajruport sabiex ifittxu lill-individwu. Sadanittant gie infurmat il-Magitsrat ta’ l-Ghassa Dr. Apap Bologna LL. D. fejn dan hareg mandat ta’ arrest kontra l-individwu.  Sussegwentament ir-Rumen gie arrestat mill-Pulizija fl-Ajruport stess.  Bagalja li kienet immarkata f’isem l-individwu giet mizmuma mill-Pulizija. 

 

L-awtoritajiet Rumeni gew infurmati bl-izviluppi li sehhew.  L-istharrig dwar dan il-kaz sar mill-Interpol Malta b’kollaborazzjoni mal-Eurojust.

 

Intant dalghodu r-Rumen bl-isem ta’ Marius Vamanu tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Apap Bologna LL. D.   Huwa ta l-kunsens tieghu biex jigi estradit.  Bhalissa qieghed jinzamm fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Dr. Mario Cuschieri LL. D., l-Ispettur Chris Galea Scannura u Dr. Donatella Frendo Dimech LL. D. ghall-Avukat Generali.

 

Go to Fugitives Page

 
 

Fugitive Apprehended:

Interpol-related

 

Romania

 

Report Date   Info   Category

28 October 2008

 

Il-lejla ghall-habta tas-sitta (18.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien intlemah kadavru fil-bahar ‘l barra minn Delimara.

                   

Membri tal-FAM marru fuq il-post fejn aktar tard dahhlu l-kadavru f’Wied il-Buni, Birzebbugia.   Il-kadavru instab fi stat avvanzat ta’ dekompozizzjoni.

 

Bil-kaz gie infurmat l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Apap Bologna LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.  Mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru fil-jiem li gejjien.

 

Fid-29 ta' Ottubry, f'stqarrija ohra intqal li mill-awtopsja li saret aktar kmieni illum irrizulta li l-kadavru huwa ta’ mara, izda dan ghadu ma giex identifikat.

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Body Found at Sea

 

Report Date   Info   Category

28 October 2008

 

Il-Pulizija tixtieq tavvza lill-pubbliku in generali sabiex tevita Triq Burmarrad, f’Burmarrad. 

                  

It-triq tinsab maghluqa kawza ta’ xi likwidu li hemm fit-triq (zjut, ilmijiet u xi hmieg iehor li hareg minn tappiera).

 

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili gew imsejjha jirrikorru fuq il-post sabiex jaghtu l-assitenza taghhom biex inehhu l-periklu li gie kkawzat mil-likwidu.

It-triq infethat tard fl-ghaxija.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

28 October 2008

 

Kmieni wara nofs in-nhar ghall-habta tas-saghtejn u nofs (14.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fi Triq il-Kosta, Is-Salina.

                 

Mill-ewwel indikazzjonijiet tal-Pulizija jirrizulta li l-kolluzzjoni sehhet bejn karozza tat-tip Daihatsu Feroza u karozza tal-linja li kienu qed jigu misjuqa f’direzzjonijiet opposti.  Is-sewwieq tad-Daihatsu, ragel Nigerjan ta’ 37 sena, residenti r-Rabat gie ccertifikat li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt, filwaqt li l-vettura garrbet hsarat estensivi.  Is-sewwieq tal-karozza tal-linja, ragel ta’ 57 sena minn Birkirkara, ma sofriex griehi. 

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

27 October 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tal-erba’ (04.00hrs) waqt li l-Pulizija ta’ Tas-Sliema kienu qeghdin fl-Ghassa semghu hoss ta’ spluzzjoni.

                

Minnufih il-Pulizija hargu barra fejn gie innutat ammont kbir ta’ trab quddiem bar li jinsab fi Triq Rodolfu.  Waqt li l-Pulizija kienu qed javvicinaw lejn il-bar instema lehen ta’ persuna li aktarx kienet feruta.  Malli l-Pulizija dahhlu fil-bar innutaw xi nirien u persuna li kienet qed issofri minn xi griehi.  Il-Pulizija tfew in-nirien u hargu lir-ragel mil-bar fejn sehhet l-ispluzzjoni.  Mill-ewwel investigazzjonijiet fuq il-post irrizulta li ghall xi raguni cilindru tal-gas li kien hemm fil-bar sploda. B’konsegwenza ta’ hekk gew irrapurtati diversi hsarat.

 

Fuq il-post issejhet ambulanza biex tiehu lir-ragel l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika fejn aktar tard gie ccertifikat li qed isofri minn griehi ta’ natura gravi.  Ir-ragel ghandu 57 sena u huwa minn Ta’ Xbiex.

 

Il-Pulizija evakwat xi residenzi vicin peress li gew innutati xi hsarat fil-bini kif ukoll bhala prekawzzjoni.  Fuq il-post issejhu membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll mill-Enemalta sabiex jnehhu xi periklu li seta kien hemm. 

 

Konsegwenza ta’ l-ispluzzjoni hsarat gew irrapurtati f’bosta twieqi u gallarijiet fiz-zona, fosthom tieqa tal-Ghassa stess, entratura ta’ residenza, vetrina ta’ hanut u vetturi li kieni ipparkjati fil-vicin.

 

Iz-zona ta’ fejn sehh l-incident giet maghluqa sabiex jigu evitati incidenti ohra.

 

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-ghassa Dr Mallia LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 
 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Explosion

 

Report Date   Info   Category

26 October 2008

 

Dalghodu ghal habta tal-hdax il-Pulizija ser tressaq tliet irgiel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. M. Mallia LL. D. inkonnessjoni mal-qabdiet ta’ droga f’Paceville bejn il-Gimgha u s-Sibt.  It-tliet irgiel huma minn Spanja, Sudan u Libja.

               
  Notice

 

Report Date   Info   Category

25 October 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest hames persuni wara sejbiet ta’ droga f’hidma li saret gewwa Paceville matul il-lejl li ghadda.

               

Filfatt diversi membri tal-Iskwadra ghamlu sorveljanza u tfittxijiet f’diversi inhawi ta’ Paceville matul il-lejl kollu sabiex jigu ddentifikati persuni nvoluti fit-traffikar tad-droga f’dik il-lokailta’.

 

Il-persuni arrestati huma zewg zaghzagh ta’ 17-il sena mill-Hamrun u San Pawl il-Bahar, zaghzugh iehor ta’ 19-il sena ta’ nazzjonalita’ Spanjola, ragel iehor ta’ 31 sena ta’ nazzjonalita’ Libjana izda residenti San Gwann, u ragel iehor ta’ 25 sena mis-Sudan residenti Hal Far.

 

Fil-pussess taghhom instabet id-droga raza tal-kannabis.

 

Huma mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ pussess ta’ droga. L-irgiel ta’ nazzjonalita’ Libjana u Sudaniza mistennija li jitressqu ukoll b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

25 October 2008

 

Illum fil-hdax u nofs (11:30) quddiem il-Magistrat Dr Doreen Clarke LL.D. il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 44 sena minn Bormla in-konnesjoni ma serq u frodi.

              
  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

25 October 2008

 

Kmieni dalghodu ghall-habta tas-sitta neqsin kwart (05.45hrs) il-Pulizija kienet infurmata li sehh incident stradali fi Triq l-Mdina, Haz Zebbug.

              

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li zewg vetturi, Peugeot misjuqa minn guvni ta’ 25 sena u Opel misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena minn Ghawdex, li kienu gejjin minn direzzjoni opposta ghal xi raguni habtu.  Iz-zewg vetturi garbu hsarat konsiderevoli.

 

Fuq il-post isejhet ambulanza fejn hadet liz-zewg sewwieqa l-isptar Mater Dei fejn kienu ccertifikati li mhux fil-periklu li jitilfu hajjithom u sa dan il-hin ghadhom qed jinghataw il-kura medika.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

24 October 2008

 

Nixtiequ navzaw lill-pubbliku ingenerali li minhabba incident stradali Triq is-Sebh, Hal Qormi (direzzjoni lejn il-Marsa, quddiem is-showroom ta' Gasan) hija temporanjament maghluqa.

Ghaldaqstant il-pubbliku huwa kordjalment mitlub sabiex juza' toroq alternattivi sakemm terga' tinfetah it-triq.

Rigward l-incident stradali, f'dan il-mument jidher li sewwieq ta' vettura baqa' diehel f'sigra bil-konsegwenza li hareg ammont ta' zejt, fejn minhabba hekk numru ta' vetturi kienu nvoluti f'habtiet li l-ebda wahda minnhom ma hija klassifikata bhala gravi. Iktar informazzjoni tinghata iktar il-quddiem.

Illum ghall-habta tas-sebgha ta’ dalghodu (07.00hrs) il-Pulizija kienet infurmata li sehh incident stradali fi Triq is-Sebh, Hal Qormi.

 

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li ragel ta’ 40 sena ghal xi raguni tilef il-kontroll tal-vettura tieghu tat-tip Daihatsu HI JET bil-konsegwenza li baqa’ diehel f’sigra.

 

Fuq il-post isejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza li hadet lir-ragel l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi (minhabba ksur f’saqajh) pero’ fl-ebda hin ma kien fil-perikluli jitlef hajtu.

 

Ghal xi hin it-triq kienet maghluqa minhabba materjal likwidu li kien hemm fit-triq, fejn konsegwenza ta’ hekk diversi karozzi ohra kienu nvoluti f’incidenti zghar tat-traffiku, pero’ hadd ma wegga’.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

23 October 2008

 

Ghall-habta tas-siegha u nofs ta’ wara nofs in-nhar (13.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li xi persuni abbord xi yacths kienu lemhu kadavru xi mili ‘l barra minn Kemmuna.

             

Membri tal-FAM marru fuq il-post fejn aktar tard ghall-habta tat-tlieta u nofs (15.30hrs) ta’ wara nofs in-nhar il-kadavru ddahhal f’Xatt it-Tiben, il-Floriana.  Il-kadavru instab fi stat avvanzat ta’ dekompozizzjoni.

 

Bil-kaz gie infurmat l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr T Micallef Trigona LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.  Awtopsja fuq il-kadavru ghandha ssir ghada.

  Body found at sea

 

Report Date   Info   Category

22 October 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni wara sejba ta’ droga eroina gewwa residenza f’Hal Tarxien.

            

Is-sejba ta’ pakketti bid-droga eroina saret waqt hidma minn din l-Iskwadra, kontra t-traffikar ta’ droga. Filfatt minn osservazzjoni li saret mill-Pulizija kienet innutata attivita` ta’ traffikar ta’ droga.  Id-droga kienet lesta f’pakketti sabiex tinbiegh.

 

Il-persuni arrestati li huma residenti f’Hal Tarxien stess, huma zaghzugh ta’ 23 sena u ragel ta’ 39 sena li huwa diga maghruf mal-Pulizija.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin u l-individwi mistennija li jitressqu l-Qorti fil-granet li gejjin.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

22 October 2008

 

Matul il-lejl li ghadda il-Pulizija, kemm tad-Distrett kif ukoll dawk tal-Mobile Squad t’Ghawdex wettqu spezzjonijiet f’diversi rhula in konnessjoni ma’ persuni li jghixu minghajr il-permessi u d-dokumenti mehtiega. 

          

Matul dawn l-ispezzjonijiet instabu diversi persuni li kienu residenti f’Ghawdex minghajr l-imsemmija dokumenti.  L-ispezzjonijiet saru f’diversi residenzi u garages.  F’Marsalforn u l-Fontana instabu erbat irgiel li m’ghandhomx dokumenti biex ikunu jistghu jirrisjedu fil-Gzejjer Maltin.  In-nazzjonalita’ ta’ tnejn minnhom hija Sirjana u Libjan rispettivament, waqt li n-nazzjonalita’ taz-zewgt irgiel l-ohra ghadha trid tigi stabbilita.  Waqt l-ispezzjoni fil-Fontana, il-Pulizija rciviet informazzjoni kunfidenzjali li f’residenza fir-rahal imsemmi kien hemm persuna barranija li allegatament kienet qed taghmel uzu ta’ droga.  Fuq din l-informazzjoni il-Pulizija eccediet fuq il-post, fejn f’appartament instab guvni Palestinjan, residenti Hal-Far (li pero ghandu permess biex jghix fil-Gzejjer Maltin).  Waqt tfittxija li saret fil-fond, instabu xi affarijiet relatati mal-uzu tad-droga.  Il-hames persuni imsemmija qeghdin jghinu l-Pulizija fl-investigazzjonijiet taghha.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Migration: Overstaying

 

Report Date   Info   Category

21 October 2008

 

Elizabeth Connors ta’ nazzjonalita` Irlandiza giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija.

         

Connors li ghandha 24 sena, hija twila 5 piedi u 4 pulzieri.  Hija ghandha xagharha kannella qasir (sa l-ispalla), ghajnejha ta’ kulur blu u ta’ statura rqieqa.  L-ahhar li dehret Elizabeth Connors kienet liebsa flokk orange u shorts blu.

 

Kull min ghandu informazzjoni dwar Elizabeth Connors huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.

Ms. Connors was found on the same day.

Click to go to Missing Persons' Page

  Missing Person

 

Report Date   Info   Category

20 October 2008

 

Illum ghal habta tas-sebgha l-Pulizija kienet infurmata li fit-triq bejn il-Luxol Grounds sad-dahla tal-Maghtab kien hemm ammont ta’ zejt mal-art.

        

Mill-ewwel indikazzjonijiet li ghandha l-Pulizija jidher li waqt li crane kien ghaddej mill-imsemmija triq ghal xi raguni zvolgewlu hsarat bil-konsegwenza li hareg ammont ta’ zejt li inxtered ma’ tul it-triq sakemm is-sewwieq waqaf fid-dahla tal-Maghtab.

 

It-triq ghal xi hin kienet maghluqa sakemm il-membri tal-Protezzjoni Civili tefghu materjal fuq iz-zejt biex jevitaw incidenti ulterjuri, ghalkemm numru ta’ vetturi kienu nvoluti f’habtiet fejn l-ebda wiehed minnhom ma kellu konsegwenzi koroh.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

 
  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

20 October 2008

 

Illum ghal habta tas-siegha neqsin kwart (12.45hrs) il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm incident f’ghalqa li tinsab fi Triq il-Port Hieles, f’Birzebbugia.

       

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post tal-incident fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel ta’ 72 sena minn Santa Venera kien qieghed jaghmel xi xoghol fl-imsemmija ghalqa, ghal xi raguni sieq ir-ragel inqabdet mix-xafra tat-tractor.

 

Ir-ragel ittiehed l-isptar Mater Dei fejn kien iccertifikat li sofra griehi ta’ natura gravi fejn tilef siequ x-xellugija.

 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Silvio Meli LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

  Health: Work-field related

 

Report Date   Info   Category

20 October 2008

 

Ghal habta tas-siegha neqsin kwart ta’ dalghodu (00.45 hrs) il-Pulizija kienet infurmata li iddahhlu xi immigranti illegali gewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.

      

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti f’43 persuna, 30 ragel u 13 nisa.

 

Il-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ l-Immigrazzjoni ghada ghaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

Go to Frontex Watch Page

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

20 October 2008

 

Nixtiequ navzaw il-pubbliku ingenerali sabiex kemm jista' jkun ma juzawx Triq Sant'Andrija, San Giljan, ezatt minn fejn l-Splash and Fun sa hdejn it-traffic lights tal-Luxol Grounds minhabba ammont ta' zejt li hemm fit-triq.

Il-kooperazzjoni ta' kulhadd hija apprezata sabiex jigu evitati kull tip ta' incident.

Stqarrija mahruga aktar tard tat notifika li t-triq infethet.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

18 October 2008

 

Il-Pulizija l-lejla ghall-habta tal-hamsa (17.00hrs) ser tressaq diversi persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr C Scerri Herrera LLD.  Tnejn minn dawn il-persuni ser jitressqu b’akkuzi relatati mal-Istqarrija li ntbaghtet ftit tal-hin ilu (relatati ma kaz ta’ drogi).

Ser jitressaq ukoll ragel iehor il-Qorti rigward hsara volontarja, li m'obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija, etc.

Ser jitressaq ukoll ragel iehor barrani l-Qorti ghal habta ta' l-istess hin u ser jigi akkuzat b'importazzjoni u pussess ta' kannabis.

 

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

18 October 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest zewgt irgiel minn Bormla wara sejba ta’ droga eroina, tard il-bierah filghodu.

     

Id-droga eroina nstabet fil-pussess ta’ dawn iz-zewg irgiel, gewwa Bormla stess waqt hidma kontra t-traffikar ta’ droga f’din il-lokalita`. Filfatt, l-ewwel ma’ twaqqaf kien ragel ta’ 38 sena u fuq il-persuna tieghu nstabu hdax il-pakkett eroina lesti sabiex jinbieghu.

 

Fl-istess mument twaqqaf u saret tfittxija ukoll fuq il-persuna ta’ ragel iehor ta’ 24 sena u fuq il-persuna tieghu mill-ewwel instab pakkett eroina. Saret tfittxija immedjatament gewwa ir-residenza tieghu fejn gew elevati mal-235 gramma ta’ droga eroina, u flus kontanti.

 

Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Lawrence Quintano LLD kien infurmat bis-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjien u huma mistenni li jitressqu il-Qorti matul dan tmiem il-gimgha b’akkuzi ta’ pussess u traffikar ta’ droga eroina u raza tal-kannabis.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

17 October 2008

 

Dalghodu ghall-habta tal-hdax (11.00hrs) il-Pulizija giet infurmata permezz ta’ informazzjoni anonima li f’Misrah il-Bajja, San Pawl il-Bahar kienu qed jinbieghu xi sigaretti tal-kuntrabandu.

    

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post li gie ndikat lilha, fejn saret tfittxija fuq vettura ta’ ragel ta’ 45 sena.  Mill-ewwel investigazzjonijiet irrizulta li fil-vettura nstabu ftit inqas minn tlett elef sigarett u ammont zghir ta’ tabakk li allegatament ma thallasx dazju u taxxi fuqhom. 

 

Bil-kaz gew infurmati ufficjali mill-Customs Enforcement Unit fi hdan id-Dipartiment tad-Dwana.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Economic Crimes: Alleged evation of duty and excise

 

Report Date   Info   Category

16 October 2008

 

Illum ghal habta tas-saghtejn u nofs iddahhlu tlett immigranti illegali f’Xatt it-Tiben wara li gew salvati ‘l barra minn Malta.

   

Il-grupp kien jikkonsisti minn mara u zewgt itfal.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.

Go to Frontex Watch Page

  Illegal Immigration

 

Report Date   Info   Category

15 October 2008

 

Kmieni dalghodu ghal habta tas-siegha u kwart (1:15) il-Pulizija kienet infurmata illi fi Triq Guzeppi Bajada, gewwa x-Xaghra f’Ghawdex, kienet ghadha kemm sehhet serqa.

  

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li erbat irgiel dahlu f’residenza privata fejn dak il-hin kien hemm mara ta’ 77 sena.  Huma talbuha l-flus fejn harbu minn fuq il-post b’ammont li ma jeccediex l-erba’ mitt ewro.

 

F’din is-serqa hadd ma wegga’ ghalkemm il-mara sofriet minn xokk.

 

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. A Ellul LL.D. fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Hold-Up

 

Report Date   Info   Category

14 October 2008

 

Matul il-lejl ghal habta ta’ nofsiegha, il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq il-Kbira f’H’Attard kien hemm ragel ma’ l-art b’hafna demm.

 

Meta l-Pulizija waslu fuq il-post sabu lir-ragel u mill-ewwel stharrig irrizulta li aktar qabel hekk kif dan ir-ragel kien fi triq ohra, ragel iehor allegatament tah daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta. Fuq il-post issejhet ambulanza sabiex tiehu lill-vittma l-Isptar Mater Dei.  Ir-ragel li ghandu 49 sena gie ccertitifkat li sofra griehi gravi.

 

Bl-incident gie infurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. A. Mizzi LL. D. fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

Dalghodu l-Pulizija arrestat is-suspettat li allegatament kien involut f’dan il-feriment.

 

Intant il-vittma li huwa minn Haz-Zabbar, mhuwiex fil-periklu tal-mewt.  Huwa nstab midrub fi Triq il-Kbira izda l-allegat incident sehh fi Triq Tommaso Dingli, H’Attard.

 

B’referenza ghaz-zewgt stqarrijiet li nhargu aktar kmieni llum rigward feriment f’H’Attard, is-suspettat li gie arrestat mill-Pulizija in konnessjoni ma’ dan il-kaz huwa ragel ta’ 44 sena minn tas-Sliema.

 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Grevious Bodily Harm

 

Report Date   Info   Category

11 October 2008

 

Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti that arrest quddiem il-Magistrat Dr E Grima LLD lil Augustine Galea ta’ 43 sena imwieled ir-Rabat, Ghawdex u residenti Pembroke jew l-Gharb, Ghawdex.  Hu gie akkuzat talli f’dawn il-gzejjer nhar id-9 ta’ Ottubru 2008 u l-gimghat ta’ qabel gewwa Pembroke b’diversi atti maghmulin fi zminijiet differenti izda li jiksru l-istess dispozizzjoni tal-ligi u li gew maghmula b’rizoluzzjoni wahda :

       
  • B’ghemil zieni ikkorompa minorenni ta’ 16-il sena;
  • Eccita, ghen jew iffacilita l-korruzzjoni tal-vittma;
  • Offenda l-pudur jew il-morali b’ghemil li sar f’lok pubbliku jew f’lok espost ghall-pubbliku;
  • Bl-imgieba tieghu ikkaguna lill-vittma biza li ser tintuza vjolenza kontriha jew kontra l-propjeta’ taghha.
 

L-imputat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih.   Huwa nghata l-helsien mill-arrest fuq is-solitu kundizzjonijiet, fosthom :

 
  • Depozitu ta’ € 500;
  • Garanzija personali ta’ € 10 000
  Court

 

Report Date   Info   Category

11 October 2008

 

Illum il-Pulizija ressqet lil Victor Odaro Izevbigie, ta’ nazzjonalita’ Nigerjana u residenti Spanja, l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr E Grima LLD.  Hu gie akkuzat, fost akkuzi ohra, talli fid-9 ta’ Ottubru 2008 u fil-granet precedenti importa u kellu fil-pusses tieghu droga kokaina, liema droga nstabet f’cirkustanzi li jaghtu x’jifhem li d-droga ma kienitx intiza ghall-uzu personali.

      

L-akkuzat wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih, hu ma nghatax il-liberta’ provizorja u qieghed jinzamm taht kustodja fl-Isptar Mater Dei.

  Court

 

Report Date   Info   Category

11 October 2008

 

Referenza qed issir ghall-istqarrija li harget nhar it-2 ta’ Ottubru, 2008 rigward incident tat-traffiku f’ Tul il-Kosta, Bahar ic-Caghaq.

     

F’dan l-incident Russa ta’ 31 sena kienet sofriet griehi gravi u kienet fil-periklu tal-mewt.  Fl-incident, il-mara kienet passiggiera f’karozza.

 

Illum il-Pulizija giet infurmata mill-Isptar Mater Dei li l-mara mietet.

  Traffic Related: Fatal

 

Report Date   Info   Category

11 October 2008

 

Referenza qed issir ghall-istqarrija li harget il-bierah rigward Nigerjan li nstab li kien qed iggorr id-droga kokajina fl-instonku mal-wasla tieghu f’Malta minn Spanja.

    

Il-Pulizija llum ghal habta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar (1500hrs) ser tressaq lil dan ir-ragel il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. E. Grima LL. D.

  Court Notice

 

Report Date   Info   Category

11 October 2008

 

Dalghodu ghal habta tas-sitta neqsin kwart il-Pulizja giet nfurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq Regjonali, Gzira.

   

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li mutur li kien qed jinstaq fid-direzzjoni ta’ l-Msida ghal xi raguni skidja u habat ma’ crash barrier.  Is-sewwieq tal-mutur indarab u ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Fuq il-mutur kien hemm ukoll passiggiera.  Informazzjoni dwar ix-xufier u l-passiggiera tinghata aktar ‘il quddiem.

 

Bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Micallef Trigona LL. D. fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.

 

Is-sewwieq tal-mutur huwa mis-Serbja u ghandu madwar 29 sena.  Huwa ghadu fil-periklu tal-mewt.  Il-passiggiera hija Russa u ghandha madwar 32 sena.  Hija ttiehdet l-Isptar Mater Dei ukoll u bhalissa ghada qed tinghata aktar kura.

 

Aktar stharrig bhalissa ghadu ghaddej.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

10 October 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ 33 sena ta’ ta’ nazzjonalita` Nigerjana, wara li li l-bierah wara nofsinhar instab fil-pussess ta’ droga kokajina.

  

Ir-ragel Nigerjan li huwa residenti gewwa Valencia fi Spanja gie mwaqqaf minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija f’hidma kongunta flimkien ma’ membri mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana hekk kif kien ghadu kif wasal Malta fuq titjira minn Valencia fi Spanja.

 

Peress li deher qed jagixxi suspettuz, huwa twaqqaf u minn ezami mediku li sar gewwa l-Isptar Mater Dei, irrizulta li hu kien qed igorr ammont ta’ kapsoli fl-istonku tieghu. Filfatt, jidher li l-kapsoli huma kontenenti d-droga kokajina.

 

Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Audrey Demicoli LLD kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

 

Aktar indagini ghadhom ghaddejjien u r-ragel mistenni li jitressaq il-Qorti matul il-jum ta’ ghada.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

09 October 2008

 

Il-Pulizija tixtieq tavvza lill-pubbliku in generali li karregjata wahda minn Triq is-Sebh, il-Marsa (hdejn ir-Racecourse) sal-mini ta’ Santa Venera tinsab maghluqa kawza ta’ xi likwidu (fuel) mitfuh tul it-triq.  It-triq inghalqet sabiex jigu evitati incidenti stradali.

 

Il-pubbliku huwa mheggeg juza’ toroq alternattivi.

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

07 October 2008

 

Il-Pulizija qed izzomm erba’ zghazagh ghal aktar investigazzjonijiet in konnessjoni ma’ serq ta’ muturi u attentat serq minn hanut. 

Il-kaz beda ghal habta ta’ nofsillejl, meta Pulizija mill-ghassa ta’ Marsaxlokk li kienu qedin fuq ronda fil-lokal, innutaw zaghzugh fuq mutur minghajr crash helmet.  Fi x’hin il-Pulizija resqu lejh, huwa telaq il-mutur ma’ l-art u harab jigri.  Intant ftit ‘il boghod kien hemm tliet zghazagh ohra li dawn kif raw il-Pulizija ukoll telqu jigru.  L-erba’ zghazagh inqabdu mill-Pulizija xi hin wara f’toroq differenti fi tfittxija li saret bejn Pulizija mill-ghasses ta’ Marsaxlokk u Birzebbuga u dawk ta’ l-Iskwadra Mobbli.  Waqt li kienu qed jigru, wiehed miz-zghazagh tefa` baskett ma’ l-art. 

Intant minn stharrig li sar irrizulta li l-mutur li kien gie nnutat fuqu l-ewwel zaghzugh irrizulta li kien misruq. Irrizulta ukoll li l-erba’ zghazagh kien marru Marsaxlokk b’zewg muturi ohra, wiehed misruq u iehor bi pjanci tar-registrazzjoni misruqa.  Fil-baskett li ntefa` ma’ l-art instabu numru ta’ ghodod u xalla sewda.   Instab ukoll li kien sar attentat ta’ sgass fuq bieb ta’ hanut fl-inhawi. 

Iz-zghazagh huma kollha minn Hal Qormi u ghandhom bejn l-14 u s-16-il sena.  

Huma qed jinzammu mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet.

  Theft and Attempted Theft

 

Report Date   Info   Category

05 October 2008

 

Illum ghall-habta tas-sitta ta’ filghaxija (18.00hrs) il-Pulizija giet infurmata li fil-Hal Far Tent Centre kien hemm xi nirien. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn sehh l-incident u minn stharrig preliminari rrizulta li allegatament sehhet spluzzjoni u ghal xi raguni xi tined fic-centru kienu hadu n-nar.  Fuq il-post issejhet l-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jikkontrollaw in-nirien.  Intant, hamsa mit-tined li hemm fl-imsemmi centru hadu in-nar u inqerdu.  Hadd ma wegga’ f’dan l-incident. 

Bil-kaz giet nfurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Scerri Herrera LLD. 

Investigazzjonijiet fuq il-kaz ghadhom ghaddeja mill-Pulizija.

  Fire

 

Report Date   Info   Category

05 October 2008

 

Illum ghal habta tal-hdax neqsin kwart il-Pulizija giet nfurmata li kien waqa’ saqaf fi Triq Isouard f’San Pawl il-Bahar.

 

Fuq il-post marru immedjatament il-Pulizija, l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u ambulanza.   Mill-ewwel stharrig fuq il-post irrizulta li hekk kif ragel kien qed jaghmel manutenzjoni fuq bejt ta’ residenza, ghal xi raguni sfronda parti mill-bejt (xorok) bil-konsegwenza li r-ragel waqa’ moghla sular.  Il-mara tieghu, li kienet fil-kamra ta’ taht dan il-bejt, inqabdet qalb it-terrapin.  Hija nharget mill-post bl-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u wara l-koppja ttiehdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ l-ambulanza.

 

Il-mara ghandha 52 sena u giet iccertifikata li sofriet griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt, fil-waqt li r-ragel li ghandu 51 sena sofra griehi hfief.

 

Aktar stharrig ghadu ghaddej.

  Health-Related: Residential

 

Report Date   Info   Category

04 October 2008

 

Illejla ghal habta tas-sebgha neqsin kwart il-Pulizija giet nfurmata li kienet waqghet persuna minn gholi fil-Belt Valletta. 

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li tifel ta’ 16-il sena kien qieghed bil-qeda fuq sur fi Gnien Herbert Ganado, u meta dan qam ghal xi raguni zelaq u waqa’ ghal isfel gholi ta’ madwar hames sulari.  Fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jaghtu l-assistenza taghom peress li fejn waqa’ t-tifel kien difficli li dan jinhareg mill-post.  Wara li nghata l-ewwel assistenza medika fuq il-post, it-tifel li huwa minn San Gwann, ittiehed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Bhalissa huwa qed jinghata l-kura medika fit-taqsima tal-kura intensiva.  Il-kundizzjoni tieghu tinghata aktar ‘il quddiem. 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

Stqarrija ohra mahruga tard filghaxija l-Pulizija giet nfurmata mill-Isptar Mater Dei li tifel tilef hajtu. 

Bl-incident gie nfurmat il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. G. Grixti LL. D. fejn dan hatar numru ta’ esperti sabiex jghinu fl-inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin.

  Death:: Recreation

 

Report Date   Info   Category

04 October 2008

 

Illum wara nofsinhar il-Pulziija kienet infurmata li ddahlet persuna l-Isptar Mater Dei wara li sabet ruhha f’diffikulta’ waqt li kienet qed tghum fil-bajja ta’ San Gorg, San Giljan. 

Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija rrizulta li l-persuna koncernata kienet mara ta’ 50 sena mill-Awstrija, u wara li din kienet ilha ghal xi hin fil-bahar, persuna ohra indunat li din il-mara kienet wiccha ‘l isfel fil-bahar.  Il-mara ittellghet fuq ix-xatt u nghatat l-ewwel ghajnuna u wara ttiehdet l-Isptar Mater Dei.  Hija giet ccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu gahddej.

  Swimming Difficulties

 

Report Date   Info   Category

03 October 2008

 

Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra u kwart (10.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna mejta fi Triq iz-Zekka, il-Belt Valletta. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li f’residenza privata kien hemm ragel bla hajja.  Ir-ragel li ghandu 55 sena  huwa minn Bormla u residenti l-Belt Valletta gie ccertifikat mejjet fuq il-post.  

Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr S Meli LLD fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

Awtopsja fuq il-katavru mistennija ssir sabiex tigi stabbilita` l-kawza tal-mewt. 
 

Aktar stharrig mill-Pulizija ghadu ghaddej.

  Dead Person

 

Report Date   Info   Category

03 October 2008

 

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija f’dawn l-ahhar granet investigat 13-il persuna inkonessjoni ma’ qabdiet ta’ droga f’erbgha hidmiet separati. 

L-ewwel hidma saret nhar is-Sibt li ghadda filghaxija gewwa B’Kara b’raid gewwa hanut tax-xorb, wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija li kien qed isir traffikar ta’ droga minn dan l-istess hanut tax-xorb. Filfatt minn tfittxija li saret nstabet kapsola kontenenti madwar 10 grammi kokajina fuq il-barman, li malli nduna bil-Pulizija rema’ l-istess kapsola pero’ gie nnotat mill-ewwel mill-istess Pulizija. Kienet arrestata ukoll mara ta’ 39 sena miz-Zejtun. 

Ir-ragel ta’ 33 sena mill-Floriana tressaq il-Qorti nhar it-Tnejn li ghadda quddiem il-Magistrat Dr. Michael Mallia LL. D. akkuzat b’pussess aggravat ta’ droga kokajina. Huwa ammetta l-akkuzi u s-sentenza mistennija li tinghata fil-granet li gejjien. Huwa ma’ nghatax il-liberta provisorja u qed jizamm taht arrest gewwa l-Facilita’ Korettiva ta’ Kordin. 

It-tieni hidma saret nhar il-Hadd wara nofsinhar fuq il-Fosos tal-Furjana, fejn kien qed jigi organizzat Party. Kienu arrestati 9 t’irgiel li l-eta’ taghhom tvarja bejn id-19 u 27 sena u huma residenti Tarxien, Mtarfa, Floriana, Marsaxlokk, Zabbar u Qawra, wara li fil-pussess taghhom instabet id-droga raza tal-kannabis, kokajina, u ecstasy. Tnejn minn dawn il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti b’akkuzi wkoll ta’ traffikar ta’ droga kokajina u ecstasy

It-tielet hidma saret nhar l-1 ta’ Ottubru 2008, meta gie arrestat ragel ta’ 32 sena ta’ Nazzjonalita Libjana residenti H’Attard. Huwa nzamm gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija u membri ohra mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana. Huwa nzamm sabiex jigi nvestigat inkonnesjoni ma’ sejba ta’ 3.4 kgs ta’ droga eroina li kienet saret gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nhar is-17 ta’ Settembru 2008. Filfatt din il-persuna giet investigata u dalghodu tressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. Silvio Meli LL. D. b’akkuzi ta’ assocjazzjoni w importazzjoni ta’ droga eroina. Huwa ma’ nghatax il-liberta provisorja. Filfatt inkonessjoni ma’ din il-qabda ta’ droga eroina, kienu diga tressqu il-Qorti erbgha persuni ohra, mara Maltija u 3 irigel ta’ Nazzjonalita Libyana. 

Ir-raba’ hidma saret propju il-bierah filghodu f’operazzjoni ohra kongunta bejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana. Gie mwaqqaf ragel ta’ 35 sena mill-Gambia izda residenti Spanja li kien ghadu kif wasal Malta minn titijira li telqet minn Girona fi Spanja. Minn tfitxxija li saret fil-bagalja tieghu ma’ nstab xejn, pero’ peress li kien gie nnutat jagixxi b’mod suspettuz ittiehed l-Isptar Mater Dei ghall-X Ray. Filfatt irrizluta li kien qed igor fl-istonku tieghu 7 kapsoli kbar li jirrizluta li kienu jikkontjenu d-droga kokajina, b’piz ta’ 250 gramma. Inkonessjoni ma’ din is-sejba kien infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Silvio Meli LL.D. li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. Ir-ragel tressaq dalghodu quddiem il-Qorti b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni w traffikar ta’ droga kokajina Huwa ma’ ammettiex l-akkuzi li ngiebu fil-konfront tieghu, izda ma’ inghatax il-liberta’ provisorja u kien eskortat lejn il-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin. 

Aktar indagini fil-kazijiet kollha ghadhom ghaddejien.

  Drugs

 

Report Date   Info   Category

02 October 2008

 

Kmieni dalghodu ghal habta ta’ l-erbgha neqsin ghoxrin sehh incident tat-traffiku f’Tul il-Kosta, Bahar ic-Caghaq. 

Mill-ewwel stharrig jirrizulta li sehhet kolluzzjoni (head-on) bejn zewg karozzi, wahda tat-tip Nissan u ohra tat-tip Fiat Brava.  F’dan l-incident weggghu tliet persuni u ttiehdu l-Isptar Mater Dei.  Dawn huma xufier u passiggiera tan-Nissan u x-xufier tal-Fiat.  

Ix-xufier tan-Nissan huwa Russu ta’ 19-il sena, fil-waqt li l-passiggiera hija Russa ta’ 31 sena.  Ix-xufier tal-Fiat huwa Malti minn San Pawl il-Bahar u ghandu 29 sena.  Il-passiggiera giet ccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt, fil-waqt li z-zewg xufiera qed jinghataw aktar kura fl-Isptar. 

Iz-zewg xufiera gew iccertifikati li sofrew griehi izda mhumiex fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan l-incident infethet inkjesta mill-Magistrat Dr. J. Padovani LL. D. 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejjin. 

  Traffic-Related

 

Report Date   Info   Category

01 October 2008

 

Illum ghal habta tas-siegha ta’ wara nofsinhar il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq ix-Xitwa gewwa l-Qawra kienet ghadha kif sehhet serqa minn gewwa Supermarket

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li zewgt irgiel ta’ nazzjonalita’ barranija, li kienu mghammda u wiehed minnhom armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, dahlu fl-imsemmi post u talbu l-flus lis-sid.  Fil-hin tas-serqa ma kienx hemm klijenti u hadd ma wegga’ fejn il-hallelin harbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kif ukoll b’lap top.  

Fil-hin tal-harba ragel li kien fil-vicinanzi irnexxielu jwaqqaf wiehed mill-hallelin li kellu l-flus, fejn dan ta’ l-ahhar telaq il-borza minn idu u harab minn fuq il-post. 

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Padovani Grima LL. D. fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejin.

  Hold-Up

 

 
     

 

 
COPYRIGHT (C) 2008, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US