Community and Media Relations Unit (CMRU)
Malta Police General Headquarters
Floriana VLT 2000
Tel.: (00356) 2294 2667/8 Fax: (00356) 21242223
e-mail: cmru.police@gov.mt
Report Date
Info
Category
28 September 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest persuna ta’ nazzjonalita` barranija wara sejba ohra ta’ droga gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Is-sejba saret waqt hidma bejn l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana. Il-persuna mizmuma kienet ghada kif waslet Malta fuq titjira diretta minn Brussel nhar is-Sibt li ghadda, tard bil-lejl.
Il-persuna hija mara ta’ 21 sena, imwielda u detentrici ta’ passaport Bulgaru izda residenti gewwa l-Olanda. Minhabba li l-ufficjali prezenti gewwa l-ajruport innutaw attegjament suspettuz min-naha tal-mara u wara li tfittxija fuq il-persuna taghha u fil-bagalja taw rizultat negattiv, hija ttiehdet gewwa l-Isptar Mater Dei fejn filfatt irrizulta minn ezami mediku li hija kienet qed igorr kwantita kbira ta’ kapsoli fl-isktonku taghha. Huwa mahsub li b’kollox hija qed iggor mas-sitta u tmenin (86) kapsola, kontenenti madwar 860 gramma ta’ droga kokajina u eroina.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Antonio Mizzi LLD kien infurmat b’din is-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-mara mistennija li titressaq il-Qorti aktar tard dalghodu b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga eroina u kokajina.
Din l-qabda hija t-tielet wahda f’dawn l-ahhar tlett t’ijiem gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, frott ta’ hidma kontinwa bejn it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana u l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija. Id-droga maqbuda f’dawn l-ahhar tlett t’ijiem tammonta ghall-aktar minn zewg kilogrammi.
Aktar stharrig f’dan il-kaz ghadu ghaddej.
Drugs
Report Date
Info
Category
27 September 2009
I l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomici ressqet lil Carlos Frias Mateo ta’ 45 sena, imwieled fir-Repubblika Domenikana, u detentur ta’ passaport Olandiz il-Qorti. Huwa gie akkuzat talli f’dawn il-Gzejjer, fis-26 ta’ Settembru 2009 jew fil-granet ta’ qabel ghamel att ta’ money laundering billi:
ikkonverta jew ittrasferixxa proprjeta’ meta kien jaf li dik il-proprjeta’ kienet direttament jew indirettament inkisbet, jew mir-rikavat ta’, attivita’ kriminali jew minn att ta’ partecipazzjoni f’attivita kriminali, ghall-iskop ta’ jew skopijiet ta’ habi jew wiri haga b’ohra ta’ l-origini tal-proprjeta’ jew ta’ ghoti ta’ ghajnuna lil xi persuna jew persuni involuti jew koncernati f’attivita’ kriminali, u/jew
heba jew wera haga b’ohra tal-veri xorta, provenjenza, lok, disposizzjoni, moviment ta’ jeddijiet rigward, fi jew fuq proprjeta’, meta kien jaf li dik il-proprjeta’ kienet inkisbet direttament jew indirettament minn attivita’ kriminali jew minn att jew atti ta’ partecipazzjoni f’attivita’ kriminali, u/jew
akkwista proprjeta’ meta kien jaf li l-istess proprjeta’ kienet inkisbet jew originat direttament jew indirettament minn attivita’ kriminali jew minn att jew atti ta’ partecipazzjoni f’attivita’ kriminali, u/jew
irritjena minghajr skuza ragonevoli proprjeta’ meta kien jaf li l-istess proprjeta’ kienet inkisbet jew originat direttament jew indirettament minn attivita’ kriminali jew minn att jew atti ta’ partecipazzjoni f’attivita’ kriminali, u/jew
ittenta jaghmel il-hwejjeg jew attivitajiet illegali fuq imsemmija;
Mateo gie akkuzat ukoll talli fis-26 ta’ Settembru 2009, gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, waqt li kien ha jitlaq minn Malta lejn Brussell, naqas milli jiddikjara li kellu fil-pusses tieghu aktar minn ghaxart elef Ewro (€10,000) jew ekwivalenti lill-Kontrullur tad-Dwana.
L-akkuzat wiegeb li mhux hati ghall akkuzi migjuba kontrih. Hu gie skortat lejn il-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur A Gafa`.
Court
Report Date
Info
Category
27 September 2009
Il-Pulizija ser tressaq ragel ta’ 45 imwieled id-Dominican Republic, il-Qorti. Hu ser jigi akkuzat b’akkuzi fost ohrajn ta’ hasil ta’ flus. Huwa ser jitressaq fil-hamsa u nofs (17.30hrs) quddiem il-Magistrat A Demicoli LLD.
Court Notice
Report Date
Info
Category
27 September 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni ta’ nazzjonalita` barranija wara sejba ohra ta’ droga, din id-darba eroina nhar il-gimgha wara nofsinhar.
Is-sejba saret wara aktar hidma bejn l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Iz-zewg persuni arrestati dehru jagixxu b’mod suspettuz u ghaldaqstant twaqqfu mill-ufficjali prezenti ghall-aktar stharrig. Huma kienu ghadhom kif waslu Malta fuq titjira diretta minn Dusseldorf, il-Germanja.
Iz-zewg persuni mizmuma huma ragel ta’ 45 sena li huwa mwieled il-Venezuela izda dententur ta’ passaport Spanjol, u l-mara li kienet qed tikkumpanjah, ta’ 33 sena imwielda u detentrici ta’ passaport Spanjol. Minn ezami mediku gewwa l-Isptar Mater Dei, irrizulta li r-ragel kien qed iggorr fl-istonku tieghu 83 kapsola, izda fuq il-mara ma nstab xejn.
Il-kapsoli nstab li fihom madwar 830 gramma ta’ droga eroina.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Michael Mallia LL. D kien infurmat b’din is-sejba u hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Ir-ragel mistenni li jitressaq il-Qorti aktar tard dalghodu ghal habta tal-hdax u nofs (1130hrs) b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga eroina.
Aktar stharrig f’dan il-kaz ghadu ghaddej.
Drugs
Report Date
Info
Category
27 September 2009
Kmieni dalghodu ghal habta tat-tlieta u nofs il-Pulizija giet infurmata b’incident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, iz-Zebbug, Ghawdex.
L-incident sehh bejn mutur tat-tip Peugeot u karozza tat-tip Fiat waqt li l-vetturi kienu qed jigu misjuqa f’direzzjonijiet opposti. Is-sewwieq tal-mutur huwa Ingliz ta’ 47 sena filwaqt li s-sewwieq tal-karozza huwa Taljan ta’ 29 sena. Is-sewwieq tal-mutur ittiehed l-Isptar Generali t’Ghawdex fejn gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Iktar tard huwa gie trasferit lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ helicopter. Is-sewwieq tal-karozza ma weggax. Is-sewwieq tal-mutur u tal-karozza jghixu l-Ghasri u z-Zebbug Ghawdex rispettivament.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Anthony Ellul LL. D gie infurmat b’dan l-incident u dan hatar xi esperti sabiex jghinu fl-inkjesta.
Fit-2 t'Ottubru, l-Pulizija giet infurmata li l-persuna sfortunatament tilef hajtu.
Aktar stharrig mill-Pulizija bhalissa ghadu ghaddej.
Traffic-Related
Report Date
Info
Category
26 September 2009
Nixtiequ navżaw lis-sewwieq li l-mina ta’ Santa Venera direzzjoni mill-Marsa lejn San Ġiljan hija temporanjament magħluqa minħabba kwantita’ kbira ta’ ilma li niezel.
Għaldaqstant is-sewwieqa huma ġentilment mitluba sabiex jużaw toroq alternattivi sakemm jinħareġ avviż ieħor li l-mina infetħet lura għat-traffiku.
Traffic-Related
Report Date
Info
Category
26 September 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest zewg persuni ta’ nazzjonalita barranija wara sejba ta’ droga kokajina tard matul il-lejl ta’ nhar il-Hamis li ghadda.
Is-sejba saret wara hidma kongunta bejn it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana u l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija, gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Iz-zewg persuni arrestati twaqqfu wara li kienu ghadhom kif waslu Malta fuq titjira diretta minn Brussel.
Iz-zewg persuni mizmuma huma ragel ta’ 25 sena mwieled Santo Domingo izda detentur ta’ passaport Olandiz, u l-mara li kienet qed tikkumpanjah, ta’ 30 sena hija wkoll imwielda Santo Domingo u detentrici ta’ passaport Olandiz. It-tnejn huma residenti l-Olanda. Fuq il-persuna tal-mara ma’ nstab xejn, izda mohbija fuq il-persuna tar-ragel instabu 39 kapsola b’kontenut ta’ madwar 400 gramma ta’ droga kokajina.
Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Doreen Clarke LL.D kienet infurmata b’din is-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Ir-ragel mistenni li jitressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni w pussess aggravat ta’ droga kokajina llum f’nofsinhar quddiem il-Magistrat Dr. A. Mizzi LL.D
Aktar stharrig fuq dan il-kaz ghadu ghaddej.
Drugs
Report Date
Info
Category
25 September 2009
Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra u kwart (10.15hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm ragel ferut fl-inhawi tal-Karwija, limiti ta’ Hal-Safi.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn sehh l-incident, fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li ragel ta’ 65 sena, residenti Hal-Safi, kien qieghed go kamra ta’ razzett fil-lok imsemmi, ghal xi raguni ceda saqaf u safa midrub. Ir-ragel gie mghoti l-ewwel ghajnuna minn xi familjari. Fuq il-post issejjah team mediku mill-Isptar Mater Dei li hadu lir-ragel permezz ta’ ambulanza sabiex jinghata kura medika. Aktar tard hu gie ccertifikat li qed isofri minn griehi u jinsab fil-periklu li jitlef hajtu.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr M Mallia LLd, li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Fit-2 t'Ottubru, l-Pulizija giet infurmata li l-persuna sfortunatament tilef hajtu.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Health-Related: Farm
Report Date
Info
Category
25 September 2009
Tard il-bierah filghaxija, ghall-habta ta’ nofs il-lejl neqsin kwart (23.45 hrs), il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet spluzjoni f’kamra tan-nar f’Hal-Ghaxaq.
Il-Pulizija marret minnufih fil-lok fejn sehhet l-ispluzzjoni fejn mill-ewwel stharrig fuq il-post irrizulta li parti minn kamra tan-nar li tinsab fil-lokalita` imsemmija ghal xi raguni kienet splodiet. Hadd ma wegga’ f’dan l-incident, peress li waqt l-ispluzjoni ma kien hemm hadd prezenti fil-kamra tan-nar.
Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili sabiex jikkontrollaw xi nirien, kif ukoll membri mill-Forzi Armati ta’ Malta (EOD). Issejhu ukoll membri mill-Enemalta sabiex jitnehha` xi periklu li seta’ kien hemm kif ukoll ambulanza mill-Isptar Mater Dei ghal kull eventwalita`.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr D Clarke LLD, li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz.
Fireworks Explosion
Report Date
Info
Category
24 September 2009
Il-Pulizija ser tressaq ser jitressaq guvni ta’ 22 sena mill-Hamrun. Huwa ser jitressqu quddiem il-Magistrat Dr D Clarke LLD fis-seba ta’ filghaxija (19.00hrs).
Huma ser jigu akkuzati b’akkuzi relatati ma’ serq.
Court Notice
Report Date
Info
Category
23 September 2009
Il-lejla fis-sebgha (19:00hrs) ragel ta’ 29 sena minn Santa Venera ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat A Mizzi LL.D. fejn ser ikun akkuzat mill-Ispetturi K Arnaud u J Mercieca bl-involviment tieghu f’erba’ hold-ups u f’attentat ta’ hold-up.
Court Notice
Report Date
Info
Category
23 September 2009
Tard il-bieraħ għal ħabta tal-għaxra u nofs (22:30) il-Pulizija kienet infurmata li l-Forzi Armati ta’ Malta daħlu xi klandestini f’Xatt it-Tiben.
Il-Pulizja marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-grupp ta’ immigranti illegali kien jikkonsisti f’4 persuni, li kienu kollha rġiel. Wieħed mill-immigranti llegali nġieb Malta permezz ta’ helikopter fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li l-immigrant li ttiehed l-Isptar Mater Dei ghall-kura gie rilaxxat mill-Isptar.
Il-lejla fis-sebgha (19:00hrs) ragel ta’ 35 sena mill-Marsa ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat A Vella LL.D. fejn ser ikun akkuzat mill-Ispetturi K Arnaud u J Mercieca bl-involviment tieghu f’erba’ hold-ups u f’attentat ta’ hold-up.
Court Notice
Report Date
Info
Category
21 September 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel Malti wara sejba ta’ droga eroina u kokajina tard il-bierah wara nofsinhar.
Il-hidma saret mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li kienet irceviet informazzjoni li ragel kien qed jittraffika d-droga. Ir-ragel twaqqaf mill-Pulizija wara tfittxija intensiva fl-appartament tieghu wara li nstabet kwantita ta’ droga eroina li kienet intenzjonata sabiex tinbiegh. Waqt l-istess tfittxija nstab ukoll ammont zghir ta’ droga kokajina. Ir-ragel huwa imwieled l-Awstralja izda residenti f’San Pawl il-Bahar, ghandu 34 sena u huwa diga maghruf mal-Pulizija.
Aktar stharrig f’dan il-kaz ghadu ghaddej u l-persuna mistennija li titressaq il-Qorti fil-granet li gejjien b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga.
Drugs
Report Date
Info
Category
21 September 2009
Illum ghal habta tan-nofsiegha (1230hrs) il-Pulizija ser tressaq dawn il-persuni l-Qorti b’arrest quddiem il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. L. Quintano LL. D.
Zewgt irgiel, ta’ 54 u 24 sena rispettivament, ser jigu akkuzati in konnessjoni mas-serqa tal-bierah minn residenza fiz-Zurrieq (PR435-09). Huma ser jigu akkuzati b’serq aggravat, hsara volontarja, li laqghu ghandhom hwejjeg misruqa u li huma recedivi. Iz-zghir minnhom ser jigi akkuzat ukoll b’pussess ta’ droga u li kiser kundizzjonijiet tal-Qorti.
Ragel ta’ 38 sena ser jigi akkuzat li kiser kundizzjonijiet tal-Qorti, bi hsara volontarja, vjolenza domestika u li offenda lill-membri tal-Korp tal-Pulizija.
Ragel ta’ 46 sena ser jigi mixli li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.
Court Notice
Report Date
Info
Category
20 September 2009
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga qed iżżomm taħt arrest 10 persuni wara sejbiet ta’ droga waqt ħidma f’party li kien organizzat f’post ta’ divertiment f’Ta’ Qali matul il-lejl li għadda.
Il-persuni arrestati huma kollha ta’ nazzjonalita’ Maltija, 6 irġiel u 4 nisa, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u 47 sena u huma residenti x-Xagħjra, Sliema, Marsa, Zurrieq, Zabbar, Dingli, Qormi, Zejtun, Sengela u B’Kara.
Huma nstabu fil-pussess ta’ droga ecstasy, kokajina, amfetamina, u raża tal-kannabis.
Wieħed mill-persuni miżmuma, raġel ta’ 47 sena minn Ħad-Dingli ser jitressaq il-Qorti b’akkużi wkoll ta’ traffikar ta’ droga ecstasy.
Aktar stħarriġ għadu għaddej u l-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti fil-ġranet li ġejjien.
Drugs
Report Date
Info
Category
20 September 2009
Illum wara nofsinhar il-Pulizija arrestat zewgt irgiel li kienu ghadhom kif ppruvaw jisgassaw bieb ta’ residenza fi Triq tal-Karmnu, Birkirkara.
Filfatt il-Pulizija rceviet talba ghall-assistenza li kien hemm zewgt irgiel qed jigru wara zewgt irgiel ohra li kienu ghadhom kif ppruvaw jisgassaw bieb. Ftit qabel izerta li Surgent tal-Pulizija li kien ghaddej minn Triq in-Naxxar ra liz-zewgt irgiel jigru wara z-zewgt irgiel l-ohra u waqaf jaghti l-assistenza u gera warajhom hu ukoll.
Mal-wasla tal-Pulizija tad-Distrett fuq il-post sabu liz-zewg suspettati qed jigu mizmuma mis-Surgent fi Triq Marku Falzon. Wiehed mis-suspettati kellu basket u fih instabu xi ghodod, fost affarijiet ohra. Fuq il-bieb tad-dar instabu diversi daqqiet ta’ bicca ghodda.
Iz-zewgt irgiel, li huma maghrufa mal-Pulizija, inzammu arrestati ghal aktar stharrig.
L-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.
Attempted Burglary - Caught Red-Handed
Report Date
Info
Category
20 September 2009
Il-bierah filghaxija l-Pulizija arrestat zewg persuni li kienu ghadhom kemm wettqu serqa minn residenza fi Vjal ix-Xarolla, Zurrieq.
Il-kaz beda meta kuntistabbli tal-Pulizija li ma kienx xoghol, ra zewgt irgiel suspettuzi fl-imsemmija triq. Huwa talab l-assistenza fejn fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u dawk ta’ l-Iskwaddra Mobbli. Iz-zewgt irgiel gew innutati hergin minn go residenza privata. Wiehed mill-irgiel gie mwaqqaf immedjatament, filwaqt li l-iehor prova jahrab izda dan inqabad mill-Pulizija ftit passi ‘l boghod.
Ir-ragel li prova jahrab kellu xkora f’idu u fiha instabu diversi oggetti li wara rrizulta li kienu nsterqu mir-residenza li nqabdu hergin minnha. Fir-residenza filfatt instab hafna taqlib.
Iz-zewgt irgiel arrestati huma missier u iben u ghandhom 54 u 24 sena rispettivament. Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li gejjin.
Dalghodu l-Pulizija kienet infurmata Ii kienet sehhet serqa f’fond fi Triq Tal-Balal, San Gwann.
Mill-ewwel stharrig tal-Pulizija fuq il-post irrizulta li zewg persuni mghammda dahlu go residenza fejn dak il-hin kien hemm ragel ta’ 66 sena wahdu. Ir-ragel gie aggredit mill-hallelin u hin minnhom qala’ ukoll daqqiet b’oggett iebes. Ir-ragel sofra griehi f’rasu u ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li sofra griehi gravi izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Mir-residenza l-hallelin serqu ammont ta’ flus kontanti u xi deheb.
B’dan l-incident giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. M. Hayman LL. D fejn din hatret numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-kaz.
Hold-Up: Residential
Report Date
Info
Category
13 September 2009
Illum, f’nofs in-nhar (12.00hrs) tressqu diversi persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr E Grima LLD.
Fabrizio Runza ta’ 25 sena u Simone Abela ta’ 18-il sena, t-tnejn mill-Hamrun, gew akkuzati fost diversi akkuzi li naqsu li jaghtu il-partikolarijiet taghhom lil Pulizja, kif ukoll talli attakkaw jew ghamlu resistenza bi vjolenza.
Iz-zewg akkuzati nghataw l-liberta provizorja fuq garanzija personali ta’ €5000 kull wiehed, kif ukoll depozitu ta’ €250. Huma jridu jiffirmaw l-ghassa u jirinkazaw fil-hinijiet imposti fuqhom mill-Qorti.
F’kaz seperat, Andrew Richards ta’ 33 sena u Stephan Liam Moran ta’ 25 sena, gew akkuzati mill-Ispettur Trevor Micallef b’akkuzi relatati ma’ serq. Il-Qorti ordnat liz-zewg akkuzati sabiex jiffirmaw gewwa l-ghassa tal-Pulizija u jirinkazaw bejn 9.00pm u 7.00am, kif ukoll garanzija personali ta’ €10,000 kull wiehed.
Clint Micallef ta’ 19- il sena gie akkuzat b’attentat ta’ qtil, kif ukoll li kkaguna griehi ta’ natura gravi u li saq vettura b’manjiera traskurata u perikoluza.
Huwa ma’ inghatax il-liberta provizorja u gie mehud il-Facilta Korretiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaz tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca u Tony Cachia.
Court
Report Date
Info
Category
13 September 2009
Illum, f’nofs in-nhar (12.00hrs) il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr E Grima LLD, in konnessjoni ma diversi kazijiet.
Court Notice
Report Date
Info
Category
12 September 2009
Referenza qieghda ssir ghall-Istqarrija (PR 428-09) li harget il-bierah dwar kaz li sehh is-Siggiewi.
Wara investigazzjonijiet intensivi tal-Pulizija fuq dan il-kaz, ghada, il-Pulizija ser tressaq persuna l-Qorti quddien il-Magt Dr E Grima LLD.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Court Notice
Report Date
Info
Category
12 September 2009
Graziella Pulis ġiet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija l-bieraħ 11 ta’ Settembru 2009.
Hija għandha 15-il sena, xagħarha twil sa spallejha u ta’ kulur kannella, għajnejha ta’ kulur kannella u ta’ statura rqiqa. L-aħħar li dehret Tania Mifsud kienet liebsa qalziet iswwed, flokk roża u flip flop.
Kull min għandu informazzjoni dwar Graziella Pulis huwa mitlub iċempel lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119
Ghal habta tas-seba u nofs ta’ filghaxija (19.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna feruta fil-pjazza tas-Siggiewi.
Il-Pulizija marru fil-lok imsemmi fejn mill-ewwel stharrig ta’ fuq il-post irrizulta li ftit tal-mumenti qabel kien sehh argument bejn xi persuni. Waqt li l-argument kien ghaddej, ragel li kien involut fl-istess argument ghal xi raguni gie milqut minn vettura. Peress li r-ragel sofra xi griehi, hu gie mehud l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard hu gie ccertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu. Ir-ragel ghandu 48 sena u huwa residenti Haz-Zebbug. Il-Pulizija qed izzomm erba’ persuni biex tghina fl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr E Grima LLD.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Grevious Bodily Harm
Report Date
Info
Category
11 September 2009
Referenza qieghda ssir ghall-istqarrijiet PR 425-09 u PR 426-09 dwar Tania Attard u Tania Mifsud.
Tania Mifsud, giet irrapurtata nieqsa lill-Pulizija nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru 2009.
Hija ghandha 12-il sena, xagharha qasir sa spallejha, ghajnejha ta’ kulur kannella u ta’ statura rqiqa. L-ahhar li dehret Tania Mifsud kienet liebsa dublett qasir blu car u flokk blu.
Kull min ghandu informazzjoni dwar Tania Mifsud huwa mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.
Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest 6 persuni wara sejba kbira ta’ droga. Jidher li b’kollox instabet aktar minn 450 kilogramma ta’ droga kannabis f’ħidma li saret matul il-ġurnata tal-bieraħ.
Is-sejba saret wara ġimgħat ta’ stħarriġ u osservazzjonijiet mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija f’postijiet differenti fl-inħawi tas-Swieqi u l-Madliena, fejn kienu ddentifikati postijiet suspettati li fihom kienet qed tinħeba d-droga.
Il-ħidma tal-Pulizija l-bieraħ bdiet kmieni filgħodu u kompliet sa tard bil-lejl. L-ewwel sejba saret ġo kamra f’lukanda fis-Swieqi, li jirriżulta li kienet reġistrata fuq żewġt irġiel ta’ nazzjonalita’ barranija, wieħed ta’ 28 sena mill-Litwanja u l-ieħor ta’ 53 sena b’passaport Ingliż iżda mwieled is-Serbia. Fil-kamra tal-lukanda nstabu 15-il blokka kbar tal-kannabis b’piż ta’ aktar minn 14-il kilogramma. Filfatt, huma kienu osservati ħerġin mill-lukanda ftit tal-mumenti qabel u ġew miżmuma. Jirriżulta li f’dawn l-aħħar ġranet huma kienu propjament alloġjati ġewwa lukanda ix-Xlendi, Għawdex.
It-tfittxijiet tal-Pulizija komplew fejn aktar tard saret ukoll tfittxija intensiva ġo villa fl-inħawi ta’ Wied id-Dis, il-Madliena, fejn moħbija f’garaxx tal-istess villa, bejn ħajt u l-blatt, instabu madwar 81 blokka oħra tal-kannabis b’piż ta’ kważi 80 kilogramma. Inkonessjoni ma’ din is-sejba ġew arrestati il-ġardinara ta’ din l-istess villa, li huma aħwa mis-Swieqi, wieħed ta’ 28 u l-ieħor ta’ 21 sena.
Aktar tard bil-lejl saret ukoll tfittxija ġo għalqa fl-inħawi ta’ ‘Victoria Gardens’ limiti tal-Ibraġġ, Swieqi, fejn ġo ħofra kbira taħt l-art, li tidħol għalija minn toqba dejqa, kemm tgħaddi persuna irqiqa, nstabu madwar 389 blokka oħra tal-kannabis b’piż ta’ madwar 370 kilogramma.
Fil-frattemp saret tfittxija wkoll ġo appartament fl-inħawi ta’ Wied id-Dis, il-Madliena fejn nstabet aktar minn kilogramma ta’ kannabis kif ukoll miżien. F’dan l-appartment kienu qed jirrisjedu mara ta’ nazzjonlita’ Ingliża ta’ 38 sena u raġel ukoll ta’ nazzjonalita’ Ingliża ta’ 39 sena. Kif il-Pulizija marret sabiex tagħmel tfittxija ir-raġel ħebb għall-Pulizija u kkaġuna feriti ħfief fuq Pulizija raġel u żewġ Pulizija nisa u anke pprova jarmi d-droga iżda ġie osservat jagħmel dan mill-istess uffiċjali tal-Pulizija. Huma it-tnejn ġew arrestati wkoll.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Lawrence Quintano kien infurmat bl-erbgħa sejbiet ta’ droga, u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh f’dawn l-inkjesti.
Aktar stħarriġ għadu għaddej u l-persuni mistennija li jitressqu l-Qorti b’akkużi ta’ traffikar ta’ droga fil-ġranet li ġejjien.
Drugs: Record haul
Report Date
Info
Category
07 September 2009
Il-Pulizija tixtieq tavvza lill pubbliku in generali li Triq Valletta fil-Mosta tinsab maghluqa peress li qed isir xi xoghol ta’ tindif fiha wara li dalghodu gie rrappurtat li nstab xi tip ta’ likwidu.
Il-pubbliku huwa mheggeg juza toroq alternattivi.
F'stqarrija mahruga aktar tard intqal li t-triq regghet infethet.
Traffic-Related: Road Closure
Report Date
Info
Category
06 September 2009
Kmieni llejla ghall-habta tas-seba u kwart (19.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kienet sehhet spluzzjoni fil-bahar fl-inhawi ta’ Gnien l-Indipendenza, limiti tal-Balluta.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li ghal xi raguni waqt li barkun li jgorr xi loghob tan-nar kien jinsab fil-lok imsemmi ghal xi raguni sploda. Fuq il-post issejhet l-assistenza ta’ membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, team mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll dawk mill-Forzi Armati ta’ Malta. Minn informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija, ftit tal-hin wara l-ispluzzjoni, ragel qabez il-bahar sabiex jaghti l-assistenza lill xi persuni li seta kien hemm fil-bzonn. Aktar tard hu gie mtella mill-bahar mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Waqt l-incident ma kien hemm hadd fuq il-barkun. Kawza tal-ispluzzjoni il-barkun garrab xi hsarat izda mhumiex estensivi.
Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr J Padovani Grima LLD li hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Fireworks Explosion: Barge
Report Date
Info
Category
06 September 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ 47 sena, wara sejba ta’ droga eroina il-Hadd filghodu.
Is-sejba saret waqt tfittxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga fi Pjazza Fra Diegu, il-Hamrun, wara informazzjoni li waslet ghand il-Pulizija li r-ragel kien qed jittraffika d-droga f’dawk l-inhawi.
Minn tfittxija li saret fuq il-persuna tar-ragel suspetttat, instabu pakketti bl-eroina lesti sabiex jinbieghu. Ir-ragel huwa ta’ nazzjonalita` Libjana, u huwa residenti gewwa Bugibba.
Aktar stharrig f’dan il-kaz ghadu ghaddej u r-ragel mistenni li jitressq il-Qorti b’akkuzi ta’ traffikar ta’ droga eroina.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Drugs
Report Date
Info
Category
05 September 2009
Kmieni dalghodu ghall-habta tal-erba u nofs (04.30hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident stradali fil-Coast Road limiti tan-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-lok fejn sehh l-incident fejn instabu zewg vetturi mahbutin. Mill-ewwel stharrig fuq il-post irrizulta li waqt li vettura tat-tip Suzuki Vitara kienet qed tigi misjuqa, direzzjoni minn naha tal-Mghatab lejn l-area ta’ Kennedy Grove, ghal xi raguni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tieghu. Din inqalbet u kellha impatt ma’ hajt fuq in-naha tax-xellug tat-triq. Ftit wara, vettura tat-tip Perodua Kelica, li kienet qed tigi misjuqa fl-istess direzzjoni, ghal xi raguni kellha impatt mas-Suzuki. Il-Vitara kienet qed tigi misjuqa minn mara ta’ nazzjonalita’ Ingliza, residenti San Pawl il-Bahar u ghandha 44 sena. Passiggier maghha fl-istess vettura kien hemm ragel ta’ 55 sena, minn San Pawl il-Bahar ukoll. Is-sewwieqa tal-Perodua hija mara ta’ 46 sena minn H’Attard.
Fuq il-post issejhet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Civili sabiex jinhargu l-vittmi. Tim mediku mill-Isptar Mater Dei ha z-zewg persuni li kienu fis-Suzuki l-Isptar ghall-kura medika. Aktar tard, ir-ragel gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li l-mara sofriet xi griehi izda mhijiex fil-periklu li titlef hajjitha.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G Grixti LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz u bhalissa karreggjata wahda tat-triq tinsab maghluqa ghat-traffiku.
F'stqarrija mahruga fis-7 ta' Settembru tghid li l-passiggier involut fl-incident tat-traffiku fil-Coast Road qeleb ghall-ahjar u ma ghadux jinsab fil-periklu li jitlef hajjtu.
Traffic-Related
Report Date
Info
Category
04 September 2009
Refenza qieghda ssir ghall-istqarrija PR 399-09, datata 27 ta’ Awwissu 2009, rigward incident tat-traffiku li sehh f’Ghajnsielem, Ghawdex. Is-sewwieq tal-mutur, ragel ta’ 30 sena mill-Gharb, sfortunatament tilef hajtu l-bierah.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Traffic-Related: Update - Fatal
Report Date
Info
Category
03 September 2009
Il-Pulizija qed izzomm taht arrest ragel ta’ nazzjonalita` barranija inkonessjoni ma’ sejba ta’ kwazi kilo droga eroina matul il-lejl li ghadda.
Is-sejba saret wara hidma kongunta bejn l-Iskwadra ta’ kontra d-droga tal-Pulizija u t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana gewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Ir-ragel li ghandu 34 sena, ta’ nazzjonalita` Nigerjana, izda detentur ta’ karta tal-identita` Taljana, kien ghadu kif wasal Malta fuq titjira diretta minn Brussel.
L-ufficjali prezenti issuspettaw li huwa setgha kien qed igorr xi droga, u minn ezami mediku gewwa l-Isptar Mater Dei, irrizulta li kien qed igorr kwantita kbira ta’ kapsoli fl-istonku. Aktar tard irrizulta li kellu 100 kapsola kontenenti kwazi kilo ta’ droga eroina.
Il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Jacqueline Padovani LLD kienet infurmata bis-sejba u hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Dalghodu ir-ragel, Bunch Onyemachi Nkaka, tressaq b’arrest quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Joseph Appa Bologna LLD. Hu gie akkuzat b’akkuzi ta’ assocjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga eroina. L-akkuzat wiegeb li ma’ kienx hati tal-akkuzi, izda nzamm taht arrest gewwa il-Facilita` Korettiva` ta’ Kordin.
Aktar stharrig f’dan il-kaz ghadu ghaddej.
Drugs
Report Date
Info
Category
03 September 2009
Ghall-habta tad-disgha nieqsin kwart (0845hrs), Iil-Pulizija giet infurmata li fi Triq il-Mellieha, Mellieha, kien ghadu kif sehh incident go barriera.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marret immedjatament fuq il-post fejn irrizulta li waqt li guvni ta’ 24 sena mill-Mellieha kien qed issuq truck go barriera, dan ghal xi raguni gheleb fuq genb b’konsegwenza li waqa’ gholi ta’ madwar sular. Fuq il-post issejhu membri tal-Protezzjoni Civili sabiex ikunu jistghu johorgu lis-sewwieq mit-truck.
Il-Guvni ttiehed l-Isptar Mater Dei permez t’ambulanza, fejn gie ccertifikat li sofra griehi hfief izda fl-ebda hin ma kien jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija giet infurmata li ghall-habta tal-hdax ta’ filghodu (1100hrs) il-Forzi Armati ta’ Malta dahhlu grupp ta’ immigranti illegali f’Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn irrizulta li fuq id-dghajsa kien hemm grupp ta’ immigranti illegali, li kien jikkonsisti minn 84 persuna; 53 irgiel , 29 nisa u tnejn tfal.
Ghall-habta tal-erbgha u nofs (1630hrs) il-Pulizija giet nfurmata li fi Triq Dun Karm, Birkirkara, kienet sehhet serqa fuq banka tal-lotto.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li persuna mghammad u armat b’arma li taqta u bil-ponta kien ghadu kemm wettaq serqa fuq banka tal-lottu fl-imsemmija triq.
Waqt din is-serqa gie misruq ammont zghir ta’ flus.
Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. J. Padovni Grima LL.D fejn hatret l-esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Dalghodu ghall-habta tal-ghaxra u nofs (10.30hrs) il-Pulizija giet infurmata mill-awtoritajiet tas-sahha t’Ghawdex li kienet iddahhlet persuna feruta.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li waqt li ragel ta’ 64 sena miz-Zebbug, Ghawdex, kien ghaddej bil-mohriet tieghu minn passagg kantuniera ma’ Triq tal-Kanun, iz-Zebbug ghal xi raguni tilef il-kontroll u gie go ghalqa. Ir-ragel sofra xi griehi u gie migjub l-Isptar Mater Dei permezz ta’ helicopter, fejn ghadu qed jinghata l-kura medika.
Referenza ghall-istqarrija PR 411-09, rigward incident li sehh fiz-Zebbug, Ghawdex, ir-ragel ta’ 64 sena miz-Zebbug stess jinsab fil-periklu tal-mewt u qed jinzamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva gewwa l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija mid-Distrett t’Ghawdex ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.
Stqarrija mahruga fis-7 ta' Settembru tghid li r-ragel kien ghadu fil-periklu tal-mewt.
Health-Related: Agriculture
Report Date
Info
Category
01 September 2009
Dalghodu ghall-habta tal-hdax u kwart (11.15hrs) il-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna li giet bzonn l-assistenza f’Kemmuna.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirrizulta li waqt li mara ta’ 47 sena ta’ nazzjonalita’ Irlandiza kienet qieghda fuq dghajsa (minn Kemmuna lejn Ghawdex) ghal xi raguni l-mara waqat u habtet rasa. Il-mara giet migjuba l-Isptar Mater Dei permezz tal-helicopter fejn sfortunatament tilfet hajjitha ftit hin wara.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr A Ellul LLD.
Il-Pulizija mid-Distrett t’Ghawdex ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.